EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0271
2010/271/: Commission Decision of 11 May 2010 amending Annex II to Decision 2008/185/EC as regards the inclusion of Ireland in the list of regions where an approved national control programme for Aujeszky’s disease is in place (notified under document C(2010) 2983) (Text with EEA relevance)
2010/271/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Mejju 2010 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2983) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/271/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Mejju 2010 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2983) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
OJ L 118, 12.5.2010, p. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 052 P. 278 - 279
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
12.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 118/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Mejju 2010
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Irlanda fil-lista ta’ reġjuni fejn hemm stabbilit programm approvat ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2983)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/271/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 9(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jistipula l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali obbligatorji għal ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda Aujeszky. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula garanziji addizzjonali għal movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istatus tal-marda. |
(3) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn hemm stabbiliti programmi ta’ kontroll nazzjonali approvati għall-marda Aujeszky. |
(4) |
L-Irlanda ppreżentat dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istatus tal-marda Aujeszky f’dak l-Istat Membru. Programmi ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky ilhom implimentat fl-Irlanda għal bosta snin. |
(5) |
Il-Kummissjoni investigat id-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Irlanda u sabet li l-programm ta’ kontroll nazzjonali f’dak l-Istat Membru hu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, l-Irlanda għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. |
(6) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa meħtieġ li jsiru ċerti emendi minuri għad-dħul għal Spanja fil-lista fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. |
(7) |
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2008/185/KE għandu, għalhekk, jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
ANNESS
“ANNESS II
L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huma fis-seħħ programmi approvati ta’ kontroll nazzjonali għall-qerda tal-marda Aujeszky
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Ir-reġjuni |
BE |
Il-Belġju |
Ir-reġjuni kollha |
ES |
Spanja |
It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja. It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji |
HU |
L-Ungerija |
Ir-reġjuni kollha |
IE |
L-Irlanda |
Ir-reġjuni kollha |
IT |
L-Italja |
Il-provinċja ta’ Bolzano |
UK |
Ir-Renju Unit |
Ir-reġjuni kollha fl-Irlanda ta’ Fuq” |