Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0332

    2013/332/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta' Ġunju 2013 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll dwar l-iplimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina tal-1991 fil-qasam tat-trasport (Protokoll dwar it-trasport)

    ĠU L 177, 28.6.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/332/oj

    Related international agreement

    28.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 177/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-10 ta' Ġunju 2013

    dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll dwar l-iplimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina tal-1991 fil-qasam tat-trasport (Protokoll dwar it-trasport)

    (2013/332/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Konvenzjoni dwar il-ħarsien tal-Alpi (il-Konvenzjoni Alpina) ġiet konkluża f’isem il-Komunità Ewropea mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 96/191/KE (2).

    (2)

    Il-Kunsill iddeċieda dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità, tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina tal-1991 fil-qasam tat-trasport (il-Protokoll dwar it-trasport) bid-Deċiżjoni 2007/799/KE (3).

    (3)

    Il-Protokoll dwar it-trasport huwa pass importanti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina u l-Unjoni hija impenjata biex jinkisbu l-għanijiet ta' dik il-Konvenzjoni.

    (4)

    Il-problemi transkonfinali ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi tal-Alpi għadhom sfida ewlenija li għandha tiġi indirizzata f'din iż-żona sensittiva ħafna.

    (5)

    Il-Protokoll dwar it-trasport jipprovdi qafas, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipju ta’ prevenzjoni u l-prinċipju ta’ “min iniġġes, iħallas”, biex jiżgura l-mobbiltà sostenibbli u l-protezzjoni tal-ambjent, fir-rigward tal-mezzi kollha tat-trasport fir-reġjun Alpin fid-dawl tal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni Alpina.

    (6)

    Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar it-trasport huma konformi mal-Politika Komuni tat-Trasport tal-Unjoni u jappoġġaw bis-sħiħ l-approċċ tat-“Trasport iktar Ekoloġiku” tal-Kummissjoni li ġie adottat fl-2008.

    (7)

    Ir-ratifika tal-Protokoll dwar it-trasport issaħħaħ il-kooperazzjoni transkonfinali ma' dawk il-pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni, jiġifieri l-Liechtenstein, Monako u l-Iżvizzera, li għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-objettivi tal-Unjoni ikunu kondiviżi mill-imsieħba reġjonali u li tali inizjattivi ikopru r-reġjun Alpin kollu.

    (8)

    Il-Protokoll dwar it-trasport għandu għalhekk jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina tal-1991 fil-qasam tat-trasport (il-Protokoll dwar it-trasport) huwa b'dan approvat f’isem l-Unjoni. (4)

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiddepożita/jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni, l-istrument tal-approvazzjoni mar-Repubblika tal-Awstrija skont l-Artikolu 24 tal-Protokoll dwar it-trasport u tagħmel/jagħmlu id-dikjarazzjoni li ġejja:

    “B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għal "il-Komunità Ewropea" jew għal "il-Komunità" fit-test tal-Protokoll għandhom, fejn xieraq, jinqraw bħala referenzi għal "l-Unjoni Ewropea".”.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ġunju 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. VARADKAR


    (1)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 183 u ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 1.

    (2)  ĠU L 61, 12.3.1996, p. 31.

    (3)  ĠU L 323, 8.12.2007, p. 13.

    (4)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fi ĠU L 323, 8.12.2007, p. 15 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


    Top