This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0137
Commission Implementing Regulation (EU) No 137/2013 of 18 February 2013 amending Council Regulation (EC) No 329/2007 concerning restrictive measures against the Democratic People’s Republic of Korea
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 137/2013 tat- 18 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 137/2013 tat- 18 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ĠU L 46, 19.2.2013, pp. 19–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509
|
19.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 137/2013
tat-18 ta’ Frar 2013
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(b), (d) u (e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu jiġi aġġornat skont l-informazzjoni l-aktar reċenti pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
|
(2) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi nħatru mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) skont il-paragrafu 8(d) tar-Riżoluzzjoni UNSC 1718 (2006), huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Fit-2 ta' Mejju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied tliet entitajiet mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fit-22 ta' Jannar 2013, ir-Riżoluzzjoni 2087 (2013) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żiedet erba' persuni fiżiċi, u sitt entitajiet mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. Dawk l-entitajiet u persuni naturali għandhom jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007. |
|
(4) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi mhux elenkati fl-Anness IV li, b'konformità mal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 4(1) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/CFSP, li kienu magħżula mill-Kunsill. Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill iddeċieda li sitt entitajiet elenkati li kienu magħżula min-NU u li għandhom ikunu inklużi fl-Anness IV, għandhom jitneħħew mill-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007. |
|
(5) |
Għalhekk, l-Annessi II, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effikaċi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa sostitwit mit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Anness V huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS I
"ANNESS II
Il-websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 5, 7, 8. 10 u 15, u l-indirizzi għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
IL-BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
IL-BULGARIJA
http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
L-ITALJA
http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
L-UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
http://www.msz.gov.pl
IL-PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
www.fco.gov.uk/competentauthorities
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
|
European Commission |
|
Service for Foreign Policy Instruments (FPI) |
|
EEAS 02/309 |
|
B-1049 Brussels |
|
Belgium |
|
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu" |
ANNESS II
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura ‘A. Persuni fiżiċi’:
|
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:
|
ANNESS III
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “B.Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)” huma mħassra:
|
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “D.Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)” huma mħassra:
|