This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0413
Commission Regulation (EU) No 413/2010 of 12 May 2010 amending Annexes III, IV and V to Regulation (EC) No 1013/2006 of the European Parliament and of the Council on shipments of waste so as to take account of changes adopted by OECD Council Decision C(2008) 156 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2010 tat-12 ta’ Mejju 2010 li jemenda l-Annessi III, IV u V għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart sabiex jitqiesu l-bidliet adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD Nru C(2008) 156 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2010 tat-12 ta’ Mejju 2010 li jemenda l-Annessi III, IV u V għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart sabiex jitqiesu l-bidliet adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD Nru C(2008) 156 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 119, 13.5.2010, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/05/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R1157
|
13.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 413/2010
tat-12 ta’ Mejju 2010
li jemenda l-Annessi III, IV u V għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart sabiex jitqiesu l-bidliet adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD Nru C(2008) 156
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’Diċembru 2005, fit-tmien laqgħa tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Prevenzjoni tal-Iskart u tar-Riċiklaġġ (WGWPR) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) qabel li jiċċara t-test tal-annotazzjoni nru B1030 tal-Anness IX għall-Konvenzjoni ta’ Basel. L-emenda ta’ dik l-annotazzjoni ġiet adottata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD Nru C(2008) 156 u għadha trid tiġi maqbula skont il-Konvenzjoni ta’ Basel. Approvazzjoni pendenti fil-Konferenza tal-Partijiet fil-Konvenzjoni ta’ Basel u l-emenda tal-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma xierqa sabiex tkun tista’ tkun inkorporata dik il-kjarifika fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(2) |
F’April 2008, fil-ħdax-il laqgħa tiegħu, il-WGWPR tal-OECD qabel li jemenda t-test tal-annotazzjoni nru AA010 tal-lista l-ambra ta’ skart perikoluż maħruġa mill-OECD. L-emenda ta’ dik l-annotazzjoni ġiet adottata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD Nru C(2008) 156. Huwa għalhekk xieraq li dik l-emenda tiġi inkorporata fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva Nru 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi III u IV għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Annessi III, IV u IV tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati kif ġej:
|
1. |
Fil-Parti I tal-Anness III, it-tielet paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Għall-finijet ta’ dan ir-Regolament:
|
|
2. |
Fil-Parti II tal-Anness IV, l-annotazzjoni Nru AA010 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
|
3. |
Fil-lista B tal-Parti 3 tal-Anness V, l-annotazzjoni Nru AA010 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|