This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0227
Regulation (EU) No 227/2013 of the European Parliament and of the Council of 13 March 2013 amending Council Regulation (EC) No 850/98 for the conservation of fishery resources through technical measures for the protection of juveniles of marine organisms and Council Regulation (EC) No 1434/98 specifying conditions under which herring may be landed for industrial purposes other than direct human consumption
Regolament (UE) Nru 227/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem
Regolament (UE) Nru 227/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem
ĠU L 78, 20.3.2013, p. 1–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/08/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1241
20.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 227/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta' Marzu 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżizzjonali mill-1 ta' Jannar 2010 sat-30 ta' Ġunju 2011 (3) u r-Regolament (UE) Nru 579/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2009 li jistabbilixxi miżuri tekniċi tranżitorji mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 (4) jipprovdi għall-kontinwazzjoni ta' ċerti miżuri tekniċi stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-Kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (5) fuq bażi tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2012. |
(2) |
Huwa mistenni qafas ġdid ta' miżuri tekniċi għall-konservazzjoni sakemm issir ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd (PKS). In-nuqqas ta' probabbiltà li tali qafas ġdid ikun stabbilit sa tmiem l-2012 jiġġustifika l-estensjoni tal-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri tekniċi tranżizzjonali. |
(3) |
Sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni xierqa tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (6) għandu jiġi aġġornat billi jiġu inkorporati fih il-miżuri tekniċi tranżizzjonali. |
(4) |
Sabiex tkun żgurata l-kontinwità ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni xierqa tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fil-Baħar l-Iswed, id-daqs minimu tal-iżbark u tal-malji għas-sajd tal-barbun imperjali kif preċedentement stabbilit fil-liġi tal-Unjoni għandu jiġi inkorporat fir-Regolament (KE) Nru 850/98. |
(5) |
Għandha tinżamm il-projbizzjoni ta' selezzjoni kwalitattiva (high grading) fiż-żoni kollha tal-ICES biex jitnaqqas ir-rimi ta' speċi tal-kwota. |
(6) |
Abbażi tal-konsultazzjonijiet li saru fl-2009 bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe, bl-għan li jitnaqqas il-qbid mhux mixtieq, għandhom jiġu introdotti projbizzjoni fuq ir-rilaxx ta' ċerti speċi jew fuq li dawn jitħallew jaħarbu kif ukoll rekwiżit biex iż-żoni tas-sajd jinbidlu meta 10 % tal-qabda jkun fiha ħut żgħir wisq. |
(7) |
Fid-dawl tal-parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), għandhom jinżammu r-restrizzjonijiet fuq l-iżbark jew iż-żamma abbord ta' aringi maqbudin fid-diviżjoni IIa tal-ICES. |
(8) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, l-għeluq taż-żona biex jiġu protetti l-aringi li jbidu fid-diviżjoni VIa tal-ICES mhuwiex aktar meħtieġ biex ikun żgurat l-isfruttar sostenibbli ta' dik l-ispeċi, u għalhekk dak l-għeluq għandu jitħassar. |
(9) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, li jorbot in-nuqqas ta' disponibbiltà taċ-ċiċċirell man-nuqqas ta' suċċess fit-tgħammir tal-gawwija “kittiwakes”, għandu jinżamm l-għeluq ta' żona fis-subżona IV tal-ICES, ħlief għal sajd limitat kull sena biex jiġi mmonitorjat l-istokk. |
(10) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkun possibbli li jiġi awtorizzat l-użu ta' irkaptu li ma jaqbadx il-ksampu f'ċerti żoni fejn is-sajd għall-ksampu huwa projbit. |
(11) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jinżamm l-għeluq taż-żona biex jiġi protett il-haddock li jkun għadu qed jikber fid-diviżjoni VIb tal-ICES. |
(12) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-ICES u l-STECF, ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja (id-diviżjoni VIIa tal-ICES), biex jipproteġu l-istokkijiet tal-merluzz, il-haddock u l-merlangu għandhom jinżammu sabiex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut. |
(13) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkun permess l-użu ta' xlief tal-idejn u tagħmir ta' trejjix awtomatizzat għall-pollakkju (saithe) fid-diviżjoni VIa tal-ICES. |
(14) |
Fid-dawl tal-parir mill-STECF dwar id-distribuzzjoni spazjali tal-merluzz fid-diviżjoni VIa tal-ICES li turi li maġġoranza kbira tal-qabdiet tal-merluzz jinqabdu fit-tramuntana ta' 59°N, għandu jkun permess l-użu ta’ għeżula fin-nofsinhar ta' din il-linja. |
(15) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkunu permess l-użu ta' għeżula għall-gattarell fid-diviżjoni VIa tal-ICES. |
(16) |
L-adegwatezza tal-karatteritiċi tal-irkaptu fid-deroga għal sajd bi xbiek tat-tkarkir, tartaruni demersali jew irkaptu simili fid-diviżjoni VIa tal-ICES għandha tiġi rieżaminata perijodikament fid-dawl ta' parir xjentifiku bil-ħsieb li jew tiġi emendata jew titħassar. |
(17) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jiġi introdott l-għeluq ta' żona fid-diviżjoni VIa tal-ICES biex jiġi protett il-merluzz żgħir. |
(18) |
L-adegwatezza tal-projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz, haddock u merlangu fis-subżona VI tal-ICES għandha tiġi rieżaminata perjodikament fid-dawl tal-parir xjentifiku bil-ħsieb li tiġi emendata jew titħassar. |
(19) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-ICES u l-STECF, għandhom jinżammu miżuri biex jiġu protetti l-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Ċeltiku (id-diviżjonijiet VIIf, u g tal-ICES). |
(20) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandhom jinżammu miżuri biex jiġu protetti l-ġlejjeb riproduttivi tal-linarda fid-diviżjoni VIa tal-ICES. |
(21) |
Il-miżuri stabbiliti fl-2011 mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) sabiex jiġi protett ir-redfish fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżoni I u II tal-ICES għandhom jinżammu. |
(22) |
Il-miżuri stabbiliti mill-NEAFC fl-2011 sabiex jiġi protett ir-redfish fil-Baħar Irminger u ilmijiet kontigwi għandhom jinżammu. |
(23) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, is-sajd bix-xbieki tat-tkarkir bit-travu li jużaw impulsi ta' kurrent elettriku għandhom jibqgħu permessi fid-diviżjonijiet IVc u IVb tal-ICES fin-nofsinhar taħt ċerti Kondizzjonijiet. |
(24) |
Abbażi ta' konsultazzjonijiet li saru fl-2009 bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe, fuq bażi permanenti, ċerti miżuri li jillimitaw il-ġestjoni tal-qabdiet u l-kapaċitajiet ta' rimi lura tal-ħut ta' bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li jimmiraw għall-kavalli, l-aringi u s-sawrell fl-Atlantiku tal-Grigal għandhom jiġu implimentati,. |
(25) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-ICES, għandhom jinżammu l-miżuri tekniċi għall-konservazzjoni biex jiġu protetti l-istokkijiet tal-merluzz adult fil-Baħar Irlandiż matul l-istaġun ta’ meta jbid. |
(26) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkunu permess l-użu ta' gradilji ta' tqassim f'żona ristretta fid-diviżjoni VIIa tal-ICES. |
(27) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, is-sajd bl-għeżula u x-xbieki tat-tħabbil fid-diviżjonijiet IIa, VIa, VIb, VIIb, VIIc, VIIj, VIIk tal-ICES u fis-subżoni VIII, IX, X u XII tal-ICES fil-lvant ta' 27°W f'ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa jkun aktar minn 200 metru iżda inqas minn 600 metru, għandu jkun permess biss taħt ċerti Kondizzjonijiet li jipprovdu għall-protezzjoni ta' speċi tal-baħar fond li huma bijoloġikament sensittivi. |
(28) |
Huwa importanti li tiġi ċċarata l-interazzjoni fost reġimi differenti applikabbli għas-sajd bl-għeżula speċjalment fis-subżona VII tal-ICES. B'mod aktar partikolari, għandu jiġi ċċarat li deroga speċifika għas-sajd bl-għeżula b'daqs tal-malji ugwali għal jew akbar minn 100 millimetru fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j u k tal-ICES, kif ukoll kondizzjonijiet speċifiċi relatati ma' dik id-deroga, tapplika biss f'ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa huwa aktar minn 200 metru u inqas minn 600 metru u li konsegwentement, ir-regoli ta' bażi dwar il-meded ta' daqsijiet tal-malji u l-kompożizzjoni tal-qabdiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 850/98 japplikaw fid-diviżjonijiet VIIa, VIId, VIIe, VIIf, VIIg u VIIh tal-ICES u fl-ilmijiet li l-fond tagħhom fuq il-mappa huwa inqas minn 200 metru fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VIIb, c, j u k tal-ICES. |
(29) |
Fid-dawl tal-parir mogħti mill-STECF, għandu jkun permess l-użu ta' pariti fis-subżona IX tal-ICES f'ilmijiet li li l-fond tagħhom fuq il-mappa jkun aktar minn 200 metru iżda inqas minn 600 metru. |
(30) |
L-użu ta' ċertu rkaptu selettiv għandu jibqa' permess fil-Bajja ta' Biscay sabiex jiġi żgurat sfruttar sostenibbli tal-istokkijiet tal-marlozz u tal-ksampu u sabiex jitnaqqas ir-rimi ta' dawn l-ispeċi. |
(31) |
Ir-restrizzjonijiet fuq is-sajd f'ċerti żoni sabiex jiġu protetti ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fiż-żona regolatorja tal-NEAFC adottati mill-NEAFC fl-2004 u f'ċerti żoni fid-diviżjonijiet VIIc, j u k tal-ICES u d-diviżjoni VIIIc tal-ICES adottati mill-Unjoni fl-2008 għandhom jibqgħu fis-seħħ. |
(32) |
Skont il-parir mogħti minn Grupp ta' ħidma konġunt bejn l-Unjoni u n-Norveġja dwar miżuri tekniċi, il-projbizzjoni fi tmiem il-ġimgħa fuq is-sajd għall-aringi, għas-sawrell jew il-laċċa kaħla bl-irkaptu tat-tkarkir jew purse seines fi Skagerrak u Kattegat ma għadhiex tikkontribwixxi għall-konservazzjoni ta' stokkijiet ta' ħut pelaġiku minħabba bidliet fix-xejriet tas-sajd, Konsegwentement, din il-projbizzjoni, abbażi ta' konsultazzjonijiet li saru bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe fl-2011, għandha titħassar. |
(33) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza u fl-interess ta' regolamentazzjoni aħjar, xi dispożizzjonijiet li ma għadhomx jintużaw għandhom jitħassru. |
(34) |
Għandhom jinżammu l-meded ta' daqsijiet tal-malji, speċi mmirati u perċentwali ta' qabdiet meħtieġa applikabbli fi Skagerrak u Kattegat biex jirriflettu l-bidliet fix-xejriet tas-sajd u l-adozzjoni ta' rkaptu aktar selettiv. |
(35) |
Id-daqsijiet minimi għall-gandoffli short-necked għandhom jiġu riveduti fid-dawl tad-dejta bijoloġika. |
(36) |
Ġie stabbilit daqs minimu għall-qarnita f'qabdiet li jsiru f'ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi u li jinsabu fir-reġjun tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku ċentrali tal-lvant (CECAF), sabiex dan jikkontribwixxi għall-konservazzjoni tal-qarnita, u b'mod partikolari biex jiġu protetti ż-żgħar tagħha. |
(37) |
Għandha tiġi introdotta miżura ekwivalenti għad-daqs minimu tal-iżbark għall-inċova f'termini ta' għadd ta' ħut għal kull kilo, peress li din tissimplifika l-ħidma abbord il-bastimenti li jimmiraw għal din l-ispeċi u tiffaċilita l-miżuri ta' kontroll fuq l-art. |
(38) |
Għandhom jinżammu speċifikazzjonijiet għal gradilja ta' tqassim biex jiġu użati għat-tnaqqis tal-qabdiet inċidentali fis-sajd għall-ksampu fid-diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-subżona VI tal-ICES u fid-diviżjoni VIIa tal-ICES. |
(39) |
Għandhom jinżammu l-ispeċifikazzjonijiet għax-xbieki ta' malji kwadri li għandhom jintużaw għas-sajd, taħt ċerti Kondizzjonijiet, b'ċertu rkaptu miġbud fil-Bajja ta' Biscay. |
(40) |
Għandu jkun permess l-użu ta' pannell ta' malji kwadri ta' 2 metri fil-bastimenti b'saħħa tal-magna li tkun inqas minn 112 kW f'żona ristretta fid-diviżjoni VIa tal-ICES. |
(41) |
It-terminu “Komunità” użat fit-termini normattivi tar-Regolament (KE) Nru 850/98 għandu jinbidel, b'segwitu għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009. |
(42) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' regoli dwar l-użu ta' rkapti li għandhom selettività għolja ekwivalenti fis-sajd għall-ksampu fid-diviżjoni VIa tal-ICES u biex jiġi eskluż sajd speċifiku ta' Stat Membru mill-applikazzjoni tal-projbizzjoni għall-użu ta' għeżula, xbieki tat-tisrim jew pariti fis-subżoni VIII, IX, X tal-ICES fejn il-qabdiet inċidentali tal-klieb il-baħar u tar-rimi ta' ħut huwa baxx ħafna, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni mingħajr ma jiġi applikat ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (7). |
(43) |
Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
(44) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1434/98 tad-29 ta’ Ġunju 1998 li jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem (8) jipprovdi għal kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom jistgħu jinħattu l-aringi għal skopijiet industrijali li mhux għall-konsum dirett tal-bniedem. Deroga speċifika mill-kondizzjonijiet għall-iżbark ta' qabdiet inċidentali ta' aringi fis-sajd b'malji żgħar fid-diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-subżona IV u fid-diviżjoni VIId u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES, li preċedentement kienet ġiet inkluża f'atti tal-Unjoni oħrajn, għandha tiġi inkorporata f'dak ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 1434/98 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 850/98
Ir-Regolament (KE) Nru 850/98 huwa emendat kif ġej:
(1) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 1a Fl-Artikolu 4(2)(c), fl-Artikolu 46(1)(b) u fl-Anness I, in-nota 5 f'qiegħ il-paġna, in-nom ‧Komunità‧, jew l-aġġettiv korrispondenti, huwa sostitwit bin-nom ‧Unjoni‧, jew l-aġġettiv korrispondenti, u għandu jsir kwalunkwe aġġustament grammatikali meħtieġ bħala konsegwenza ta' din is-sostituzzjoni.”; |
(2) |
fl-Artikolu 2(1), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 11(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Din id-deroga għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34b(2)(c).”; |
(4) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 11a Fir-Reġjun 9, id-daqs minimu tal-malji għal għeżula tal-qiegħ, meta użati biex jinqabad il-barbun imperjali, għandu jkun ta’ 400 mm.”; |
(5) |
L-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 Organiżmu tal-baħar jitqies żgħir jekk id-dimensjonijiet tiegħu jkunu iżgħar mid-dimensjonijiet minimi speċifikati fl-Anness XII u fl-Anness XIIa għall-ispeċi relevanti u ż-żona ġeografika relevanti.”; |
(6) |
fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fir-Reġjun 9.”; |
(7) |
Għandu jiddaħħal it-titolu li ġej: “TITOLU IIIa Miżuri għat-tnaqqis tar-rimi Artikolu 19a Projbizzjoni ta' selezzjoni kwalitattiva 1. Fir-Reġjuni 1, 2, 3 u 4, għandu jiġi pprojbit ir-rimi ta' speċi soġġetti għal kwota li tista' tiġi legalment żbarkata matul operazzjonijiet tas-sajd. 2. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe att legali tal-Unjoni ieħor fil-qasam tas-sajd. Artikolu 19b Dispożizzjonijiet dwar l-ispustament tal-bastimenti (moving-on) u projbizzjoni fuq it-tħarrib 1. Fir-Reġjuni 1, 2, 3 u 4, fejn il-kwantità ta' kavalli, aringi jew sawrell ta' daqs żgħir wisq taqbeż l-10 % tal-kwantità totali tal-qabdiet fi kwalunkwe refgħa, il-bastiment għandu jbiddel iż-żona tas-sajd. 2. Fir-Reġjuni 1, 2, 3 u 4, huwa pprojbit it-tħarrib kavalli, aringi jew sawrell qabel ma x-xibka tittella' kompletament abbord bastiment tas-sajd b'konsegwenza ta' telf ta' ħut mejjet jew li jkun qed imut.”; |
(8) |
fl-Artikolu 20(1), il-punt (d) jitħassar. |
(9) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 20a Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-aringi fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES Għandu jkun ipprojbit l-iżbark jew iż-żamma abbord ta' aringi maqbudin fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni IIa tal-ICES fil-perijodi mill-1 ta' Jannar sat-28 ta' Frar u mis-16 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru.”; |
(10) |
l-Artikolu 29a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 29a Għeluq ta' żona għas-sajd taċ-ċiċċirell fis-subżona IV tal-ICES 1. Għandu jkun ipprojbit li jiġi żbarkat jew jinżamm abbord ċiċċirell maqbud fiż-żona ġeografika kkonfinata mill-kosta tal-lvant tal-Ingilterra u l-Iskozja, u magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
2. Għandu jkun permess sajd għal skopijiet ta' investigazzjoni xjentifika sabiex jiġu mmonitorjati l-istokk taċ-ċiċċirell fiż-żona u l-effetti tal-għeluq.”; |
(11) |
fl-Artikolu 29b, il-paragrafu 3 huwa sostitwit kif ġej: “3. B'deroga mill-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1, is-sajd bil-kavetti li ma jaqbdux il-ksampu għandu jkun awtorizzat fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi li jinsabu f' dak il-paragrafu.”; |
(12) |
l-artikoli li ġejjin huma miżjuda: “Artikolu 29c Il-kaxxa Rockall Haddock fis-subżona VI tal-ICES 1. Is-sajd kollu tar-Rockall haddock, għajr dak bil-konzijiet, għandu jiġi pprojbit fiż-żoni magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
Artikolu 29d Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-merluzz, il-haddock u l-merlangu fis-subżona VI tal-ICES 1. Għandu jkun ipprojbit li titwettaq kwalunkwe attività tas-sajd għall-merluzz, haddock u merlangu fil-parti tad-diviżjoni VIa tal-ICES li tinsab fil-lvant jew fin-nofsinhar ta' dawk il-linji ta’ rombu li jgħaqqdu, b'mod sekwenzjali, il-koordinati li ġejjin u li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
2. Kwalunkwe bastiment tas-sajd preżenti fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiżgura li kull irkaptu tas-sajd li jkun hemm abbord jintrabat u jiġi stivat skont l-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (**). 3. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija fil-paragrafu 1 bl-użu ta’ xbieki statiċi bil-lasti għall-użu mal-kosta, ħammiela għall-imrewħa, ħammiela għall-masklu, xlief tal-idejn, trejjix mekkanizzat, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tax-xtut, nases u kavetti, sakemm:
4. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' xbieki b'malji iżgħar minn 55 millimetru, sakemm:
5. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' għeżula b'malji akbar minn 120 millimetru, sakemm:
6. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' għeżula b'malji akbar minn 90 millimetru, sakemm:
7. B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess is-sajd għall-ksampu fiż-żona msemmija f' dak il-paragrafu, sakemm:
Abbażi ta' opinjoni favorevoli mill-STECF, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina l-irkapti għandhom jitqiesu li għandhom selettività għolja ekwivalenti għall-fini tal-punt (a). 8. Il-paragrafu 7 ma għandux japplika fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
9. B'deroga mill-paragrafu 1, għandu jkun permess li jsir sajd bix-xbieki tat-tkarkir, tartaruni demersali jew irkaptu simili fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu sakemm:
10. Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015 u mhux aktar tard minn kull sentejn minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tal-parir xjentifiku mill-STECF, tivvaluta l-karatteristiċi tal-irkaptu speċifikat fil-paragrafu 9 u, fejn adatt, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal emenda tal-paragrafu 9. 11. Il-paragrafu 9 ma għandux japplika fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
12. Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru kull sena, hija għandha tipprojbixxi t-twettiq ta' kwalunkwe attività ta' sajd bl-użu ta' kwalunkwe mill-irkaptu speċifikat fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (***) fiż-żona speċifikata fiż-żona VIa tal-ICES magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali tal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
La l-kaptan ta' bastiment tas-sajd u lanqas persuna oħra abbord ma għandha tikkawża jew tħalli lil persuna abbord li tipprova tistad, tiżbarka, titrasborda jew ikollha abbord ħut maqbud fiż-żona speċifikata. 13. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jimplimenta programm ta' osservaturi abbord mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta' Diċembru kull sena sabiex jittieħdu kampjuni tal-qabdiet u r-rimi tal-bastimenti li jibbenefikaw mid-derogi pprovduti fil-paragrafi 5, 6, 7, u 9. Il-programmi tal-osservaturi għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt ir-regoli rispettivi u għandhom jimmiraw li jagħmlu stima tal-qabdiet u r-rimi tal-merluzz, haddock u merlangu bi preċiżjoni ta' mhux inqas minn 20 %. 14. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipproduċu rapport dwar l-ammont totali ta’ qabdiet u rimi magħmula minn bastimenti soġġetti għall-programm tal-osservaturi matul kull sena kalendarja u jibgħatuh lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Frar tas-sena kalendarja ta' wara. 15. Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2015 u mhux aktar tard minn kull sentejn minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tal-parir xjentifiku mill-STECF, tivvaluta l-istat tal-istokkijiet tal-merluzz, tal-haddock u tal-merlangu fiż-żona speċifikata fil-paragrafu 1 u, fejn adatt, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal emenda ta' dan l-Artikolu. Artikolu 29e Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-merluzz fis-subżona VII tal-ICES 1. Mill-1 ta' Frar sal-31 ta' Marzu kull sena, għandu jkun ipprojbit li titwettaq attività tas-sajd fis-subżona VII tal-ICES fiż-żona li tikkonsisti minn rettangoli statistiċi tal-ICES: 30E4, 31E4, 32E3. Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika 'l ġewwa minn 6 mili nawtiċi mil-linja bażi. 2. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet ta' sajd bl-użu ta’ xbieki statiċi bil-lasti għall-użu mal-kosta, ħammiela għall-imrewħa, ħammiela għall-masklu, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tax-xtut, xlief tal-idejn, trejjix mekkanizzat, għeżula tal-mitlaq u tartaruni tax-xtut, nases u kavetti fiż-żoni u l-perjodi msemmija f'dak il-paragrafu, sakemm:
3. B’deroga mill-paragrafu 1, għandhom ikunu permessi attivitajiet tas-sajd fiż-żona msemmija f'dak il-paragrafu bl-użu ta' xbieki b'malji iżgħar minn 55 millimetru, sakemm:
Artikolu 29f Regoli speċjali għall-protezzjoni tal-linarda 1. Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju ta' kull sena għandu jkun ipprojbit li tinżamm abbord kwantità ta' linarda li taqbeż is-6 tunnellati għal kull vjaġġ tas-sajd fiż-żoni tad-diviżjoni VIa tal-ICES, magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu bis-sistema WGS84:
Mhux inkluża ż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84:
2. Meta jidħol u meta joħroġ miż-żoni msemmija fil-paragrafu 1, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jirreġistra d-data, il-ħin u l-post tad-dħul u tal-partenza fil-ġurnal ta’ abbord. 3. F'żona waħda jew l-oħra miż-żewġ żoni msemmija fil-paragrafu 1, jekk bastiment jilħaq is-6 tunnellati ta' linardi:
4. L-osservaturi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċjali ta’ aċċess u kondizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ ħażniet ta’ baħar fond (****) li huma assenjati għall-bastimenti tas-sajd preżenti f’waħda miż-żoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, minbarra l-kompitu tagħhom imsemmija fil-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu, għal kampjuni xierqa tal-qabdiet ta’ linarda, ikejlu l-ħut fil-kampjuni u jiddeterminaw l-istadju tal-maturità sesswali tal-ħut subkampjunat. Abbażi tal-parir mogħti mill-STECF, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu protokolli dettaljati għall-kampjunar u għall-ġbir ta' riżultati. 5. Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta’ April ta' kull sena, għandu jkun ipprojbit l-użu ta’ xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ, konzijiet u għeżula f’żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema ta' koordinati WGS84:
Artikolu 29 g Miżuri għas-sajd tar-redfish f'ilmijiet internazzjonali fis-subżoni I u II tal-ICES 1. Sajd li jimmira r-redfish f'ilmijiet internazzjonali tas-subżoni I u II tal-ICES għandu jkun permess biss fil-perjodu mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena minn bastimenti li preċedentement intużaw fis-sajd għar-redfish fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC, kif definit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (*****). 2. Il-bastimenti għandhom jillimitaw il-qabdiet inċidentali tagħhom tar-redfish f'sajdiet oħrajn għal massimu ta' 1 % tal-qabda totali miżmuma abbord. 3. Il-fattur ta' konverżjoni li għandu jiġi applikat għall-preżentazzjoni tal-ħuta mnaddfa u bla ras, inkluż il-preżentazzjoni fil-forma ta' qatgħa Ġappuniża, tar-redfish maqbud f'din is-sajda għandu jkun 1,70. 4. B'deroga mill-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd involuti f'din is-sajda għandhom jirrapportaw il-qabdiet tagħhom kuljum. 5. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, awtorizzazzjoni biex wieħed jistad għar-redfish għandha tkun valida biss jekk ir-rapporti trażmessi minn bastimenti skont l-Artikolu 9(1) ta' dak ir-Regolament u jkunu rreġistrati skont l-Artikolu 9(3) tiegħu. 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni xjentifika tinġabar minn osservaturi xjentifiċi abbord il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Bħala minimu l-informazzjoni miġbura għandha tinkludi dejta rappreżentattiva dwar is-sess, l-età u l-kompożizzjoni skont it-tul, skont il-fond. Din l-informazzjoni għandha tkun rappurtata lill-ICES mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. 7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar id-data li fiha s-Segretarjat tal-NEAFC ikun innotifika lill-Partijiet Kontraenti tan-NEAFC li l-qabdiet totali permissibbli (TAC) ikunu ġew eżawriti. Minn dik id-data l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu s-sajd dirett għar-redfish minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Artikolu 29h Miżuri għas-sajd tar-redfish fil-Baħar Irminger u l-ilmijiet ta' madwaru 1. Għandu jkun ipprojbit li jinqabad ir-redfish fl-ibħra internazzjonali tas-subżona V tal-ICES u l-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni XII u XIV tal-ICES. Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, għandu jkun permess li jinqabad ir-redfish mill-11 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, u li għandhom jitkejlu skont is-sistema WGS84 (‘Iż-Żona ta' Konservazzjoni tar-Redfish’):
2. Minkejja l-paragrafu 1, jista' jiġi permess is-sajd għar-redfish, permezz ta' att legali tal-Unjoni, barra miż-Żona ta’ Konservazzjoni tar-Redfish fil-Baħar Irminger u l-ilmijiet kontigwi mill-11 ta' Mejju sal-31 ta' Diċembru ta’ kull sena abbażi ta' parir xjentifiku u sakemm, fir-rigward tar-redfish f'dik iż-żona ġeografika, in-NEAFC tkun stabbiliet pjan ta' rkupru. F'dan is-sajd għandhom jipparteċipaw biss bastimenti tal-Unjoni li jkunu ġew debitament awtorizzati mill-Istat Membru rispettiv tagħhom u li jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010. 3. Għandu jkun projbit l-użu ta' xbieki tat-tkarkir b’malji ta’ inqas minn 100 millimetru. 4. Il-fattur ta' konverżjoni li għandu jiġi applikat għall-preżentazzjoni tal-ħuta mnaddfa u bla ras, inkluż il-preżentazzjoni fil-forma ta' qatgħa Ġappuniża, tar-redfish maqbud f'din is-sajda għandu jkun 1,70. 5. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd impenjati fis-sajda barra ż-Żona ta’ Konservazzjoni tar-Redfish, għandhom jittrażmettu r-rapport tal-qabda pprovdut fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, kuljum wara li jitlestew l-operazzjonijiet tas-sajd ta’ dik il-ġurnata kalendarja. Għandu jindika l-qabdiet abbord li saru mill-aħħar komunikazzjoni tal-qbid. 6. Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, awtorizzazzjoni biex wieħed jistad għar-redfish għandha tkun valida biss jekk ir-rapporti trażmessi minn bastimenti jkunu skont l-Artikolu 9(1) ta' dak ir-Regolament u rreġistrati skont l-Artikolu 9(3) tiegħu. 7. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 6 għandhom isiru skont ir-regoli rilevanti. (**) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1." (***) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20." |
(13) |
fl-Artikolu 30, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “(1a) Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għar-Reġjun 9.”; |
(14) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 31a Sajd elettriku fid-diviżjonijiet IVc u IVb tal-ICES 1. B’deroga mill-Artikolu 31, sajd bix-xibka tat-tkarkir bit-travu li juża impulsi ta’ kurrent elettriku għandu jkun permess fid-diviżjonijiet IVc u IVb tal-ICES fin-nofsinhar ta' linja ta’ rombu li jaqbdu magħha l-punti sussegwenti, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
2. Is-sajd bl-impulsi elettriċi għandu jkun permess biss meta:
|
(15) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 32a Ġestjoni tal-qabdiet u restrizzjonijiet fuq ir-rimi lura tal-ħut fuq bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku 1. L-ispazju massimu bejn il-vireg fis-separatur tal-ilma abbord bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku u li għandhom fil-mira l-kavalli, l-aringi u s-sawrell u li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC hekk kif definit fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 għandu jkun 10 millimetri. Il-vireg għandhom jiġu wweldjati f'posthom. Jekk fis-separatur tal-ilma jintużaw toqob minflok vireg, id-dijametru massimu tat-toqob ma għandux jaqbeż 10 millimetri. Toqob fiż-żrieraq li jkunu quddiem is-separatur tal-ilma ma għandux ikollhom dijametru akbar minn 15-il millimetru. 2. Il-possibbiltà ta' rimi lura ta' ħut taħt il-livell tal-ilma tal-bastiment minn tankijiet li jarmu bil-mod (buffer tanks) jew minn tankijiet tal-ilma baħar refriġirat (Refrigerated seawater — RSW) għandha tiġi pprojbita għall-bastimenti kollha tas-sajd pelaġiku li joperaw fiż-Żona ta' Konvenzjoni tan-NEAFC. 3. It-tpinġijiet marbuta mal-ġestjoni tal-qabdiet u mal-kapaċitajiet ta' rimi lura ta' ħut tal-bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku li jimmiraw il-kavalli, l-aringi u s-sawrell fiż-Żona ta' Konvenzjoni tan-NEAFC, u li huma ċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera, kif ukoll kwalunkwe modifika li ssirilhom għandhom jintbagħtu mill-kaptan tal-bastiment lill-awtoritajiet kompetenti tas-sajd tal-Istat Membru tal-bandiera. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastimenti għandhom iwettqu verifiki perjodiċi tal-livell ta' preċiżjoni tat-tpinġijiet ippreżentati. Fuq il-bastiment għandhom dejjem jinżammu kopji.”; |
(16) |
għandhom jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: “Artikolu 34a Miżuri tekniċi għall-konservazzjoni fil-Baħar Irlandiż 1. Mill-14 ta' Frar sat-30 ta' April, ma għandux ikun permess l-użu ta' kwalunkwe xibka demersali, tartarun jew xbieki simili li jinġibdu, kwalunkwe għażel, parit, xbieki tat-tħabbil, xbieki statiċi simili jew kwalunkwe rkaptu tas-sajd bis-snanar f'dik il-parti tad-diviżjoni VIIa tal-ICES magħluqa kif ġej:
2. B'deroga mill-paragrafu 1, fiż-żona u l-perjodu msemmi f' dak il-pargrafu:
Artikolu 34b L-użu tal-għeżula fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VIIb, c, j u k tal-ICES u s-subżoni VIII, IX, X u XII tal-ICES fil-lvant ta' 27° W 1. Bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx jużaw għeżula tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti fi kwalunkwe pożizzjoni li l-fond tagħha huwa aktar minn 200 metru fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j, k tal-ICES u fis-subżoni VIII, IX u X u XII tal-ICES fil-lvant ta' 27° W. 2. B'deroga mill-paragrafu 1 għandu jkun permess l-użu tal-irkaptu li ġej:
3. Madankollu, din id-deroga ma għandhiex tapplika fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC. 4. Il-bastimenti kollha li jużaw għeżula tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil jew pariti fi kwalunkwe pożizzjoni fejn il-fond fuq il-mappa huwa aktar minn 200 metru fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j, k tal-ICES u fis-subżoni XII tal-ICES fil-lvant ta' 27° W, VIII, IX u X, għandu jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. 5. Wieħed biss mit-tipi ta' rkapti deskritti fil-paragrafu 2(a), (b) jew (d) għandu jinżamm abbord il-bastiment fi kwalunkwe ħin. Il-bastimenti jistgħu jġorru abbord xbieki b'tul totali li jkun 20 % aktar mit-tul massimu tal-flotot li jistgħu jintużaw fi kwalunkwe ħin. 6. Il-kaptan ta' bastiment b'awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 4 għandu jirreġistra fil-ġurnal ta' abbord l-ammont u t-tulijiet tal-irkaptu li jkun qed jinġarr mill-bastiment qabel ma jitlaq mill-port u meta jidħol lura fil-port, u għandu jqis kwalunkwe diskrepanza bejn iż-żewġ kwantitajiet. 7. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jneħħu mill-baħar irkaptu mitluq waħdu fid-diviżjonijiet IIIa, IVa, Vb, VIa, VIb, VII b, c, j u k tal-ICES u s-subżoni XII tal-ICES fil-lvant ta' 27° W, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
8. Il-kaptan ta' bastiment b'awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 4 għandu jirreġistra fil-ġurnal ta' abbord, matul kull vjaġġ tas-sajd, l-informazzjoni li ġejja:
9. Bastimenti li jistadu b'awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jitħallew iħottu l-art fil-portijiet magħżula mill-Istati Membri biss skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002. 10. Il-kwantità ta' klieb il-baħar miżmuma abbord minn kwalunkwe bastiment li juża t-tip ta' irkaptu deskritt fil-paragrafu 2(b) u (d) ma għandhiex tkun aktar minn 5 % ta' piż ħaj tal-kwantità totali tal-organiżmi tal-baħar miżmuma abbord. 11. Il-Kummissjoni tista' tadotta, wara konsultazzjoni mal-STECF, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li teskludi sajd speċifiku ta' Stat Membru, fis-subżoni VIII, IX u X tal-ICES, mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 9, fejn l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri turi li dak is-sajd jirriżulta f'livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar u ta' rimi. Artikolu 34c Kondizzjoni għas-sajd bl-użu ta' ċertu rkaptu miġbud awtorizzat fil-Bajja ta' Biscay 1. B'deroga mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 494/2002 tad-19 ta' Marzu 2002 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħazniet ta' marlozz fis-sub-żoni ICES III, IV, V, VI u VII u t-taqsimiet ICES VIII a, b, d u e (*******), għandu jkun permess li ssir attività tas-sajd bl-użu ta' xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili, għajr xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji ta' daqs li jvarja minn 70 sa 99 mm fiż-żona definita fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 494/2002 jekk l-irkaptu jkun mgħammar b'pannell bil-malji kwadri skont l-Anness XIVb. 2. Meta jsir is-sajd fid-diviżjonijiet VIII a u b tal-ICES, għandu jkun permess l-użu ta' gradilja selettiva u dak li jiġi konness magħha quddiem il-manka u/jew pannell ta' malji kwadri b'daqs tal-malji ekwivalenti għal jew aktar minn 60 millimetru fil-parti ta' taħt tal-biċċa ta' estensjoni quddiem il-manka. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), l-Artikolu 6 u l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 3(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 494/2002 ma għandhomx japplikaw għas-sezzjoni tax-xibka tat-tkarkir li fiha jiddaħħal dak it-tagħmir selettiv. Artikolu 34d Miżuri għall-protezzjoni ta' ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC 1. Għandu jkun ipprojbit it-tkarkir tal-qiegħ u s-sajd b'irkaptu statiku, inklużi għeżula u konzijiet tal-qiegħ, f'żoni magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali tal-linji ta’ rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
2. Meta, waqt operazzjonijiet tas-sajd f’żoni ġodda u eżistenti għas-sajd tal-qiegħ fiż-Żona Regolata min-NEAFC, il-kwantità ta’ qroll ħaj u sponoż ħajjin maqbuda għal kull irkaptu taqbeż 60 kg ta’ qroll ħaj u/jew 800 kg ta’ sponoż ħajjin, il-bastiment għandu jinforma lill-Istat tiegħu tal-bandiera, iwaqqaf is-sajd u jimxi tal-anqas 2 mili nawtiċi ’l bogħod mill-pożizzjoni fejn l-evidenza turi li hija l-eqreb għall-pożizzjoni eżatta fejn saret il-qabda. Artikolu 34e Miżuri għall-protezzjoni ta' ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fid-diviżjonijiet VIIc, j u k tal-ICES 1. Għandu jkun ipprojbit it-tkarkir u s-sajd b'irkaptu statiku, inklużi għeżula u konzijiet tal-qiegħ, f'żoni magħluqa bit-tgħaqqid f'sekwenza tal-linji rombu tal-koordinati sussegwenti, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84:
2. Il-bastimenti kollha li jistadu għall-ħut pelaġiku fiż-żoni ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu fuq lista ta' bastimenti awtorizzati u tinħarġilhom awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 li għandha tinżamm abbord. Il-bastimenti inklużi fil-lista ta' bastimenti awtorizzati għandhom iġorru abbord irkaptu esklussivament pelaġiku. 3. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li biħsiebhom jistadu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jagħtu notifikazzjoni minn qabel ta' erba' sigħat dwar il-ħsieb tagħhom li jidħlu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd Irlandiż (FMC) hekk kif definit fl-Artikolu 4(15) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Fl-istess waqt għandhom jinnotifikaw il-kwantitajiet ta' ħut miżmuma abbord. 4. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li biħsiebhom jistadu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkollhom Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) operazzjonali u li tiffunzjona kompletament, li tikkonforma mar-regoli rispettivi meta jkunu preżenti f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond. 5. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li jistadu f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandhom jagħmlu rapporti bil-VMS kull siegħa. 6. Il-bastimenti li jistadu għall-ħut pelaġiku li jkunu temmew is-sajd f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-FMC Irlandiż hekk kif jitilqu ż-żona. Fl-istess waqt għandhom jinnotifikaw il-kwantitajiet ta' ħut miżmuma abbord. 7. Is-sajd għal speċijiet pelaġiċi f'żona ta' protezzjoni tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond hekk kif stabbilit fil-paragrafu 1 huwa ristrett għal li wieħed ikollu abbord jew jistad bi xbieki b'daqs tal-malja li jkunu bejn 16-il millimetru u 31 millimetru jew bejn 32 millimetru u 54 millimetru. Artikolu 34f Miżuri għall-protezzjoni ta' ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond fid-diviżjonijiet VIIIc tal-ICES 1. Għandu jkun ipprojbit it-tkarkir tal-qiegħ u s-sajd b'irkaptu statiku, inklużi għeżula u konzijiet tal-qiegħ, fiż-żona magħluqa bit-tgħaqqid sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-koordinati li ġejjin, li għandhom jitkejlu skont is-sistema tal-koordinati WGS84: El Cachucho:
2. B'deroga mill-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1, il-bastimenti li wettqu sajd bil-konzijiet tal-qiegħ fl-2006, l-2007 u l-2008 bil-mira ta' aktar lipp tal-qawwi jistgħu jakkwistaw mill-awtoritajiet tas-sajd tagħhom awtorizzazzjoni tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 li tippermettilhom ikomplu jwettqu dak is-sajd fiż-żona tan-nofsinhar ta' 44°00.00′ N. Il-bastimenti kollha li jkunu akkwistaw din l-awtorizzazzjoni speċjali tas-sajd għandhom, indipendentement mit-tul totali tagħhom, ikollhom fl-użu VMS sigura operazzjonali, li tiffunzjona b'mod sħiħ li tikkonforma mar-regoli rispettivi, meta jitwettaq is-sajd fiż-żona stabbilita fil-paragrafu 1. |
(17) |
L-Artikolu 38 għandu jitħassar; |
(18) |
L-Artikolu 47 għandu jitħassar; |
(19) |
L-Annessi I, IV, XII u XIV għar-Regolament (KE) Nru 850/98 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament; |
(20) |
L-Annessi XIIa, XIVa, XIVb, XIVc u XIVd jiddaħħlu skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1434/98
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1434/98, jiżdied il-paragrafu li ġej:
“1a Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal aringi maqbudin fid-diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-subżona IV, fid-diviżjoni VIId u fl-ilmijiet tal-UE tad-diviżjoni IIa tal-ICES.”.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Marzu 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. CREIGHTON
(1) ĠU C 351, 15.11.2012, p. 83.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2013 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Frar 2013.
(3) ĠU L 347, 24.12.2009, p. 6.
(4) ĠU L 165, 24.6.2011, p. 1.
(6) ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.
(7) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(8) ĠU L 191, 7.7.1998, p. 10.
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 850/98 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, in-nota f'qiegħ il-paġna 6 tat-tabella għandha titħassar; |
(2) |
fl-Anness IV, it-tabella għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “Irkaptu rmunkat: Skagerrak u Kattegat Meded ta' daqsijiet tal-malji, speċi mmirati u perċentwali tal-qbid meħtiega applikabbli għall-użu ta' medda waħda ta' daqsijiet tal-malji
|
(3) |
it-tabella fl-Anness XII hija emendata kif ġej:
|
(4) |
l-anness li ġej għandu jiddaħħal: “ANNESS XIIa Daqsijiet minimi għar-reġjun 9
|
(5) |
fl-Anness XIV, l-ismijiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-ordni alfabetika korrispondenti tagħhom ta' ismijiet vernakulari:
|
(6) |
għandhom jiddaħħlu l-annessi li ġejjin: “ANNESS XIVa SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL GRADILJA SELETTIVA
ANNESS XIVb KONDIZZJONIJIET GĦAS-SAJD B'ĊERTU RKAPTU MIĠBUD AWTORIZZAT FIL-BAJJA TA' BISCAY 1. Speċifikazzjonijiet tal-pannell ta' fuq b'malji kwadri Il-pannell għandu jkun sezzjoni rettangolari ta' xibka. Għandu jkun hemm pannell wieħed biss. Il-pannell ma għandux ikun imblukkat bl-ebda mod b'oġġetti miżjuda sew minn ġewwa kif ukoll minn barra. 2. Pożizzjoni tal-pannell Il-pannell għandu jiddaħħal fin-nofs tal-parti ta' fuq tas-sezzjoni li tidjieq ta' wara tax-xbieki, eżatt quddiem il-parti li ma tidjieqx magħmula mill-parti tal-estensjoni u l-manka. Il-pannell għandu jispiċċa mhux aktar minn 12-il malja mir-ringiela ta’ malji mmaljati bl-idejn bejn il-biċċa tal-estensjoni u s-sezzjoni ta’ wara li tidjieq tax-xbieki tat-tkarkir. 3. Daqs tal-pannell It-tul tal-pannell għandu jkun mill-inqas 2 metri u l-wisa' tal-pannell, mill-inqas metru. 4. Xbieki tal-pannell Il-malji għandu jkollhom ftuħ minimu tal-malja ta' 100 millimetru. Il-malji ser ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba' naħat tal-malji tat-tieqa għandhom ikunu maqtugħin għall-vireg kollha. Ix-xibka għandha tkun immontata b'tali mod li l-vireg ikunu paralleli u perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-manka. Ix-xibka għandha tkun ta' ħjut singoli. Il-ħxuna tal-ħjut ma għandhiex tkun aktar minn 4 millimetri. 5. Tqegħid tal-pannell fix-xibka bil-malji forma ta' djamant Għandu jkun permess li titwaħħal ċmusa mal-erba' ġnub tal-pannell. Id-djametru ta' din iċ-ċmusa ma għandux ikun aktar minn 12-il millimetru. It-tul stirat tal-pannell għandu jkun daqs it-tul stirat tal-malji forma ta’ djamant imwaħħla man-naħa lonġitudinali tal-pannell. L-għadd ta' malji forma ta’ djamant fix-xibka ta' fuq imwaħħla mal-iżgħar naħa tal-pannell (jiġifieri, il-ġenb b'tul ta' metru li huwa perpendikolari għall-assi lonġitudinali tal-manka) għandu tal-inqas l-għadd ta' malji forma ta’ djamant sħaħ imwaħħla mal-ġenb lonġitudinali tal-pannell diviżi b'0,7. 6. It-tqegħid tal-pannell fix-xibka tat-tkarkir huwa muri hawn taħt. Test ta 'immaġni ANNESS XIVc PANNELL TA' MALJI KWADRI GĦAL BASTIMENTI AKBAR MINN 15-IL METRU 1. Speċifikazzjonijiet tal-pannell ta' fuq b'malji kwadri Il-pannell għandu jkun sezzjoni rettangolari ta' xibka. Ix-xibka għandha tkun ta' ħjut singoli. Il-malji għandhom ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba' naħiet tax-xibka tal-pannell għandhom ikunu maqtugħin kollha vireg. Id-daqs tal-malji jrid ikun ekwivalenti għal aktar minn 120 millimetru It-tul tal-pannell għandu jkun mill-inqas 3 metri minbarra meta jkun inkorporat fi xbieki miġbuda minn bastimenti ta' inqas minn 112 kW, meta għandu jkun tal-inqas 2 metri fit-tul. 2. Pożizzjoni tal-pannell Il-pannell għandu jiddaħħal fil-pannell ta' fuq tal-manka. It-tarf ta' wara nett tal-pannell ma għandux ikun aktar minn 12-il metru mill-codline hekk kif definit fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3440/84 tas-6 ta' Diċembru 1984 dwar it-twaħħil ta' mekkaniżmu ma' gangmi, xbieki Daniżi u xbieki simili (*). 3. Tqegħid tal-pannell fix-xibka bil-malji forma ta' djamant Ma għandux ikun hemm aktar minn żewġ malji forma ta' djamant miftuħa bejn in-naħa lonġitudinali tal-pannell u ċ-ċmusa ta' maġenbha. It-tul stirat tal-pannell għandu jkun daqs it-tul stirat tal-malji forma ta’ djamant imwaħħla man-naħa lonġitudinali tal-pannell. Ir-rata ta’ ġonot bejn il-malji forma ta' djamant tal-pannell ta' fuq tal-manka u l-iżgħar naħa tal-pannell għandha tkun ta' tliet malji forma ta' djamant għal malju kwadru wieħed għal manka ta’ 80 millimetru, jew żewġ malji forma ta' djamant għal malju kwadru wieħed għal manka ta’ 120 millimetru, għajr għall-vireg tax-xifer tal-pannell miż-żewġ naħiet. ANNESS XIVd PANNELL TA' MALJI KWADRI GĦAL BASTIMENTI IŻGĦAR MINN 15-IL METRU 1. Speċifikazzjonijiet tal-pannell ta' fuq b'malji kwadri Il-pannell għandu jkun sezzjoni rettangolari ta' xibka. Ix-xibka għandha tkun ta' ħjut singoli. Il-malji għandhom ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba' naħiet tax-xibka tal-pannell għandhom ikunu maqtugħin kollha vireg. Id-daqs tal-malji għandu jkun ta' 110 millimetri jew aktar. It-tul tal-pannell għandu jkun mill-inqas 3 metri minbarra meta jkun inkorporat fi xbieki miġbuda minn bastimenti ta' inqas minn 112 kW, meta għandu jkun tal-inqas 2 metri fit-tul. 2. Pożizzjoni tal-pannell Il-pannell għandu jiddaħħal fil-pannell ta' fuq tal-manka. It-tarf ta' wara nett tal-pannell ma għandux ikun aktar minn 12-il metru mill-codline hekk kif definit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3440/84. 3. Tqegħid tal-pannell fix-xibka bil-malji forma ta' djamant Ma għandux ikun hemm aktar minn żewġ malji forma ta' djamant miftuħa bejn in-naħa lonġitudinali tal-pannell u ċ-ċmusa ta' maġenbha. It-tul stirat tal-pannell għandu jkun daqs it-tul stirat tal-malji forma ta’ djamant imwaħħla man-naħa lonġitudinali tal-pannell. Ir-rata ta' ġonot bejn il-malji forma ta' djamant tal-pannell ta' fuq tal-manka u l-iżgħar naħa tal-pannell għandha tkun ta' żewġ malji forma ta' djamant għal malju kwadru wieħed, ħlief għall-vireg tax-xifer tat-tieqa miż-żewġ naħiet. |
(1) Erba' mili biss 'il ġewwa mil-linji bażi.
(2) Erba' mili 'l barra mil-linji bażi.
(3) Mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Ottubru fi Skagerrak u mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Lulju f'Kattegat.
(4) Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar jum ta' Frar fi Skagerrak u mill-1 ta' Awissu sal-aħħar jum ta' Frar f'Kattegat
(5) Fl-applikazzjoni ta' din il-medda ta' daqsijiet tal-malji l-manka għandha tkun magħmula minn xibka kwadra bi gradilja selettiva skont l-Anness XIVa ta' dan ir-Regolament.
(6) Il-qbid miżmum abbord ma għandux jikkonsisti minn aktar minn 10 % ta' kwalunkwe taħlita ta' merluzz, haddock, marlozz, barbun tat-tbajja', witch flounder, lemon sole, lingwata, barbun imperijali, partun, barbun tal-għajn, kavalli, lingwata lixxa, merlangu, dab, pollakkju, ksampu u awwista.
(7) Il-qbid miżmum abbord ma għandux jikkonsisti minn aktar minn 50 % ta' kwalunkwe taħlita ta' merluzz, haddock, marlozz, barbun tat-tbajja', witch flounder, lemon sole, lingwata, barbun imperijali, partun, barbun tal-għajn, aringi, kavalli, lingwata lixxa, dab, pollakkju, ksampu u awwista.
(8) Il-qbid miżmum abbord ma għandux jikkonsisti minn aktar minn 60 % ta' kwalunkwe taħlita ta' merluzz, haddock, marlozz, barbun tat-tbajja', witch flounder, lemon sole, lingwata, barbun imperjali, partun, barbun tal-għajn, lingwata lixxa, merlangu, dab, pollakkju u awwista.”;