This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1154
Council Implementing Regulation (EU) No 1154/2013 of 15 November 2013 implementing Regulation (EU) No 267/2012 concerning restrictive measures against Iran
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013 tal- 15 ta’ Novembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013 tal- 15 ta’ Novembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ĠU L 306, 16.11.2013, pp. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1154/2013
tal-15 ta’ Novembru 2013
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Waqt li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
Permezz tas-Sentenzi tagħha tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi T-493/10 (2), T-4/11 u T-5/11 (3), T-12/11 (4), T-13/11 (5), T-24/11 (6), T-42/12 u T-181/12 (7), T-57/12 (8) u T-110/12 (9), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni ta’ Persia International Bank plc, Export Development Bank of Iran, Iran Insurance Company, Post Bank Iran, Bank Refah Kargaran, Naser Bateni, Good Luck Shipping LLC u Iranian Offshore Engineering & Construction Co. mal-lista ta’ u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(3) |
Persia International Bank plc, Export Development Bank of Iran, Iran Insurance Company, Post Bank Iran, Bank Refah Kargaran, Naser Bateni, Good Luck Shipping LLC u Iranian Offshore Engineering & Construction Co. għandhom jerġgħu jiġu inklużi mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, abbażi ta’ dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet ġodda rigward kull wieħed u waħda minnhom. |
|
(4) |
Għandha tiġi inkluża entità addizzjonali mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, għandha tiġi emendata l-informazzjoni identifikattiva fir-rigward ta’ entità oħra. |
|
(5) |
Konsegwentement għas-Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-421/11 (10), Qualitest FZE mhijiex inkluża fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(2) Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-493/10 Persia International Bank plc vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(3) Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi magħquda T-4/11 u T-5/11 Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(4) Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-12/11 Iran Insurance Company vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(5) Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-13/11 Post Bank Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(6) Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-24/11 Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(7) Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawżi T-42/12 u T-181/12 Naser Bateni vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(8) Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-57/12 Good Luck Shipping LLC vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(9) Sentenza tas-6 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-110/12 Iranian Offshore Engineering & Construction Co. vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(10) Sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża 421/11 Qualitest FZE vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS
I. Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma miżjudin mal-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012
I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet fir-rigward ta’ missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||
|
1. |
Post Bank of Iran (magħruf ukoll bħala Post Bank Iran, Post Bank) |
|
Kumpannija li fil-parti l-kbira tagħha tappartjeni lill-Gvern tal-Iran u tagħti appoġġ finanzjaru lill-Gvern tal-Iran. |
16.11.2013 |
||
|
2. |
Iran Insurance Company (magħrufa wkoll bħala Bimeh Iran) |
121 Fatemi Ave., P.O. Box 14155-6363 Tehran, IranP.O. Box 14155-6363, 107 Fatemi Ave., Tehran, Iran |
Kumpannija li tappartjeni lill-Gvern u li tagħti appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. |
16.11.2013 |
||
|
3. |
Export Development Bank of Iran (EDBI) (inklużi l-fergħat kollha u s-sussidjarji) |
Export Development Building, 21th floor, Tose’e tower, 15th st, Ahmad Qasir Ave, Tehran - Iran, 15138-35711 next to the 15th Alley, Bokharest Street, Argentina Square, Tehran, Iran; Tose’e Tower, Kantuniera ma’ 15th St., Ahmad Qasir Ave., Argentine Square, Tehran, Iran; No. 129, 21 ‘s Khaled Eslamboli, No. 1 Building, Tehran, Iran; Numru tar-Reġistrazzjoni Kummerċjali: Nru. 86936 (Iran) |
Kumpannija li tappartjeni lill-Gvern u li tagħti appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. |
16.11.2013 |
||
|
4. |
Persia International Bank Plc |
Number 6 Lothbury, Kodiċi Postali ta’ Londra: EC2R 7HH, Renju Unit |
Entità li tappartjeni lilentitajiet elenkati Bank Mellat u Bank Tejarat. |
16.11.2013 |
||
|
5. |
Iranian Offshore Engineering & Construction Co (IOEC) |
18 Shahid Dehghani Street, Qarani Street, Tehran 19395-5999 Or: No.52 North Kheradmand Avenue (Is-sitt kantuniera ta’ 6th Alley) Tehran, IRAN Sit elettroniku: http://www.ioec.com/ |
Entità importanti fis-settur tal-enerġija li tipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Iran. Effettivament, IOEC tagħti appoġġ finanzjarju u loġistiku lill-Gvern tal-Iran. |
16.11.2013 |
||
|
6. |
Bank Refah Kargaran (magħruf ukoll bħala Bank Refah) |
40, North Shiraz Street, Mollasadra Ave., Vanak Sq., Tehran, Postal Code 19917, Iran Swift: REF AIRTH |
Entità li tipprovdi appoġġ lill-Gvern tal-Iran. Tappartjeni 94 fil-mija lill-Iranian Social Security Organisation, u min-naħa tagħha din hija kkontrollata mill-Gvern tal-Iran, u tipprovdi servizz bankarji lill-ministeri tal-gvern. |
16.11.2013 |
III. Islamic Republic of Iran Shipping Lines (IRISL)
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Naser Bateni |
Twieled fis-16 ta’ Diċembru 1962, Iranjan. |
Naser Bateni jaġixxi f’isem IRISL. Huwa kien direttur ta’ IRISL sal-2008 u sussegwentement kien Direttur Maniġerjali ta’ IRISL Europe GmbH. Huwa d-Direttur Maniġerjali ta’ Hanseatic Trade and Trust Shipping GmbH (HTTS) li bħala l-aġent ġenerali tagħhom tipprovdi servizzi essenzjali lil Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID) u lil Hafize Darya Shipping Lines (HDS Lines), it-tnejn li huma entitajiet elenkati li jaġixxu f’isem IRISL. |
16.11.2013 |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Good Luck Shipping Company LLC (magħrufa wkoll bħala Good Luck Shipping Company) |
P.O. BOX 5562, Dubai; jew P.O. Box 8486, Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda |
Good Luck Shipping Company LLC, bħala l-aġent għal Hafize Darya Shipping Lines (HDS Lines) fl-Emirati Għarab Magħquda, tipprovdi servizzi essenzjali lil HDS Lines li hija entità elenkata li taġixxi f’isem IRISL. |
16.11.2013 |
|
2. |
Hanseatic Trade Trust & Shipping (HTTS) GmbH |
Indirizz postali: Schottweg 7, 22087 Ħamburg, il-Ġermanja; Indirizz alternattiv: Opp 7th Alley, Zarafshan St, Eivanak St, Qods Township. |
Hanseatic Trade and Trust Shipping GmbH (HTTS) hija l-aġent ġenerali għal u bħala tali tipprovdi servizzi essenzjali lil Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID) u lil Hafize Darya Shipping Lines (HDS Lines), li t-tnejn huma entitajiet identifikati bħala li jaġixxu f'isem IRISL. |
16.11.2013 |
II. L-entrata għall-entità li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 elenkata hawn taħt għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tinsab hawn taħt
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Onerbank ZAO (magħruf ukoll bħala Onerbank ZAT, Eftekhar Bank, Honor Bank, Honorbank, North European Bank) |
Ulitsa Klary Tsetkin 51- 1, 220004, Minsk, Bjelorussja |
Bank ibbażat fil-Bjelorussja li jappartjeni lill-Bank Refah Kargaran, lill-Bank Saderat u lill-Bank Toseeh Saderat Iran |
23.5.2011 |