EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0812

Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat- 18 ta’ Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 239, 6.9.2013, p. 83–135 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/04/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2013/812/oj

6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 239/83


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 812/2013

tat-18 ta’ Frar 2013

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE teżiġi li l-Kummissjoni tadotta atti ddelegati dwar it-tikkettar tal-prodotti marbutin mal-enerġija li għandhom potenzjal sostanzjali għall-iffrankar fl-enerġija iżda li juru differenzi kbar fil-livelli tal-prestazzjoni b’funzjonalità ekwivalenti.

(2)

L-enerġija kkunsmata mill-ħiters tal-ilma u mit-tankijiet tal-misħun tammonta għal parti sinifikanti mid-domanda totali għall-enerġija fl-Unjoni, u l-ħiters tal-ilma u t-tankijiet tal-misħun b’funzjonalità ekwivalenti juru differenzi kbar f’termini tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma u tat-telf kostanti. Hemm lok għal tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-enerġija tagħhom, li jinkludi l-ikkombinar tal-ħiters tal-ilma ma’ apparat solari xieraq. Għalhekk, il-ħiters tal-ilma, it-tankijiet tal-misħun u l-pakketti magħmulin mill-ħiters tal-ilma u minn apparat solari għandhom ikunu koperti minn rekwiżiti għat-tikkettar enerġetiku.

(3)

Il-ħiters tal-ilma li huma ddisinjati biex jużaw il-fjuwils gassużi jew il-fjuwils likwidi li huma prodotti l-iktar mill-bijomassa (iktar minn 50 % minnhom) għandhom karatteristiċi tekniċi speċifiċi li jeħtieġu iktar analiżi teknika, ekonomika u ambjentali. Ir-rekwiżiti għat-tikkettar enerġetiku għal dawk il-ħiters tal-ilma għandhom jiġu stabbiliti fi stadju iktar tard, jekk dan ikun xieraq, skont x’jirriżulta mill-analiżi.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet armonizzati dwar it-tikkettar u t-tagħrif standard dwar il-prodotti b’rabta mal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-ilma u tat-tankijiet tal-misħun sabiex il-manifatturi jkollhom inċentiv itejbu l-effiċjenza enerġetika ta’ dawn il-prodotti, sabiex l-utenti aħħarin jitħeġġu jixtru prodotti li jkunu effiċjenti fl-enerġija u sabiex jingħata kontribut għall-funzjonament tas-suq intern.

(5)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-iffrankar sinifikanti tal-enerġija u tal-ispejjeż għal kull tip ta’ ħiter tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun, dan ir-Regolament għandu jintroduċi skala unika ġdida għat-tikkettar, li tmur minn A sa G, għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali, għall-ħiters tal-ilma solari, għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana u għat-tankijiet tal-misħun. Sentejn wara għandha tiddaħħal klassi dinamika, msejħa l-klassi A+, sabiex titħaffef il-penetrazzjoni fis-suq tal-ħiters tal-ilma u tat-tankijiet tal-ilma li jkunu l-aktar effiċjenti.

(6)

Dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-konsumaturi jiksbu tagħrif komparattiv aktar eżatt dwar il-prestazzjoni tal-ħiters tal-ilma solari u dwar il-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana fi tliet żoni klimatiċi Ewropej.

(7)

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss ta’ ħiter tal-ilma jista’ jkun fattur importanti li jqisu l-utenti aħħarin. It-tagħrif dwar il-livelli tal-qawwa tal-ħoss għandu jiġi inkluż fuq it-tikketti tal-ħiters tal-ilma.

(8)

L-effett ikkombinat ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 814/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun (2) huwa mistenni jwassal għal iffrankar stmat tal-enerġija ta’ madwar 450 PJ (11-il Mtoe) fis-sena sal-2020, li jikkorrispondi għal emissjonijiet ta’ madwar 26 miljun tunnellata ta’ CO2, meta mqabbel ma’ dak li jiġri kieku ma tittieħed l-ebda miżura.

(9)

It-tagħrif mogħti fuq it-tikketti għandu jinkiseb permezz ta’ proċeduri tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, inklużi, fejn ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni, skont il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni (3), sabiex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-ekodisinn.

(10)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi għat-tikketti tal-prodotti għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun.

(11)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-iskeda tat-tagħrif tal-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun.

(12)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għat-tagħrif li għandu jingħata f’kull forma ta’ bejgħ mill-bogħod ta’ ħiters tal-ilma u ta’ tankijiet tal-misħun u fi kwalunkwe riklam u materjal tekniku ta’ promozzjoni dwarhom.

(13)

Minbarra t-tikketti tal-prodott u l-iskedi tat-tagħrif tal-prodott għall-ħiters tal-ilma u għat-tankijiet tal-misħun stabbiliti f’dan ir-Regolament, tikketta tal-pakkett u skeda tat-tagħrif tal-pakkett, ibbażati fuq l-iskedi tat-tagħrif tal-prodotti mogħtija mill-fornituri, għandhom jiżguraw li l-utent aħħari jkollu aċċess faċli għat-tagħrif dwar il-prestazzjoni enerġetika tal-ħiters tal-ilma kkombinati ma’ apparat solari. It-tali pakketti jistgħu jilħqu l-klassi tal-ikbar effiċjenza enerġetika, jiġifieri l-klassi A+++.

(14)

Huwa xieraq li jsir provvediment għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li tqis il-progress teknoloġiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar enerġetiku u l-forniment ta’ tagħrif addizzjonali dwar il-prodotti għall-ħiters tal-ilma li jkollhom potenza termika nominali ta’ 70 kW jew inqas, għat-tankijiet tal-misħun li jkollhom volum tal-ħżin ta’ 500 litru jew inqas u għall-pakketti li jkun fihom ħiters tal-ilma ta’ 70 kW jew inqas u apparat solari.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika:

(a)

għall-ħiters tal-ilma ddisinjati b’mod speċifiku biex jużaw il-fjuwils gassużi jew il-fjuwils likwidi li huma prodotti l-iktar mill-bijomassa;

(b)

għall-ħiters tal-ilma li jużaw il-fjuwils solidi;

(c)

għall-ħiters tal-ilma li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(d)

għall-ħiters ikkombinati, kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 (5);

(e)

għall-ħiters tal-ilma li ma jissodisfawx mill-inqas il-profil tat-tagħbija li għandu l-enerġija minima ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 3 mogħtija fl-Anness VII;

(f)

għall-ħiters tal-ilma ddisinjati biex isiru x-xarbiet sħan u/jew l-ikel biss.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Minbarra d-definizzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ħiter tal-ilma” tfisser apparat:

(a)

li jkun imqabbad ma’ provvista esterna ta’ ilma sanitarju jew għax-xorb;

(b)

li jipproduċi u jittrasferixxi s-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b’temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi; u

(c)

li jkun mgħammar b’ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana;

(2)

“ġeneratur tas-sħana” tfisser il-parti ta’ ħiter tal-ilma li tipproduċi s-sħana billi tuża proċess wieħed jew aktar minn dawn:

(a)

il-kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;

(b)

l-użu tal-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

(c)

il-qbid tas-sħana ambjentali minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew tas-sħana sekondarja;

(3)

“potenza termika nominali” tfisser il-potenza termika ddikjarata tal-ħiter tal-ilma meta dan ikun qed isaħħan l-ilma bil-kundizzjonijiet nominali standard, mogħtija f’kW;

(4)

“volum tal-ħżin” (V) tfisser il-volum nominali ta’ tank tal-misħun, mogħti f’litri;

(5)

“kundizzjonijiet nominali standard” tfisser il-kundizzjonijiet operattivi tal-ħiters tal-ilma sabiex jiġu stabbiliti l-potenza termika nominali, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma u l-livell ta’ qawwa tal-ħoss u l-kundizzjonijiet operattivi tat-tankijiet tal-misħun sabiex jiġi stabbilit it-telf kostanti;

(6)

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta’ oriġini bijoloġika mill-agrikultura (inklużi s-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, inkluż mis-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u dak muniċipali;

(7)

“fjuwil tal-bijomassa” tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu prodott mill-bijomassa;

(8)

“fjuwil fossili” tfisser fjuwil gassuż jew fjuwil likwidu ta’ oriġini fossili;

(9)

“tank tal-misħun” tfisser kontenitur li fih jinħażen il-misħun għall-finijiet tat-tisħin tal-ilma u/jew tat-tisħin tal-post, inkluż kwalunkwe addittiv, li ma jkun mgħammar bl-ebda ġeneratur tas-sħana, ħlief forsi għal xi ħiter sommerġibbli ta’ riżerva wieħed jew aktar;

(10)

“ħiter sommerġibbli ta’ riżerva” tfisser ħiter bir-reżistenza elettrika li jkollu l-effett “Joule” li jifforma parti minn tank tal-misħun u li jipproduċi s-sħana biss meta s-sors tas-sħana estern ma jkunx qed jaħdem (inkluż matul il-perjodi ta’ manutenzjoni) jew meta dan ikun bil-ħsara, jew li jifforma parti minn tank tal-misħun solari u jkun jipprovdi s-sħana meta s-sors tas-sħana solari ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa l-livelli ta’ kumdità meħtieġa;

(11)

“apparat solari” tfisser sistema esklużivament solari, kollettur solari, tank tal-misħun solari jew pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur, li jitqegħdu fis-suq b’mod separat;

(12)

“sistema esklużivament solari” tfisser apparat li huwa mgħammar b’kollettur solari wieħed jew aktar u b’tankijiet tal-misħun solari u forsi wkoll b’pompi fis-sistema ċirkolari tal-kollettur u elementi oħrajn, li jitqiegħed fis-suq bħala unità waħda u ma jkun mgħammar bl-ebda ġeneratur tas-sħana, ħlief forsi għal xi ħiter sommerġibbli ta’ riżerva wieħed jew aktar;

(13)

“pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari” tfisser pakkett offrut lill-utent aħħari li jkun fih ħiter wieħed jew aktar tal-ilma u apparat solari wieħed jew aktar;

(14)

“l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma” (ηwh ) tfisser il-proporzjon tal-enerġija utli li l-ħiter tal-ilma jew il-pakkett magħmul mill-ħiter tal-ilma u mill-apparat solari jipprovdi meta mqabbla mal-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ dik l-enerġija, mogħti bħala perċentwali;

(15)

“il-livell ta’ qawwa tal-ħoss” (LWA ) tfisser il-livell ta’ qawwa tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza A, fuq ġewwa u/jew fuq barra, mogħti f’dB;

(16)

“telf kostanti” (S) tfisser il-potenza termika mitlufa minn tank tal-misħun f’ċerti temperaturi partikulari tal-ilma u tal-ambjent, mogħtija f’W;

(17)

“ħiter tal-ilma b’pompa tas-sħana” tfisser ħiter tal-ilma li juża s-sħana ambjentali li tkun ġejja minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art u/jew is-sħana sekondarja biex jipproduċi s-sħana.

Fl-Anness I qed jingħataw iktar definizzjonijiet għall-għanijiet tal-Annessi II sa IX.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri u skeda taż-żmien

1.   Mis-26 ta’ Settembru 2015, il-fornituri li jkunu qed iqegħdu fis-suq u/jew idaħħlu fis-servizz il-ħiters tal-ilma, inklużi dawk integrati f’pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari, għandhom jiżguraw:

(a)

li għal kull ħiter tal-ilma li jkun konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II tiġi pprovduta tikketta stampata li tkun konformi mal-format u l-kontenut tat-tagħrif stabbiliti fil-punt 1.1 tal-Anness III, fejn: għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, it-tikketta stampata tiġi pprovduta mill-inqas fuq il-pakkett tal-ġeneratur tas-sħana; u għall-ħiters tal-ilma maħsubin għall-użu f’pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari, għal kull ħiter tal-ilma tiġi pprovduta tikketta oħra li tkun konformi mal-format u l-kontenut tat-tagħrif stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III;

(b)

li tiġi pprovduta skeda tat-tagħrif tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness IV, għal kull ħiter tal-ilma, fejn: għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, l-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tiġi pprovduta tal-inqas għall-ġeneratur tas-sħana; u għall-ħiters tal-ilma maħsubin għall-użu f’pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari, tiġi pprovduta skeda oħra tat-tagħrif tal-prodott kif stabbilit fil-punt 4 tal-Anness IV;

(c)

li d-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(d)

li kwalunkwe riklam li jkollu x’jaqsam ma’ mudell speċifiku ta’ ħiter tal-ilma u li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x’jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għal dak il-mudell;

(e)

li kwalunkwe materjal tekniku ta’ promozzjoni li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ ħiter tal-ilma u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għal dak il-mudell.

Mis-26 ta’ Settembru 2017, għal kull ħiter tal-ilma li jkun konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II għandha tiġi pprovduta tikketta stampata li tkun konformi mal-format u l-kontenut tat-tagħrif stabbiliti fil-punt 1.2 tal-Anness III, fejn għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, it-tikketta stampata għandha tiġi pprovduta mill-inqas fuq il-pakkett tal-ġeneratur tas-sħana.

2.   Mis-26 ta’ Settembru 2015, il-fornituri li jkunu qed iqegħdu fis-suq u/jew idaħħlu fis-servizz it-tankijiet tal-misħun għandhom jiżguraw:

(a)

li għal kull tank tal-misħun li jkun konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II tiġi pprovduta tikketta stampata li tkun konformi mal-format u l-kontenut tat-tagħrif stabbiliti fil-punt 2.1 tal-Anness III;

(b)

li tiġi pprovduta skeda tat-tagħrif tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness IV;

(c)

li d-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(d)

li kwalunkwe riklam li jkollu x’jaqsam ma’ mudell speċifiku ta’ tank tal-misħun u li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x’jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell;

(e)

li kwalunkwe materjal tekniku ta’ promozzjoni li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ tank tal-misħun u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell.

Mis-26 ta’ Settembru 2017, għal kull tank tal-misħun li jkun konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II għandha tiġi pprovduta tikketta stampata li tkun konformi mal-format u l-kontenut tat-tagħrif stabbiliti fil-punt 2.2 tal-Anness III.

3.   Mis-26 ta’ Settembru 2015, il-fornituri li jkunu qed iqegħdu fis-suq u/jew idaħħlu fis-servizz apparat solari għandhom jiżguraw:

(a)

li tiġi pprovduta skeda tat-tagħrif tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness IV;

(b)

li d-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fil-punt 3 tal-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom.

4.   Mis-26 ta’ Settembru 2015, il-fornituri li jkunu qed iqegħdu fis-suq u/jew idaħħlu fis-servizz pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għandhom jiżguraw:

(a)

li għal kull pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari li jkun konformi mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II tiġi pprovduta tikketta stampata li tkun konformi mal-format u l-kontenut tat-tagħrif stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III;

(b)

li tiġi pprovduta skeda tat-tagħrif tal-prodott, kif stabbilit fil-punt 4 tal-Anness IV, għal kull pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari;

(c)

li d-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fil-punt 4 tal-Anness V, tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni fuq talba tagħhom;

(d)

li kwalunkwe riklam li jkollu x’jaqsam ma’ mudell speċifiku ta’ pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari u li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x’jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għal dak il-mudell;

(e)

li kwalunkwe materjal tekniku ta’ promozzjoni li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għal dak il-mudell.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-bejjiegħa

1.   Il-bejjiegħa tal-ħiters tal-ilma għandhom jiżguraw:

(a)

li, fil-punt tal-bejgħ, kull ħiter tal-ilma jkollu fuqu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1), kif stipulat fil-punt 1 tal-Anness III, fuq in-naħa ta’ barra fuq quddiem tal-apparat, b’tali mod li din tkun tidher b’mod ċar;

(b)

li l-ħiters tal-ilma offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs ikunu kkummerċjalizzati bit-tagħrif ipprovdut mill-fornituri skont il-punt 1 tal-Anness VI f’każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-ħiter tal-ilma għall-wiri;

(c)

li kwalunkwe riklam li jkollu x’jaqsam ma’ mudell speċifiku ta’ ħiter tal-ilma u li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x’jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għal dak il-mudell;

(d)

li kwalunkwe materjal tekniku ta’ promozzjoni li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ ħiter tal-ilma u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għal dak il-mudell.

2.   Il-bejjiegħa tat-tankijiet tal-misħun għandhom jiżguraw:

(a)

li, fil-punt tal-bejgħ, kull tank tal-misħun ikollu fuqu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(2), kif stipulat fil-punt 2 tal-Anness III, fuq in-naħa ta’ barra fuq quddiem tal-apparat, b’tali mod li din tkun tidher b’mod ċar;

(b)

li t-tankijiet tal-misħun offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs ikunu kkummerċjalizzati bit-tagħrif ipprovdut mill-fornituri skont il-punt 2 tal-Anness VI f’każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara t-tank tal-misħun għall-wiri;

(c)

li kwalunkwe riklam li jkollu x’jaqsam ma’ mudell speċifiku ta’ tank tal-misħun u li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x’jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell;

(d)

li kwalunkwe materjal tekniku ta’ promozzjoni li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ tank tal-misħun u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal dak il-mudell.

3.   Il-bejjiegħa ta’ pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għandhom jiżguraw, abbażi tat-tikketta u tal-iskedi tat-tagħrif ipprovduti mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1), (3) u (4):

(a)

li kull offerta ta’ pakkett speċifiku tkun tinkludi l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma għal dak il-pakkett fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji jew iksaħ jew isħan, skont kif ikun applikabbli, billi juru, flimkien mal-pakkett, it-tikketta mogħtija fil-punt 3 tal-Anness III u billi jipprovdu l-iskeda tat-tagħrif mogħtija fil-punt 4 tal-Anness IV, mimlija kif xieraq skont il-karatteristiċi ta’ dak il-pakkett;

(b)

li l-pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs ikunu kkummerċjalizzati bit-tagħrif ipprovdut skont il-punt 3 tal-Anness VI f’każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għall-wiri;

(c)

li kwalunkwe riklam li jkollu x’jaqsam ma’ mudell speċifiku ta’ pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari u li jkun fih tagħrif dwar il-prezz jew tagħrif li għandu x’jaqsam mal-enerġija jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għal dak il-mudell;

(d)

li kwalunkwe materjal tekniku ta’ promozzjoni li jikkonċerna mudell speċifiku ta’ pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari u li jkun fih deskrizzjoni tal-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu jkun jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma fil-kundizzjonijiet klimatiċi medji għal dak il-mudell.

Artikolu 5

Metodi tal-kejl u ta’ kkalkular

It-tagħrif li għandu jingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandu jinkiseb permezz ta’ metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi tal-kejl u tal-kalkolu l-aktar avvanzati rrikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness VII u fl-Anness VIII.

Artikolu 6

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stabbilita fl-Anness IX meta jkunu qed jivvalutaw il-konformità tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma, tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, tal-konsum annwali tal-enerġija u tal-livell ta’ qawwa tal-ħoss tal-ħiters tal-ilma ddikjarati u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika u t-telf kostanti tat-tankijiet tal-misħun iddikjarati.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku sa mhux aktar tard minn ħames snin wara li jkun daħal fis-seħħ. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta, b’mod partikulari, kwalunkwe bidla sinifikanti fl-ishma tas-suq tad-diversi tipi ta’ apparat u l-adegwatezza tal-iskeda tat-tagħrif u tat-tikketta tal-pakkett stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness III u fil-punt 4 tal-Anness IV.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  Ara paġna 162 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(4)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(5)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

Definizzjonijiet li japplikaw għall-Annessi II sa IX

Għall-għanijiet tal-Annessi II sa IX, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“ħiter tal-ilma konvenzjonali” tfisser ħiter tal-ilma li jipproduċi s-sħana billi juża l-proċess ta’ kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa u/jew billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika;

(2)

“ħiter tal-ilma solari” tfisser ħiter tal-ilma mgħammar b’kollettur solari wieħed jew aktar, b’tankijiet tal-misħun solari, b’ġeneraturi tas-sħana u forsi wkoll b’pompi fis-sistema ċirkolari tal-kollettur u elementi oħrajn; ħiter tal-ilma solari jitqiegħed fis-suq bħala unità waħda;

(3)

“profil tat-tagħbija” tfisser sekwenza partikulari ta’ estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 3 mogħtija fl-Anness VII; kull ħiter tal-ilma jkun jikkorrispondi tal-inqas ma’ profil tat-tagħbija wieħed;

(4)

“estrazzjoni mill-ilma” tfisser kombinazzjoni partikulari ta’ rata tal-fluss tal-ilma utli, ta’ temperatura utli tal-ilma, ta’ kontenut ta’ enerġija utli u tal-ogħla temperatura, kif speċifikat fit-Tabella 3 mogħtija fl-Anness VII;

(5)

“rata tal-fluss tal-ilma utli” (f) tfisser ir-rata minima ta’ fluss, mogħtija f’litri għal kull minuta, li għaliha l-misħun ikun qed jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 3 mogħtija fl-Anness VII;

(6)

“temperatura utli tal-ilma” (Tm ) tfisser it-temperatura tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li fiha l-misħun jibda jikkontribwixxi għall-enerġija ta’ referenza, kif speċifikat fit-Tabella 3 mogħtija fl-Anness VII;

(7)

“kontenut ta’ enerġija utli” (Q tap ) tfisser il-kontenut tal-enerġija tal-misħun, mogħti f’kWh, ipprovdut f’temperatura li tkun daqs it-temperatura utli tal-ilma jew ogħla minnha, u f’rati ta’ fluss tal-ilma li jkunu daqs ir-rata tal-fluss tal-ilma utli jew ogħla minnha, kif speċifikat fit-Tabella 3 mogħtija fl-Anness VII;

(8)

“kontenut tal-enerġija tal-misħun” tfisser il-prodott tal-kapaċità termika speċifika tal-ilma, id-differenza medja fit-temperatura bejn dik tal-misħun li jkun qed jiġi prodott u dik tal-ilma kiesaħ li jkun dieħel, u l-massa totali tal-misħun prodott;

(9)

“l-ogħla temperatura” (Tp ) tfisser it-temperatura minima tal-ilma, mogħtija fi gradi Celsius, li għandha tinkiseb waqt l-estrazzjonijiet mill-ilma, kif speċifikat fit-Tabella 3 mogħtija fl-Anness VII;

(10)

“enerġija ta’ referenza” (Qref ) tfisser is-somma tal-kontenut ta’ enerġija utli tal-estrazzjonijiet mill-ilma, mogħti f’kWh, fi profil tat-tagħbija partikulari, kif speċifikat fit-Tabella 3 mogħtija fl-Anness VII;

(11)

“il-profil massimu tat-tagħbija” tfisser il-profil tat-tagħbija li jkollu l-enerġija massima ta’ referenza li ħiter tal-ilma jkun jista’ jipprovdi filwaqt li jissodisfa l-kundizzjonijiet tat-temperatura u tar-rata ta’ fluss ta’ dan il-profil tat-tagħbija;

(12)

“il-profil tat-tagħbija ddikjarat” tfisser il-profil tat-tagħbija li jiġi applikat meta tkun qed tiġi kkalkulata l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma;

(13)

“il-koeffiċjent ta’ konverżjoni” (CC) tfisser koeffiċjent li jirrifletti l-medja tal-effiċjenza tal-ġenerazzjoni tal-UE, stmata bħala 40 %, imsemmija fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); il-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni huwa ta’: CC = 2,5;

(14)

“konsum ta’ kuljum tal-elettriku” (Qelec ) tfisser il-konsum tal-elettriku matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat u jkun hemm kundizzjonijiet klimatiċi partikulari;

(15)

“konsum ta’ kuljum tal-fjuwil” (Qfuel ) tfisser il-konsum tal-fjuwil matul 24 siegħa konsekuttivi, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV u f’GJ f’termini tal-GCV għall-għanijiet tal-punt 4 tal-Anness VIII, meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat u jkun hemm kundizzjonijiet klimatiċi partikulari;

(16)

“valur kalorifiku gross” (GCV) tfisser l-ammont totali ta’ sħana rrilaxxat minn unità ta’ fjuwil meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġnu u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu fit-temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni ta’ kwalunkwe fwar tal-ilma li jkun hemm fil-fjuwil u tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-ħruq ta’ kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil;

(17)

“regolatur intelliġenti” tfisser apparat li jadatta l-proċess tat-tisħin tal-ilma b’mod awtomatiku għall-kundizzjonijiet tal-użu individwali sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija;

(18)

“konformità tar-regolatur intelliġenti” (smart) tfisser kemm ħiter tal-ilma li jkun mgħammar b’regolaturi intelliġenti jkun jissodisfa l-kriterju stipulat fil-punt 5 tal-Anness VIII jew le;

(19)

“fattur tar-regolatur intelliġenti” (SCF) tfisser it-titjib li jkun hemm fl-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma minħabba l-użu tar-regolatur intelliġenti bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness VII;

(20)

“konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qelec,week,smart ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti attivata, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;

(21)

“konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qfuel,week,smart ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti attivata, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV;

(22)

“konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qelec,week ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti diżattivata, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;

(23)

“konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti” (Qfuel,week ) tfisser il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil ta’ ħiter tal-ilma bil-funzjoni ta’ regolatur intelliġenti diżattivata, mogħti f’kWh f’termini tal-GCV;

(24)

“konsum annwali tal-elettriku” (AEC) tfisser il-konsum annwali tal-elettriku ta’ ħiter tal-ilma meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat u jkun hemm kundizzjonijiet klimatiċi partikulari, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali;

(25)

“konsum annwali tal-fjuwil” (AFC) tfisser il-konsum annwali tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa ta’ ħiter tal-ilma meta jintuża l-profil tat-tagħbija ddikjarat u jkun hemm kundizzjonijiet klimatiċi partikulari, mogħti f’GJ f’termini tal-GCV;

(26)

“terminu ta’ korrezzjoni ambjentali” (Qcor ) tfisser terminu, mogħti f’kWh, li jqis il-fatt li l-post fejn il-ħiter tal-ilma jkun installat ma jkunx post iżotermiku;

(27)

“telf ta’ sħana fil-modalità Stennija” (Pstby ) tfisser it-telf ta’ sħana ta’ ħiter tal-ilma b’pompa tas-sħana f’modalitajiet ta’ operazzjoni mingħajr domanda għat-tisħin, mogħti f’kW;

(28)

“kundizzjonijiet klimatiċi medji”, “kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ” u “kundizzjonijiet klimatiċi isħan” ifissru t-temperaturi u l-kundizzjonijiet ta’ irradjanza solari globali li huma tipiċi għall-bliet ta’ Strasburgu, Ħelsinki u Ateni, rispettivament;

(29)

“konsum annwali tal-enerġija” (Qtota ) tfisser il-konsum annwali tal-enerġija ta’ ħiter tal-ilma solari, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija primarja u/jew f’kWh f’termini tal-GCV;

(30)

“kontribut annwali ta’ tisħin li mhux solari” (Q nonsol ) tfisser il-kontribut annwali tal-elettriku (mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija primarja) u/jew tal-fjuwils (mogħti f’kWh f’termini tal-GCV) għall-produzzjoni tas-sħana utli ta’ ħiter tal-ilma solari jew ta’ pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari, filwaqt li jitqies l-ammont ta’ sħana maqbuda mill-kollettur solari fis-sena u t-telf tas-sħana tat-tank tal-misħun solari;

(31)

“kollettur solari” tfisser apparat iddisinjat biex jassorbi l-irradjanza solari globali u biex jittrasferixxi l-enerġija termika prodotta b’dan il-mod għal ġo fluwidu li jkun għaddej minnu; huwa kkaratterizzat mill-erja ta’ apertura tal-kollettur, mill-effiċjenza bl-ebda telf, mill-koeffiċjent tal-ewwel ordni, mill-koeffiċjent tat-tieni ordni u mill-modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza;

(32)

“irradjanza solari globali” tfisser ir-rata tal-enerġija solari totali li tkun dieħla, kemm b’mod dirett kif ukoll b’mod imxerred, fuq pjan ta’ lqugħ tal-kollettur b’angolatura ta’ 45 grad u orjentat lejn in-Nofsinhar fuq wiċċ id-dinja, mogħtija f’W/m2;

(33)

“erja ta’ apertura tal-kollettur” (Asol ) tfisser l-erja massima pprojettata li minnha r-radjazzjoni solari mhix ikkonċentrata tidħol fil-kollettur, mogħtija f’metri kwadri;

(34)

“l-effiċjenza bl-ebda telf” (η0 ) tfisser l-effiċjenza tal-kollettur solari meta t-temperatura medja tal-fluwidu tal-kollettur solari tkun daqs it-temperatura ambjentali;

(35)

“koeffiċjent tal-ewwel ordni” (a1 ) tfisser il-koeffiċjent tat-telf tas-sħana ta’ kollettur solari, mogħti f’W/(m2 K);

(36)

“koeffiċjent tat-tieni ordni” (a2 ) tfisser il-koeffiċjent li jkejjel id-dipendenza fuq it-temperatura tal-koeffiċjent tal-ewwel ordni, mogħti f’W/(m2 K2);

(37)

“modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza” (IAM) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli tal-kollettur solari f’angolu ta’ inċidenza partikulari meta mqabbel mal-produzzjoni tas-sħana utli tiegħu f’angolu ta’ inċidenza ta’ 0 grad;

(38)

“angolu ta’ inċidenza” tfisser l-angolu bejn id-direzzjoni tax-xemx u d-direzzjoni perpendikulari mal-apertura tal-kollettur solari;

(39)

“tank tal-misħun solari” tfisser tank tal-misħun li jaħżen l-enerġija termika prodotta minn kollettur solari wieħed jew aktar;

(40)

“effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ ġeneratur tas-sħana” (ηwh,nonsol ) tfisser l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ ġeneratur tas-sħana li jkun jifforma parti minn ħiter tal-ilma solari, mogħtija f’perċentwali u stabbilita f’kundizzjonijiet klimatiċi medji u mingħajr l-użu tal-kontribut tas-sħana mix-xemx;

(41)

“konsum tal-elettriku awżiljarju” (Qaux ), li qed jissejjaħ “l-elettriku awżiljarju” għall-għanijiet tal-Figura 1 mogħtija fl-Anness IV, tfisser il-konsum annwali tal-elettriku, mogħti f’kWh f’termini tal-enerġija finali, ta’ ħiter tal-ilma solari jew ta’ sistema esklużivament solari, li ġej mill-konsum tal-enerġija tal-pompa u mill-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija;

(42)

“konsum tal-enerġija tal-pompa” (solpump) tfisser il-konsum nominali tal-enerġija elettrika tal-pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur ta’ ħiter tal-ilma solari jew ta’ sistema esklużivament solari, mogħti f’W;

(43)

“konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija” (solstandby) tfisser il-konsum nominali tal-enerġija elettrika ta’ ħiter tal-ilma solari jew ta’ sistema esklużivament solari meta l-pompa u l-ġeneratur tas-sħana ma jkunux attivi, mogħti f’W;

(44)

“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ ħiter tal-ilma, ta’ tank tal-misħun, ta’ apparat solari jew ta’ pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari minn mudelli oħrajn tal-istess marka kummerċjali jew bl-isem tal-istess fornitur jew tal-istess bejjiegħ.


(1)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.


ANNESS II

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

1.   KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA GĦAT-TISĦIN TAL-ILMA TAL-ĦITERS TAL-ILMA

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma ta’ ħiter tal-ilma għandha tiġi stabbilita skont l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tiegħu kif stipulat fit-Tabella 1.

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ ħiter tal-ilma għandha tiġi kkalkulata skont il-punt 3 tal-Anness VIII, filwaqt li dik tal-ħiters tal-ilma solari u ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana għandha tiġi kkalkulata f’kundizzjonijiet klimatiċi medji.

Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-ħiters tal-ilma, imqassmin fi klassijiet skont il-profili tat-tagħbija ddikjarati, ηwh f’perċentwali

 

3XS

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

A+++

ηwh ≥ 62

ηwh ≥ 62

ηwh ≥ 69

ηwh ≥ 90

ηwh ≥ 163

ηwh ≥ 188

ηwh ≥ 200

ηwh ≥ 213

A++

53 ≤ ηwh < 62

53 ≤ ηwh < 62

61 ≤ ηwh < 69

72 ≤ ηwh < 90

130 ≤ ηwh < 163

150 ≤ ηwh < 188

160 ≤ ηwh < 200

170 ≤ ηwh < 213

A+

44 ≤ ηwh < 53

44 ≤ ηwh < 53

53 ≤ ηwh < 61

55 ≤ ηwh < 72

100 ≤ ηwh < 130

115 ≤ ηwh < 150

123 ≤ ηwh < 160

131 ≤ ηwh < 170

A

35 ≤ ηwh < 44

35 ≤ ηwh < 44

38 ≤ ηwh < 53

38 ≤ ηwh < 55

65 ≤ ηwh < 100

75 ≤ ηwh < 115

80 ≤ ηwh < 123

85 ≤ ηwh < 131

B

32 ≤ ηwh < 35

32 ≤ ηwh < 35

35 ≤ ηwh < 38

35 ≤ ηwh < 38

39 ≤ ηwh < 65

50 ≤ ηwh < 75

55 ≤ ηwh < 80

60 ≤ ηwh < 85

C

29 ≤ ηwh < 32

29 ≤ ηwh < 32

32 ≤ ηwh < 35

32 ≤ ηwh < 35

36 ≤ ηwh < 39

37 ≤ ηwh < 50

38 ≤ ηwh < 55

40 ≤ ηwh < 60

D

26 ≤ ηwh < 29

26 ≤ ηwh < 29

29 ≤ ηwh < 32

29 ≤ ηwh < 32

33 ≤ ηwh < 36

34 ≤ ηwh < 37

35 ≤ ηwh < 38

36 ≤ ηwh < 40

E

22 ≤ ηwh < 26

23 ≤ ηwh < 26

26 ≤ ηwh < 29

26 ≤ ηwh < 29

30 ≤ ηwh < 33

30 ≤ ηwh < 34

30 ≤ ηwh < 35

32 ≤ ηwh < 36

F

19 ≤ ηwh < 22

20 ≤ ηwh < 23

23 ≤ ηwh < 26

23 ≤ ηwh < 26

27 ≤ ηwh < 30

27 ≤ ηwh < 30

27 ≤ ηwh < 30

28 ≤ ηwh < 32

G

ηwh < 19

ηwh < 20

ηwh < 23

ηwh < 23

ηwh < 27

ηwh < 27

ηwh < 27

ηwh < 28

2.   KLASSIJIET TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA TAT-TANKIJIET TAL-MISĦUN

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ tank tal-misħun għandha tiġi stabbilita skont it-telf kostanti tiegħu kif stipulat fit-Tabella 2.

Tabella 2

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tat-tankijiet tal-misħun

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

It-telf kostanti, S, f’wotts, u l-volum tal-ħżin, V, f’litri

A+

Formula

A

Formula

B

Formula

C

Formula

D

Formula

E

Formula

F

Formula

G

Formula


ANNESS III

It-tikketti

1.   IL-ĦITERS TAL-ILMA

1.1.   It-tikketta numru 1

1.1.1.   Il-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaqgħu fil-klassijiet A sa G tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

III.

il-funzjoni tat-tisħin tal-ilma, inkluż il-profil tat-tagħbija ddikjarat mogħti bħala l-ittra x-xierqa skont it-Tabella 3 tal-Anness VII;

IV.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-ħiter tal-ilma għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

V.

il-konsum annwali tal-elettriku f’kWh f’termini tal-enerġija finali u/jew il-konsum annwali tal-fjuwil f’GJ f’termini tal-GCV, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness VIII;

VI.

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss LWA , fuq ġewwa, f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

VII.

għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li kapaċi jaħdmu biss fis-sigħat kwieti, tista’ tiżdied il-pittogramma msemmija fil-punt 4(d)(10) ta’ dan l-Anness.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali għandhom ikunu skont il-punt 4 ta’ dan l-Anness.

1.1.2.   Il-ħiters tal-ilma solari li jaqgħu fil-klassijiet A sa G tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

III.

il-funzjoni tat-tisħin tal-ilma, inkluż il-profil tat-tagħbija ddikjarat mogħti bħala l-ittra x-xierqa skont it-Tabella 3 tal-Anness VII;

IV.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma f’kundizzjonijiet klimatiċi medji, stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-ħiter tal-ilma għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

V.

il-konsum annwali tal-elettriku f’kWh f’termini tal-enerġija finali jew il-konsum annwali tal-fjuwil f’GJ f’termini tal-GCV, f’kundizzjonijiet klimatiċi medji u iksaħ u isħan, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness VIII;

VI.

mappa solari tal-Ewropa li turi tliet żoni indikattivi ta’ irradjanza solari globali;

VII.

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss LWA , fuq ġewwa, f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-ilma solari għandhom ikunu skont il-punt 5 ta’ dan l-Anness.

1.1.3.   Il-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jaqgħu fil-klassijiet A sa G tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

III.

il-funzjoni tat-tisħin tal-ilma, inkluż il-profil tat-tagħbija ddikjarat mogħti bħala l-ittra x-xierqa skont it-Tabella 3 tal-Anness VII;

IV.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma f’kundizzjonijiet klimatiċi medji, stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-ħiter tal-ilma għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

V.

il-konsum annwali tal-elettriku f’kWh f’termini tal-enerġija finali u/jew il-konsum annwali tal-fjuwil f’GJ f’termini tal-GCV, f’kundizzjonijiet klimatiċi medji u iksaħ u isħan, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness VIII;

VI.

mappa tat-temperaturi fl-Ewropa li turi tliet żoni indikattivi tat-temperatura;

VII.

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss LWA , fuq ġewwa (jekk ikun japplika) u fuq barra, f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

VIII.

għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li kapaċi jaħdmu biss fis-sigħat kwieti, tista’ tiżdied il-pittogramma msemmija fil-punt 6(d)(11) ta’ dan l-Anness.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana għandhom ikunu skont il-punt 6 ta’ dan l-Anness. Bħala eċċezzjoni, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-Unjoni Ewropea” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tista’ tiżdied kopja tal-ekotikketta tal-Unjoni Ewropea.

1.2.   It-tikketta numru 2

1.2.1.   Il-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaqgħu fil-klassijiet A+ sa F tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif imniżżel fil-punt 1.1.1(a) ta’ dan l-Anness.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali għandhom ikunu skont il-punt 4 ta’ dan l-Anness.

1.2.2.   Il-ħiters tal-ilma solari li jaqgħu fil-klassijiet A+ sa F tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif imniżżel fil-punt 1.1.2(a) ta’ dan l-Anness.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-ilma solari għandhom ikunu skont il-punt 5 ta’ dan l-Anness.

1.2.3.   Il-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jaqgħu fil-klassijiet A+ sa F tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif imniżżel fil-punt 1.1.3(a) ta’ dan l-Anness.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana għandhom ikunu skont il-punt 6 ta’ dan l-Anness.

2.   IT-TANKIJIET TAL-MISĦUN

2.1.   It-tikketta numru 1 għat-tankijiet tal-misħun li jaqgħu fil-klassijiet A sa G tal-effiċjenza enerġetika

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I.

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

III.

il-funzjoni tal-ħżin tal-ilma;

IV.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika stabbilita skont il-punt 2 tal-Anness II; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tat-tank tal-misħun għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

V.

it-telf kostanti f’W, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

VI.

il-volum tat-tank tal-misħun f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għat-tankijiet tal-misħun għandhom ikunu skont il-punt 7 ta’ dan l-Anness.

2.2.   It-tikketta numru 2 għat-tankijiet tal-misħun li jaqgħu fil-klassijiet A+ sa F tal-effiċjenza enerġetika

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif imniżżel fil-punt 2.1(a) ta’ dan l-Anness.

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għat-tankijiet tal-misħun għandhom ikunu skont il-punt 7 ta’ dan l-Anness.

3.   IL-PAKKETTI MAGĦMULIN MINN ĦITER TAL-ILMA U MINN APPARAT SOLARI

It-tikketta għall-pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari li jaqgħu fil-klassijiet A+++ sa G tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma

Image

(a)

It-tikketta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

I.

isem il-bejjiegħ u/jew il-fornitur, jew il-marka kummerċjali tiegħu;

II.

l-identifikatur tal-mudell(i) tal-bejjiegħ u/jew tal-fornitur;

III.

il-funzjoni tat-tisħin tal-ilma, inkluż il-profil tat-tagħbija ddikjarat indikat bl-ittra xierqa skont it-Tabella 3 tal-Anness VII;

IV.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-ħiter tal-ilma, stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II;

V.

indikazzjoni dwar jekk kollettur solari u tank tal-misħun jistgħux jiġu inklużi fil-pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari jew le;

VI.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari, stabbilita skont il-punt 4 tal-Anness IV; it-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għandu jitqiegħed fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li fiha tidher il-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

(b)

L-aspetti tad-disinn tat-tikketta għall-pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għandhom ikunu skont il-punt 8 ta’ dan l-Anness. Għall-pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari li jaqgħu fil-klassijiet A+++ sa D tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma, jistgħu jitħallew barra l-klassijiet li jinsabu fl-aħħar postijiet tal-iskala li tmur minn A+++ sa G, jiġifieri l-klassijiet E sa G

4.   Id-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali għandu jkun dan li ġej:

Image

fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 105 millimetri u għolja mill-inqas 200 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom il-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn t’hawn fuq):

Image

Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 4 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-lowgo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 86 millimetru, għoli: 17-il millimetru.

Image

Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, tul: 86 millimetru.

Image

Il-funzjoni tat-tisħin tal-ilma:

Pittogramma kif murija, li tinkludi l-profil tat-tagħbija ddikjarat, indikat bl-ittra xierqa skont it-Tabella 3 tal-Anness VII: Calibri tipa grassa 16-il pt, 100 % iswed.

Image

L-iskala li tmur minn A sa G jew minn A+ sa F:

il-vleġeġ: għoli: 7 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: millimetru (1), kuluri:

l-aqwa klassi: X-00-X-00,

it-tieni klassi: 70-00-X-00,

it-tielet klassi: 30-00-X-00,

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

il-ħames klassi: 00-30-X-00,

is-sitt klassi: 00-70-X-00,

l-aħħar klassi: 00-X-X-00;

il-kliem: Calibri tipa grassa 16-il pt, b’ittri kbar u bl-abjad, is-simbolu “+”: stampat ’il fuq mill-vers.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma:

il-vleġġa: wisa’: 22 millimetru, għoli: 12-il millimetru, 100 % iswed;

il-kliem: Calibri tipa grassa 24 pt, b’ittri kbar u bl-abjad, is-simbolu “+”: stampat ’il fuq mill-vers.

Image

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, fuq ġewwa:

pittogramma kif murija,

bordura: 2 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri,

il-valur “YZ”: Calibri tipa grassa 15 pt, 100 % iswed,

il-kliem “dB”: Calibri tipa normali 10-il pt, 100 % iswed.

Image

Il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh/annum (kWh fis-sena) jew f’GJ/annum (GJ fis-sena):

bordura: 2 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri,

il-valur “WXYZ” jew “YZ”: Calibri tipa grassa ta’ mill-inqas 20 pt, 100 % iswed,

il-kliem “kWh/annum” (kWh fis-sena) jew “GJ/annum” (GJ fis-sena): Calibri tipa normali ta’ mill-inqas 15-il pt, 100 % iswed.

Image

Jekk tkun tapplika, l-idonjetà f’sigħat kwieti:

pittogramma kif murija,

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Is-sena li fiha ddaħħlet it-tikketta u n-numru tar-Regolament:

il-kliem: Calibri tipa grassa 10 pt.

Image

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu.

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur:

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 86 bi 12-il millimetru.

5.   Id-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-ilma solari għandu jkun dan li ġej:

Image

fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 105 millimetri u għolja mill-inqas 200 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom il-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn t’hawn fuq):

Image

Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 4 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-lowgo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 86 millimetru, għoli: 17-il millimetru.

Image

Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, tul: 86 millimetru.

Image

Il-funzjoni tat-tisħin tal-ilma:

Pictogram kif murija, li tinkludi l-profil tat-tagħbija ddikjarat, indikat bl-ittra xierqa skont it-Tabella 3 tal-Anness VII: Calibri tipa grassa 16-il pt, 100 % iswed.

Image

L-iskala li tmur minn A sa G jew minn A+ sa F:

il-vleġeġ: għoli: 7 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: millimetru (1), kuluri:

l-aqwa klassi: X-00-X-00,

it-tieni klassi: 70-00-X-00,

it-tielet klassi: 30-00-X-00,

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

il-ħames klassi: 00-30-X-00,

is-sitt klassi: 00-70-X-00,

l-aħħar klassi: 00-X-X-00.

il-kliem: Calibri tipa grassa 16-il pt, b’ittri kbar u bl-abjad, is-simbolu “+”: stampat ’il fuq mill-vers.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma:

il-vleġġa: wisa’: 22 millimetru, għoli: 12-il millimetru, 100 % iswed;

il-kliem: Calibri tipa grassa 24 pt, b’ittri kbar u bl-abjad, is-simbolu “+”: stampat ’il fuq mill-vers.

Image

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, fuq ġewwa:

pittogramma kif murija,

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri,

il-valur “YZ”: Calibri tipa grassa 15-il pt, 100 % iswed,

il-kliem “dB”: Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed.

Image

Il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh/annum (kWh fis-sena) jew f’GJ/annum (GJ fis-sena):

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri,

il-valuri “WXYZ” jew “YZ”: Calibri tipa ta’ mill-inqas 13-il pt, 100 % iswed,

il-kliem “kWh/annum” (kWh fis-sena) jew “GJ/annum” (GJ fis-sena): Calibri tipa normali ta’ mill-inqas 11 pt, 100 % iswed.

Image

Mappa solari tal-Ewropa u kaxxi kkuluriti:

pittogramma kif murija,

kuluri: blu skur: 86-51-00-00,

blu normali: 53-08-00-00,

blu ċar: 25-00-02-00.

Image

Is-sena li fiha ddaħħlet it-tikketta u n-numru tar-Regolament:

il-kliem: Calibri tipa grassa 10 pt.

Image

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu.

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur:

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 86 bi 12-il millimetru.

6.   Id-disinn tat-tikketta għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana għandu jkun dan li ġej:

Image

fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 105 millimetri u għolja mill-inqas 200 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom il-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn t’hawn fuq):

Image

Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 4 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-lowgo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 86 millimetru, għoli: 17-il millimetru.

Image

Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, tul: 86 millimetru.

Image

Il-funzjoni tat-tisħin tal-ilma:

Pittogramma kif murija, li tinkludi l-profil tat-tagħbija ddikjarat, indikat bl-ittra xierqa skont it-Tabella 3 tal-Anness VII: Calibri tipa grassa 16-il pt, 100 % iswed.

Image

L-iskala li tmur minn A sa G jew minn A+ sa F:

il-vleġeġ: għoli: 7 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: millimetru (1), kuluri:

l-aqwa klassi: X-00-X-00,

it-tieni klassi: 70-00-X-00,

it-tielet klassi: 30-00-X-00,

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

il-ħames klassi: 00-30-X-00,

is-sitt klassi: 00-70-X-00,

l-aħħar klassi: 00-X-X-00;

il-kliem: Calibri tipa grassa 16-il pt, b’ittri kbar u bl-abjad, is-simbolu “+”: stampat ’il fuq mill-vers.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma:

il-vleġġa: wisa’: 22 millimetru, għoli: 12-il millimetru, 100 % iswed;

il-kliem: Calibri tipa grassa 24 pt, b’ittri kbar u bl-abjad, is-simbolu “+”: stampat ’il fuq mill-vers.

Image

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, fuq ġewwa (jekk ikun japplika) u fuq barra:

pittogramma kif murija,

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri,

il-valur “YZ”: Calibri tipa grassa 15-il pt, 100 % iswed,

il-kliem “dB”: Calibri tipa normali 10 pt, 100 % iswed.

Image

Il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh/annum (kWh fis-sena) jew f’GJ/annum (GJ fis-sena):

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri,

il-valuri “WXYZ” jew “YZ”: Calibri tipa ta’ mill-inqas 13-il pt, 100 % iswed,

il-kliem “kWh/annum” (kWh fis-sena) jew “GJ/annum” (GJ fis-sena): Calibri tipa normali ta’ mill-inqas 11 pt, 100 % iswed.

Image

Mappa tat-temperaturi fl-Ewropa u kaxxi kkuluriti:

pittogramma kif murija,

kuluri: blu skur: 86-51-00-00,

blu normali: 53-08-00-00,

blu ċar: 25-00-02-00.

Image

Jekk tkun tapplika, l-idonjetà f’sigħat kwieti:

pittogramma kif murija,

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Is-sena li fiha ddaħħlet it-tikketta u n-numru tar-Regolament:

il-kliem: Calibri tipa grassa 10 pt.

Image

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu.

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur:

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 86 bi 12-il millimetru.

7.   Id-disinn tat-tikketta għat-tankijiet tal-misħun għandu jkun dan li ġej:

Image

fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 105 millimetri u għolja mill-inqas 200 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom il-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn t’hawn fuq):

Image

Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 4 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-lowgo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 86 millimetru, għoli: 17-il millimetru.

Image

Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 1 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, tul: 86 millimetru.

Image

Il-funzjoni tal-ħżin:

pittogramma kif murija.

Image

L-iskala li tmur minn A sa G jew minn A+ sa F:

il-vleġeġ: għoli: 7 millimetri, spazju bejn vleġġa u oħra: millimetru (1), kuluri:

l-aqwa klassi: X-00-X-00,

it-tieni klassi: 70-00-X-00,

it-tielet klassi: 30-00-X-00,

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

il-ħames klassi: 00-30-X-00,

is-sitt klassi: 00-70-X-00,

l-aħħar klassi: 00-X-X-00;

il-kliem: Calibri tipa grassa 16-il pt, b’ittri kbar u bl-abjad, is-simbolu “+”: stampat ’il fuq mill-vers.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika:

il-vleġġa: wisa’: 22 millimetru, għoli: 12-il millimetru, 100 % iswed;

il-kliem: Calibri tipa grassa 24 pt, b’ittri kbar u bl-abjad, is-simbolu “+”: stampat ’il fuq mill-vers.

Image

It-telf kostanti:

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri,

il-valur “YZ”: Calibri tipa grassa 45 pt, 100 % iswed,

il-kelma “W”: Calibri tipa normali 30 pt, 100 % iswed.

Image

Il-volum tal-ħżin:

bordura: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri,

il-valur “XYZ”: Calibri tipa grassa 45 pt, 100 % iswed,

il-kelma “L”: Calibri tipa normali 30 pt, 100 % iswed.

Image

Is-sena li fiha ddaħħlet it-tikketta u n-numru tar-Regolament:

il-kliem: Calibri tipa grassa 10 pt.

Image

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu.

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur:

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 86 bi 12-il millimetru.

8.   Id-disinn tat-tikketta għall-pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għandu jkun dan li ġej:

Image

fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 210 millimetru u għolja mill-inqas 297 millimetru. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

(b)

L-isfond għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom il-kodiċi CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % blu jagħti fl-aħdar, 70 % maġenta, 100 % isfar u 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għad-disinn t’hawn fuq):

Image

Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 6 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-lowgo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

Image

It-tikketta tal-enerġija: Kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: il-lowgo tal-UE + it-tikketta tal-enerġija: wisa’: 191 millimetru, għoli: 37 millimetru.

Image

Il-linja tal-bordura tal-lowgos iż-żgħar: 2 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, tul: 191 millimetru.

Image

Il-funzjoni tat-tisħin tal-ilma:

Pittogramma kif murija, li tinkludi l-profil tat-tagħbija ddikjarat, indikat bl-ittra xierqa skont it-Tabella 3 tal-Anness VII: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.

Image

Il-ħiter tal-ilma:

pittogramma kif murija;

klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-ħiter tal-ilma:

il-vleġġa: wisa’: 24 millimetru, għoli: 14-il millimetru, 100 % iswed;

il-kliem: Calibri tipa grassa 28 pt, b’ittri kbar u bl-abjad;

bordura: 3 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-pakkett b’kollettur solari u/jew b’tank tal-misħun:

pittogrammi kif murija;

is-simbolu “+”: Calibri tipa grassa 50 pt, blu jagħti fl-aħdar 100 %;

il-kaxxi: wisa’: 12-il millimetru, għoli: 12-il millimetru, bordura: 4 pt, blu jagħti fl-aħdar 100 %;

bordura: 3 pt – kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 % – kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

L-iskala li tmur minn A+++ sa G bil-bordura:

il-vleġeġ: għoli: 15-il millimetru, spazju bejn vleġġa u oħra: 3 millimetri, kuluri:

l-aqwa klassi: X-00-X-00,

it-tieni klassi: 70-00-X-00,

it-tielet klassi: 30-00-X-00,

ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,

il-ħames klassi: 00-30-X-00,

is-sitt klassi: 00-70-X-00,

is-seba’ klassi: 00-X-X-00,

jekk ikun japplika, il-klassijiet tal-aħħar: 00-X-X-00;

il-kliem: Calibri tipa grassa 30 pt, b’ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati ’l fuq mill-vers, allinjati f’ringiela waħda;

bordura: 3 pt, kulur: blu jagħti fl-aħdar 100 %, kantunieri fit-tond: 3,5 millimetri.

Image

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma għall-pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari:

il-vleġġa: wisa’: 33 millimetru, għoli: 19-il millimetru, 100 % iswed;

il-kliem: Calibri tipa grassa 40 pt, b’ittri kbar u bl-abjad, is-simboli “+”: stampati ’l fuq mill-vers, allinjati f’ringiela waħda.

Image

Is-sena li fiha ddaħħlet it-tikketta u n-numru tar-Regolament:

il-kliem: Calibri tipa grassa 12-il pt.

Image

Isem il-bejjiegħ u/jew il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu.

Image

L-identifikatur tal-mudell tal-bejjiegħ u/jew tal-fornitur:

Isem il-bejjiegħ u/jew il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu/tagħhom u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 191 b’19-il millimetru.


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS IV

L-iskeda tat-tagħrif tal-prodott

1.   IL-ĦITERS TAL-ILMA

1.1.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-ħiter tal-ilma għandu jingħata fl-ordni li ġejja u għandu jiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f’materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

(c)

il-profil tat-tagħbija ddikjarat, muri permezz tal-ittra x-xierqa u tal-użu tipiku skont it-Tabella 3 tal-Anness VII;

(d)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-mudell, stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II, fejn: għall-ħiters tal-ilma solari u għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, din għandha tkun il-klassi f’kundizzjonijiet klimatiċi medji;

(e)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma f’perċentwali, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulata skont il-punt 3 tal-Anness VIII, fejn: għall-ħiters tal-ilma solari u għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, din għandha tkun l-effiċjenza enerġetika f’kundizzjonijiet klimatiċi medji;

(f)

il-konsum annwali tal-elettriku f’kWh f’termini tal-enerġija finali u/jew il-konsum annwali tal-fjuwil f’GJ f’termini tal-GCV, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness VIII, fejn: għall-ħiters tal-ilma solari u għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, dan għandu jkun il-konsum f’kundizzjonijiet klimatiċi medji;

(g)

jekk ikunu japplikaw, il-profili tat-tagħbija l-oħrajn li għalihom ikun jista’ jintuża l-ħiter tal-ilma u l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma u l-konsum annwali tal-elettriku li jikkorrispondu magħhom, kif stipulat fil-punti (e) u (f);

(h)

il-konfigurazzjonijiet tat-temperatura tat-termostat tal-ħiter tal-ilma, kif imqiegħed fis-suq mill-fornitur;

(i)

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss LWA , fuq ġewwa, f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ (għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, jekk dan ikun japplika);

(j)

indikazzjoni, jekk tkun tapplika, li l-ħiter tal-ilma jkun kapaċi jaħdem biss fis-sigħat kwieti;

(k)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-ilma jew meta ssirlu xi manutenzjoni;

(l)

meta l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti (smart) jiġi ddikjarat li jkun “1”, indikazzjoni li t-tagħrif dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma u dwar il-konsum annwali tal-elettriku u tal-fjuwil, skont kif ikun japplika, jkollu x’jaqsam mal-konfigurazzjonijiet attivati ta’ regolatur intelliġenti biss;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari u għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

(m)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma f’perċentwali, f’kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ u isħan, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulata skont il-punt 3 tal-Anness VIII;

(n)

il-konsum annwali tal-elettriku f’kWh f’termini tal-enerġija finali u/jew il-konsum annwali tal-fjuwil f’GJ f’termini tal-GCV, f’kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ u isħan, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness VIII;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari:

(o)

l-erja ta’ apertura tal-kollettur f’metri kwadri, mogħtija sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(p)

l-effiċjenza bl-ebda telf, mogħtija sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(q)

il-koeffiċjent tal-ewwel ordni f’W/(m2 K), mogħti sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(r)

il-koeffiċjent tat-tieni ordni f’W/(m2 K2), mogħti sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(s)

il-modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza, mogħti sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(t)

il-volum tal-ħżin f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(u)

il-konsum tal-enerġija tal-pompa f’W, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(v)

il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija f’W, mogħti sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

(w)

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss LWA , fuq barra, f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

1.2.

Skeda waħda tat-tagħrif tista’ tkopri għadd ta’ mudelli tal-ħiters tal-ilma fornuti mill-istess fornitur.

1.3.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif jista’ jingħata bħala kopja tat-tikketta, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Meta dan ikun il-każ, għandu jingħata wkoll it-tagħrif imniżżel fil-punt 1.1 li ma jkunx diġà muri fuq it-tikketta.

2.   IT-TANKIJIET TAL-MISĦUN

2.1.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tat-tank tal-misħun għandu jingħata fl-ordni li ġejja u għandu jiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f’materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

(c)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, stabbilita skont il-punt 2 tal-Anness II;

(d)

it-telf kostanti f’W, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(e)

il-volum tal-ħżin f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

2.2.

Skeda waħda tat-tagħrif tista’ tkopri għadd ta’ mudelli tat-tankijiet tal-misħun fornuti mill-istess fornitur.

2.3.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif jista’ jingħata bħala kopja tat-tikketta, stampata bil-kulur jew bl-abjad u l-iswed. Meta dan ikun il-każ, għandu jingħata wkoll it-tagħrif imniżżel fil-punt 2.1 li ma jkunx diġà muri fuq it-tikketta.

3.   L-APPARAT SOLARI

3.1.

It-tagħrif mogħti fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-apparat solari għandu jingħata fl-ordni li ġejja u għandu jiddaħħal fil-fuljett tal-prodott jew f’materjal ieħor għall-qari mogħti mal-prodott (għall-pompi fis-sistema ċirkolari tal-kollettur, jekk ikunu japplikaw):

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

(c)

l-erja ta’ apertura tal-kollettur f’metri kwadri, mogħtija sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(d)

l-effiċjenza bl-ebda telf, mogħtija sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(e)

il-koeffiċjent tal-ewwel ordni f’W/(m2 K), mogħti sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(f)

il-koeffiċjent tat-tieni ordni f’W/(m2 K2), mogħti sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(g)

il-modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza, mogħti sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(h)

il-volum tal-ħżin f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(i)

il-kontribut annwali ta’ tisħin li mhux solari, Q nonsol , f’kWh f’termini tal-enerġija primarja għall-elettriku u/jew f’kWh f’termini tal-GCV għall-fjuwils, għall-profili tat-tagħbija M, L, XL u XXL f’kundizzjonijiet klimatiċi medji, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(j)

il-konsum tal-enerġija tal-pompa f’W, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(k)

il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija f’W, mogħti sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(l)

il-konsum annwali tal-elettriku awżiljarju, Qaux , f’kWh f’termini tal-enerġija finali, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

3.2.

Skeda waħda tat-tagħrif tista’ tkopri għadd ta’ mudelli tal-apparat solari fornuti mill-istess fornitur.

4.   IL-PAKKETTI MAGĦMULIN MINN ĦITER TAL-ILMA U MINN APPARAT SOLARI

L-iskeda tat-tagħrif għall-pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għandu jkun fiha l-elementi mogħtija fil-Figura 1 għall-evalwazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari, li fiha għandu jiddaħħal it-tagħrif li ġej:

I: il-valur tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiter tal-ilma, mogħti bħala perċentwali;

II: il-valur tal-formola matematika Formula, fejn il-valur ta’ Qref jittieħed mill-valuri mogħtija fit-Tabella 3 tal-Anness VII u l-valur ta’ Qnonsol jittieħed mill-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-apparat solari għall-profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ M, L, XL jew XXL tal-ħiter tal-ilma;

III: il-valur tal-formola matematika Formula, mogħti bħala perċentwali, fejn il-valur ta’ Qaux jittieħed mill-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-apparat solari u l-valur ta’ Qref jittieħed mill-valuri mogħtija fit-Tabella 3 tal-Anness VII għall-profil tat-tagħbija ddikjarat ta’ M, L, XL jew XXL.

Figura 1

Skeda tat-tagħrif għal pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari, li turi l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-pakkett offrut

Image

ANNESS V

Id-dokumentazzjoni teknika

1.   IL-ĦITERS TAL-ILMA

Id-dokumentazzjoni teknika għall-ħiters tal-ilma msemmija fl-Artikolu 3(1)(c) għandha tinkludi:

(a)

isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu;

(b)

deskrizzjoni tal-mudell tal-ħiter tal-ilma li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità;

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna li jkollha s-setgħa torbot lill-fornitur;

(f)

ir-riżultati tal-kejl tal-parametri tekniċi speċifikati fil-punt 7 tal-Anness VII;

(g)

ir-riżultati tal-kalkoli tal-parametri tekniċi speċifikati fil-punt 2 tal-Anness VIII;

(h)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-ħiter tal-ilma jew meta ssirlu xi manutenzjoni.

2.   IT-TANKIJIET TAL-MISĦUN

Id-dokumentazzjoni teknika għat-tankijiet tal-misħun imsemmija fl-Artikolu 3(2)(c) għandha tinkludi:

(a)

isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu;

(b)

deskrizzjoni tal-mudell tat-tank tal-misħun li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità;

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna li jkollha s-setgħa torbot lill-fornitur;

(f)

ir-riżultati tal-kejl tal-parametri tekniċi speċifikati fil-punt 8 tal-Anness VII;

(g)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat it-tank tal-misħun jew meta ssirlu xi manutenzjoni.

3.   L-APPARAT SOLARI

Id-dokumentazzjoni teknika għall-apparat solari msemmija fl-Artikolu 3(3)(b) għandha tinkludi:

(a)

isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu;

(b)

deskrizzjoni tal-mudell tal-apparat solari li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità;

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna li jkollha s-setgħa torbot lill-fornitur;

(f)

ir-riżultati tal-kejl tal-parametri tekniċi speċifikati fil-punt 9 tal-Anness VII;

(g)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat l-apparat solari jew meta ssirlu xi manutenzjoni.

4.   IL-PAKKETTI MAGĦMULIN MINN ĦITER TAL-ILMA U MINN APPARAT SOLARI

Id-dokumentazzjoni teknika għall-pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari msemmija fl-Artikolu 3(4)(c) għandha tinkludi:

(a)

isem il-fornitur u l-indirizz tiegħu;

(b)

deskrizzjoni tal-mudell tal-pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari li tkun biżżejjed biex dan jiġi identifikat mingħajr ambigwità;

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna li jkollha s-setgħa torbot lill-fornitur;

(f)

il-parametri tekniċi:

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma f’perċentwali, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

il-parametri tekniċi stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3 ta’ dan l-Anness;

(g)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew jiġi installat il-pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari jew meta ssirlu xi manutenzjoni.


ANNESS VI

It-tagħrif li għandu jingħata f’każijiet fejn l-utent aħħari ma jistax jiġi mistenni jara l-prodott għall-wiri

1.   IL-ĦITERS TAL-ILMA

1.1.

It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) għandu jingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

il-profil tat-tagħbija ddikjarat, muri permezz tal-ittra x-xierqa u tal-użu tipiku skont it-Tabella 3 tal-Anness VII;

(b)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-mudell, f’kundizzjonijiet klimatiċi medji, stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II;

(c)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma f’perċentwali, f’kundizzjonijiet klimatiċi medji, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulata skont il-punt 3 tal-Anness VIII;

(d)

il-konsum annwali tal-elettriku f’kWh f’termini tal-enerġija finali u/jew il-konsum annwali tal-fjuwil f’GJ f’termini tal-GCV, f’kundizzjonijiet klimatiċi medji, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness VIII;

(e)

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss fuq ġewwa f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ (għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, jekk dan ikun japplika);

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari u għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

(f)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma f’perċentwali, f’kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ u isħan, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulata skont il-punt 3 tal-Anness VIII;

(g)

il-konsum annwali tal-elettriku f’kWh f’termini tal-enerġija finali u/jew il-konsum annwali tal-fjuwil f’GJ f’termini tal-GCV, f’kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ u isħan, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness VIII;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari:

(h)

l-erja ta’ apertura tal-kollettur f’metri kwadri, mogħtija sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(i)

il-volum tal-ħżin f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

(j)

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss fuq barra f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

1.2.

Fejn jingħata wkoll tagħrif ieħor li jkun jinsab fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott, dan għandu jkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fil-punt 1 tal-Anness IV.

1.3.

It-tagħrif imsemmi fil-punti 1.1 u 1.2 għandu jkun stampat jew muri b’daqs u tipa li jkunu leġġibbli.

2.   IT-TANKIJIET TAL-MISĦUN

2.1.

It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(2)(b) għandu jingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, stabbilita skont il-punt 2 tal-Anness II;

(b)

it-telf kostanti f’W, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

(c)

il-volum tal-ħżin f’litri, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

2.2.

It-tagħrif imsemmi fil-punt 2.1 għandu jkun stampat jew muri b’daqs u tipa li jkunu leġġibbli.

3.   IL-PAKKETTI MAGĦMULIN MINN ĦITER TAL-ILMA U MINN APPARAT SOLARI

3.1.

It-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(3)(b) għandu jingħata fl-ordni li ġejja:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għat-tisħin tal-ilma tal-mudell, stabbilita skont il-punt 1 tal-Anness II;

(b)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma f’perċentwali, imqarrba għall-eqreb numru sħiħ;

(c)

l-elementi mogħtija fil-Figura 1 tal-Anness IV.

3.2.

It-tagħrif imsemmi fil-punt 3.1 għandu jkun stampat jew muri b’daqs u tipa li jkunu leġġibbli.


ANNESS VII

Il-kejl

1.   Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl għandu jsir billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi tal-kejl oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 9.

2.   Kundizzjonijiet ġenerali sabiex jiġu ttestjati l-ħiters tal-ilma:

(a)

il-kejl għandu jsir billi jintużaw il-profili tat-tagħbija mogħtija fit-Tabella 3;

(b)

il-kejl għandu jittieħed billi jintuża ċiklu tal-kejl ta’ 24 siegħa, imqassam kif ġej:

min-00:00 sas-06:59: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;

mis-07:00: estrazzjoni mill-ilma skont il-profil tat-tagħbija ddikjarat;

minn tmiem l-aħħar estrazzjoni mill-ilma sa 24:00: l-ebda estrazzjoni mill-ilma;

(c)

il-profil tat-tagħbija ddikjarat għandu jkun il-profil massimu tat-tagħbija jew il-profil tat-tagħbija li jkun jinsab eżatt wara dak massimu.

Tabella 3

Profili tat-tagħbija tal-ħiters tal-ilma

h

3XS

XXS

XS

S

Qtap

f

Tm

Qtap

f

Tm

Qtap

f

Tm

Qtap

f

Tm

Tp

kWh

l/min

°C

kWh

l/min

°C

kWh

l/min

°C

kWh

l/min

°C

°C

07:00

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

07:05

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:15

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:26

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

07:30

0,015

2

25

0,105

2

25

0,525

3

35

0,105

3

25

 

07:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:01

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:05

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:15

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

08:30

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

08:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

09:00

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

09:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

10:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

11:45

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

12:00

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

12:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

12:45

0,015

2

25

0,105

2

25

0,525

3

35

0,315

4

10

55

14:30

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15:00

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15:30

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16:00

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

16:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

17:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18:00

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

25

 

18:15

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

0,105

3

40

 

18:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

19:00

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

19:30

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

20:00

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

20:30

 

 

 

 

 

 

1,05

3

35

0,42

4

10

55

20:45

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

20:46

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:00

 

 

 

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

21:15

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

21:30

0,015

2

25

 

 

 

 

 

 

0,525

5

45

 

21:35

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

21:45

0,015

2

25

0,105

2

25

 

 

 

 

 

 

 

Qref

0,345

2,100

2,100

2,100


Tkomplija tat-Tabella 3

Profili tat-tagħbija tal-ħiters tal-ilma

ħin

M

L

XL

Qtap

f

Tm

Tp

Qtap

f

Tm

Tp

Qtap

f

Tm

Tp

kWh

l/mn

°C

°C

kWh

l/min

°C

°C

kWh

l/min

°C

°C

07:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

07:05

1,4

6

40

 

1,4

6

40

 

 

 

 

 

07:15

 

 

 

 

 

 

 

 

1,82

6

40

 

07:26

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

07:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

 

 

 

 

07:45

 

 

 

 

0,105

3

25

 

4,42

10

10

40

08:01

0,105

3

25

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

08:05

 

 

 

 

3,605

10

10

40

 

 

 

 

08:15

0,105

3

25

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

08:25

 

 

 

 

0,105

3

25

 

 

 

 

 

08:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

08:45

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

09:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

09:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

10:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

10:30

0,105

3

10

40

0,105

3

10

40

0,105

3

10

40

11:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

11:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

11:45

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

12:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

12:45

0,315

4

10

55

0,315

4

10

55

0,735

4

10

55

14:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

15:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

15:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

16:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

16:30

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

17:00

 

 

 

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

18:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

18:15

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

18:30

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

0,105

3

40

 

19:00

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

0,105

3

25

 

19:30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:00

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:30

0,735

4

10

55

0,735

4

10

55

0,735

4

10

55

20:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20:46

 

 

 

 

 

 

 

 

4,42

10

10

40

21:00

 

 

 

 

3,605

10

10

40

 

 

 

 

21:15

0,105

3

25

 

 

 

 

 

0,105

3

25

 

21:30

1,4

6

40

 

0,105

3

25

 

4,42

10

10

40

21:35

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21:45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Qref

5,845

11,655

19,07


Tkomplija tat-Tabella 3

Profili tat-tagħbija tal-ħiters tal-ilma

ħin

XXL

Qtap

f

Tm

Tp

kWh

l/min

°C

°C

07:00

0,105

3

25

 

07:05

 

 

 

 

07:15

1,82

6

40

 

07:26

0,105

3

25

 

07:30

 

 

 

 

07:45

6,24

16

10

40

08:01

0,105

3

25

 

08:05

 

 

 

 

08:15

0,105

3

25

 

08:25

 

 

 

 

08:30

0,105

3

25

 

08:45

0,105

3

25

 

09:00

0,105

3

25

 

09:30

0,105

3

25

 

10:00

0,105

3

25

 

10:30

0,105

3

10

40

11:00

0,105

3

25

 

11:30

0,105

3

25

 

11:45

0,105

3

25

 

12:00

 

 

 

 

12:30

 

 

 

 

12:45

0,735

4

10

55

14:30

0,105

3

25

 

15:00

0,105

3

25

 

15:30

0,105

3

25

 

16:00

0,105

3

25

 

16:30

0,105

3

25

 

17:00

0,105

3

25

 

18:00

0,105

3

25

 

18:15

0,105

3

40

 

18:30

0,105

3

40

 

19:00

0,105

3

25

 

19:30

 

 

 

 

20:00

 

 

 

 

20:30

0,735

4

10

55

20:45

 

 

 

 

20:46

6,24

16

10

40

21:00

 

 

 

 

21:15

0,105

3

25

 

21:30

6,24

16

10

40

21:35

 

 

 

 

21:45

 

 

 

 

Qref

24,53

3.   Kundizzjonijiet sabiex tiġi ttestjata l-konformità tar-regolatur intelliġenti (smart) tal-ħiters tal-ilma

F’każ li l-fornitur iqis li huwa xieraq li jiddikjara li l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti (smart) huwa “1”, il-kejl tal-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku u/jew tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti u tal-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku u/jew tal-fjuwil mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti għandu jittieħed billi jintuża ċiklu tal-kejl ta’ ġimagħtejn, imqassam kif ġej:

mill-ewwel sal-ħames jum: serje aleatorja ta’ profili tat-tagħbija magħżulin mill-profil tat-tagħbija ddikjarat u mill-profil tat-tagħbija li jkun jinsab eżatt wara l-profil tat-tagħbija ddikjarat, bir-regolatur intelliġenti diżattivat;

is-sitt u s-seba’ jum: l-ebda estrazzjoni mill-ilma, u bir-regolatur intelliġenti diżattivat;

mit-tmien jum sat-tnax-il jum: repetizzjoni tas-sekwenza li tkun ġiet applikata mill-ewwel sal-ħames jum, bir-regolatur intelliġenti attivat;

it-tlettax u l-erbatax-il jum: l-ebda estrazzjoni mill-ilma, u bir-regolatur intelliġenti attivat;

id-differenza bejn il-kontenut ta’ enerġija utli mkejjel matul l-ewwel sas-seba’ jum u l-kontenut ta’ enerġija utli mkejjel matul it-tmien sal-erbatax-il jum m’għandhiex taqbeż it-2 % tal-valur ta’ Qref tal-profil tat-tagħbija ddikjarat.

4.   Kundizzjonijiet sabiex jiġu ttestjati l-ħiters tal-ilma solari

Il-kollettur solari, it-tank tal-misħun solari, il-pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur (jekk tkun tapplika) u l-ġeneratur tas-sħana għandhom jiġu ttestjati b’mod separat. F’każ li l-kollettur solari u t-tank tal-misħun solari ma jkunux jistgħu jiġu ttestjati b’mod separat, dawn għandhom jiġu ttestjati flimkien. Il-ġeneratur tas-sħana għandu jiġi ttestjat bil-kundizzjonijiet mogħtija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness.

Ir-riżultati għandhom jintużaw għall-kalkoli stipulati fil-punt 3(b) tal-Anness VIII bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabelli 4 u 5. Sabiex jiġi stabbilit il-valur ta’ Qtota , l-effiċjenza tal-ġeneratur tas-sħana li juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta’ reżistenza elettrika titqies li hija ta’ 100/CC, mogħtija bħala perċentwali.

5.   Kundizzjonijiet sabiex jiġu ttestjati l-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana

Il-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 6;

il-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana li jużaw l-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni bħala s-sors tas-sħana għandhom jiġu ttestjati bil-kundizzjonijiet mogħtija fit-Tabella 7.

6.   Kundizzjonijiet sabiex jiġi ttestjat l-apparat solari

Il-kollettur solari, it-tank tal-misħun solari u l-pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur (jekk tkun tapplika) għandhom jiġu ttestjati b’mod separat. F’każ li l-kollettur solari u t-tank tal-misħun solari ma jkunux jistgħu jiġu ttestjati b’mod separat, dawn għandhom jiġu ttestjati flimkien.

Ir-riżultati għandhom jintużaw għall-kalkoli tal-valur ta’ Qnonsol għall-profili tat-tagħbija M, L, XL u XXL bil-kundizzjonijiet klimatiċi medji mogħtija fit-Tabelli 4 u 5 u għall-kalkoli tal-valur ta’ Qaux .

Tabella 4

Temperatura medja ta’ binhar [fi gradi Celsius]

 

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Kundizzjonijiet klimatiċi medji

+2,8

+2,6

+7,4

+12,2

+16,3

+19,8

+21,0

+22,0

+17,0

+11,9

+5,6

+3,2

Kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ

–3,8

–4,1

–0,6

+5,2

+11,0

+16,5

+19,3

+18,4

+12,8

+6,7

+1,2

–3,5

Kundizzjonijiet klimatiċi isħan

+9,5

+10,1

+11,6

+15,3

+21,4

+26,5

+28,8

+27,9

+23,6

+19,0

+14,5

+10,4


Tabella 5

Valur medju tal-irradjanza solari globali [f’W għal kull metru kwadru]

 

Jannar

Frar

Marzu

April

Mejju

Ġunju

Lulju

Awwissu

Settembru

Ottubru

Novembru

Diċembru

Kundizzjonijiet klimatiċi medji

70

104

149

192

221

222

232

217

176

129

80

56

Kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ

22

75

124

192

234

237

238

181

120

64

23

13

Kundizzjonijiet klimatiċi isħan

128

137

182

227

248

268

268

263

243

175

126

109


Tabella 6

Kundizzjonijiet nominali standard għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, b’temperaturi tal-arja b’termometru niexef (it-temperaturi tal-arja b’termometru umdu huma mogħtija fil-parenteżi)

Sors tas-sħana

L-arja ta’ barra

L-arja ta’ ġewwa

L-arja tal-egżost

Salmura

Ilma

Kundizzjonijiet klimatiċi

Kundizzjonijiet klimatiċi medji

Kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ

Kundizzjonijiet klimatiċi isħan

Mhux applikabbli

Il-kundizzjonijiet klimatiċi kollha

Temperatura

+ 7 °C (+ 6 °C)

+ 2 °C (+ 1 °C)

+ 14 °C (+ 13 °C)

+ 20 °C (massimu ta’ + 15 °C)

+ 20 °C (+ 12 °C)

0 °C (mad-dħul)/– 3 °C (mal-ħruġ)

+ 10 °C (mad-dħul)/+ 7 °C (mal-ħruġ)


Tabella 7

L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni [f’metri kubi għal kull siegħa, m3/h], f’temperatura ta’ 20 °C u b’umdità ta’ 5,5 grammi għal kull metru kubu

Profil tat-tagħbija ddikjarat

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

L-ammont massimu disponibbli ta’ arja tal-egżost tal-ventilazzjoni

109

128

128

159

190

870

1 021

7.   Parametri tekniċi għall-ħiters tal-ilma

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti għall-ħiters tal-ilma:

(a)

il-konsum ta’ kuljum tal-elettriku, Qelec , f’kWh, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(b)

il-profil tat-tagħbija ddikjarat, muri permezz tal-ittra x-xierqa skont it-Tabella 3 ta’ dan l-Anness;

(c)

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss fuq ġewwa f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ (għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana, jekk dan ikun japplika);

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-fjuwils fossili u/jew bil-fjuwils tal-bijomassa:

(d)

il-konsum ta’ kuljum tal-fjuwil, Qfuel , f’kWh f’termini tal-GCV, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li l-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti (smart) tagħhom jiġi ddikjarat li jkun “1”:

(e)

il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week,smart , f’kWh f’termini tal-GCV, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(f)

il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week,smart , f’kWh, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(g)

il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week , f’kWh f’termini tal-GCV, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(h)

il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week , f’kWh, imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari:

(i)

l-erja ta’ apertura tal-kollettur, Asol , f’metri kwadri, imqarrba għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(j)

l-effiċjenza bl-ebda telf, η0 , imqarrba għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(k)

il-koeffiċjent tal-ewwel ordni, a1 , f’W/(m2 K), imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(l)

il-koeffiċjent tat-tieni ordni, a2 , f’W/(m2 K2), imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(m)

il-modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza, IAM, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(n)

il-konsum tal-enerġija tal-pompa, solpump, f’W, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(o)

il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija, solstandby, f’W, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

(p)

il-livell ta’ qawwa tal-ħoss LWA , fuq barra, f’dB, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ.

8.   Parametri tekniċi għat-tankijiet tal-misħun

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti għat-tankijiet tal-misħun:

(a)

il-volum tal-ħżin, V, f’litri, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali;

(b)

it-telf kostanti, S, f’W, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

9.   Parametri tekniċi għall-apparat solari

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti għall-apparat solari:

(a)

l-erja ta’ apertura tal-kollettur, Asol , f’metri kwadri, imqarrba għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(b)

l-effiċjenza bl-ebda telf, η0 , imqarrba għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(c)

il-koeffiċjent tal-ewwel ordni, a1 , f’W/(m2 K), imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(d)

il-koeffiċjent tat-tieni ordni, a2 , f’W/(m2 K2), imqarreb għal tliet ċifri wara l-punt deċimali;

(e)

il-modifikatur tal-angolu ta’ inċidenza, IAM, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(f)

il-konsum tal-enerġija tal-pompa, solpump, f’W, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

(g)

il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija, solstandby, f’W, imqarreb għal żewġ ċifri wara l-punt deċimali.


ANNESS VIII

Metodu biex tiġi kkalkulata l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma tal-ħiters tal-ilma

1.   Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi xierqa tal-kalkolu oħrajn, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti. Dawn għandhom jissodisfaw il-kalkoli u l-parametri tekniċi stipulati fil-punti 2 sa 6.

Il-parametri tekniċi li jintużaw għall-kalkoli għandhom jitkejlu skont l-Anness VII.

2.   Parametri tekniċi għall-ħiters tal-ilma

Il-parametri li ġejjin għandhom jiġu kkalkulati għall-ħiters tal-ilma f’kundizzjonijiet klimatiċi medji:

(a)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh , mogħtija bħala perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

(b)

il-konsum annwali tal-elettriku, AEC, f’kWh f’termini tal-enerġija finali, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma li jaħdmu bil-fjuwil f’kundizzjonijiet klimatiċi medji:

(c)

il-konsum annwali tal-fjuwil, AFC, f’kWh f’termini tal-GCV, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari f’kundizzjonijiet klimatiċi medji:

(d)

l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma ta’ ġeneratur tas-sħana, ηwh,nonsol , mogħtija bħala perċentwali u mqarrba għal ċifra wara l-punt deċimali;

(e)

il-konsum annwali tal-elettriku awżiljarju, Qaux , f’kWh f’termini tal-enerġija finali, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ;

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari u għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana f’kundizzjonijiet klimatiċi iksaħ u isħan:

(f)

il-parametri mogħtija fil-punti (a) sa (c);

barra minn hekk, għall-ħiters tal-ilma solari f’kundizzjonijiet klimatiċi medji u iksaħ u isħan:

(g)

il-kontribut annwali ta’ tisħin li mhux solari, Qnonsol , f’kWh f’termini tal-enerġija primarja għall-elettriku u/jew f’kWh f’termini tal-GCV għall-fjuwils, imqarreb għal ċifra wara l-punt deċimali.

3.   Kalkolu tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, ηwh

(a)

Il-ħiters tal-ilma konvenzjonali u l-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma hija kkalkulata kif ġej:

Formula

Għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana ilma-/salmura-ilma, għandu jitqies il-konsum tal-elettriku ta’ pompa waħda tal-ilma ta’ taħt l-art jew iktar.

(b)

Il-ħiters tal-ilma solari:

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma hija kkalkulata kif ġej:

Formula

fejn:

Formula

4.   Kalkolu tal-konsum annwali tal-elettriku, AEC, u tal-konsum annwali tal-fjuwil, AFC

(a)

Il-ħiters tal-ilma konvenzjonali u l-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

Il-konsum annwali tal-elettriku, AEC, f’kWh f’termini tal-enerġija finali, huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

Il-konsum annwali tal-fjuwil, AFC, f’GJ f’termini tal-GCV, huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

(b)

Il-ħiters tal-ilma solari:

Il-konsum annwali tal-elettriku, AEC, f’kWh f’termini tal-enerġija finali, huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

Il-konsum annwali tal-fjuwil, AFC, f’GJ f’termini tal-GCV, huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

5.   Stabbiliment tal-fattur tar-regolatur intelliġenti, SCF, u tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart

(a)

Il-fattur tar-regolatur intelliġenti huwa kkalkulat kif ġej:

Formula

(b)

Jekk il-fattur tar-regolatur intelliġenti, SCF, ikun ta’ 0,07 jew iktar, il-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart, għandu jkun ta’ 1. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-valur tal-konformità tar-regolatur intelliġenti, smart, għandu jkun ta’ 0.

6.   Stabbiliment tat-terminu ta’ korrezzjoni ambjentali, Qcor

It-terminu ta’ korrezzjoni ambjentali huwa kkalkulat kif ġej:

(a)

għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaħdmu bl-elettriku:

Formula

(b)

għall-ħiters tal-ilma konvenzjonali li jaħdmu bil-fjuwil:

Formula

(c)

għall-ħiters tal-ilma b’pompa tas-sħana:

Formula

fejn:

il-valuri għal “k” huma mogħtija fit-Tabella 8 għal kull profil tat-tagħbija.

Tabella 8:

Valuri ta’ “k”

 

3XS

XXS

XS

S

M

L

XL

XXL

k

0,23

0,23

0,23

0,23

0,23

0,23

0,23

0,0


ANNESS IX

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

Għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw ħiter tal-ilma, tank tal-misħun, apparat solari jew pakkett magħmul minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari u għandhom jipprovdu t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra. Jekk il-parametri mkejla ma jkunux jikkorrispondu mal-valuri ddikjarati mill-fornitur u ma jkunux jaqgħu fil-firxa ta’ valuri mogħtija fit-Tabella 9, il-kejl għandu jitwettaq fuq tliet ħiters tal-ilma jew tankijiet tal-misħun oħrajn jew fuq tliet apparati solari oħrajn jew fuq tliet pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari oħrajn u t-tagħrif dwar ir-riżultati tat-testijiet għandu jingħadda lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn mindu jsiru t-testijiet. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla għal dawk it-tliet ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun, apparati solari jew pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għandha tikkorrispondi mal-valuri ddikjarati mill-fornitur u għandha taqa’ fil-firxa ta’ valuri mogħtija fit-Tabella 9.

Jekk dan ma jkunx il-każ, dak il-mudell u l-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha tal-ħiters tal-ilma, tat-tankijiet tal-misħun, tal-apparat solari jew tal-pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari għandhom jitqiesu li mhumiex konformi mar-rekwiżiti.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-proċeduri mogħtija fl-Annessi VII u VIII.

Tabella 9

Tolleranzi tal-verifika

Parametri mkejla

Tolleranzi tal-verifika

Il-konsum ta’ kuljum tal-elettriku, Qelec

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 % (*).

Il-livell ta’ qawwa tal-ħoss, LWA , fuq ġewwa u/jew fuq barra

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 2 dB.

Il-konsum ta’ kuljum tal-fjuwil, Qfuel

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

Il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week,smart

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

Il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-fjuwil mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qfuel,week

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

Il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku bl-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week,smart

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

Il-konsum ta’ kull ġimgħa tal-elettriku mingħajr l-użu tar-regolaturi intelliġenti, Qelec,week

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

L-erja ta’ apertura tal-kollettur, Asol

Il-valur imkejjel m’għandux ikun iktar minn 2 % inqas mill-valur nominali.

Il-konsum tal-enerġija tal-pompa, solpump

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 3 %.

Il-konsum tal-enerġija fil-modalità Stennija, solstandby

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.

Il-volum tal-ħżin, V

Il-valur imkejjel m’għandux ikun iktar minn 2 % inqas mill-valur nominali.

It-telf kostanti, S

Il-valur imkejjel m’għandux jaqbeż il-valur nominali b’iktar minn 5 %.


(*)  “Valur nominali” tfisser il-valur li l-fornitur jiddikjara.


Top