EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1016

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1016/2010 tal- 10 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 293, 11.11.2010, p. 31–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 016 P. 213 - 222

No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2021; Imħassar b' 32019R2022 . Latest consolidated version: 09/01/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1016/oj

11.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1016/2010

tal-10 ta’ Novembru 2010

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi.

(2)

L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżura implimentattiva għal apparat domestiku, inkluż il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li tipikament jintużaw fid-djar. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-Unjoni u l-pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

Dan ir-Regolament ikopri prodotti magħmula għall-ħasil ta’ oġġetti tal-mejda fid-djar.

(5)

L-impatt ambjentali tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jitqies bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huwa l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu tagħhom. Il-konsum annwali tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament fl-Unjoni ġie stmat li fl-2005 kien 24,7 TWh, ekwivalenti għal 13-il miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-elettriku mistenni li sal-2020 jiżdied għal 35 TWh. L-istudju ta’ tħejjija wera li l-konsum tal-elettriku u tal-ilma minn prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament jistgħu jitnaqqsu b’mod sinifikanti.

(6)

Skont l-istudju ta’ tħejjija, ir-rekwiżiti dwar parametri oħrajn tal-ekodisinn imsemmijia fil-Parti 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex meħtieġa, peress li l-konsum tal-elettriku mill-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti fil-fażi tal-użu huwa bil-bosta l-aktar aspett importanti għall-ambjent.

(7)

Il-konsum tal-elettriku minn prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandu jsir aktar effiċjenti billi jiġu applikati t-teknoloġiji eżistenti mhux brevettatti u li huma effikaċi f’termini ta’ nfiq, li jnaqqsu l-ispejjeż ikkombinati għax-xiri u għat-tħaddim ta’ dawn il-prodotti.

(8)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent aħħari u ma għandhomx jaffettwaw is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent b’mod negattiv. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis ta’ konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu għandhom ipattu bil-kbir għal kwalunkwe impatti ambjentali addizzjonali waqt il-fażi tal-produzzjoni.

(9)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. Id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-rekwiżiti għandu jsir b’tali mod li jiġi evitat li jseħħu impatti negattivi fuq il-funzjonalità tat-tagħmir fis-suq, u b’mod li jqis l-impatti li l-prezz iħalli fuq l-utent aħħari u l-manifatturi, b’mod partikolari l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiżgura li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jintlaħqu fil-waqt.

(10)

Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandu jsir permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl rikonoxxuti l-iktar avvanzati inklużi, fejn huma disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti tekniċi dwar servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (2).

(11)

Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

(12)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 2009/125/KE sakemm din l-informazzjoni tkun relatata mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.

(13)

Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati punti ta’ riferiment indikattivi tal-aħjar teknoloġiji disponibbli biex jiżguraw id-disponibbilità u l-aċċessibbiltà faċli għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament.

(14)

Il-miżuri li hemm f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li joperaw permezz tal-elettriku u ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li joperaw permezz tal-elettriku li jistgħu joperaw ukoll permezz tal-batteriji, inkluż dawk li jinbigħu għal użu mhux domestiku u għal magni tal-ħasil tal-platti domestiċi ingastati (built-in).

Artikolu 2

Tifsiriet

Minbarra d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“magna domestika tal-ħasil tal-platti” tfisser magna li tnaddaf, tlaħlaħ u tnixxef il-platti, oġġetti tal-ħġieġ, pożati u oġġetti tat-tisjir b’mezzi kimiċi, mekkaniċi, termali u elettriċi u li hija magħmula l-aktar biex tintuża għal skopijiet mhux professjonali;

(2)

“magna domestika tal-ħasil tal-platti ingastata” tfisser magna domestika tal-ħasil tal-platti magħmula biex tiġi installata f’armarju, fi spazju vojt f’ħajt jew f’xi post simili, u li teħtieġ elementi oħra biex tkun kompleta;

(3)

“sett individwali” tfisser sett definit ta’ reċipjenti tal-ikel taċ-ċaqquf, oġġetti tal-ħġieġ u pożati għall-użu ta’ persuna waħda;

(4)

“kapaċità nominali” tfisser l-akbar numru ta’ settijiet individwali, flimkien mal-għadd ta’ oġġetti li jintużaw għas-servizz tal-mejda kif iddikkjarat mill-manifattur, li magna domestika tal-ħasil tal-platti tista’ taħsel u tnixxef bil-programm magħżul meta’ tiġi mimlija skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;

(5)

“programm” tfisser serje ta’ operazzjonijiet li jkunu definiti minn qabel u li l-manifattur jiddikkjarhom bħala adegwati għall-ħasil ta’ livelli speċifikati ta’ ħmieġ jew tipi ta’ tagħbija, jew tat-tnejn, u li flimkien jifformaw ċiklu sħiħ;

(6)

“ħin tal-programm” tfisser il-ħin li jgħaddi mill-mument li l-programm jingħata bidu sal-mument li fih jintemm, għajr il-ħin ta’ ttardjar tal-programm, li jista’ jiġi pprogrammat mill-utent;

(7)

“ċiklu” tfisser proċess sħiħ ta’ tindif, tlaħliħ u tnixxif, kif definit għall-programm magħżul;

(8)

“modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni li fiha, il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mitfija permezz ta’ kontrolli jew swiċċijiet tat-tagħmir li jkunu aċċessibbli u magħmulin biex jintużaw mill-utent aħħari waqt l-użu normali tal-magna biex jinkiseb l-inqas konsum possibbli tal-enerġija li jista’ jibqa’ għaddej għal ħin indefinit waqt li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun imqabbda mas-sors tal-enerġija u tintuża skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; meta l-magna ma jkollhiex kontrolli jew swiċċijiet li jkunu aċċessibbli għall-utent aħħari, “modalità mitfija” tfisser il-kundizzjoni li l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tispiċċa fiha meta titħalla terġa’ lura waħidha għal stat kostanti ta’ konsum tal-enerġija;

(9)

“modalità mixgħula u inattiva” tfisser il-modalità li fiha jseħħ l-inqas konsum tal-enerġija li jista’ jibqa’ għaddej għal ħin indefinit wara li l-programm ikun intemm u l-magna titbattal mingħajr ebda intervent ieħor mill-utent aħħari;

(10)

“magna tal-ħasil tal-platti ekwivalenti” tfisser mudell ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti li titqiegħed fis-suq bl-istess kapaċità nominali, karatteristiki tekniċi u ta’ prestazzjoni, konsum tal-enerġija u tal-ilma u emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja bħal mudell ieħor ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti li titqiegħed fis-suq mill-istess manifattur iżda b’numru tal-kodiċi kummerċjali differenti.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn

Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti huma stipulati fil-Punt 1 tal-Anness I.

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti huma stipulati fil-Punt 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stabbilita fl-Anness V għal dik id-Direttiva.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi r-riżultati tal-kalkolu stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika ta’ mudell partikolari ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun ir-riżultat ta’ kalkolu li jsir abbażi tad-disinn, jew ta’ estrapolazzjoni minn magni tal-ħasil tal-platti ekwivalenti oħra, jew abbażi tat-tnejn, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, jew tat-tnejn, u ta’ testijiet li l-manifatturi jwettqu biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli mwettqa. F’dawn il-każijiet, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli l-oħra kollha ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti ekwivalenti li l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika tagħhom tkun inkisbet bl-istess bażi ta’ kalkolu.

Artikolu 5

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għall-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura tal-verifika deskritta fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Punti ta’ riferiment

Il-punti ta’ riferiment indikattivi għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux aktar tard minn erba’ snin wara li jidħol fis-seħħ u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn. B’mod partikolari, din ir-reviżjoni għandha tivvaluta t-tolleranzi ta’ verifikazzjoni stipulati fl-Anness III, il-possibbiltajiet li jiġu ffissati rekwiżiti dwar il-konsum tal-ilma minn magni domestiċi tal-ħasil tal-platti u l-possibbiltà li jkollhom dħul għall-ilma sħun.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2011.

Madankollu, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn elenkati hawn taħt għandhom japplikaw skont din l-iskeda ta’ żmien:

(a)

Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stabbiliti fil-punt 1(1) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2012.

(b)

Ir-rekwiżiti ġeneriċi tal-ekodisinn stabbiliti fil-punt 1(2) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2012;

(c)

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn stabbiliti fil-punt 2(2) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2013.

(d)

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn stabbiliti fil-punt 2(3) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Diċembru 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


ANNESS I

Rekwiżiti tal-ekodisinn

1.   REKWIŻITI ĠENERIĊI TAL-EKODISINN

(1)

Għall-kalkolu tal-konsum tal-enerġija u ta’ parametri oħra għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti, għandu jintuża ċ-ċiklu li jnaddaf l-oġġetti tal-mejda li jkollhom ħmieġ normali (minn hawn ‘il quddiem, ‘ċiklu standard tat-tindif’). Dan iċ-ċiklu għandu jkun identifikabbli b’mod ċar fuq l-apparat li jintuża għall-għażla tal-programm tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti jew fuq l-indikatur (display) tagħha, jekk ikollha, jew fuq it-tnejn, u jissejjaħ ‘programm standard‘, u għandu jiġi ssettjat bħala ċ-ċiklu normali (default) għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b’tagħmir għall-għażla ta’ programmi awtomatiċi jew bi kwalunkwe funzjoni għall-għażla awtomatika ta’ programm ta’ tindif jew għaż-żamma tal-istess programm magħżul.

(2)

Il-ktejjeb tal-istruzzjonijiet li jingħata mill-manifattur għandu jindika:

(a)

iċ-ċiklu standard tat-tindif jissejjaħ ‘programm standard‘ u għandu jispeċifika li huwa adegwat għat-tindif ta’ oġġetti tal-mejda li jkollhom ħmieġ normali u li huwa l-aktar programm effiċjenti f’termini tal-konsum tal-ilma u tal-enerġija flimkien għal dak it-tip ta’ oġġetti tal-mejda;

(b)

il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u fil-modalità mixgħula u inattiva;

(c)

informazzjoni indikattiva dwar il-ħin tal-programm, il-konsum tal-enerġija u l-konsum tal-ilma għall-programmi prinċipali ta’ tindif.

2.   REKWIŻITI SPEĊIFIĊI TAL-EKODISINN

Il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandhom jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti:

(1)

Mill-1 ta’ Diċembru 2011:

(a)

għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti kollha, għajr għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 10 settijiet individwali u b’wisa’ ta’ 45 cm jew inqas, l-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) għandu jkun inqas minn 71;

(b)

għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 10 settijiet individwali u b’wisa’ ta’ 45 cm jew inqas, l-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) għandu jkun inqas minn 80;

(c)

għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti kollha, l-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tindif (IC ) għandu jkun ikbar minn 1,12.

(2)

Mill-1 ta’ Diċembru 2013:

(a)

għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 11-il sett individwali u magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 10 settijiet individwali, u b’wisa’ aktar minn 45 cm, l-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) għandu jkun inqas minn 63;

(b)

għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 10 settijiet individwali u b’wisa’ ta’ 45 cm jew inqas, l-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) għandu jkun inqas minn 71;

(c)

għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 8 settijiet individwali jew ta’ aktar minn 8 settijiet, l-Indiċi tal-Effiċenzja tat-Tnixxif (ID ) għandu jkun ikbar minn 1,08;

(d)

għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 7 settijiet individwali jew ta’ inqas minn 7 settijiet, l-Indiċi tal-Effiċenzja tat-Tnixxif (ID ) għandu jkun ikbar minn 0,86.

(3)

Mill-1 ta’ Diċembru 2016:

(a)

għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 8 u 9 settijiet individwali u magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ 10 settijiet individwali, u b’wisa’ ta’ 45 cm jew inqas, l-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) għandu jkun inqas minn 63.

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI), l-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tindif (IC ) u l-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti jiġu kkalkolati kif indikat fl-Anness II.


ANNESS II

Metodu għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija, l-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tindif u l-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif

1.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (EEI) ta’ mudell ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti, il-Konsum Annwali tal-Enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti jiġi mqabbel mal-Konsum tal-Enerġija Standard tagħha.

(a)

L-Indiċi tal-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija (EEI) huwa kkalkulat u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali, permezz ta’ din il-formula:

Formula

fejn:

AEC

=

il-Konsum Annwali tal-Enerġija tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti;

SAEC

=

il-Konsum Annwali tal-Enerġija Standard tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti.

(b)

Il-Konsum Annwali tal-Enerġija (AEc) jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, permezz ta’ din il-formula:

(i)

Formula

fejn:

Et

=

il-konsum tal-enerġija għaċ-ċiklu standard, li jiġi indikat f’kWh u aġġustat sa tliet ċifri wara l-punt deċimali;

Pl

=

l-enerġija fil-“modalità mixgħula u inattiva” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li tiġi indikata f’W u aġġustata sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

Po

=

l-enerġija fil-“modalità mitfija” għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li tiġi indikata f’W u aġġustata sa żewġ ċifri wara l-punt deċimali;

Tt

=

il-ħin tal-programm għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta.

(ii)

Meta l-magna domestika tal-ħasil tal-platti tkun mgħammra b’sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija, u, wara li jintemm il-programm, il-magna domestika tal-ħasil tal-platti tidħol awtomatikament fil-“modalità mitfija”, AE C jiġi kkalkulat b’qies għat-tul taż-żmien effettiv li fih il-magna tkun fil-“modalità mixgħula u inattiva”, permezz ta’ din il-formula:

Formula

fejn:

Tl

=

il-ħin imkejjel ta’ kemm il-magna ddum fil-‘modalità mixgħula u inattiva’ għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’minuti u aġġustat sal-eqreb minuta;

280

=

l-għadd totali ta’ ċikli standard tat-tindif kull sena.

(c)

Il-Konsum Annwali tal-Enerġija standard SAEC jiġi kkalkulat, f’ kWh/sena u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

(i)

għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta ps ≥ 10 u wisa’ ta’ > 50 cm:

Formula

(ii)

għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ ps ≤ 9 u għal magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li jkollhom kapaċità nominali ta’ ps > 9 u wisa’ ta’ ≤ 50 cm:

Formula

fejn:

ps

=

għadd ta’ settijiet individwali.

2.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA TAT-TINDIF

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tindif (IC ) ta’ mudell ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti, l-effiċjenza tat-tindif tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti tiġi mqabbla mal-effiċjenza tat-tindif ta’ magna tal-ħasil tal-platti ta’ referenza fejn din tal-aħħar jkollha l-karatteristiċi indikati fil-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(a)

L-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tindif (IC ) jiġi kkalkolat u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

Formula

IC = exp(lnIC )

fejn:

CT,i

=

l-effiċjenza tat-tindif tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti li tkun qed tiġi ttestjata, għal ċiklu wieħed ta’ ttestjar (i)

CR,i

=

l-effiċjenza tat-tindif tal-magna tal-ħasil tal-platti ta’ referenza għal ċiklu wieħed ta’ ttestjar (i)

n

=

l-għadd ta’ ċikli ta’ ttestjar, n ≥ 5

(b)

L-effiċjenza tat-tindif (C) hija l-medja tal-grad tal-ħmieġ ta’ kull oġġett li jiddaħħal fil-magna, wara li ċ-ċiklu standard tat-tindif ikun tlesta. Il-grad tal-ħmieġ jiġi kkalkolat kif muri fit-Tabella 1:

Tabella 1

L-għadd ta’ frak tal-ħmieġ f’għamla ta’ tikek żgħar (n)

l-erja totali imħammġa (AS ) f’ mm2

Grad tal-ħmieġ

n = 0

AS = 0

5 (l-aktar effiċjenti)

0 < n ≤ 4

0 < AS ≤ 4

4

4 < n ≤ 10

0 < AS ≤ 4

3

10 < n

4 < AS ≤ 50

2

Mhux applikabbli

50 < AS ≤ 200

1

Mhux applikabbli

200 < AS

0 (l-inqas effiċjenti)

3.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA TAT-TNIXXIF

Għall-kalkolu tal-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) ta’ mudell ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti, l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti tiġi mqabbla mal-effiċjenza tat-tnixxif ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti ta’ referenza fejn din tal-aħħar ikollha l-karatteristiċi indikati fil-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(a)

L-Indiċi tal-Effiċjenza tat-Tnixxif (ID ) jiġi kkalkolat u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali, skont din il-formula:

Formula

ID = exp(lnID )

fejn:

DT,i

=

l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna domestika tal-ħasil tal-platti li tkun qed tiġi ttestjata, għal ċiklu wieħed ta’ ttestjar (i)

DR,i

=

l-effiċjenza tat-tnixxif tal-magna tal-ħasil tal-platti ta’ referenza għal ċiklu wieħed ta’ ttestjar (i)

n

=

l-għadd ta’ ċikli ta’ ttestjar, n ≥ 5

(b)

L-Effiċjenza tat-Tnixxif (D) hija l-medja tal-grad tat-tixrib ta’ kull oġġett li jiddaħħal fil-magna, wara li ċ-ċiklu standard tat-tindif ikun tlesta. Il-grad tat-tixrib jiġi kkalkulat kif muri fit-Tabella 2:

Tabella 2

L-għadd ta’ traċċi tal-ilma (WT ) jew ta’ linji mxarrbin (WS )

L-erja totali imxarrba (Aw) f’ mm2

Grad tat-tixrib

WT = 0 u WS = 0

Mhux applikabbli

2 (l-aktar effiċjenti)

1 < WT ≤ 2 jew WS = 1

Aw < 50

1

2 < WT jew WS = 2

jew WS = 1 u WT = 1

Aw > 50

0 (l-inqas effiċjenti)


ANNESS III

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw magna domestika waħda tal-ħasil tal-platti. Jekk il-parametri mkejla ma jaqblux mal-valuri ddikjarati mill-manifattur fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika, skont it-tifsira tal-Artikolu 4 (2), fil-medda definita fit-Tabella 1, il-kejl għandu jitwettaq fuq tliet magni domestiċi tal-ħasil tal-platti oħra. Il-medja aritmetika tal-valuri mkejla ta’ dawn it-tliet magni domestiċi tal-ħasil tal-platti għandha taqbel mar-rekwiżiti fil-medda definita fit-Tabella 1, għajr fil-każ tal-konsum tal-enerġija, fejn l-valur imkejjel ma għandux ikun ikbar mill-valur nominali ta’ Et b’iktar minn 6 %.

Jekk dan ma jkunx il-każ, il-mudell u l-mudelli kollha l-oħra ta’ magni domestiċi tal-ħasil tal-platti ekwivalenti jitqiesu li ma humiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar reċenti u avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inkluż il-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tabella 1

Parametri mkejla

Tolleranzi ta’ verifikazzjoni

Konsum annwali tal-enerġija

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ikbar mill-valur nominali (*) ta’ AEC b’aktar minn 10 %.

Indiċi tal-effiċjenza tat-tindif

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali ta’ IC b’aktar minn 10 %.

Indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-valur nominali ta’ ID b’aktar minn 19 %.

Konsum tal-enerġija

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ikbar mill-valur nominali tal-Et b’aktar minn 10 %.

Ħin li jdum il-programm

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur nominali ta’ Tt b’aktar minn 10 %.

Konsum tal-enerġija fil-modalità mitfija u l-modalità mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel ta’ konsum tal-enerġija Po u Pl li jkun akbar minn 1,00 W ma għandux ikun akbar mill-valur nominali b’aktar minn 10 %. Il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija Po u Pl ta’ 1,00 W jew inqas ma għandux ikun ogħla mill-valur nominali b’aktar minn 0,10 W.

Tul ta’ żmien fil-modalità mixgħula u inattiva

Il-valur imkejjel ma għandux ikun itwal mill-valur nominali ta’ Tl b’aktar minn 10 %.


(*)  ‘valur nominali’ tfisser valur li jiġi ddikjarat mill-manifattur.


ANNESS IV

Punti ta’ riferiment

Fiż-żmien li dan ir-Regolament daħal fis-seħħ, ġie ddeterminat li l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti f’termini tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tal-konsum tal-enerġija u tal-ilma, tal-effiċjenza tat-tindif u tat-tnixxif u tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja tagħhom kienet din li tidher hawn taħt:

(1)

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b’kapaċità ta’ 15 settijiet individwali (mudell ingastat):

(a)   konsum tal-enerġija: 0,88 kWh/ċiklu, ekwivalenti għal konsum annwali tal-enerġija kumplessiv ta’ 268,9 kWh/sena, li 246,4 kWh/sena minnhom huma dovuti għal 280 ċiklu tal-ħasil u 12,5 kWh/sena dovuti għal tħaddim f’modalitajiet b’konsum baxx;

(b)   konsum tal-ilma: 10 litri/ċiklu, ekwivalenti għal 2 800 litru/sena għal 280 ċiklu;

(c)   indiċi tal-effiċjenza tat-tindif: IC > 1,12;

(d)   indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif: ID > 1,08;

(e)   emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja: 45 dB(A) re 1pW;

(2)

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b’kapaċità ta’ 14-il sett individwali (mudell inkorporat mal-bank tal-kċina):

(a)   konsum tal-enerġija: 0,83 kWh/ċiklu, ekwivalenti għal konsum annwali tal-enerġija kumplessiv ta’ 244,9 kWh/sena, li 232,4 kWh/sena minnhom huma dovuti għal 280 ċiklu tal-ħasil u 12,5 kWh/sena dovuti għal tħaddim f’modalitajiet b’konsum baxx;

(b)   konsum tal-ilma: 10 litri/ċiklu, ekwivalenti għal 2 800 litru/sena għal 280 ċiklu;

(c)   indiċi tal-effiċjenza tat-tindif: IC > 1,12;

(d)   indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif: ID > 1,08;

(e)   emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja: 41 dB(A) re 1pW;

(3)

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b’kapaċità ta’ 13-il sett individwali (mudell inkorporat mal-bank tal-kċina):

(a)   konsum tal-enerġija: 0,83 kWh/ċiklu, ekwivalenti għal konsum annwali tal-enerġija kumplessiv ta’ 244,9 kWh/sena, li 232,4 kWh/sena minnhom huma dovuti għal 280 ċiklu tal-ħasil u 12,5 kWh/sena dovuti għal tħaddim f’modalitajiet b’konsum baxx;

(b)   konsum tal-ilma: 10 litri/ċiklu, ekwivalenti għal 2 800 litru/sena għal 280 ċiklu;

(c)   indiċi tal-effiċjenza tat-tindif: IC > 1,12;

(d)   indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif: ID > 1,08;

(e)   emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja: 42 dB(A) re 1pW;

(4)

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b’kapaċità ta’ 12-il sett individwali (mudell mhux inkorporat mal-bank tal-kċina):

(a)   konsum tal-enerġija: 0,950 kWh/ċiklu, ekwivalenti għal konsum annwali tal-enerġija kumplessiv ta’ 278,5 kWh/sena, li 266 kWh/sena minnhom huma dovuti għal 280 ċiklu tal-ħasil u 12,5 kWh/sena dovuti għal tħaddim f’modalitajiet b’konsum baxx;

(b)   konsum tal-ilma: 9 litri/ċiklu, ekwivalenti għal 2 520 litru/sena għal 280 ċiklu;

(c)   indiċi tal-effiċjenza tat-tindif: IC > 1,12;

(d)   indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif: ID > 1,08;

(e)   emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja: 41 dB(A) re 1pW;

(5)

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b’kapaċità ta’ 9 settijiet individwali (mudell ingastat):

(a)   konsum tal-enerġija: 0,800 kWh/ċiklu, ekwivalenti għal konsum annwali tal-enerġija kumplessiv ta’ 236,5 kWh/sena, li 224 kWh/sena minnhom huma dovuti għal 280 ċiklu tal-ħasil u 12,5 kWh/sena dovuti għal tħaddim f’modalitajiet b’konsum baxx;

(b)   konsum tal-ilma: 9 litri/ċiklu, ekwivalenti għal 2 520 litru/sena għal 280 ċiklu;

(c)   indiċi tal-effiċjenza tat-tindif: IC > 1,12;

(d)   indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif: ID > 1,08;

(e)   emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja: 44 dB(A) re 1pW;

(6)

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b’kapaċità ta’ 6 settijiet individwali (mudell ingastat):

(a)   konsum tal-enerġija: 0,63 kWh/ċiklu, ekwivalenti għal konsum annwali tal-enerġija kumplessiv ta’ 208,5 kWh/sena, li 196 kWh/sena minnhom huma dovuti għal 280 ċiklu tal-ħasil u 12,5 kWh/sena dovuti għal tħaddim f’modalitajiet b’konsum baxx;

(b)   konsum tal-ilma: 7 litri/ċiklu, ekwivalenti għal 1 960 litru/sena għal 280 ċiklu;

(c)   indiċi tal-effiċjenza tat-tindif: IC > 1,12;

(d)   indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif: 1,08 ≥ ID > 0,86;

(e)   emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja: 45 dB(A) re 1pW;

(7)

Magni domestiċi tal-ħasil tal-platti b’kapaċità ta’ 4 settijiet individwali (mudell mhux inkorporat mal-bank tal-kċina):

(a)   konsum tal-enerġija: 0,51 kWh/ċiklu, ekwivalenti għal konsum annwali tal-enerġija kumplessiv ta’ 155,3 kWh/sena, li 142,8 kWh/sena minnhom huma dovuti għal 280 ċiklu tal-ħasil u 12,5 kWh/sena dovuti għal tħaddim f’modalitajiet b’konsum baxx;

(b)   konsum tal-ilma: 9,5 litri/ċiklu, ekwivalenti għal 2 660 litru/sena għal 280 ċiklu;

(c)   indiċi tal-effiċjenza tat-tindif: IC > 1,12;

(d)   indiċi tal-effiċjenza tat-tnixxif: 1,08 ≥ ID > 0,86;

(e)   emissjonijiet ta’ storbju akustiku trażmess bl-arja: 53 dB(A) re 1pW.


Top