EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0028
Commission Regulation (EU) No 28/2012 of 11 January 2012 laying down requirements for the certification for imports into and transit through the Union of certain composite products and amending Decision 2007/275/EC and Regulation (EC) No 1162/2009 Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal- 11 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal- 11 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 Test b’relevanza għaż-ŻEE
OJ L 12, 14.1.2012, p. 1–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 064 P. 247 - 259
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32020R0692
. Latest consolidated version: 14/12/2019
14.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 28/2012
tal-11 ta’ Jannar 2012
li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta’ ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali, u partikolarment l-Artikolu 48(1) u l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 63(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 97/78/KE tistipula li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri l-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti minn pajjiżi terzi li jiddaħħlu fl-Unjoni skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula r-regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali biex tkun ivverifikata l-konformità mar-regoli li jimmiraw, b’mod partikolari, li jwaqqfu, jeliminaw jew inaqqsu għal livelli aċċettabbli r-riskji għall-bnedmin u għall-annimali, jew b’mod dirett jew permezz tal-ambjent. |
(3) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċċessar u d-distribuzzjoni fl-Unjoni u l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti dderivati minnhom, maħsuba għall-konsum mill-bniedem. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel. L-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-Regolament jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jimportaw l-ikel li fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti, kif ukoll prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali (prodotti komposti) għandhom jiżguraw li l-prodotti pproċessati ta’ oriġini mill-annimali li qegħdin f’dan l-ikel jissodisfaw ċerti rekwiżiti dwar is-saħħa pubblika stipulati fih. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel iridu jkunu jistgħu juru li għamlu dan, pereżempju permezz ta’ dokumenti xierqa relevanti jew ċertifikati. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplika mill-1 ta’ Jannar 2006. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ għadd minn dawn il-miżuri b’effett immedjat minn dik id-data kienet tkun tippreżenta diffikultajiet prattiċi f’ċerti każijiet. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (6) għalhekk jistipula li, b’deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jimportaw l-ikel li fih il-prodotti komposti għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stipulat f’dak l-Artikolu. |
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 2076/2005. Ir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 fih l-istess deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li kien fih ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005. |
(8) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 jistipula li l-importazzjonijiet ta’ prodotti komposti għandhom jikkonformaw mar-regoli armonizzati tal-Unjoni, fejn hu applikabbli, u mar-regoli nazzjonali implimentati mill-Istati Membri f’każijiet oħrajn. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 japplika mill-31 ta’ Diċembru 2013. |
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (8), tistipula li ċerti prodotti komposti għandhom jiġu ssoġġettati għal kontrolli veterinarji meta jiġu importati fl-Unjoni. Skont din id-Deċiżjoni, il-prodotti komposti soġġetti għall-kontrolli veterinarji huma dawk kollha li fihom il-prodotti tal-laħam ipproċessat, dawk li s-sustanza tagħhom hija daqs nofsha jew iżjed minn nofsha magħmula minn kwalunkwe prodott ipproċessat wieħed ta’ oriġini mill-annimali li mhuwiex prodott ta’ laħam ipproċessat, u dawk li ma fihom ebda prodotti tal-laħam ipproċessat u inqas min-nofs is-sustanza tagħhom magħmul minn prodott tal-ħalib ipproċessat fejn il-prodotti finali ma jissodisfawx ċerti rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni 2007/275/KE. |
(11) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2007/275/KE tistipula ċerti rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti komposti soġġetti għall-kontrolli veterinarji. Hija tistipula li l-prodotti komposti li fihom il-prodotti tal-laħam ipproċessat, dak il-ħin li jiddaħħlu fl-Unjoni għandhom ikun akkumpanjati miċ-ċertifikat relevanti għall-prodotti tal-laham stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-prodotti komposti li fihom il-prodotti tal-ħalib ipproċessat u li jridu jiġu soġġetti għall-kontrolli veterinarji, fil-ħin tad-dħul tagħhom fl-Unjoni għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikat relevanti stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prodotti komposti li fihom biss prodotti pproċessati mill-ħut jew mill-bajd li jridu jiġu soġġetti għall-kontrolli veterinarji fil-ħin tad-dħul tagħhom fl-Unjoni għandu jkollhom magħhom iċ-ċertifikat relevanti stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dokument kummerċjali fil-każ li dan iċ-ċertifikat ma jkunx meħtieġ. |
(12) |
Il-prodotti komposti ssuġġettati għall-kontrolli veterinarji skont id-Deċiżjoni 2007/275/KE huma dawk li, minħabba n-natura stess tagħhom, l-iżjed li huma ta’ riskju kbir għas-saħħa pubblika. Il-gradi ta’ gravità tar-riskju potenzjali għas-saħħa pubblika jvarjaw skont liema prodott ta’ oriġini mill-annimali jkun inkluż fil-prodott kompost, skont il-perċentwal li l-prodott kompost ikun fih tal-prodott ta’ oriġini mill-annimali, u skont it-trattamenti li jkunu sarulu, kif ukoll skont l-istabbiltà tiegħu waqt il-ħżin. |
(13) |
Għaldaqstant huwa xieraq li r-rekwiżiti dwar is-saħħa pubblika stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw għal dawn il-prodotti komposti anki qabel id-data ta’ limitu tad-deroga stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1162/2009. |
(14) |
B’mod partikolari, iċ-ċertifikati ta’ konformità mar-rekwiżiti marbutin mas-saħħa pubblika kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhom ikunu previsti f’dan ir-Regolament għall-importazzjoni: tal-prodotti komposti li fihom il-prodotti tal-laħam ipproċessat; tal-prodotti komposti li s-sustanza tagħhom hija nofsha, jew iżjed minn nofsha magħmula minn prodotti tal-ħalib, jew minn prodotti tal-ħut jew tal-bajd ipproċessati u minn dawk il-prodotti komposti li ma fihomx prodotti tal-laħam ipproċessat u li inqas minn nofs is-sustanza tagħhom tkun magħmula minn prodotti tal-ħalib ipproċessat f’każ li l-prodott aħħari mhuwiex stabbli waqt il-ħżin f’temperatura ambjentali, jew f’każ li ma jkunx ċar li fil-manifattura tagħhom ikunu għaddew fis-sħiħ tagħhom minn proċess ta’ trattament bis-sħanat, li jiggarantixxi li ebda prodott mhux ipproċessat li jkun fihom ma jbiddilx in-natura tiegħu. |
(15) |
Konsegwentement, id-deroga stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1162/2009 ma għandhiex tibqa’ tapplika għal dawn il-prodotti komposti. |
(16) |
Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li jikkonċernaw dawn il-prodotti komposti huma diġà stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Skont dawk ir-rekwiżiti, dawn il-prodotti komposti partikolari għandhom jiġu importati biss minn pajjiżi terzi approvati. |
(17) |
Għandu jiġi stabbilit f’dan ir-Regolament mudell speċifiku taċ-ċertifikat tas-saħħa li jagħti prova li tali prodotti komposti li ġew importati fl-Unjoni jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali. Konsegwentement, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni stipulati fid-Deċiżjoni 2007/275/KE ma għandhomx jibqgħu japplikaw għal dawn il-prodotti komposti. |
(18) |
Għall-prodotti komposti l-oħra li s-sustanza tagħhom magħmula nofsha jew iżjed minn nofsha minn prodotti ta’ oriġini mill-annimali li mhumiex prodotti tal-ħalib, tal-ħut jew tal-bajd, ir-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni stipulati fid-Deċiżjoni 2007/275/KE għandhom jibqgħu japplikaw. Iżda għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jixraq li dawn ir-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni jiddaħħlu f’dan ir-Regolament, biex ir-regoli ewlenin dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti komposti jkunu stipulati f’att wieħed biss. |
(19) |
Id-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
(20) |
Minħabba raġunijiet marbutin mas-saħħa tal-annimali, għandhom ikunu previsti ċertifikat u l-kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu minn ġol-Unjoni. Iżda dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu applikabbli biss għall-prodotti komposti li fihom il-prodotti tal-laħam ipproċessat jew prodotti tal-ħalib ipproċessati. |
(21) |
Għandhom jiġu previsti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu ta’ kunsinni li jgħaddu minn ġol-Unjoni lejn ir-Russja u minnha, minħabba l-qagħda ġeografika ta’ Kaliningrad, li tikkonċerna biss il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja. |
(22) |
Biex ikun evitat li l-kummerċ jiġi ddisturbat, l-użu ta’ ċertifikati maħruġin skont id-Deċiżjoni 2007/275/KE qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun awtorizzat għal perjodu ta’ transizzjoni. |
(23) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-kunsinni ta’ ċerti prodotti komposti mdaħħlin fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE.
Artikolu 3
L-Importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti komposti
1. Il-kunsinni tal-prodotti komposti msemmija hawn taħt li jkunu mdaħħla fl-Unjoni għandhom jiġu minn pajjiż terz jew parti minnu li hu awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ dawn il-prodotti komposti u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jintużaw fil-produzzjoni ta’ dawn il-prodotti komposti għandhom joriġinaw minn stabbilimenti li jikkonformaw mal-Artikolu 6.1(b) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004:
(a) |
il-prodotti komposti li fihom prodotti tal-laħam ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 4(a) tad-Deċiżjoni 2007/275/KE; |
(b) |
il-prodotti komposti li fihom prodotti tal-ħalib ipproċessat u li huma koperti mill-Artikolu 4(a) u (c) tad-Deċiżjoni 2007/275/KE; |
(c) |
il-prodotti komposti li s-sustanza tagħhom tkun nofsha jew iżjed minn nofsha magħmula minn prodotti tal-ħut jew tal-bajd u koperti mill-Artikolu 4(b) tad-Deċiżjoni 2007/275/KE. |
2. Il-kunsinni tal-prodotti komposti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkollhom magħhom ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness I u għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn iċ-ċertifikati.
3. Il-kunsinni tal-prodotti komposti li s-sustanza tagħhom hija nofsha jew iżjed minn nofsha magħmula minn prodotti ta’ oriġini mill-annimali, għajr dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, għandhom jiġu minn pajjiż terz li hu awtorizzat li jdaħħal fl-Unjoni kunsinni tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li qegħdin f’dawn il-prodotti komposti, jew minn parti minnu, u fil-ħin tad-dħul tagħhom fl-Unjoni jridu jkollhom magħhom iċ-ċertifikat relevanti stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal dawn il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali jew minn dokument kummerċjali fejn mhux meħtieġ ċertifikat.
Artikolu 4
Il-ġarr u l-ħżin ta’ ċerti prodotti komposti
Id-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti komposti msemmijin fl-Artikolu 3(1)(a) u (b) li mhumiex maħsubin għall-importazzjoni fl-Unjoni, iżda ddestinati għal pajjiż terz, jew bil-ġarr immedjat jew wara li jinħażnu fl-Unjoni, skont l-Artikoli 11, 12 jew 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE, jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk il-kunsinni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ikunu ġejjin minn pajjiż terz, jew minn parti minnu, li hu awtorizzat li jdaħħal fl-Unjoni kunsinni tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li fihom il-prodotti komposti u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet relevanti tat-trattament ta’ dawn il-prodotti, kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (10) għall-prodott ta’ oriġini mill-annimali kkonċernat; |
(b) |
ikollhom magħhom ċertifikat ta’ saħħa mfassal skont il-mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness II; |
(c) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li fihom il-prodotti komposti kkonċernati, kif stipulat fl-attestazzjoni fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-punt (b); |
(d) |
ikun iċċertifikati li huma aċċettabbli għat-tranżitu, li jinkludi l-ħżin fejn relevanti, fuq id-dokument veterinarju komuni tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (11), iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni ġewwa l-Komunità. |
Artikolu 5
Id-deroga għall-ġarr tal-kunsinni ġejjin mir-Russja u sejrin lejha
1. B’deroga għall-Artikolu 4, il-ġarr bit-triq jew bil-ferrovija mill-Unjoni, bejn l-istazzjonijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera indikati fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (12), ta’ kunsinni ta’ prodotti komposti msemmijin fl-Artikolu 3 li jkunu ġejjin mir-Russja u sejrin ‘l hemm direttament jew billi jgħaddu minn pajjiż terz ieħor għandhom ikunu awtorizzati, sakemm jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-kunsinna tiġi ssiġillata b’siġill b’numru ta’ serje fl-istazzjon għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti; |
(b) |
li l-veterinarju uffiċjali tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-istazzjon ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni ikun ittimbra l-kliem “GĦALL-ĠARR BISS LEJN IR-RUSSJA MILL-UE” fuq kull paġna tad-dokumenti li jkunu mal-kunsinna u msemmijin fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE; |
(c) |
ikunu hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; |
(d) |
li fuq id-dokument veterinarju komuni tad-dħul, il-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon ta’ spezzjoni tal-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni jkun iċċertifika li l-kunsinna hi aċċettabbli għall-ġarr. |
2. Ma jkunx permess ħatt jew ħżin ta’ dawn il-kunsinni fit-territorju tal-Unjoni, kif iddefinit fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE.
3. L-awtorità kompetenti trid twettaq il-verifiki biex tiżgura li l-għadd ta’ kunsinni u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu t-territorju tal-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li qed jidħlu fl-Unjoni.
Artikolu 6
Emenda għad-Deċiżjoni 2007/275/KE
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2007/275/KE għandu jitħassar.
Artikolu 7
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1162/2009
Fir-Regolament (KE) Nru 1162/2009, l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 3(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. B’deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jimportaw ikel li fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali għajr dawk imsemmijin fl-Artikolu 3(1) tar-regolament (UE) Nru 28/2012 (*), għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stipulat f’dan l-Artikolu.
Artikolu 8
Dispożizzjoni transizzjonali
Għal perjodu transizzjonali sat-30 ta’ Settembru 2012, il-kunsinni ta’ prodotti komposti li nħarġulhom iċ-ċertifikati relevanti skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2007/275/KE qabel l-1 ta’ Marzu 2012 jistgħu jibqgħu jiddaħħlu fl-Unjoni.
Artikolu 9
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(5) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.
(7) ĠU L 314, 1.12.2009, p. 10.
(9) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.
(10) ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1.
(11) ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.
(12) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.
ANNESS I
Mudell taċ-Ċertifikat tas-Saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti komposti maħsubin għall-konsum mill-bniedem
ANNESS II
Mudell taċ-Ċertifikat tas-Saħħa għat-tranżitu minn ġol-Unjoni Ewropea ta’ prodotti komposti maħsubin għall-konsum mill-bniedem