Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0577

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat- 28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109–148 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/09/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/577/oj

28.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/109


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 577/2013

tat-28 ta’ Ġunju 2013

dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 13(1) u (2), l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 25(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn territorju jew pajjiż terz, u r-regoli għall-kontrolli tal-konformità fuq movimenti ta’ dan it-tip. Il-proposta tirrevoka u tissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (2).

(2)

Il-klieb, il-qtates u l-inmsa huma elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, bħala speċi ta’ annimali koperti minn dan ir-Regolament.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi li l-frieħ tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa ma għandhomx jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn territorji jew pajjiżi terzi sakemm ma jkunux irċevew tilqima kontra l-idrofobija li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness III tiegħu. Madankollu, il-moviment tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa li mhumiex mlaqqma jew li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness III tiegħu jista’ jiġi awtorizzat minn Stati Membri jew minn territorji jew pajjiżi terzi elenkati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, fejn, inter alia, is-sid jew il-persuna awtorizzata tipprovdi dikjarazzjoni ffirmata li minn meta twieldu sal-ħin tal-moviment mhux kummerċjali tagħhom, l-annimali domestiċi ma ġewx f’kuntatt ma’ annimali selvaġġi ta’ speċijiet suxxettibbli għall-idrofobija. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi għal dik id-dikjarazzjoni f’dan ir-Regolament.

(4)

Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistipula li l-Kummissjoni għandha tadotta żewġ listi ta’ territorji jew pajjiżi terzi li minnhom il-klieb, il-qtates jew l-inmsa jiġu mċaqilqa għal skopijiet mhux kummerċjali lejn Stat Membru mhumiex meħtieġa li jgħaddu mit-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija. Waħda minn dawn il-listi għandha tinkludi dawk it-territorji jew pajjiżi terzi li jkunu wrew li japplikaw regoli li l-kontenut u l-effett tagħhom huma l-istess bħal dawk applikati mill-Istati Membri u l-lista l-oħra għandha tinkludi dawk it-territorji jew pajjiżi terzi li jkunu wrew li huma jissodisfaw mill-inqas il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti dawk il-listi f’Anness ta' dan ir-Regolament.

(5)

Barra minn hekk, dawk il-listi għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, skont liema l-Kroazja għandha ssir membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013 u skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (3) li jipprovdi li mill-1 ta’ Jannar 2014 il-Majott ma jibqax pajjiż jew territorju lil hinn mix-xtut li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għandu jsir reġjun ultraperiferiku skont it-tifsira tal-Artikolu 349 ta’ dak it-Trattat.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi wkoll li l-klieb, il-qtates u l-inmsa ma għandhomx jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz għajr dawk elenkati f’Anness ta' dan ir-Regolament sakemm ma jkunx sarilhom test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. It-tranżitu minn wieħed minn dawk it-territorji jew pajjiżi terzi madankollu mhuwiex suġġett għal dak it-test fejn is-sid jew il-persuna awtorizzata tipprovdi dikjarazzjoni ffirmata li l-annimali ma ġewx f’kuntatt ma’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-idrofobija u jinzammu b'mod sikur fi ħdan mezz ta’ trasport jew fil-perimetru ta’ ajruport internazzjonali. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi għal dik id-dikjarazzjoni f’dan ir-Regolament.

(7)

Ir-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jinkludu l-obbligu tat-twettiq ta' dak it-test f'laboratorju approvat f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (4), li tipprovdi li l-laboratorju Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) ta' Nancy, Franza (li mill-1 ta' Lulju 2010 ġie integrat fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l’environnement et du travail, ANSES) għandu jevalwa dawk il-laboraturji fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni tagħhom sabiex jagħmlu testijiet seroloġiċi biex isegwu l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi wkoll li l-klieb, il-qtates u l-inmsa mċaqilqa lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor għal skopijiet mhux kummerċjali għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni fil-format ta’ passaport skont il-mudell li se jiġi adottat mill-Kummissjoni. Dak il-mudell għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Il-mudell u r-rekwiżiti addizzjonali tal-passaport għandu jkun stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u, għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta' simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE tas-26 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes (5) għandha tiġi mħassra.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi wkoll li l-klieb, il-qtates u l-inmsa mċaqilqa lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor għal għanijiet mhux kummerċjali għandhom ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni fil-format ta’ passaport tas-saħħa tal-annimali skont il-mudell li se jiġi adottat mill-Kummissjoni. Dak il-mudell għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit dak il-mudell f’Anness ta' dan ir-Regolament.

(10)

B’deroga mill-format taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stipulat fil-każ ta’ moviment lejn Stat Membru minn territorju jew pajjiż terz, ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa minn territorju jew pajjiż terz li jkun ippruvat li japplika regoli li l-kontenut u l-effett tagħhom huma l-istess bħal dawk applikati mill-Istati Membri, fejn id-dokument tal-identifikazzjoni li jakkumpanjawhom jkun inħareġ f’konformità mal-proċedura prevista fil-każ ta’ moviment lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor. Madankollu, huma meħtieġa numru ta’ adattamenti tekniċi sabiex il-mudell tal-passaport li għandu jintuża f’dawn il-każijiet, f’dak li għandu x’jaqsam b’mod partikolari ma’ karatteristiċi fuq il-paġna tal-qoxra li ma jistgħux jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti applikabbli għal passaporti maħruġa minn Stat Membru. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa għalhekk xieraq li jkun stabbilit mudell għal tali passaporti f’dan ir-Regolament.

(11)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprovdi li fejn in-numru ta’ klieb, qtates jew inmsa li ġew imċaqilqa għal raġunijiet mhux kummerċjali jaqbeż il-ħamsa matul moviment uniku, ir-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (6) tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) ta’ Direttiva 90/425/KEE għandhom japplikaw għal dawk l-annimali, għajr skont kundizzjonijiet speċifiċi u għal ċerti kategoriji ta’ annimali.

(12)

Barra minn hekk id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/839/KE tat-3 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet taċ-ċaqliq non-kummerċjali ta’ klieb u qtates żgħar minn pajjiżi terzi għall-Komunità (7) u d-Deċiżjoni 2005/91/KE tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2005 li tistabbilixxi l-perjodu li warajh it-tilqim kontra l-idrofobija/rabja huwa kkunsidrat bħala validu (8) ġew adottati sabiex jipprovdu għal regoli uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 998/2003. Ir-regoli stipulati f’dawk l-atti ġew riveduti u issa huma inkorporati fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta' simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjonijiet 2004/839/KE u 2005/91/KE għandhom għalhekk jiġu mħassra.

(13)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (9) tistipula r-regoli li għandhom jiġu osservati fil-ħruġ taċ-ċertifikati mitluba mil-leġiżlazzjoni veterinarja biex tiġi evitata ċ-ċertifikazzjoni qarrieqa jew falza. Huwa xieraq li jiġi żgurat li r-regoli u l-prinċipji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva jiġu applikati mill-uffiċjali veterinarji tal-pajjiżi terzi.

(14)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta’ Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (10) jipprovdi li mill-1 ta’ Jannar 2012, klieb li jidħlu l-Istati Membri jew partijiet minnhom elenkati fl-Anness I tiegħu għandhom jiġu ttrattati kontra l-parassita Echinococcus multilocularis skont ir-rekwiżiti stipulati f’dak ir-Regolament.

(15)

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/146/KE tal-21 ta’ Frar 2006 dwar ċerti miżuri protettivi rigward ċerti friefet-il-lejl tal-frott, klieb u qtates ġejjin mill-Malażja (Peniżola) u l-Awstralja (11) li tipprojbixxi l-importazzjonijiet ta’ klieb u qtates mill-Malażja (Peniżola) u ta' qtates mill-Awstralja sakemm ma jintlaħqux ċerti kundizzjonijiet rigward il-mard Nipah u Hendra rispettivament.

(16)

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

(17)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Format, tqassim u rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 7, 11 u 12 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

1.   Id-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandhom jitfasslu f’konformità mal-format u t-tqassim stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandhom jikkonformaw ma’ r-rekwiżiti lingwistiċi stipulati fil-Parti 3 ta’ dak l-Anness.

2.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandhom jitfasslu f’konformità mal-format u t-tqassim stipulati fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti lingwistiċi stipulati fil-Parti 3 ta’ dak l-Anness.

Artikolu 2

Listi ta' territorji u ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13 tar- Regolament (UE) Nru 576/2013

1.   Il-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jidher fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jidher fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artiikolu 3

Mudell tal-passaporti għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates jew inmsa

1.   Il-passaport imsemmi fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu jitfassal f’konformità mal-format u t-tqassim stipulati fil-Parti 1 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-passaporti maħruġa, skont il-punt (a) tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, f’wieħed mit-territorji jew pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandhom jitfasslu skont il-mudell stipulat fil-Parti 3 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fil-Parti 4 ta’ dak l-Anness.

Artikolu 4

Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-moviment mhux kummerċjali lejn l-Unjoni ta' klieb, qtates jew inmsa

Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandu

(a)

jkun imħejji f’konformità mal-mudell stipulat fil-Parti 1 tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(b)

jimtela skont in-noti ta' spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 2 ta' dak l-Anness:

(c)

jkun issuppplimentat minn dikjarazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 li għandha titfassal f’konformità mal-mudell stipulat fit-Taqsima A tal-Parti 3 ta' dak l-Anness u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali stipulati fit-Taqsima B tal-Parti 3 ta’ dak l-Anness.

Artikolu 5

Revoki

Id-Deċiżjonijiet 2003/803/KE, 2004/839/KE u 2005/91/KE huma mħassra.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-29 ta' Diċembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)   ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(3)   ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.

(4)   ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(5)   ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1.

(6)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(7)   ĠU L 361, 8.12.2004, p. 40.

(8)   ĠU L 31, 4.2.2005, p. 61.

(9)   ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

(10)   ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6.

(11)   ĠU L 55, 25.2.2006, p. 44.


ANNESS I

Format, tqassim u rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet

imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 11(2) u fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

PARTI 1

Format u tqassim tad-dikjarazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Image 1

Test ta 'immaġni

PARTI 2

Format, tqassim u rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Image 2

Test ta 'immaġni

PARTI 3

Rekwiżiti lingwistiċi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 11(2) u fil-punt (c) tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu abbozzati fil-lingwi uffiċjali tal-Stat Membru tad-destinazzjoni/tad-dħul u bl-Ingliż.


ANNESS II

Listi ta' territorji u pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

PARTI 1

Lista ta' territorji u ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Kodiċi ISO

Territorju jew pajjiż terz

AD

Andorra

CH

L-Isvizzera

FO

Il-Gżejjer Faeroe

GI

Ġibiltà

GL

Il-Groenlandja

HR (*1)

Il-Kroazja

IS

L-Islanda

LI

Il-Liechtenstein

MC

Monako

NO

In-Norvegja

SM

San Marino

VA

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan


PARTI 2

Lista ta' territorji u ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Kodiċi ISO

Territorju jew pajjiż terz

Territorji inklużi

AC

Il-Gżira ta' Ascension

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

AG

Antigwa u Barbuda

 

AR

L-Arġentina

 

AU

L-Awstralja

 

AW

Aruba

 

BA

Il-Bosnja-Ħerzegovina

 

BB

Il-Barbados

 

BH

Il-Baħrejn

 

BM

Il-Bermuda

 

BQ

Bonaire, Sint Eustatius u Saba (il-Gżejjer BES)

 

BY

Il-Belarus

 

CA

Il-Kanada

 

CL

Iċ-Ċilì

 

CW

Curaçao

 

FJ

Fiġi

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

HK

Ħong Kong

 

JM

Il-Ġamajka

 

JP

Il-Ġappun

 

KN

Saint Kitts u Nevis

 

KY

Il-Gżejjer Kajman

 

LC

Santa Luċija

 

MS

Montserrat

 

MU

Il-Mawrizju

 

MX

Il-Messiku

 

MY

Il-Malasja

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

 

NZ

In-New Zealand

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

RU

Ir-Russja

 

SG

Singapor

 

SH

Sant’Elena

 

SX

Sint Maarten

 

TT

Trinidad u Tobago

 

TW

It-Tajwan

 

l-Istati Uniti

L-Istati Uniti tal-Amerika

AS — Is-Samoa Amerikana

GU — Gwam

MP — Il-Gżejjer tal-Marjanas tat-Tramuntana

PR — Puerto Riko

VI — Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

VC

Saint Vincent u l-Grenadini

 

VG

Gżejjer Verġni Brittaniċi

 

VU

Il-Vanwatu

 

WF

Wallis u Futuna

 

YT (*2)

Il-Majott

 


(*1)  Applikabbli biss sakemm dan l-Istat tal-Adeżjoni isir Stat Membru tal-Komunità.

(*2)  Applikabbli biss sakemm dan it-territorju jsir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-TFUE.


ANNESS III

Mudelli tal-passaporti għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates jew inmsa

PARTI 1

Mudell ta’ passaport maħruġ fi Stat Membru

Image 3

L-Unjoni Ewropea

[Stat Membru]

PASSAPORT TAL-ANNIMALI DOMESTĊI

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 4
Image 5

L-Unjoni Ewropea

[Stat Membru]

PASSAPORT TAL-ANNIMALI DOMESTĊI

Kodiëi ISO tal-Pajjiż + Numru

Paġna 1 minn X

Image 6

Noti ta’ spjegazzjoni dwar kif jimtlew il-passaporti

F’kull Taqsima tal-passaport għandu jintuża l-format li ġej biex jindika

data: jj/xx/ssss

ħin: 00:00

Taqsima III, il-punt 5: informazzjoni meħtieġa meta annimal ikun sarlu tatwaġġ li jista’ jinqara faċilment qabel it-3 ta’ Lulju 2011 u li mhuwiex immarkat bl-impjantazzjoni ta' transponder.

Taqsima V: meħtieġa biss

qabel iċ-ċaqliq lejn Stat Membru ieħor skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali; jew

meta l-annimal jerġa’ jidħol fl-Unjoni wara ċaqliq lejn territorji jew pajjiżi terzi skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali (għandha timtela qabel ma l-annimal iħalli l-Unjoni); jew

iskont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Taqsima V, “validu minn 2”: iinformazzjoni mhux meħtieġa għat-tilqim biex isaħħaħ it-tilqim li jkun sar qabel (booster).

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 7

Noti ta’ spjegazzjoni dwar kif jimtlew il-passaporti

Taqsima VI: meħtieġa biss meta l-annimal jerġa’ jidħol fl-Unjoni wara ċaqliq lejn territorji jew pajjiżi terzi skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali (għandha timtela qabel ma l-annimal iħalli l-Unjoni);

Taqsima VII: meħtieġa biss qabel iċ-ċaqliq lejn ċerti Stati Membri skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali;

Taqsimiet VIII sa XI: tista’ tkunmeħtieġa minnterritorji jew pajjiżi terzi tad-destinazzjoni li jaċċettaw il-passaport.

Taqsima X: meħtieġa biss meta l-annimal jiġi akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali.

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 8

I. DETTALJI TAS-SID

1. Isem:

Kunjom:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Pajjiż:

Numru tat-telefown*:

Firma:

2. Isem:

Kunjom:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Pajjiż:

Numru tat-telefown*:

Firma:

* fakultattiv

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 9

II. DESKRIZZJONI TAL-ANNIMAL

RITRATT TAL-ANNIMAL

(fakultattiv)

1. Isem*:

2. Speċi:

3. Razza*:

4. Sess

5. Data tat-twelid*:

6. Kulur:

7. Kwalunkwe fattizza jew karatteristika partikolari jew li tista' tingħaraf:

* kif iddikjarat mis-sid

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 10

III. IMMARKAR TAL-ANNIMAL

1. Kodiċi alfanumeriku tat-transponder

2. Data tal-applikazzjoni jew tal-qari* tat-transponder

3. Fejn jinsab it-transponder

4. Kodiċi alfanumeriku tat-tatwaġġ

5. Data tal-applikazzjoni/data tal-qari tat-tatwaġġ

/

6. Fejn jinsab it-tatwaġġ

L-immarkar għandu jkun ivverifikat qabel ma tiddaħħal reġistrazzjoni oħra f’dan il-passaport

* ħassar kif meħtieġ

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 11

IV. ĦRUĠ TAL-PASSAPORT

Isem il-veterinarju awtorizzat:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Pajjiż:

Numru tat-telefown:

Indirizz elettroniku:

Data tal-ħruġ:

TIMBRU U FIRMA

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 12

V. TILQIM KONTRA L-IDROFOBIJA

MANIFATTUR U L-ISEM TAL-VAĊĊIN

NUMRU TAL-LOTT

DATA TAT-TILQIM 1

VALIDU MINN 2

VALIDU SA 3

VETERINARJU AWTORIZZAT

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

3

*

1

2

3

*

* Tal-anqas l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-firma.

Image 13

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

3

*

1

2

3

*

1

2

3

*

* Tal-anqas l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-firma.

Image 14

VI. TEST TAT-TITRAZZJONI TAL-ANTIKORPI TAL-IDROFOBIJA

Jiena, hawn taħt iffirmat, nikkonferma li rajt rekord uffiċjali li jiddikjara li t-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija mwettaq f'laboratorju approvat mill-UE fuq kampjun ta' demm miġbur fid-data msemmija hawn taħt mill-annimal deskritt aktar 'il fuq wera reazzjoni għat-tilqim kontra l-idrofobija f'livell ta' antikorpi newtralizzanti f'serum ugwali għal jew aktar minn 0,5 IU/ml.

Kampjun miġbur fi:

Isem il-veterinarju awtorizzat:

Indirizz:

Numru tat-telefown:

Data:

TIMBRU U FIRMA

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 15

FIL-KAŻ TA' TEST IEĦOR

Jiena, hawn taħt iffirmat, nikkonferma li rajt rekord uffiċjali li jiddikjara li t-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija mwettaq f'laboratorju approvat mill-UE fuq kampjun ta' demm miġbur fid-data msemmija hawn taħt mill-annimal deskritt aktar 'il fuq wera reazzjoni għat-tilqim kontra l-idrofobija f'livell ta' antikorpi newtralizzanti f'serum ugwali għal jew aktar minn 0,5 IU/ml.

Kampjun miġbur fi:

Isem il-veterinarju awtorizzat:

Indirizz:

Numru tat-telefown:

Data:

TIMBRU U FIRMA

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 16

VII. TRATTAMENT TA’ KONTRA L-ECHINOCOCCUS

MANIFATTUR U L-ISEM TAL-PRODOTT

DATA1

ĦIN2

VETERINARJU

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 17

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 18

VIII. TRATTAMENTI ANTIPARASSITIĊI U FIRMAI OĦRAJN

MANIFATTUR U L-ISEM TAL-PRODOTT

DATA1

ĦIN2

VETERINARJU

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 19

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 20

IX. TILQIMIET OĦRAJN

MANIFATTUR U L-ISEM TAL-VAĊĊIN

NUMRU TAL-LOTT

DATA TAT-TILQIM1

VALIDU SA2

VETERINARJU

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 21

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 22

X. EŻAMI KLINIKU

DIKJARAZZJONI

DATA

VETERINARJU AWTORIZZAT

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

L-annimal ma juri l-ebda sinjal ta’ mard u huwa fi stat tajjeb biex jiġi ttrasportat għall-vjaġġ maħsub

*

L-annimal ma juri l-ebda sinjal ta’ mard u huwa fi stat tajjeb biex jiġi ttrasportat għall-vjaġġ maħsub

*

L-annimal ma juri l-ebda sinjal ta’ mard u huwa fi stat tajjeb biex jiġi ttrasportat għall-vjaġġ maħsub

*

L-annimal ma juri l-ebda sinjal ta’ mard u huwa fi stat tajjeb biex jiġi ttrasportat għall-vjaġġ maħsub

*

* Tal-anqas l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-firma.

Image 23

XI. LEGALIZZAZZJONI

KORP LI JILLEGALIZZA

DATA

TIMBRU/FIRMA

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

TIMBRU U FIRMA

TIMBRU U FIRMA

TIMBRU U FIRMA

TIMBRU U FIRMA

Image 24

XII. OĦRAJN

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 25
Image 26

PARTI 2

Rekwiżiti addizzjonali li jikkonċernaw il-passaport maħruġ fi Stat Membru

1.

Format tal-passaport:

Id-dimensjoni tal-passaport għandu jkun 100 × 152 mm.

2.

Qoxra tal-passaport:

(a)

Il-qoxra ta' quddiem:

(i)

kulur: ikħal (PANTONE® Reflex Blue) u stilel sofor (PANTONE® Yellow) fil-kwart ta' fuq li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni tal-emblema Ewropea (1).

(ii)

il-kliem “Unjoni Ewropea” u l-isem tal-Istat Membru tal-ħruġ għandhom ikunu stampati bl-istess tipa;

(iii)

il-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-ħruġ segwit minn kodiċi alfanumeriku uniku (indikat bħala “numru” fil-mudell tal-passaport stabbilit fil-Parti 1), għandu jkun stampat isfel.

(b)

Ġewwa l-qoxra ta' quddiem u ġewwa l-qoxra ta' wara: kulur abjad;

(c)

Il-qoxra ta' wara: kulur ikħal (PANTONE® Reflex Blue).

3.

Sekwenzi tal-intestaturi u tan-numerazzjoni tal-paġni tal-passaport:

(a)

is-segwenza tal-intestaturi (b’numri Rumani) għandhom ikunu osservati b’mod strett;

(b)

il-paġni tal-passaport għandhom ikunu nnumerati fil-qiegħ ta’ kull paġna fil-format li ġej: “x minn n”, fejn x huwa l-paġna attwali u n huwa n-numru totali tal-paġni tal-passaport;

(c)

il-kodiċi ISO tal-pajjiż tal-Istat Membru tal-ħruġ segwit minn kodiċi alfanumeriku uniku għandhom ikunu stampati fuq kull paġna tal-passaport;

(d)

in-numru ta’ paġni u d-daqs u l-forma tal-kaxxi fil-mudell tal-passaport stabbilit fil-Parti 1 huma indikattivi.

4.

Lingwi:

It-test stampat kollu għandu jkun fil-lingwa(i) uffiċjali tal-Istat Membru tal-ħruġ u bl-Ingliż.

5.

Karatteristiċi tas-sigurtà:

(a)

Wara li l-informazzjoni meħtieġa tkun iddaħħlet fit-Taqsima III tal-passaport, laminat adeżiv trasparenti għandu jissiġilla l-paġna.

(b)

Fejn l-informazzjoni fuq waħda mill-paġni tal-passaport tieħu l-forma ta’ stiker, laminat adeżiv trasparenti għandu jissiġilla dak l-istiker fil-każ fejn dan tal-aħħar ma jispiċċax awtomatikament meta jitneħħa.

PARTI 3

Mudell ta’ passaport maħruġ f’wieħed mit-territorji jew mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament

Image 27

[Emblema nazzjonali]

[Territorju jew pajjiż terz]

PASSAPORT TAL-ANNIMALI DOMESTIĊI

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 28
Image 29

[Emblema nazzjonali]

[Territorju jew pajjiż terz]

PASSAPORT TAL-ANNIMALI DOMESTIĊI

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Paġna 1 minn X

Image 30

Noti ta’ spjegazzjoni dwar kif jimtlew il-passaporti

F’kull Taqsima tal-passaport għandu jintuża l-format li ġej biex jindika

data: jj/xx/ssss

ħin: 00:00

Taqsima III, il-punt 5: informazzjoni meħtieġa meta annimal ikun sarlu tatwaġġ li jista’ jinqara faċilment qabel it-3 ta’ Lulju 2011 u li mhuwiex immarkat bl-impjantazzjoni ta’ transponder.

Taqsima V: meħtieġa biss

qabel iċ-ċaqliq lejn Stat Membru/… ieħor skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali; jew

meta l-annimal jerġa’ jidħol fl-Unjoni/… wara ċaqliq lejn territorji jew pajjiżi terzi skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali (għandha timtela qabel ma l-annimal iħalli l-Unjoni/…); jew

skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Taqsima V, ‘validu minn’: informazzjoni mhux meħtieġa għat-tilqim biex isaħħaħ it-tilqim li jkun sar qabel (booster).

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 31

Noti ta’ spjegazzjoni dwar kif jimtlew il-passaporti

Taqsima VI: meħtieġa biss meta l-annimal jerġa’ jidħol fl-Unjoni/… wara ċaqliq lejn territorji jew pajjiżi terzi skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali (għandha timtela qabel ma l-annimal iħalli l-Unjoni/…).

Taqsima VII: meħtieġa biss qabel iċ-ċaqliq lejn ċerti Stati Membri/… skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali;

Taqsimiet VIII sa XI: tista’ tkun meħtieġa minn territorji jew pajjiżi terzi tad-destinazzjoni li jaċċettaw il-passaport.

Taqsima X: meħtieġa biss meta l-annimal jiġi akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali.

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 32

I. DETTALJI TAS-SID

1. Isem:

Kunjom:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Pajjiż

Numru tat-telefown*:

Firma:

2. Isem:

Kunjom:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Pajjiż

Numru tat-telefown*:

Firma:

* fakultattiv

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 33

II. DESKRIZZJONI TAL-ANNIMAL

RITRATT TAL-ANNIMAL

(fakultattiv)

1. Isem*:

2. Speċi:

3. Razza*:

4. Sess:

5. Data tat-twelid*:

6. Kulur:

7. Kwalunkwe fattizza jew karatteristika partikolari jew li tista' tingħaraf:

* kif iddikjarat mis-sid

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 34

III. IMMARKAR TAL-ANNIMAL

1. Kodiċi alfanumeriku tat-transponder

2. Data tal-applikazzjoni jew tal-qari* tat-transponder

3. Fejn jinsab it-transponder

4. Kodiċi alfanumeriku tat-tatwaġġ

5. Data tal-applikazzjoni/data tal-qari tat-tatwaġġ

/

6. Fejn jinsab it-tatwaġġ

L-immarkar għandu jkun ivverifikat qabel ma tiddaħħal reġistrazzjoni oħra f’dan il-passaport

* ħassar kif meħtieġ

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 35

IV. ĦRUĠ TAL-PASSAPORT

Isem il-veterinarju awtorizzat:

Indirizz:

Kodiċi postali:

Belt:

Pajjiż:

Numru tat-telefown:

Indirizz elettroniku:

Data tal-ħruġ:

TIMBRU U FIRMA

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 36

V. TILQIM KONTRA L-IDROFOBIJA

MANIFATTUR U L-ISEM TAL-VAĊĊIN

NUMRU TAL-LOTT

DATA TAT-TILQIM 1

VALIDU MINN2

VALIDU SA 3

VETERINARJU AWTORIZZAT

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

3

*

1

2

3

*

* Tal-anqas l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-firma.

Image 37

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

3

*

1

2

3

*

1

2

3

*

* Tal-anqas l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-firma.

Image 38

VI. TEST TAT-TITRAZZJONI TAL-ANTIKORPI TAL-IDROFOBIJA

Jiena, hawn taħt iffirmat, nikkonferma li rajt rekord uffiċjali li jiddikjara li t-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija mwettaq f'laboratorju approvat mill-UE fuq kampjun ta' demm miġbur fid-data msemmija hawn taħt mill-annimal deskritt aktar 'il fuq wera reazzjoni għat-tilqim kontra l-idrofobija f'livell ta' antikorpi newtralizzanti f'serum ugwali għal jew aktar minn 0,5 IU/ml.

Kampjun miġbur fi:

Isem il-veterinarju awtorizzat:

Indirizz:

Numru tat-telefown:

Data:

TIMBRU U FIRMA

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 39

FIL-KAŻ TA' TEST IEĦOR

Jiena, hawn taħt iffirmat, nikkonferma li rajt rekord uffiċjali li jiddikjara li t-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija mwettaq f'laboratorju approvat mill-UE fuq kampjun ta' demm miġbur fid-data msemmija hawn taħt mill-annimal deskritt aktar 'il fuq wera reazzjoni għat-tilqim kontra l-idrofobija f'livell ta' antikorpi newtralizzanti f'serum ugwali għal jew aktar minn 0,5 IU/ml.

Kampjun miġbur fi:

Isem il-veterinarju awtorizzat:

Indirizz:

Numru tat-telefown:

Data:

TIMBRU U FIRMA

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

Image 40

VII. TRATTAMENT TA’ KONTRA L-ECHINOCOCCUS

MANIFATTUR U L-ISEM TAL-PRODOTT

DATA 1

ĦIN 2

VETERINARJU

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 41

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 42

VIII. TRATTAMENTI ANTIPARASSITIĊI OĦRAJN

MANIFATTUR U L-ISEM TAL-PRODOTT

DATA 1

ĦIN 2

VETERINARJU

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 43

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 44

IX. TILQIMIET OĦRAJN

MANIFATTUR U L-ISEM TAL-VAĊĊIN

NUMRU TAL-LOTT

DATA TAT-TILQIM1

VALIDU SA2

VETERINARJU

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 45

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

1

2

TIMBRU U FIRMA

Image 46

X. EŻAMI KLINIKU

DIKJARAZZJONI

DATA

VETERINARJU AWTORIZZAT

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

L-annimal ma juri l-ebda sinjal ta’ mard u huwa fi stat tajjeb biex jiġi ttrasportat għall-vjaġġ maħsub

*

L-annimal ma juri l-ebda sinjal ta’ mard u huwa fi stat tajjeb biex jiġi ttrasportat għall-vjaġġ maħsub

*

L-annimal ma juri l-ebda sinjal ta’ mard u huwa fi stat tajjeb biex jiġi ttrasportat għall-vjaġġ maħsub

*

L-annimal ma juri l-ebda sinjal ta’ mard u huwa fi stat tajjeb biex jiġi ttrasportat għall-vjaġġ maħsub

*

* Tal-anqas l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown u l-firma.

Image 47

XI. LEGALIZZAZZJONI

KORP LI JILLEGALIZZA

DATA

TIMBRU/FIRMA

Kodiċi ISO tal-Pajjiż + Numru

TIMBRU U FIRMA

TIMBRU U FIRMA

TIMBRU U FIRMA

TIMBRU U FIRMA