EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0045

Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (Tfassil mill-ġdid) (Test b’relevanza għaż-ŻEE )

OJ L 163, 25.6.2009, p. 1–140 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 009 P. 3 - 142

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/12/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/45/oj

25.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 163/1


DIRETTIVA 2009/45/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

(Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Regjuni,

Filwaqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Ladarba għandhom isiru aktar emendi, għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport għandhom ikunu adottati miżuri biex tiżdied is-sigurtà fit-trasport marittimu.

(3)

Il-Komunità hija serjament imħassba dwar l-imwiet li fihom kienu involuti vapuri tal-passiġġieri li rriżultaw f’numru kbir ta’ mwiet; billi l-persuni li jużaw il-vapuri tal-passiġġieri u vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja mal-Komunità kollha għandhom il-jedd li jistennew u li joqogħdu f’ livell adegwat ta’ sigurtà abbord.

(4)

L-apparat tax-xogħol u l-apparat protettiv personali tal-ħaddiema m’humiex koperti b’din id-Direttiva, minħabba li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiem fuq ix-xogħol (5) u d-dispożizzjonijiet relevanti tad-direttivi individwali relevanti tagħha huma applikabbli għall-użu ta’ dak l-apparat fuq vapuri tal-passiġġieri ingaġġati fuq vjaġġi domestiċi.

(5)

Id-dispożizzjonijiet tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-baħar bejn l-Istati Membri kien diġà ġie lliberalizzat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. (6) Sar provvediment, permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92 (7), għall-applikazzjoni tal-prinċipju dwar il-liberta tal-provvista ta’ servizzi ta’ trasport marittimu bejn l-Istati Membri (kabutaġġ marittimu).

(6)

Biex jintlaħaq livell għoli ta’ sigurtà, u jitneħħew il-barrieri għall-kummerċ, huwa meħtieġ li jitwaqqfu normi armonizzati ta’ sigurtà f’livell adegwat għall-vapuri tal-passiġġieri u vapuri oħra li jħaddmu s-servizzi domestiċi. L-istandards għall-vapuri li joperaw vjaġġi internazzjonali qegħdin jiġu żviluppati fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO). Proċeduri biex tintalab azzjoni fl-IMO biex jiġu aġġornati l-istandards għall-vjaġġi internazzjonali mal-istandards ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu disponibbli.

(7)

Invista, b’mod partikolari, tad-dimensjoni fis-suq intern tat-trasport marittimu tal-passiġġieri, azzjoni fil-livell tal-Komunità hija l-uniku mod possibbli biex ikun stabbilit livell komuni ta’ sigurtà għall-vapuri matul il-Komunità kollha.

(8)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, Direttiva hija l-istrument legali adegwat għaliex dan jipprovdi qafas għall-applikazzjoni uniformi u obbligatorja tal-istandards ta’ sigurtà mill-Istati Membri, filwaqt li jħalli lil kull Stat Membru id-dritt li jiddeċiedi dwar l-għodda ta’ l-implimentazzjoni li l-aħjar jixirqu lis-sistema interna tiegħu.

(9)

Fl-interess għat-titjib tas-sigurtà u li tkun evitata id-distorzjoni tal-kompetizzjoni ir-rekwiżiti komuni ta’ sigurtà għandhom japplikaw għall-vapuri tal-passiġġieri u vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li jitħaddmu fuq vjaġġi domestiċi fil-Komunità, irrispettivament mill-bandiera li jtajru; billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu esklużi xi kategoriji ta’ vapuri li għalihom ir-regoli ta’ din id-Direttiva m’humiex teknikament adattati jew ekonomikament vijabbli.

(10)

Il-vapuri tal-passiġġieri għandhom jitqassmu fi klassijiet differenti abbażi tal-firxa u l-kundizzjonijiet taż-żoni tal-baħar li jaħdmu fihom. Vapuri ta’ veloċità għolja għandhom ikunu kategorizzati konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Vapuri ta’ Veloċità Għolja stabbilita mill-IMO.

(11)

Il-qafas prinċipali ta’ referenza għall-istandards ta’ sigurtà għandu jkun il-Konvenzjoni ta’ l-1974 dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (Il-Konvenzjoni SOLAS ta’ l-1974), kif emendata, li tħaddan normi miftiehma internazzjonalment għall-vapuri tal-passiġġieri u vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li jaħdmu fuq vjaġġi internazzjonali, kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet pertinenti adottati mill-IMO u miżuri oħra li jikkumplimentaw u jinterpretaw dik il-Konvenzjoni.

(12)

Il-klassijiet differenti kemm ta’ vapuri ġodda tal-passiġġieri u dawk eżistenti jeħtieġu konsiderazzjoni differenti għall-istabbbiliment ta’ rekwiżiti ta’ sigurtà li jiggarantixxu livell ta’ sigurtà ekwivalenti invista tar-rekwiżiti u l-limitazzjonijiet speċifiċi ta’ dawk il-klassijiet differenti. Huwa kunsiljabbli li jsiru distinzjonijiet fir-rekwiżiti ta’ sigurtà li għandhom ikunu rrispettati bejn vapuri ġodda u dawk esiżteni minħabba li l-impożizzjoni tar-regoli tal-vapuri l-ġodda fuq vapuri esiżtenti tinvolvi dawk il-bidliet strutturali estensivi li tirrendihom mhux ekonomikament vijabbli.

(13)

L-implikazzjonijiet finanzjarji u tekniċi li joħorġu mill-aġġornar tal-vapuri esiżtenti għall-istandards li għalihom tipprovdi din id-Direttiva jiġġustifikaw ċerti perjodi ta’ tranżizzjoni.

(14)

Invista tad-differenzi sostanzjali fid-disinn, bini u użu tal-vapuri ta’ veloċità għolja tal-passiġġieri meta mqabbla ma’ vapuri tradizzjonali tal-passiġġieri, dawk il-vapuri għandhom ikunu meħtieġa li jirrispettaw regoli speċjali.

(15)

Apparat marittimu abbord il-vapuri, li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta’ Diċembru 1996 dwar apparat marittimu (8), meta jkun installat abbord vapur tal-passiġġieri, m’għandux ikun suġġett għal testijiet addizzjonali la darba dak l-apparat diġà huwa suġġett għall-istandards u għall-proċeduri ta’ dik id-Direttiva.

(16)

Id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ta’ l-14 ta’ April 2003 dwar il-ħtigiet speċifici dwar l-istabbiltà għall-vapuri tar-ro-ro li jgħabbu l-passiggieri (9) introduċiet rekwiżiti msaħħa dwar l-istabbiltà tal-vapuri ro-ro tal-passiġġieri li joperaw is-servizzi internazzjonali lejn jew mill-portijiet tal-Komunità, u din il-miżura mtejba għandha tapplika wkoll għal ċerti kategoriji ta’ dawn il-vapuri li joperaw servizzi domestiċi skond l-istess kondizzjonijiet tal-baħar. In-nuqqas li jigu applikati r-rekwiżiti ta’ din l-istabbiltà għandhom ikunu raġunijiet sabiex jiġu mneħħija f’fażi wara fażi l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri wara ċertu numru ta’ snin tal-ħidma. Minħabba l-modifiki strutturali li jistgħu jeħtieġu li jidħlu għalihom il-vapuri ro-ro tal-pasiġġieri sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifici ta’ l-istabbiltà, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiddaħħlu fuq perjodu ta’ snin sabiex jippermettu lill-parti affettwata ta’ l-industrija żmien biżżejjed sabiex tikkonforma: għal dan il-fini, għandha tiġi pprovduta skeda taż-żmien tad-dħul f’fażi fażi għall-vapuri eżistenti. Dan id-dħul f’fażi fażi ma għandux jaffettwa l-infurzar tar-rekwiżiti speċifici tas-sigurtà fiż-żoni tal-baħar koperti bl-Annessi mal-Ftehim ta’ Stokkolma tat-28 ta’ Frar 1996.

(17)

Huwa importanti li jiġu applikati l-miżuri adegwati sabiex jiġi żgurat l-aċċess f’kondizzjonijiet ta’ sigurtà għall-passiġġieri b’mobbiltà mnaqqsa fil-vapuri tal-passiġġieri u l-vetturi ta’ velocità qawwija li joperaw servizzji domestiċi fl-Istati Membri.

(18)

Suġġett għall-kontroll permezz tal-proċedura tal-Kumitat, l-Istati Membri jistgħu jadottaw ħiġiet addizzjonali ta’ sigurtà jekk iċ-ċirkostanzi lokali jkunu hekk jiġġustifikaw, jippermettu l-użu ta’ normi ekwivalenti, jew jadottaw eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta’ din mid-Direttiva taħt ċerti kondizzjonijiet ta’ tħaddim, jew jadottaw miżuri ta’ salvagward f’ċirkostanzi ta’ periklu eċċezzjonali.

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniggis minn Vapuri (COSS) (10) iċċentraliżża d-dmirijiet tal-kumitati stabbiliti taħt il-legislazzjoni Komuntarja pertinenti dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta’ tniggis minn vapuri u l-protezzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ għajxien u xogħol abbord il-vapuri.

(20)

Il-miżuri neċessarji sabiex tkun implementata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (11).

(21)

Partikolarment, għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni setgħat sabiex tadatta ċerti disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, inklużi l-Annessi tagħha, sabiex jittieħed kont ta’ żviluppi fuq livell internazzjonali u, b’mod speċifiku, ta’ l-emendi għall-Konvenzjonijiet Internazzjonali. Ladarba dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, jeħtieġ li dawn jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(22)

Għall-finijiet tal-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta’ din id-Direttiva, għandhom jitwettqu eżamijiet fuq vapuri tal-passiġġieri ġodda u esiżtenti u vapuri oħra; billi l-konformità ma’ din id-Direttiva għandha tkun iċċertifikata minn jew għan-nom ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat bandiera.

(23)

Biex tkun assigurata l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbbilixxu sistema ta’ penalitajiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet mudellati fuq dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kontroll portwali ta’ l-Istat fuq it-tbaħħir (12).

(24)

L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri.

(25)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fl-Anness IV, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġi introdott livell uniformi ta’ sigurtà tal-ħajja u proprjetà abbord vapuri tal-passiġġieri ġodda u eżistenti u vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja, meta dawn iż-żewġ kategoriji ta’ vapuri jitħaddmu fuq vjaġġi domestiċi, u li jkunu stabbiliti proċeduri għan-negozjar f’livell internazzjonali bil-ħsieb ta’ l-armonizzazzjoni tar-regoli għall-vapuri tal-passiġġieri li jitħaddmu fuq vjaġġi internazzjonali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

“Konvenzjonijiet Internazzjonali” ifissru l-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ l-1974 għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni ta’ l-1974 ta’ SOLAS), kif emendata, u l-Konvenzjoni Internazzjonali fuq il-Linji ta’ Tagħbija ta’ l-1966, flimkien mal-Protokolli u l-emendi magħhom;

(b)

“Kodiċi ta’ Stabilità Intatta” tfisser il-“Kodiċi dwar Stabilità Intatta għat-tipi kollha ta’ vapuri koperti bl-Istrumenti IMO” kontenuta fir-Riżoluzzjoni ta’ l-Assemblea IMO A.749(18) ta’ l-4 ta’ Novembru 1993, kif emendata;

(ċ)

“Kodiċi tal-Vapuri ta’ Veloċità Għolja” tfisser “il-Kodiċi Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Vapuri ta’ Veloċità Għolja” kontenuta fir-Riżoluzzjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà Marittima ta’ l-IMO MSC 36(63) ta’ l-20 ta’ Mejju 1994, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(d)

“GMDSS” tfisser is-Sistema Globali Marittima ta’ Diffikultà u Sigurtà stabbilita fil-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni ta’ SOLAS ta’ l-1974, kif emendata;

(e)

“vapur tal-passiġġieri” tfisser vapur li jġorr aktar minn 12-il passiġġier;

(f)

“vapur ro-ro tal-passiġġieri” tfisser vapur li jġorr iktar min 12-il passiġġier, li jkollu spazji jew kategorija ta’ spazji għal tagħbija bir-ro-ro kif iddefinit fir-Regolament II-2/A/2 fl-Anness I;

(g)

“vapur tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja” tfisser inġenju ta’ veloċità għolja kif definit fir-Regolament X/I tal-Konvenzjoni ta’ SOLAS ta’ l-1974, kif emendata, li jittrasporta iktar minn 12-il passiġġier bl-eċċezzjoni ta’ vapuri tal-passiġġieri ingaġġati fuq vjaġġi domestiċi f’wesgħat tal-baħar ta’ Klassi B, Ċ jew D meta:

(i)

l-ispostjar tagħhom li jikkorrispondi għall-linja tal-ilma maħsuba huwa inqas minn 500 m3, u

(ii)

l-veloċità massima tagħhom, kif definit fil-paragrafu 1.4.30 tal-Kodiċi ta’ Bastimenti b’ Veloċità Għolja, huwa inqas minn 20 mil tal-baħar;

(h)

“vapur ġdid” tfisser vapur li l-prim tiegħu tqiegħed jew li kien fi stadju simili ta’ bini fi jew wara l-1 ta’ Lulju 1998; “stadju simili ta’ bini” tfisser l-istadju li fih:

(i)

il-kostruzzjoni identifikabbli ma’ vapuri speċifiku tkun tibda; u

(ii)

ikun beda l-immuntar li jikkomprendi ta’ mill-anqas 50 tunnellata jew 1 % tal-massa stmata tal-materjal strutturali kollu, skond liema jkun l-anqas;

(i)

“vapur eżistenti” tfisser vapur li ma jkunx vapur ġdid;

(j)

“għomor” tfisser il-għomor tal-vapur, espress f’terminu ta’ numru tas-snin wara d-data tal-kunsinna tiegħu;

(k)

“passiġġier” hija kull persuna apparti:

(i)

mill-kaptan u l-membri tal-ekwipaġġ jew persuni oħra mpjegati jew li jaħdmu f’kull kapaċità abbord vapur fuq il-ħidma ta’ dak l-vapur; u

(ii)

minn tfal ta’ anqas minn sena waħda ta’ eta;

(l)

“tul ta’ vapur” tfisser, sakemm mhux ipprovdut xort’oħra, 96 % tat-tul totali mal-linja tal-buq f’85 % tal-anqas fond tal-qafas imkejjel mill-quċċata tal-prim, jew it-tul mill-ġenb ta’ quddiem ta’ l-istemma sal-fus taċ-ċappa tat-tmun fuq dik il-linja tal-buq, skond liema jkun l-akbar. F’vapuri ddisinjati bil-prim angolat il-linja tal-buq li fuqha jitkejjel dan it-tul għandha tkun parallella mal-linja tal-buq imsemmija;

(m)

“l-għoli tal-pruwa” tfisser l-għoli tal-pruwa kif definit fir-Regolament 39 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Linji tat-tagħbija ta’ l-1960 bħala d-distanza vertikali fil-perpendikolar ta’ quddiem bejn il-buq li jikkorrispondi għat-travu tal-bord assenjat tal-vapur u t-trimm iddisinjat u l-quċċata tal-gverta esposta fil-ġenb;

(n)

“vapur bi gverta sħiħa” tfisser vapur li jkun provdut bi gverta sħiħa, esposta għat-temp u għall-baħar, li jkollha mezzi permanenti biex jingħalqu l-fetħiet kolla fil-parti mħarsa mit-temp u li taħtha l-fetħiet kollha fil-ġnub tal-vapur huma mgħammra b’mezzi permanenti b’għeluq ta’ mill-anqas kontra t-temp;

il-gverta sħiħa għandha tkun gverta li ma tagħmilx ilma jew struttura ekwivalenti li tkun tikkonsisti fi gverta li ma tkunx ma tagħmilx l-ilma miksija bi struttura li ma tagħmilx ilma ta’ saħħa biżżejjed li żżomm l-integrità li ma tagħmilx ilma u mgħammra b’tagħmir ta’ għeluq li ma jagħmilx ilma;

(o)

“vjaġġ internazzjonali” tfisser vjaġġ bil-baħar minn port ta’ Stat Membru lejn port ‘il barra minn dak l-Istat Membru, jew bil-maqlub;

(p)

“vjaġġ domestiku” tfisser vjaġġ f’żoni tal-baħar minn port ta’ Stat Membru lejn l-istess port jew port ieħor f’dak l-Istat Membru;

(q)

“żona tal-baħar” tfisser żona stabbilita konformement ma’ l-Artikolu 4(2);

iżda, għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar komunikazzjoni bir-radju t-tifsiriet ta’ żoni tal-baħar għandhom ikunu dawk definiti fir-Regolament 2, il-Kapitolu IV tal-Konvenzjoni SOLAS ta’ l-1974, kif emendata;

(r)

“żona ta’ port” tfisser żona apparti minn żona tal-baħar, kif definita mill-Istati Membri, li testendi mix-xogħlijiet l-aktar ‘il barra ta’ port permanenti li jifforma parti integrali mis-sistema tal-port, jew tal-linji definiti mill-karatteristiċi naturali ġeografiċi li jipproteġu estwarju jew żona similarment protetta;

(s)

“lok ta’ rifuġju” tfisser kull żona ta’ kenn naturali jew artifiċjali li tista’ tintuża bħala kenn minn vapur jew dgħajjes taħt kondizzjonijiet li x’aktarx jipperikolaw is-sigurtà tiegħu;

(t)

“amministrazzjoni ta’ l-Istat bandiera” tfisser l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li l-bandiera tiegħu il-vapur jew dgħajsa għandu l-jedd li jtajjar;

(u)

“Stat ospitanti” tfisser Stat Membru li lejn jew mill-portijiet tiegħu vapur jew dgħajsa, li jtajjar bandiera li ma tkunx il-bandiera ta’ dak l-Istat Membru, iwettaq vjaġġi domestiċi;

(v)

“organizzazzjoni rikonoxxuta” tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta konformement ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli komuni u l-istandards għall-eżami ta’ vapur u organizzazzjonijiet ta’ spezzjoni u għall-attivitajiet relevanti ta’ l-amministrazzjonijiet marittimi (13);

(w)

“mil” huwa 1 852 metru;

(x)

“għoli sinifikanti tal-mewġ” huwa l-għoli medju tal-għola terz tal-għoli tal-mewġa osservat matul perjodu partikolari;

(y)

“persuni b’mobbiltà mnaqqsa”; tfisser kull persuna li jkollha diffikultà partikolari meta tuża t-trasport pubbliku, inklużi l-persuni anzjani, il-persuni ddiżabilitati, il-persuni b’debbolezzi sensorji u l-utenti tas-siġġijiet tar-roti, in-nisa tqal u l-persuni li jakkumpanjaw tfal żgħar.

Artikolu 3

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għal vapuri tal-passiġġieri, li ġejjin hawn taħt, tkun xi tkun il-bandiera tagħhom, meta jitħaddmu fuq vjaġġi domestiċi:

(a)

vapuri ġodda tal-passiġġieri;

(b)

vapuri eżistenti tal-passiġġieri ta’ tul ta’ 24 metru jew aktar;

(ċ)

vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja.

Kull Stat Membru, fil-kapaċità tiegħu ta’ Stat ospitanti, għandu jassigura li l-vapuri tal-passiġġieri u vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja, li jtajru l-bandiera ta’ Stat li ma jkunx Stat Membru, jkunu konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, qabel ma jkunu jistgħu jitħaddmu fuq vjaġġi domestiċi f’dak l-Istat Membru.

2.   Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal:

(a)

vapuri tal-passiġġieri li huma:

(i)

bastimenti tal-gwerra jew vapuri tat-truppi,

(ii)

vapuri li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi,

(iii)

vapuri mibnija b’materjal apparti milli azzar jew ekwivalenti u mhux koperti bl-istandards li jikkonċernaw Vapuri ta’ Veloċità Għolja (Riżoluzzjoni MSC 36 (63)) jew Vapuri Sostnuti Dinamikament (Riżoluzzjoni A.373 (X)),

(iv)

vapuri tal-injam ta’ binja primittiva,

(v)

oriġinali, jew repliki individwali ta’ vapuri tal-passiġġieri storiċi ddisinjati qabel l-1965, mibnija predominantament b’materjali oriġinali,

(vi)

yachts tad-divertiment sakemm ma jkunux jew għandhom ikunu bl-ekwipaġġ u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal għanijiet kummerċjali, jew

(vii)

vapuri mħaddma esklussivament f’żoni tal-port;

(b)

vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li huma

(i)

dgħajjes tal-gwerra jew vapuri tat-truppi,

(ii)

vapuri tad-divertiment sakemm ma jkunux jew għandhom ikunu bl-ekwipaġġ u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal għanijiet kummerċjali, jew

(iii)

dgħajjes imħaddma esklussivament f’żoni tal-port.

Artikolu 4

Klassijiet ta’ vapuri tal-passiġġieri

1.   Il-vapuri tal-passiġġieri għandhom jitqassmu fil-klassijiet li ġejjin abbażi taż-żona tal-baħar li fiha joperaw:

“Klassi A”

tfisser vapur tal-passiġġieri ingaġġat fuq vjaġġi domestiċi apparti milli vjaġġi koperti bil-Klassijiet B, Ċ u D.

“Klassi B”

tfisser vapur tal-passiġġieri ingaġġat fuq vjaġġi domestiċi li fil-korsa tagħhom dawn qatt ma jkunu aktar ‘il bogħod minn 20 mil mill-linja tal-kosta, li fuq x’hiex nawfragi jkunu jistgħu jaslu, li tikkorrispondi għall-għoli tal-marea medju.

“Klassi Ċ”

tfisser vapur tal-passiġġieri ingaġġat fuq vjaġġi domestiċi f’żoni tal-baħar fejn il-probabbiltà ta’ mewġ sinifikanti li jeċċedi l-għoli ta’ 2,5 metri ikun iżgħar minn 10 % matul perjodu ta’ sena għal operazzjonijiet ta’ matul is-sena kollha, jew matul perjodu speċifiku ristrett għal operazzjonijiet ta’ matul is-sena esklussivament għal dak il-perjodu (eż. perjodu ta’ operazzjoni matul is-sajf), li fil-korsa tagħhom qatt ma jkunu aktar minn 15-il mil minn lokalità ta’ rifuġju, u l-anqas aktar minn 5 mili mill-linja tal-kosta, fejn in-nawfragi jkunu jistgħu jilħqu l-art, li tikkorrispondi għall-għoli tal-marea medju.

“Klassi D”

tfisser vapur tal-passiġġieri ingaġġat fuq vjaġġi domestiċi f’żoni tal-baħar fejn il-probabbiltà ta’ mewġ sinifikanti li jeċċedi l-għoli ta’ 1,5 metri ikun iżgħar minn 10 % matul perjodu ta’ sena għal operazzjonijiet ta’ matul is-sena kollha, jew matul perjodu speċifiku ristrett għal operazzjoni ta’ matul is-sena esklussivament għal dak il-perjodu (eż. perjodu ta’ operazzjonijiet matul is-sajf), li fil-korsa tagħhom qatt ma jkunu aktar minn 6 mili minn lokalita ta’ rifuġju, u l-anqas aktar minn 3 mili mill-linja tal-kosta, fejn in-nawfragi jkunu jistgħu jilħqu l-art, li tikkorrispondi għall-għoli tal-marea medju.

2.   Kull Stat Membru għandu:

(a)

jistabbilixxi, u jaġġorna meta meħtieġ, lista taż-żoni taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, li tiddelimita ż-żoni għall-ħidma matul is-sena kollha u, meta jkun il-każ, ħidma perjodika ristretta tal-klassijiet tal-vapuri, bl-użu tal-kriterji ddikjarati fil-paragrafu 1;

(b)

jippubblika l-lista f’database pubbliku disponibbli fuq is-sit ta’ l-Internet ta’ l-awtorità marittima kompetenti;

(ċ)

jinnotifka lill-Kummissjoni bil-lokazzjoni ta’ dan it-tagħrif, u meta jsiru l-modifiki għal-lista.

3.   Għall-vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja, għandhom japplikaw il-kategoriji definiti fil-Kapitolu 1 (1.4.10) u (1.4.11) tal-Kodiċi tal-Vapuri ta’ Veloċità Għolja.

Artikolu 5

Applikazzjoni

1.   Kemm vapuri tal-passiġġieri ġodda kif ukoll dawk eżistenti u vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja meta operati fuq vjaġġi domestiċi għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ sigurtà relevanti stabbiliti f’din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri m’għandhomx iżommu milli joperaw, għal raġunijiet li joħorġu minn din id-Direttiva, vapuri tal-passiġġieri jew vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja, meta operati fuq vjaġġi domestiċi, li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, inkluż kullrekwiżit addizzjonali impost minn xi Stat Membru taħt l-Artikolu 9(1).

Kull Stat Membru waqt li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta’ Stat ospitanti, għandu jagħraf iċ-Ċertifikat ta’ Sigurtà ta’ Vapuri ta’ veloċità għolja u l-Permess biex Jopera maħruġ minn Stat Membru ieħor għall-vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja, meta operati fuq vjaġġi domestiċi, jew iċ-Ċertifikat ta’ Sigurtà ta’ Vapuri tal-Passiġġieri li għalih jirriferi l-Artikolu 13 maħruġ minn Stat Membru ieħor għall-vapuri tal-passiġġieri meta operati fuq vjaġġi domestiċi.

3.   Stat ospitanti jista’ jispezzjona vapur tal-passiġġieri jew vapur tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja, meta dan ikun operat fuq vjaġġi domestiċi, u jivverifika d-dokumentazzjoni, taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/21/KE.

4.   Kull apparat marittimu abbord vapur kif elenkat fl-Anness A(1) li jinsab mad-Direttiva 96/98/KE u li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar, għandu jitiqes li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sew jekk ikun meħtieġ mill-Anness I ta’ din id-Direttiva sew jekk le li l-apparat għandu jkun approvat u suġġett għat-testijiet għas-sodisfazzjon ta’ l-Amministrazzjoni tal-Istat bandiera.

Artikolu 6

Rekwiżiti ta’ sigurtà

1.   Fir-rigward ta’ vapuri tal-passiġġieri ġodda jew dawk eżistenti tal-Klassijiet A, B, Ċ u D:

(a)

il-bini u l-manutenzjoni tal-qoxra, il-makkinarju prinċipali u awżiljaru, l-impjanti elettriċi u awtomatiċi għandhom jikkonformaw mal-istandards speċifikati għall-klassifikazzjoni bir-regoli ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta, jew regoli ekwivalenti użati minn amministrazzjoni taħt l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 94/57/KE;

(b)

id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, inklużi l-emendi tal-1988 SGPSM, V u VI tal-Konvenzjoni SOLAS ta’ l-1974, kif emendata, għandhom ikunu applikabbli;

(ċ)

id-dispożizzjonijiet għall-apparat ta’ navigazzjoni fuq vapur tar-Regolament 12, il-Kapitolu V, tal-Konvenzjoni SOLAS ta’ l-1974, kif emendata, għandhom ikunu applikabbli; Apparat tan-navigazzjoni abbord fuq vapur, kif elenkat fl-Anness A.1 li jinsab mad-Direttiva 96/98/KE u li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar, għandu jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament SOLAS V/12(r), kif emendata.

2.   Fir-rigward ta’ vapuri tal-passiġġieri ġodda:

(a)

rekwiżiti ġenerali:

(i)

vapuri tal-passiġġieri ġodda tal-Klassi A għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni SOLAS ta’ l-1974, kif emendata, u mar-rekwiżiti speċifiċi relevanti speċifikati f’din id-Direttiva. Għal dawk ir-Regolamenti, li għalihom il-Konvenzjoni SOLAS ta’ l-1974, kif emendata, tħalli l-interpretazzjoni fid-diskrezzjoni ta’ l-Amministrazzjoni, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tapplika l-interpretazzjonijiet kif jinsabu fl-Anness I għal din id-Direttiva;

(ii)

vapuri tal-passiġġieri ġodda tal-Klassijiet B, Ċ, u D għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi relevanti kif speċifikati f’din id-Direttiva;

(b)

rekwiżiti dwar il-linja tat-tagħbija:

(i)

il-vapuri tal-passiġġieri ġodda kollha ta’ tul ta’ 24 metru jew aktar għandhom jikkonformaw mal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1966 dwar il-Linji tat-tagħbija;

(ii)

kriterji b’livell ta’ sigurtà ekwivalenti għal dawk tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1966 dwar il-Linji tat-tagħbija għandhom ikunu applikati b’relazzjoni mat-tul u l-Klassi, għall-vapuri ġodda tal-passiġġieri ta’ tul ta’ anqas minn 24 metru;

(iii)

minkejja l-punti (i) u (ii), vapuri ġodda tal-passiġġieri tal-Klassi D huma eżentati mir-rekwiżit tal-għoli minimu tal-pruwa stabbilit fil-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ l-1966 dwar il-Linji tat-tagħbija;

(iv)

vapuri ġodda tal-passiġġieri tal-Klassijiet A, B, Ċ, u D għandhom ikollhom gverta sħiħa.

3.   Fir-rigward ta’ vapuri tal-passiġġieri eżistenti:

(a)

vapuri eżistenti tal-passiġġieri tal-Klassi A għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-vapuri eżistenti tal-passiġġieri kif definiti fil-Konvenzjoni SOLAS ta’ l-1974, kif emendata , u mar-rekwiżiti speċifiċi relevanti f’din id-Direttiva, għal dawk ir-Regolamenti, li għalihom il-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata, tħalli l-interpretazzjoni fid-diskrezzjoni ta’ l-Amministrazzjoni, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tapplika l-interpretazzjonijiet kif jinsabu fl-Anness I għal din id-Direttiva;

(b)

vapuri eżistenti tal-passiġġieri tal-Klassi B għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi relevanti f’din id-Direttiva;

(ċ)

vapuri eżistenti tal-passiġġieri tal-Klassijiet Ċ u D għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi relevanti f’din id-Direttiva u fir-rigward ta’ materji mhux koperti b’dawk ir-rekwiżiti mar-regoli tal-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera; dawk ir-regoli għandhom jipprovdu livell ekwivalenti ta’ sigurtà bħal dawk tal-Kapitoli II-1 u II-2 tal-Anness I, waqt li jingħata akkont tal-kondizzjonijiet speċifiċi lokali ta’ operazzjoni relatati maż-żoni tal-baħar li fihom il-vapuri ta’ dawk il-klassijiet jistgħu joperaw;

qabel ma vapuri eżistenti tal-passiġġieri tal-Klassijiet Ċ u D jistgħtu joperaw fuq vjaġġi domestiċi regolari fi Stat ospitanti, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tikseb qbil mill-Istat ospitanti dwar dawk ir-regoli;

(d)

meta Stat Membru jkun tal-fehma li r-regoli meħtieġa mill-Amministrazzjoni tal-Istat ospitanti taħt il-punt (ċ) ma jkunux raġonevoli, għandu minnufih javża lill-Kummissjoni b’dan; il-Kummissjoni għandha tibda proċeduri biex tieħu deċiżjoni konformement mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 11(2);

(e)

tiswijiet, alterazzjonijiet u modifikazzjonijiet ta’ natura estensiva u l-forniment relatat magħhom għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ vapuri ġodda kif preskritti fil-paragrafu 2(a); Alterazzjonijiet magħmula fuq vapuri eżistenti li huma maħsuba unikament biex jinkiseb standard għola ta’ sopravivenza m’għandhomx ikunu meqjusa bħala modifikazzjonijiet ta’ karattru estensiv;

(f)

id-dispożizzjonijiet tal-punt (a), kemm-il darba dati aktar kmieni ma jkunux speċifikati fil-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata, u d-dispożizzjonijiet tal-punti (b) u (ċ), kemm-il darba dati aktar kmieni ma jkunux speċifikati fl-Anness I għal din id-Direttiva, m’għandhomx ikunu applikati b’relazzjoni ma’ vapur li l-prim tiegħu kien tqiegħed jew li kien fi stadju simili ta’ bini:

(i)

qabel l-1 ta’ Jannar 1940: sal-1 ta’ Lulju 2006;

(ii)

fl-1 ta’ Jannar 1940 jew wara din id-data iżda qabel il-31 ta’ Diċembru 1962: sal-1 ta’ Lulju 2007;

(iii)

fl-1 ta’ Jannar 1963 jew wara din id-data iżda qabel il-31 ta’ Diċembru 1974: sal-1 ta’ Lulju 2008;

(iv)

fl-1 ta’ Jannar 1975 jew wara din id-data iżda qabel il-31 ta’ Diċembru 1984: sal-1 ta’ Lulju 2009;

(v)

fl-1 ta’ Jannar 1985 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta’ Lulju 1998: sal-1 ta’ Lulju 2010.

4.   Fir-rigward ta’ vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja:

(a)

vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja mibnija jew suġġetti għal tiswijiet, alterazzjonijiet jew modifikazzjonijiet ta’ karattru estensiv, fl-1 ta’ Jannar 1996 jew wara dik id-data, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament X/3 tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata, sakemm:

(i)

il-prim tagħhom kien tqiegħed jew kienu fi stadju simili ta’ bini mhux aktar tard mill-4 ta’ Ġunju 1998,

(ii)

il-konsenja u l-kummissjonar seħħu mhux aktar tard mill-4 ta’ Diċembru 1998, u

(iii)

ikunu jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tal-Kodiċi ta’ Sigurtà għall-Vapuri Sostnuti Dinamikament (Kodiċi DSC) li jinsab fir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea IMO A.373(X) tal-14 ta’ Novembru 1977, kif emendata bir-Riżoluzzjoni dwar is-Sigurtà Marittima MSC 37(63) tad-19 ta’ Mejju 1994;

(b)

vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja mibnija qabel l-1 ta’ Jannar 1996 u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi dwar Vapuri ta’ Veloċità Għolja għandhom ikomplu joperaw b’ċertifikazzjoni taħt dak il-Kodiċi.

Il-vapuri ta’ veloċità għolja tal-passiġġieri mibnija qabel l-1 ta’ Jannar 1996 u li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Kodiċi dwar Vapuri ta’ Veloċità Għolja ma jistgħux joperaw fuq vjaġġi domestiċi, sakemm ma kenux diġà joperaw fuq vjaġġi domestiċi fl-Istat Membru fl-4 ta’ Ġunju, f’liema każ jistgħu jitħallew li jkomplu l-operat domestiku tagħhom f’dak l-Istat Membru. Dawk il-vapuri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi DSC;

(ċ)

il-bini u l-manutenzjoni ta’ vapuri ta’ veloċità għolja tal-passiġġieri u l-apparat tiegħu għandu jkun konformi mar-regoli tal-klassifikazzjoni għall-vapuri ta’ veloċità għolja ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta, jew regoli ekwivalenti użati minn Amministrazzjoni taħt l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 94/57/KE;

Artikolu 7

Ir-rekwiżiti ta’ l-istabbiltà u l-ħruġ mis-servizz f’fażi fażi tal-vapuri tal-passiġġieri ro-ro

1.   Il-vapuri ro-ro kollha tal-passiġġieri tal-Klassi A u B, li l-prim tagħhomġiet imqiegħdha jew li kienu fi stadju simili fil-bini fl-1 ta’ Ottubru 2004 jew wara, għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 6, 8 u 9 tad-Direttiva 2003/25/KE.

2.   Il-vapuri ro-ro kollha tal-passiġġieri tal-Klassi A u B, li l-prim tagħhomġiet imqiegħdha jew li kienu fi stadju simili fil-bini qabel l-1 ta’ Ottubru 2004 għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikoli 6, 8 u 9 tad-Direttiva 2003/25/KE sal-1 ta’ October 2010, għajr jekk jinħarġu mis-servizz f’fażi fażi f’din id-data jew f’data wara li fiha jilħqu l-għomor ta’ 30 sena imma, jkun xi jkun il-każ, mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2015.

Artikolu 8

Ir-rekwiżiti tas-sigurtà għall-persuna b’mobbilta mnaqqsa

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jittieħdu l-miżuri adegwati, imsejsa, meta applikabbli, fuq il-linji gwida fl-Anness III, sabiex jgħinu lill-persuna b’mobbiltà mnaqqsa li jkollhom aċċess bla xkiel għall-vapuri kollha tal-passiġġieri tal-Klassijiet A, B, Ċ u D u għall-vetturi kollha ta’ veloċità qawwija, użati għat-trasport pubbliku, li l-prim tagħhom ġiet imqiegħda fl-1 ta’ Ottubru 2004 jew wara jew li kienu fi stadju simili tal-bini.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b’mobbiltà mnaqqsa u jikkonsultawhom dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida inklużi fl-Anness III.

3.   Bil-għan li jiġu mmodifikati l-vapuri tal-passiġġieri tal-Klassijiet A, B, Ċ u D u l-vetturi ta’ veloċità qawwija, użati għat-trasport pubbliku, li l-prim tagħhom ġiet imqiegħda jew kienu fi stadju simili tal-bini qabel l-1 ta’ Ottubru 2004, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-linji gwida fl-Anness III sa fejn u sakemm ikun raġonevoli u prattikabbli f’termini ekonomiċi.

L-Istati Membri għandhom ifasslu pjan nazzjonali ta’ azzjoni dwar kif għandhom jiġu applikati l-linji gwida għal dawn il-vapuri u vetturi. Għandhom jibagħtu din il-pjanta lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-17 ta’ Mejju 2005.

4.   L-Istati Membri għandhom, mhux iktar tard mis-17 ta’ Mejju 2006, jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu rigward il-vapuri kollha tal-passiġġieri riferiti fil-paragrafu 1, il-vapuri tal-passiġġieri riferiti fil-paragrafu 3 iċċertifikati li jġorru iktar minn 400 passiġġier u l-vetturi kollha ta’ veloċità qawwija..

Artikolu 9

Rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali, ekwivalenzi, eżenzjonijiet u miżuri ta’ salvagwardja

1.   Jekk Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri iqisu li r-rekwiżiti applikabbli ta’ sigurtà għandhom jittejbu f’ċerti sitwazzjonijiet invista taċ-ċirkostanzi speċifiċi lokali u jekk tintwera l-ħtieġa għalihom, jista’, bla ħsara għall-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4, jadotta miżuri biex itejjeb ir-rekwiżiti ta’ sigurtà.

2.   Stat Membru jista’, bla ħsara għall-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4, jadotta miżuri li jippermettu ekwivalenzi għar-Regolamenti li jinsabu fl-Anness I, sakemm dawk l-ekwivalenzi ikunu tal-anqas effettivi daqs dawk ir-Regolamenti.

3.   Sakemm ma jkunx hemm tnaqqsi fil-livell ta’ sigurtà u bla ħsara għall-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4, Stat Membru jista’ jadotta miżuri biex jeżenta vapuri minn ċerti rekwiżiti speċifiċi ta’ din id-Direttiva għall-vjaġġi domestiċi li għandhom jitwettqu f’dak l-Istat inklużi fiż-żoni ta’ baħar ta’ l-arċipelagi għall-kenn mill-effetti tal-baħar miftugħ taħt ċerti kondizzjonijiet ta’ tħaddim, bħall-għoli ta’ mewġ sinifikantament iżgħar, perjodu ristrett tas-sena, vjaġġi biss matul id-dawl tal-jum jew taħt kondizzjonijiet klimatiċi u tat-temp adattati, jew ta’ tul ristrett tal-vjaġġ, jew prossimità ta’ servizzi ta’ salvataġġ.

4.   Stat Membru li jagħżel li jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, 2 jew 3 għandu jipproċedi konformement mat-tieni sas-sitt subparagrafi ta’ dan il-paragrafu:

L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkollu l-ħsieb jadotta, inklużi l-partikolaritajiet sal-limitu meħtieġ biex jikkonferma li l-livell ta’ sigurtà huwa miżmum adegwatament.

Jekk, f’perjodu ta’ sitt xhur min-notifikazzjoni, jiġi deċiż, taħt il-proċeduraimsemmija fl-Artikolu 11(2), li l-miżuri proposti m’humiex iġġustifikati, l-imsemmi Stat Membru jista’ jkun meħtieġ li jemenda jew ma jadottax il-miżuri proposti.

Il-miżuri adottati għandhom ikun speċifikati fil-leġislazzjoni nazzjonali relevanti u kkomunikati lill-Kummissjoni, li għandha tavża lill-Istati Membri l-oħra bid-dettalji tagħhom.

Kull waħda minn dawk il-miżuri għandha tkun applikata lill-vapuri tal-passiġġieri kollha tal-istess Klassi jew għall-vapuri meta joperaw taħt l-istess kondizzjonijiet speċifiċi, mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-bandiera tagħhom jew għan-nazzjonalità jew tal-post fejn ikun stabbilit l-operatur tagħhom.

Il-miżuri li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw biss sa kemm il-vapur jew dgħajsa joperaw permezz tal-kondizzjonijiet speċifikati.

5.   Meta Stat Membru jqis li vapur tal-passiġġieri jew dgħajsa li topera fuq vjaġġi domestiċi f’dak l-Istat, minkejja l-fatt li jkun jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, joħloqu riskju ta’ periklu serju għas-sigurtà tal-ħajja jew proprjetà, jew l-ambjent, l-operat tal-vapur jew tad-dgħajsa jista’ jkun sospiż jew miżuri addizzjonali ta’ sigurtà jistgħu jkunu imposti, sakemm dak il-periklu jitneħħa.

Fiċ-ċirkostanzi li ġejjin il-proċedura ta’ segwenti għandha tkun applikabbli:

(a)

l-Istat Membru għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni mingħajr dewmien, waqt li jagħti raġunijiet sostanzjali għaliha;

(b)

il-Kummissjoni għandha teżamina jekk is-sospensjoni jew il-miżuri addizzjonali humiex iġġustifikati għar-raġunijiet ta’ periklu serju għas-sigurtà u għall-ambjent;

(ċ)

għandu jkun deċiż, konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2), jekk id-deċiżjoni ta’ dak l-Istat Membru li jissospendi l-operat ta’ dak il-vapur jew dgħajsa jew li jimponi miżuri addizzjonali tkunx iġġustifikata jew le għal raġunijiet ta’ periklu serju għas-sigurtà tal-ħajja jew proprjetà, jew tal-ambjent u, jekk is-sospensjoni jew il-miżuri ma jkunux iġġustifikati, li l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun meħtieġ li jirtira is-sospensjoni jew il-miżuri.

Artikolu 10

Adattamenti

1.   Is-segwenti jistgħu jiġu adattati sabiex jieħdu kont tal-iżviluppi f’ livell internazzjonali, b’mod partikolari fl-IMO:

(a)

id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2, punti (a), (b), (ċ), (d) u (v);

(b)

id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-proċeduri u l-linji ta’ gwida għal inkjesti msemmija fl-Artikolu 12;

(ċ)

id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata, u l-Kodiċi tal-Vapuri ta’ Veloċità Għolja, inklużi l-emendi sussegwenti tiegħu stabbiliti fl-Artikoli 4(3), 6(4), 12(3) u 13(3);

(d)

ir-referenzi speċifiċi għall-“Konvenzjoni Internazzjonali”; u r-riżoluzzjonijiet ta’ l-IMO imsemmija fl-Artikolu 2 punti (g), (m) u (q), fl-Artikolu 3(2), punt (a), fl-Artikolu 6(1), punti (b) u (ċ), fl-Artikolu 6(2), punt (b) u fl-Artikolu 13(3).

2.   Konformement mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 11(2), l-Annessi jistgħu jiġu emendati sabiex:

(a)

japplikaw, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-emendi magħmula lill-Konvenzjonijiet Internazzjonali;

(b)

itejbu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom, fid-dawl tal-esperjenza.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

4.   L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva, taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 11

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis mill-Vapuri (COSS) stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu meqjusa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tiġi stabbilita għal xahrejn.

3.   Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 12

Eżamijiet

1.   Kull vapur ġdid tal-passiġġieri għandu jkun suġġett mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għall-eżamijiet speċifikati fil-punti (a) sa (c):

(a)

eżami qabel il-vapur jitqiegħed fis-servizz;

(b)

eżami perjodiku darba kull 12-il xahar; u

(ċ)

eżamijiet addizzjonali abbażi tal-ħtieġa.

2.   Kull vapur eżistenti tal-passiġġieri għandu jkun suġġett mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għall-eżamijiet speċifikati fil-punti (a) sa (c):

(a)

eżami inizjali, qabel ma l-vapur jitqiegħed fis-servizz fuq vjaġġi domestiċi fi Stat ospitanti, għall-vapuri eżistenti operati fuq vjaġġi domestiċi fl-Istat Membru tal-bandiera li tiegħu għandhom il-jedd li jtajru;

(b)

eżami perjodiku darba kull 12-il xahar; u

(ċ)

eżamijiet addizzjonali skont ma tkun il-ħtieġa.

3.   Kull vapur ta’ veloċità għolja tal-passiġġieri li għandu jkun konformi, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-Direttiva, mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Vapuri ta’ Veloċità Għolja (Kodiċi HSC), għandu jkun suġġett mill-Amministrazzjoni tal-Istat bandiera għall-eżamijiet meħtieġa f’dak il-Kodiċi.

Il-vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li għandhom ikunu konformi, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(4) ta’ din id-Direttiva, mar-rekwiżiti tal-Kodiċi DSC, għandhom ikunu suġġetti mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għall-eżamijiet meħtieġa fil-Kodiċi DSC.

4.   Il-proċeduri u l-linji ta’ gwida relevanti għall-eżamijiet għaċ-ċertifikat ta’ Sigurtà dwar Vapuri tal-Passiġġieri speċifikati fir-Riżoluzzjoni tal-Assembla IMO A.746(18) tal-4 ta’ Novembru 1993 dwar linji ta’ gwida għall-eżami taħt is-sistema armonizzata tal-eżamijiet u ċ-ċertifikazzjoni, jew proċeduri maħsuba biex jilħqu l-istess għan, għandhom ikunu segwiti.

5.   L-eżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitwettqu esklużivament minn eżaminaturi tal-Amministrazzjoni nnifisha ta’ l-Istat tal-bandiera, jew ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta jew tal-Istat Membru awtorizzat mill-Istat tal-bandiera biex iwettaq dawk l-eżamijiet, bil-għan li jiġi assigurat li r-rekwiżiti applikabbli kollha ta’ din id-Direttiva jkunu mħarsa.

Artikolu 13

Ċertifikati

1.   Il-vapuri kollha tal-passiġġieri ġodda u eżistenti għandhom jkunu pprovduti b’Ċertifikat ta’ Sigurtà għall-Vapuri tal-Passiġġieri konformement ma’ din id-Direttiva. Iċ-ċertifiket għandu jkollu l-format stabbilit fl-Anness II. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera wara eżami inizjali, kif deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 12(1) u fil-punt (a) tal-Artikolu 12(2), u li jkun twettaq.

2.   Iċ-Ċertifikat ta’ Sigurtà għall-Vapuri tal-Passiġġieri għandu jinħareġ għall-perjodu li ma jkunx jeċċedi t-12-il xahar. Il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat jista’ jiġi mtawwal mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera għall-perjodu ta’ grazzja sa xahar mid-data li fiha jiskadi kif muri fuqu. Meta tkun ingħatat estensjoni, il-perjodu l-ġdid ta’ validità jibda mid-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat eżistenti qabel l-estensjoni tiegħu.

It-tiġdid taċ-Ċertifikat ta’ Sigurtà għall-Vapuri tal-Passiġġieri għandu jinħareġ wara li l-eżami perjodiku, kif deskritt fil-punt (b) tal-Artikolu 12(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2), ikun twettaq.

3.   Għall-vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li huma konformi mar-rekwiżiti tal-Kodiċi HSC, Ċertifikat ta’ Sigurtà għall-Vapuri ta’ Veloċità Għolja u Il-permess biex jopera vapur ta’ veloċità għolja għandu jinħareġ mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi HSC.

Għall-vapuri tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi DSC kif emendati, għandhom jinħarġu Ċertifikat DSC ta’ Bini u Apparat u Permess Operattiv DSC mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera, taħt id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi DSC.

Qabel ma jinħareġ il-Permess biex jopera vapur tal-passiġġieri ta’ veloċità għolja li jopera fuq vjaġġi domestiċi fi Stat ospitanti, l-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera għandha tiftiehem ma’ l-Istat ospitanti dwar il-kondizzjonijiet assoċjati ma’ l-operat tal-vapur f’dak l-Istat. Kull waħda minn dawk il-kondizzjonijiet għandha tintwera mill-Amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera fuq il-Permess għall-operat.

4.   Eżenzjonijiet mogħtija lill-vapuri jew dgħajjes permezz ta’ u taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(3) għandhom ikunu nnotati fuq iċ-ċertifikat tal-vapur jew tad-dgħajsa.

Artikolu 14

Regolamenti tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974

1.   Fir-rigward tal-vapuri tal-passiġġieri li joperaw fuq vjaġġi internazzjonali il-Komunità għandha tippreżenta talbiet lill-IMO:

(a)

sabiex tħaffef x-xogħol li jkun għaddej fi ħdan l-IMO biex ikunu riveduti r-Regolamenti tal-Kapitoli II-1, II-2 u III tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata, li jkunu fihom kwistjonijiet imħollija għad-diskrezzjoni ta’ l-Amministrazzjoni, biex ikunu stabbiliti l-interpretazzjonijiet armonizzati għal dawn ir-Regolamenti u jkunu hekk adottati emendi għal dawn tal-aħħar; u

(b)

sabiex jiġu adottati miżuri għall-applikazzjoni mandatorja tal-prinċipji li huma l-bażi tad-dispożizzjonijiet taċ-Ċirkolari MSC 606 dwar il-Qbil tal-Istat tal-Port ma’ l-Eżenzjonijiet SOLAS;

2.   It-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru mill-Presidenza tal-Kunsill u mill-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-Regolamenti armonizzati stabbiliti fl-Anness I.

L-Istati Membri kollha għandhom jagħmlu minn kollox biex jassiguraw li l-IMO twettaq l-iżilupp tal-imsemmija Regolamenti u l-miżuri mingħajr dewmien.

Artikolu 15

Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li dawk il-penalitajiet ikunu applikati. Il-penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 16

Notifika

L-Istati Membri għandhom minnufih jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali adottati fil-kamp kopert b’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma bihom lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 17

Tħassir

Id-Direttiva 98/18/KE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, Parti A, hija b’dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi elenkati fl-Anness IV, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw konformement mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjalita’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 19

Indirizzati

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU C 151, 17.6.2008, p. 35.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 April 2009.

(3)  ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1.

(4)  Ara l-Anness IV, Parti A.

(5)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(6)  ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1.

(7)  ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7.

(8)  ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.

(9)  ĠU L 123, 17.5.2003, p. 22.

(10)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.

(11)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(12)  ĠU L 157, 7.7.1995, p. 1.

(13)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20.


ANNESS I

IR-REKWIŻITI TAS-SIGURTÀ GĦALL-BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI ĠODDA U EŻISTENTI MĦADDMA FUQ VJAĠĠI DOMESTIĊI

Werrej

KAPITOLU I -   DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLI II -   KOSTRUZZJONI - SUDDIVIŻJONI U STABBILITÀ, MAKKINARJU U STALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

PART A –   ĠENERALI

1.

Definizzjonijiet dwar il-Parti B (R 2) 8

2.

Definizzjonijiet dwar il-Partijiet Ċ, D, u E (R 3)

PARTI B -   STABILITÀ INTATTA, SUDDIVŻJONI U STABBILITÀ TAD-DANNI

1.

Riżoluzzjoni A.749 (18) ta’ l-istabilità intatta

2.

Subdiviżjoni fejn ma jidħolx ilma

3.

Tul li jista’ jiġi milqut mill-għargħar (R 4)

4.

Tul permess tal-kompartimenti (R 6)

5.

Il-permeabilità (R 5)

6.

Il-fattur tas-suddiviżjoni

7.

Rekwiżiti speċjali relatati mas-suddivżjoni tal-bastiment (R 7)

8.

Stabbilità f’kondizzjonijiet ta’ ħsara 13

8-1.

L-istabbiltà tal-bastimenti tal-passiġġieri f’kondizzjonijiet danneġġati (R 8-1)

8-2.

Il-ħtiġijiet speċjali għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro li jġorru 400 persuna jew aktar (R 8-2)

8-3.

Rekwiżiti speċjali għall-bastimenti tal-passiġġieri, li m’humiex bastimenti tal-passiġġieri ro-ro, li jġorru 400 persuna jew aktar

9.

Paratiji ta’ l-ispazju tal-makkinarju u l-quċċati (R 10)

10.

Qiegħan doppji (R 12)

11.

L-għotja, immarkar u reġistrazzjoni ta’ linja tas-suddiviżjoni tat-tagħbija (R 13)

12.

Il-kostruzzjoni u ttestjar tal-bidu tal-paratiji li ma jidħolx ilma fihom, eċċ. (R 14)

13.

Ftuħ f’paratiji li ma jidħolx ilma fihom (R 15)

14.

Bastimenti li jġorru vetturi tal-merkanzija u l-ħaddiema li jakkumpanjawhom (R 16)

15.

Ftuħ fil-kisi tal-qafas taħt il-linja tal-marġini (R 17)

16.

L-integrità li ma jidħolx ilma f’bastimenti tal-passiġġieri 'l fuq mil-linja tal-marġini (R 20)

17.

Għeluq tal-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija (R 20-1)

17-1.

Integrità li ma jidħolx ilma mill-gverta tar-ro-ro (gverta tal-paratija) għall-ispazji li jkunu taħt (R 20-2)

17-2.

Aċċess għall-gverti ro-ro (R 20-3)

17-3.

Għeluq tal-paratiji fuq il-gverta ro-ro (R 20-4)

18.

Informazzjoni dwar l-istabbiltà (R 22)

19.

Pjanijiet tal-kontroll tad-danni (R 23)

20.

L-integrità taż-żaqq u s-superstruttura, prevenzjoni tad-dannu u kontroll (R 23-2)

21.

L-immarkar, ħidma perjodika u spezzjoni tal-bibien li ma jidħolx ilma minnhom, eċċ. (R 24)

22.

Entraturi fir-reġistru (R 25)

23.

Pjattaformi u rampi tal-karozzi li jitilgħu

24.

Ilqugħ

PARTI Ċ -   MAKKINARJU

1.

Ġenerali (R 26)

2.

MagniMagni tal-kombustjoni interna (R 27)

3.

Arranġamenti ta’ l-ippumpjar tas-sentina (R 21)

4.

Numru u tip tal-pompi tas-sentina (R 21)

5.

Mezzi li jmorru la ġenba (R 28)

6.

Tagħmir li jdawwar (R 29)

7.

Rekwiżiti addizzjonali għall-ger ta’ l-istering elettriku u elettro-idrawliku (R 30)

8.

Sistemi tal-ventilazzjoni fi spazji tal-makkinarju (R 35)

9.

Il-komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju (R 37)

10.

Allarm ta’ l-inġiniera (R 38)

11.

Lokalità ta’ installazzjonijiet ta’ l-emerġenza (R 39)

12.

Kontrolli tal-makkinarju (R 31)

13.

Sistemi tal-pajp bil-fwar (R 33)

14.

Sistemi tal-pressjoni ta’ l-arja (R 34)

15.

Protezzjoni kontra l-ħsejjes (R 36)

16.

Liftijiet

PARTI D -   STALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

1.

Ġenerali (R 40)

2.

Is-sors prinċipali ta’ l-enerġija elettrika u tad-dawl (R 41)

3.

Sors ta’ emerġenza ta’ l-enerġija elettrika (R 42)

4.

Dawl supplimentarju ta’ l-emerġenza għall-bastimenti ro-ro (R 42-1)

5.

Prekawzjonijiet kontra x-xokk, nirien u perikli oħra ta’ l-oriġini elettrika (R 45)

PARTI E -   REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ISPAZJI TAL-MAKKINARJU LI PERJODIKAMENT MA JKOLLUX NIES MIEGĦU

Konsiderazzjoni speċjali (R 54)

1.

Ġenerali (R 46)

2.

Prekawzjonijiet min-nirien (R 47)

3.

Protezzjoni kontra l-għargħar (R 48)

4.

Kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni (R 49)

5.

Komunikazzjoni (R 50)

6.

Sistemi ta’ l-allarm (R 51)

7.

Sistemi tas-sigurtà (R 52)

8.

Rekwiżiti speċjali għall-installazzjonijiet tal-makkinarju, tal-kaldaruni u elettriċi (R 53)

9.

Sistemi awtomatiċi tal-kontroll u ta’ l-allarm (R 53.4)

KAPITOLU II-2 -   PROTEZZJONI MIN-NIRIEN, INTRAċċAR TAN-NIRIEN U TIFI TAN-NIRIEN

PARTI A -   ĠENERALI

1.

Prinċipji bażiċi (R 2)

2.

Definizzjonijiet (R 3)

3.

Pompi tan-nirien, mejns tan-nar, idranti, pajpijiet u żenuni (R 4)

4.

Sistemi tat-tifi tan-nar fissi bir-ragħwa bl-espansjoni għolja fl-ispazji tal-makkinarju (R 9)

5.

Pajrini li jistgħu jinġarru (R 6)

6.

Arranġamenti għat-tifi tan-nar fi spazji tal-makkinarju (R 7)

7.

Arranġamenti speċjali fi spazji tal-makkinarju (R 11)

8.

Tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma, sistemi ta’ detectors tan-nar u ta’ l-allarm (R 12)

9.

Sistemi fissi ta’ detectors tan-nirien u sistemi ta’ l-allarm tan-nirien (R 13)

10.

Arranġamenti għaż-karburant taż-żejt, żejt li jillubrika u żjut oħra li jieħdu n-nar (R 15)

11.

Ilbies tal-ħaddiem tat-tifi tan-nar (R 17)

12.

Oġġetti mixxellanji (R 18)

13.

Pjanijiet tal-kontroll tan-nar (R 20)

14.

Prontezza operazzjonali u manutenzjoni

15.

Struzzjonijiet, taħriġ abbord u provi

16.

Operazzjonijiet

PARTI B -   MIŻURI TAS-SIGURTÀ MIN-NIRIEN

1.

Struttura (R 23)

2.

Żoni prinċipali vertikali u żoni orizzontali (R 24)

3.

Paratiji b’żona prinċipali vertikali (R 25)

4.

L-integrità min-nirien tal-paratiji u l-gverti fil-bastimenti ġodda li jġorru aktar minn 36 passiġġieri (R 26)

5.

L-integrità tan-nirien tal-paratiji u l-gverti fil-bastimenti ġodda li jġorru mhux aktar minn 36 passiġġier u bastimenti eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 27)

6.

Mezzi tal-ħrib ta’ salvataġġ (R 28)

6-1.

Rotot tas-salvataġġ fuq bastimenti tal-passiġġieri ro-ro (R 28-1).

7.

Penetrazzjonijiet u ftuħ fid-diviżjonijiet tal-klassi A u B (R 30, 31)

8.

Il-protezzjoni tat-turġien u liftijiet fl-ispazji ta’ l-akkomodazzjoni tas-servizz (R 29)

9.

Sistemi tal-ventilazzjoni (R 32)

10.

Twieqi u ftuħ fil-ġenb (R 33)

11.

Użu ristrett ta’ materjali li jaqbad (R 34)

12.

Dettalji tal-bini (R 35)

13.

Sistemi ta’ detectors fiss u ta’ l-allarm tan-nirien u sistemi ta’ bexxiex awtomatiku u detectors tan-nirien u sistema ta’ l-allarm tan-nirien (R 14) (R 36)

14.

Protezzjoni ta’ l-ispazji tal-makkinarju tal-kategorija speċjali (R 37)

15.

Rondi ta’ l-għassa għan-nirien, sistemi ta’ detectors, ta’ l-allarm u ta’ l-indirizz pubbliku (R 40)

16.

Titjib tal-bastimenti eżistenti tal-klassi B li jġorru aktar minn 36 passiġġier (R 41-1)

17.

Rekwiżiti speċjali għall-bastimenti li jġorru prodotti perikolużi (R 41)

18.

Rekwiżiti speċjali għall-faċilitajiet ta’ l-elikotteri

KAPITOLU III -   TAGĦMIR LI JSALVA L-ĦAJJA

1.

Definizzjonijiet (R 3)

2.

Tagħmir tal-komunikazzjoni, sopravivenza u dgħajjes tas-salvataġġ, tagħmir personali li jsalva l-ħajja (R 6 + 7 + 18 + 21 + 22)

3.

Allarm ta’ l-emerġenza, struzzjonijiet operattivi, manwali tat-taħriġ, listi tal-bini u struzzjonijiet ta’ l-emerġenza (R 6 + 8 + 9 +19 + 20)

4.

It-tqegħid ta’ nies ma’ l-opri tas-sopravivenza u s-superviżjoni (R 10)

5.

Ġmiegħ ta’ opri tas-sopravivenza u ta’ l-arranġamenti ta’ l-imbarkazzjoni (R 11 + 23 + 25)

5-1.

Rekwiżiti tal-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro (R 26)

5-2.

Pjattaformi ta’ l-elikotteru u żoni ta’ fejn jiġbor in-nies (R 28)

5-3.

Sistema ta’ l-appoġġ għad-deċiżjoni għall-kaptani (R 29)

6.

Stazzjonijiet li jvaraw (R 12)

7.

Irfiegħ ta’ opra tas-sopravivenza (R 13 + 24)

8.

Irfiegħ tad-dgħajjes tas-salvataġġ (R 14)

8a.

Irfiegħ ta’ sistemi ta’ l-evakwazzjoni marittima (R 15)

9.

Arranġamenti ta’ varar ta’ l-opri tas-sopravivenza u arranġamenti ta’ l-irkupru (R 16)

10.

Imbarkazzjoni tad-dgħajsa tas-salvataġġ, arranġamenti tal-varar u rkupru (R 17)

11.

Struzzjonijiet ta’ l-emerġenza (R 19)

12.

Prontezza għat-tħaddim, manutenzjoni u spezzjonijiet (R 20)

13.

Taħriġ u provi ta’ l-abbandun tal-bastiment (R 19 + R 30)

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Meta jkun espressament ipprovdut, ir-Regolamenti ta’ dan l-Anness huma applikabbli għall-bastimenti ġodda u eżistenti tal-klassijiet A, B, Ċ u D, mħaddma fi vjaġġi domestiċi.

Bastimenti ġodda tal-klassi B, Ċ u D li għandhom tul ta’ anqas minn 24 metru jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolamenti II-1/B/2 sa II-1/B/8 u II-1/B/10 ta’ dan l-Anness, kemm-il darba l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera, li l-bastimenti tagħhom għandhom dritt itajru l-bandiera tiegħu, tiżgura li jikkonformaw mar-regoli nazzjonali ta’ l-Istat tal-bandiera u li tali regoli jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ sigurtà.

Fejn ir-Regolamenti ta’ dan l-Anness ma japplikawx għal bastimenti ġodda ta’ tul ta’ anqas minn 24 metru, l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li jiġi pprovdut livell ta’ sigurtà ekwivalenti għal dawn il-bastimenti permezz tal-konformità mar-regoli nazzjonali.

Bastimenti eżistenti tal-klassi Ċ u D m’għandhomx għalfejn jikkonformaw mar-Regolamenti ta’ Kapitoli II-1 u II-2 ta’ dan l-Anness, kemm-il darba l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera, li dawn il-bastimenti għandhom dritt itajru l-bandiera tiegħu, tiżgura li jikkonformaw mar-regoli nazzjonali ta’ l-Istat tal-bandiera u li dawn ir-regoli jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ sigurtà.

Kull fejn l-applikazzjoni ta’ riżoluzzjoni ta’ l-IMO hija meħtieġa f’dan l-Anness għall-bastimenti eżistenti, għall-bastimenti mibnija sa sentejn wara d-data ta’ l-adozzjoni mill-IMO ta’ tali riżoluzzjoni m’hemmx għalfejn jikkonformaw ma’ din ir-riżoluzzjoni kemm-il darba jikkonformaw mar-riżoluzzjoni(jiet) applikabbli ta’ qabel, jekk hemm.

Taħt tiswijiet, alterazzjonijiet u modifikazzjoni ta’ “natura maġġuri” għandu jiftiehem, bħala eżempju:

kull tibdil li jbiddel sostanzjalment id-dimensjonijiet ta’ bastiment,

eżempju: itawlu billi jżidu parti minn nofs ġdida,

kull tibdil li jibddel sostanzjalment il-kapaċità ta’ bastiment li jġorr il-passiġġieri,

eżempju: gverta tal-karrozzi li ġiet ikkonvertita f’akkomodazzjoni għall-passiġġieri,

kull tibdil li jżid b’mod sinifikattiv il-ħajja tal-bastiment fis-servizz,

eżempju: tiġdid ta’ l-akkomodazzjoni tal-passiġġieri fuq gverta waħda sħiħa.

L-indikazzjoni “(R…)” li qegħda wara diversi ntestaturi tar-Regolamenti f’dan l-Anness tirriferi għar-Regolamenti tal-Konvenzjoni SOLAS ta’ l-1974, kif emendata, li fuqha huma bbażati r-Regolamenti ta’ dan l-Anness.

KAPITOLU II-1

KOSTRUZZJONI - SUDDIVŻJONI U STABBILITÀ, MAKKINARJU U STALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

PARTI A

ĠENERALI

1   Definizzjonijiet relatati mal-Parti B (R 2)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

.1

Il-linja tas-suddivżjoni tat-tagħbija hija l-marka tal-livell ta’ l-ilma użata biex tiġi stabbilita s-suddiviżjoni tal-bastiment.

.2

Il-linja tas-suddivżjoni tat-tagħbija l-aktar profonda hija l-marka tal-livell ta’ l-ilma li tikkorrispondi ma’ l-aktar fond permess mir-rekwiżiti tas-suddivżjoni li huma applikabbli.

.2

It-tul tal-bastiment huwa t-tul imkejjel bejn il-perpendikulari meħuda fl-estremitajiet tal-linja tas-suddiviżjoni tat-tagħbija l-aktar profonda.

.3

Il-wisa’ tal-bastiment hija l-wisa’ estrema minn naħa ta’ barra tal-qafas għan-naħa ta’ barra tal-qafas fil- jew taħt il-linja tas-suddivżjoni tat-tagħbija l-iktar profonda.

.4

Il-fond (draught) hija d-distanza vertikali mil-linja tal-bażi ffurmata fin-nofs tal-bastiment sal-linja tas-suddiviżjoni tat-tagħbija partikolari.

.5

Il-massa li ma tiċċaqlaqx hija d-differenza f’tunnellati bejn l-ispostament ta’ bastiment fl-ilma ta’ gravità speċifika ta’ 1,025 fil-linja ta’ l-ilma ta’ tagħbija li tikkorrispondi mal-freeboard tas-sajf assenjata u l-piż ħafif (lightweight) tal-bastiment.

.6

Il-piż ħafif (lightweight) huwa l-ispostament tal-bastiment f’tunnellati mingħajr tagħbija, karburant, żejt li jillubbrika, ilma tas-saborra, ilma frisk u ilma ta’ l-għalf fit-tankijiet, imħażen ta’ affarijiet li jiġu kkunsmati, u passiġġieri u ekwipaġġ u l-affarijiet tagħhom.

.7

Gverta tal-paratija hija l-gverta ta’ fuq nett li fuqha joqogħdu l-paratiji trasversi li ilma fiha ma jidħolx.

.8

Il-linja tal-marġini hija linja mpinġija ta’ l-anqas 76 mm taħt il-wiċċ ta’ fuq tal-gverta tal-paratija fil-ġenb.

.9

Il-permeabilità ta’ spazju hija l-persentaġġ ta’ dak l-ispazju li jista’ jiġi okkupat mill-ilma. Il-volum ta’ spazju li jestendi 'l fuq mil-linja tal-marġini għandu jitkejjel biss sa l-għoli ta’ dik il-linja.

.10

L-ispazju tal-makkinarju jrid jittieħed li jestendi mil-linja tal-bażi ffurmata sal-linja tal-marġini u bejn il-paratiji estremi transversi ewlenin li ma jidħolx ilma fihom, li jżommu l-ispazji li fihom il-makkinarju ewlieni u awżiljari tal-propulsjoni, u l-kaldaruni li jaqdu l-bżonnijiet tal-propulsjoni.

.11

Spazji tal-passiġġieri huma dawk l-ispazji li huma pprovduti għall-akkomodazzjoni u għall-użu mill-passiġġieri, esklużi l-kmamar tal-bagalji, tal-maħżen, tal-provvisti u tal-posta.

.12

Ma jidħlilhomx ilma fir-rigward ta’ l-istruttura tfisser kapaċi li ma tħallix l-ilma jgħaddi mill-istruttura fl-ebda direzzjoni taħt l-ammont ta’ ilma li hu probabbli li jkun hemm fil-kondizzjoni mhux mimsusa jew f’dik bid-dannu.

.13

Mhux affetwat bit-temp tfisser li l-ilma ma jippenetrax fil-bastiment huma x’inhuma l-kondizzjonijiet tal-baħar.

.14

Bastiment tal-passiġġieri ro-ro tfisser bastiment tal-passiġġieri bi spazji tar-ro-ro għat-tagħbija jew spazji speċjali tal-kategorija kif stipulata fir-Regolament II-2/A/2.

2   Definizzjonijiet relatati mal-Partijiet Ċ, D, u E (R 3)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B,Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

.1

Sistema ta’ l-steering tal-kontroll bil-gerijiet huwa t-tagħmir li bih l-ordnijiet jintbagħtu mill-pont tan-navigazzjoni għall-unitajiet li jħaddmu l-isteering bil-gerijiet. Sistemi ta’ l-isteering tal-kontroll bil-gerijiet jinkludu tranżmettituri, riċevituri, pompi tal-kontroll idrawliku u l-muturi assoċjati magħhom, kontrolluri tal-muturi, pajpijiet u kejbils.

.2

Il-makkinarju prinċipali li jdawwar huwa l-makkinarju, azzjonaturi (actuators) tat-tmun, unitajiet li jħaddmu l-makkinarju li jdawwar u l-mezzi biex tiġi applikata t-torque għall-laċċ tat-tmun (eż. Il-laċċ jew il-kwadrant) meħtieġa biex jikkawża moviment fuq it-tmun sabiex il-bastiment idur taħt kondizzjonijiet normali ta’servizz.

.2

Tagħmir li jħaddem l-isteering huwa:

.1

fil-każ ta’ makkinarju elettriku ta’ l-isteering, mutur elettriku u t-tagħmir elettriku relatat miegħu;

.2

fil-każ ta’ makkinarju elettro-idrawliku ta’ l-isteering, mutur elettriku u t-tagħmir elettriku relatat miegħu u l-pompa li tgħaqqad;

.3

fil-każ ta’ makkinarju ieħor idrawliku ta’ l-isteering, magna li tħaddmu u pompa mqabbda magħha.

.3

Makkinarju awżiljari ta’ l-isteering huwa t-tagħmir li mhux parti mill-makkinarju ta’ l-isteering ewlieni meħtieġ biex jimmanuvra l-bastiment fil-każ ta’ ħsara fil-makkinarju ewlieni ta’ l-isteering iżda ma jinkludix il-laċċ, il-kwadrant jew komponenti li jservu għall-istess skop.

.4

Kondizzjoni ta’ ħidma normali u abitabbli hija kondizzjoni li taħtha l-bastiment fl-intier tiegħu, il-makkinarju, is-servizzi, il-mezzi u l-għajnuniet li jiżguraw il-propulsjoni, abbiltà li jimmanuvra, navigazzjoni fis-sigurtà, is-sigurtà għal kontra n-nirien u l-għarar, il-komunikazzjonijiet u sinjali interni u esterni, il-mezzi tal-ħrib, u l-winċijiet tad-dgħajjes ta’ l-emerġenza, kif ukoll il-kondizzjonijiet iddisinjati ta’ l-abitazzjoni komda huma f’kondizzjoni li jaħdmu u li jiffunzjonaw kif suppost.

.5

Il-kondizzjoni ta’ l-emerġenza hija kondizzjoni li taħtha kwalunkwe servizz meħtieġ għall-operazzjoni normali u l-kondizzjonijiet abitabbli m’humiex f’kondizzjoni li jaħdmu minħabba ħsara fis-sors ewlieni tal-kurrent elettriku.

.6

Sors ewlieni ta’ kurrent elettriku huwa sors maħsub biex jipprovdi kurrent elettriku lis-swiċċbord għad-distribuzzjoni ta’ kull servizz meħtieġ biex iżomm lill-bastiment f’kondizzjoni ta’ ħidma operattiva u akkomodazzjoni normali.

.7

Il-kondizzjoni tal-bastiment inattiv hija l-kondizzjoni li taħtha l-impjant prinċipali tal-propulsjoni, il-kaldaruni u l-awżiljari ma jaħdmux minħabba nuqqas ta’ kurrent.

.8

Impjant prinċipali tal-ġenerazzjoni huwa l-ispazju li fih jinstab is-sors ewlieni tal-kurrent elettriku.

.9

Is-swiċċbord ewlieni huwa swiċċbord li huwa pprovdut direttament mis-sors ewlieni tal-kurrrent elettriku u huwa maħsub biex iqassam l-enerġija elettrika lis-servizzi tal-bastiment.

.10

Swiċcbord ta’ l-emerġenza huwa swiċċbord li f’każ ta’ ħsara fis-sistema prinċipali tal-provvista tal-kurrent elettriku jiġi pprovdut direttament mis-sors ta’ l-emerġenza tal-kurrent elettriku jew mis-sors tat-transizzjoni tal-kurrent elettriku u huwa ntiż li jqassam l-eneġija elettrika lis-servizzi ta’ l-emerġenza.

.11

Sors ta’ emerġenza tal-kurrent elettriku huwa sors tal-kurrent elettriku, maħsub biex jipprovdi l-iswiċċboard ta’ l-emerġenza fil-każ ta’ ħsara fil-provvista mis-sors prinċipali tal-kurrent elettriku.

.12

Il-veloċità massima-quddiem tas-servizz hija l-ogħla veloċità li l-bastiment huwa ppjanat li jżomm fis-servizz fil-baħar fil-fundar l-aktar profond meta jkun ibaħħar.

.13

Il-veloċità massima la ġenba hija l-veloċità li hija stmata li bastiment jista’ jilħaq fil-potenza massima la ġenba ppjanata fil-fundar l-aktar profond.

.14(a)

L-ispazji tal-makkinarju huma l-ispazji kollha tal-makkinarju ta’ kategorija A u kull spazju ieħor li fihom makkinarju tal-propulsjoni, kaldaruni, unitajiet tal-karburant taż-żejt, magnimagni tal-fwar u tal-kombustjoni interna, ġeneraturi u makkinarju elettriku prinċipali, stazzjonijiet ta’ mili taż-żejt, makkinarju ta’ refriġerazzjoni, makkinarju ta’ stabilità, makkinarju tal-ventilazzjoni u kondizzjonar ta’ l-arja, u spazji bħal dawn, u l-kaxxi għal dawn l-spazji.

.14(b)

L-ispazji tal-makkinarju ta’ kategorija A huma dawk l-ispazji u bagolli għal dawn l-spazji li fihom ikun hemm:

.1

makkinarju tal-kombustjoni interna użat għall-propulsjoni prinċipali; jew.

.2

makkinarju tal-kombustjoni interna użat għal skopijiet oħra barra dawk ta’ propulsjoni prinċipali fejn tali makkinarju għandu potenza totali ta’ produzzjoni ta’ l-enerġija ta’ mhux anqas minn 375 kW; jew.

.3

kwalunkwe kaldarun li jitħaddem biż-żejt jew unità tal-karburant taż-żejt.

.15

Sistema ta’ l-attwazzjoni tal-potenza huwa t-tagħmir idrawliku pprovdut biex iforni l-enerġija biex idawwar il-lasta tat-tmun, li fih unità jew unitajiet li jħaddmu l-makkinarju li jdawwar, flimkien mal-pajpijiet u partijiet relatati u azzjonatur tat-tmun. Is-sistemi ta’ l-attwazzjoni ta’ potenza jistgħu jaqsmu komponenti mekkaniċi komuni, i.e. il-laċċ, kwadranti u l-lasta tat-tmun, jew komponenti li jservu funzjoni bħal din.

.16

Stazzjonijiet tal-kontroll huma dawk l-ispazji li fihom jinstab it-tagħmir tar-radju jew it-tagħmir prinċipali tan-navigazzjoni jew is-sors ta’ potenza ta’ l-emerġenza jew fejn huwa ċċentralizzat it-tagħmir tal-kontroll tan-nirien.

PARTI B

STABILITÀ INTATTA, SUDDIVŻJONI U STABILITÀ TAD-DANNI

1   Riżoluzzjoni A.749 (18) ta’ l-istabilità intatta

BASTIMENTI TAL-KLASSI ĠDIDA A, B, Ċ U D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

Kull klassi ta’ bastimenti ġodda ta’ 24 metru tul jew aktar għandu jikkonforma mad-disposizzjonijiet rilevanti għall-bastimenti tal-passiġġieri tal-Kodiċi dwar l-Istabilità Intatta kif adottat fl-4 ta’ Novembru 1993 mill-IMO fit-18-il sessjoni ta’ l-Assemblea tagħha permezz tar-Riżoluzzjoni A.749 (18).

Meta l-Istati Membri jikkunsidraw mhux adegwata l-applikazzjoni tal-Kriterju ta’ Irjeħat Severi u Irrolljar (Severe Wind and Rolling Criterion) tar-Riżoluzzjoni tal-IMO A.749 (18), għandu jiġi applikat metodu ieħor li jiżgura stabilità sodisfaċenti. Dan għandu jiġi appoġġjat minn evidenza mill-Kummissjoni li tikkonferma li jintlaħaq livell ta’ sigurtà ekwivalenti.

BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI A U B TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

Kull bastiment eżistenti tal-klassi A u B għandu, f’kull kondizzjoni ta’ tagħbija, jissodisfa l-kriterji ta’ l-istabilità li ġejja wara l-korrezzjoni dovuta għall-effett tal-wiċċ ħieles tal-likwidi fit-tankijiet b’mod konformi mal-presupposti ta’paragrafu 3.3 tar-Riżoluzzjoni A.749 (18) ta’ l-IMO, jew l-ekwivalenti.

(a)

l-erja taħt il-kurvatura tal-lieva li tikkoreġi (kurvatura GZ) m’għandhiex tkun ta’ anqas minn:

(i)

raġġ ta’ 0,055 metru-radjan sa angolu ta’ l-għarqud ta’ 30 °;

(ii)

0,09 metru-radjan sa angolu ta’ l-għarqud jew ta’ 40 ° jew l-angolu ta’ l-għargħar, i.e. l-angolu tal-għarqud li fih it-truf t’isfel ta’ kwalunkwe fetħa fil-buq, super-struttura jew kmamar ta’ fuq il-gverta, li huma ftuħ li ma jistgħux jiġu magħluqa b’mod li ma jgħaddix ilma, ikunu mgħaddsa, jekk dak l-angolu jkun ta’ anqas minn 40 °

(iii)

0,03 metru-radjan ta’ bejn l-angoli ta’ l-għarqud ta’ 30 ° u ta’ 40 °jew bejn 30 ° u l-angolu ta’ l-għargħar jekk l-angolu ikun ta’ anqas minn 40 °

(b)

il-kurvatura tal-lieva li tikkoreġi (kurvatura GZ) għandha tkun ta’ mill-anqas 0,20 metru f’ angolu ta’ l-għarqud ugwali jew akbar minn 30 °

(ċ)

Il-kurvatura massima tal-lieva li tikkoreġi GZ għandha ssir f’angolu ta’ l-għarqud li preferibbilment jaqbeż it-30 ° iżda ta’ mhux anqas minn 25 °.

(d)

L-għoli inizjali metaċentriku transversiv m’għandux ikun ta’ anqas minn 0,15 metru.

Il-kondizzjonijiet tat-tagħbija li jridu jiġu kkunsidrati sabiex jivverifikaw il-konformità mal-kriteji ta’ l-istabilità msemmija hawn fuq għandhom jinkludu ta’ l-anqas dawk stabbiliti fil-paragrafu 3.5.1.1 tar-Riżoluzzjoni A.749 (18) ta’ l-IMO.

Il-bastimenti eżistenti kollha tal-klassijiet A u B li għandhom tul ta’ 24 metru jew aktar għandhom ukoll jikkonformaw mal-kriterji addizzjonali kif mogħtija mir-Riżoluzzjoni A.749 (18) ta’ l-IMO, paragrafu 3.1.2.6 (kriterji addizzjonali għall-bastimenti tal-passiġġieri) u paragrafu 3.2 (Kriterju ta’ Irjeħat Severi u Irrolljar (Severe Wind and Rolling Criterion)).

Meta l-Istati Membri jikkunsidraw mhux adegwata l-applikazzjoni tal-Kriterju ta’ Irjeħat Severi u Irrolljar (Severe Wind and Rolling Criterion) ta’ A.749 (18), għandu jiġi applikat metodu ieħor li jiżgura stabilità sodisfaċenti. Dan għandu jiġi appoġġjat minn evidenza mill-Kummissjoni li tikkonferma li jintlaħaq livell ekwivalenti ta’ sigurtà sodisfaċenti.

2   Subdiviżjoni fejn ma jidħolx ilma

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Kull bastiment għandu jiġu suddiviż bil-paratiji li m’għandhomx jippermettu d-dħul ta’ ilma sal-gverta tal-paratija, f’kompartimenti li fihom ilma ma jidħolx li t-tul massimu tagħhom irid jiġi kkalkulat konformement mar-rekwiżiti speċifiċi mogħtija hawnhekk.

Minflok dawn ir-rekwiżiti, ir-Regolamenti dwar is-suddiviżjoni u l-istabilità tal-bastimenti tal-passiġġieri bħala ekwivalenti għall-Parti B ta’ Kapitolu II tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1960, kif mogħtija fir-Riżoluzzjoni A.265 (VIII) ta’ l-IMO, jistgħu jiġu użati, jekk jiġu applikati fl-intier tagħhom.

Kull porzjon ieħor ta’ l-istruttura interna li taffettwa l-effiċjenza tas-suddiviżjoni tal-bastiment għandha tkun ta’ tip li ma tippermettix li jidħol ilma fiha.

3   Tul li jista’ jiġi milqut mill-għargħar (R 4)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:.

.1

It-tul li jista’ jiġi milqut mill-għargħar f’punt stabbilit huwa l-porzjon massimu tat-tul tal-bastiment, li għandu ċ-ċentru tiegħu fil-punt partikolari, li jista’ jiġi milqut mill-għargħar, taħt l-ipotesi tal-permeabilità mogħtija hawn taħt, mingħajr ma l-bastiment jitgħatta taħt il-linja tal-marġini.

.2

Fil-każ ta’ bastiment li m’għandux gverta kontinwa tal-paratija, it-tul li jista’ jiġi milqut mill-għargħar f’kull punt jista’ jiġi ddeterminat fuq ipotesi ta’ linja ta’ marġini kontinwa li fl-ebda punt mhija anqas minn 76 mm taħt il-wiċċ tal-gverta fuq in-naħa li l-paratiji kkonċernati u l-qafas jinġarru mingħajr ma jgħaddi ilma.

.3

Fejn porzjon tal-linja tal-marġini ipotetika li tkun b’mod sinifikattiv taħt il-gverta li fuqha jkunu qed jinġarru l-paratiji, l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti rilassament limitat fil-bżonn li ma jippermettix li jidhol ilma f’dawk il-porzjonijiet tal-paratiji li huma 'l fuq mil-linja tal-marġini u immedjatament taħt l-ogħla gverta.

4   Tul permess tal-kompartimenti (R 6)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

It-tul massimu permess ta’ komparatament li għandu ċ-ċentru tiegħu fi kwalunkwe punt mit-tul tal-bastiment jinħadem mit-tul li jista’ jiġi milqut mill-għargħar billi jiġi mmultiplikat dan ta’ l-aħħar b’fattur adatt imsejjaħ il-fattur tas-suddivżjoni.

5   Il-permeabilità (R 5)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B,Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

L-ipotesi definittivi li għalihom saret referenza fir-Regolament 3 dwar il-permeabilità ta’ l-ispazji li qegħdin taħt il-linja tal-marġini.

Sabiex jiġi ddeterminat it-tul li jista’ jiġi milqut mill-għargħar, il-permeabilità medja ipotizzata ta’ l-ispazji li qegħdin taħt il-linja tal-marġini għandha tiġi indikata fit-tabella fir-Regolament 8.3.

6   Il-fattur tas-suddiviżjoni

Il-fattur tas-suddiviżjoni għandu jkun:

GĦALL-BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U GĦALL-BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B RO-RO:

1,0 meta n-numru ta’ persuni li l-bastiment huwa ċċertifikat li jġorr huwa ta’ anqas minn 400, u

0,5 meta n-numru ta’ persuni li l-bastiment huwa ċċertifikat li jġorr huwa ta’ 400 jew aktar.

Il-bastimenti tal-passiġġieri eżistenti tal-klassi B ro-ro għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit sa mhux aktar tard mid-data tal-konformità stabbilita fir-Regolament II-1/B/8-2, paragrafu 2.

GĦALL-BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B RO-RO: 1,0

7   Rekwiżiti speċjali relatati mas-suddivżjoni tal-bastiment (R 7)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Meta f’parti jew partijiet ta’ bastiment il-paratiji li ma jippermettux li fihom jidħol l-ilma jinġarru għall-gverta ogħla milli hemm fil-kumplament tal-bastiment u hemm ix-xewqa li jittieħed vantaġġ mill-estensjoni ogħla tal-paratiji sabiex jiġi kkalkulat it-tul li jista’ jiġi milqut mill-għargħar, jistgħu jintużaw linji tal-marġini separati għal kull waħda mill-partijiet tal-bastiment, kemm-il darba:

.1

il-ġnub tal-bastiment huma estiżi matul it-tul tal-bastiment sal-gverta li tikkorrispondi mal-linja tal-marġini ta’ fuq u l-fetħiet kollha fil-kisi fil-pjattaforma tal-qafas taħt il-gverta matul it-tul tal-bastiment huma kkunsidrata li qegħdin taħt il-linja tal-marġini, għall-finijiet tar-Regolament 15; u.

.2

iż-żewġ kompartimenti li qegħdin ħdejn “it-tarġa” fil-gverta tal-paratija huma t-tnejn fil-limitu tat-tul permess li jikkorrispondi mal-linji tal-marġini tagħhom, u, magħdud ma’ dan, it-tul konġunt tagħhom ma jaqbiżx id-doppju tat-tul permess ibbażat fuq il-linja tal-marġini li qiegħda l-aktar fil-baxx.

.2

Kompartiment jista’ jaqbeż it-tul permess stabbilit mir-regoli tar-Regolament 4 kemm-il darba li t-tul kombinat ta’ kull par ta’ kompartimenti ħdejn xulxin li għalihom il-kompartimenti in kwistjoni huwa komuni m’għandux jaqbeż kemm it-tul li jista; jintlaqat mill-għargħar jew id-doppju tat-tul permess, liema minnhom ikun l-anqas.

.3

Il-paratija prinċipali trażversa tista’ tiġi mwarrba kemm-il darba kull parti li twarrab dan ikun il-ġewwa mill-uċuħ vertikali fiż-żewġ naħat tal-bastiment, li jinstabu imwarrba b’distanza mill-kisi tal-pjattaforma tal-qafas ugwali għal kwint mill-wisa’ tal-bastiment, u mkejjel f’angoli dritti għal-linja ċentrali fil-livell tal-linja tat-tagħbija suddiviża l-aktar profonda Kwalunkwe parti ta’ daħla li toqgħod 'il barra minn dawn il-limiti għandha tiġi kkunsidrata bħala tarġa b’mod konformi mal-paragrafu 6.“pakāpienu” saskaņā ar 6. punktu.

.4

Fejn paratija prinċipali trażversa tiġi mdaħħla jew imtarrġa, paratija ekwivalenti mimduda għandha tiġi użata sabiex tiġi stabbilita s-suddiviżjoni.

.5

Fejn kompartiment prinċipali trażvers fih suddiviżjoni lokali u l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera hija sodisfatta li, wara kwalunkwe dannu preżunt magħmul fil-ġenb jestendi għal aktar mit-tul ta’ 3,0 metri kif ukoll 3 % tat-tul ta’ bastiment jew 11,0-il metru, jew 10 % tat-tul tal-bastiment skond liema minnhom ikun l-anqas, il-volum sħiħ tal-kompartiment prinċipali m’għandux jiġi mgħarraq, għandha titħalla żieda proporzjonata għat-tul permess li kieku kien ikun meħtieġ għal tali kompartiment. F’dak il-każ il-volum ta’ kemm iżomm f’wiċċ l-ilma effettiv ipotizzat fuq il-parti li ma tkunx sofriet danni m’għandux ikun akbar minn dak ipotizzat fuq il-parti li fiha hemm id-dannu.

Tolleranza taħt dan il-paragrafu għandha ssir biss jekk tali tolleranza mhix probabbli li ttellef il-konformità mar-Regolament 8.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.6

Paratija prinċipali trażversa tista’ tkun imtarrġa kemm-il darba tissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

.1

It-tul ikkombinat taż-żewġ kompartimenti, separati mill-paratija in kwistjoni, ma taqbiżx jew id-90 % tat-tul li jista’ jintlaqat mill-għargħar jew d-doppju tat-tul permess, ħlief li, f’bastimenti li għandhom fattur tas-suddiviżjoni ugwali għal 1, it-tul ikkombinat taż-żewġ kompartimenti in kwistjoni m’għandux jaqbeż it-tul permess;

.2

suddiviżjoni addizzjonali hija pprovduta permezz tat-tarġa sabiex jinżamm l-istess livell ta’ sigurtà bħal dak li jkun hemm f’paratija tal-pjanċa;

.3

il-kompartiment li fuqu testendi t-tarġa ma jaqbiżx it-tul permess li jikkorrispondi mal-linji ta’ marġini meħuda 76 mm taħt it-tarġa.

.7

F’bastimenti ta’ 100 metru fit-tul u aktar, waħda mill-paratiji prinċipali trażversi lejn il-poppa fejn il-biċċa ta’ quddiem ta’ l-istiva tal-bastiment għandha tiġi mwaħħla f’distanza mill-perpendikular ta’ quddiem li mhux akbar mit-tul permess.

.8

Jekk id-distanza bejn żewġ paratiji prinċipali trażversi ħdejn xulxin, jew il-paratiji tal-planka ekwivalenti għalihom, jew id-distanza bejn il-pjani trażversi li jgħaddu mill-eqreb partijiet imtarrġa tal-paratiji, hija ta’ anqas minn 3,0 metri kif ukoll 3 % tat-tul tal-bastiment, jew 11,0-il metru, jew 10 % tat-tul tal-bastiment, liema minnhom ikun l-anqas, waħda minn dawn il-paratiji biss tista’ tiġi meqjusa li tifforma parti mis-suddiviżjoni tal-bastiment.

.9

Fejn il-fattur tas-suddiviżjoni meħtieġ huwa ta’ 0,50, it-tul kombinat ta’ kwalunkwe żewġ kompartimenti ħdejn xulxin m’għandux jaqbeż it-tul li jista’ jiġi milqut mill-għargħar.

8   Stabbiltà f’kondizzjonijiet ta’ danneġġ (R 8)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1

Għandha tiġi pprovduta stabbiltà suffiċjenti fil-kondizzjonijiet kollha tas-servizz sabiex il-bastiment jitħalla jissapporti l-aħħar stadju ta’ l-għargħar ta’ kwalunkwe wieħed mill-kompartimenti prinċipali li huma meħtieġa li jkunu fit-tul li jista’ jiġi affettwat mill-għargħar.

.1.2

Fejn żewġ kompartimenti prinċipali ħdejn xulxin huma separati minn parat li huwa mtarraġ taħt il-kondizzjonijiet ta’ Regolament 7.6.1, l-istabbiltà intatta għandha tkun adekwata biex tissapporti l-għargħar ta’ dawk iż-żewġ kompartimenti li qegħdin ħdejn xulxin.

.1.3

Fejn il-fattur meħtieġ tas-suddiviżjoni huwa ta’ 0,50, l-istabbiltà intatta għandha tkun adekwata biex tissapporti l-għargħar ta’ dawk iż-żewġ kompartimenti li qegħdin ħdejn xulxin.

.2.1

Ir-rekwiżiti ta’ subparagrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati b’kalkoli li huma f’konformi mal-paragrafi 3, .4 u .6 u li jikkunsidraw il-proporzjonijiet u l-karatteristiċi tad-disinn tal-bastiment u l-arranġament u l-konfigurazzjoni tal-kompartimenti li sofrew dannu. Meta jsiru dawn il-kalkoli l-bastiment irid jitqies li huwa fl-agħar kondizzjoni tas-servizz fir-rigward ta’ l-istabbiltà.

.2.2

Fejn tkun maħsuba biex toqgħod fuq il-gverti, qxur ta’ ġewwa jew paratiji lonġitudinali ta’ djuq biżżejjed biex tiġi ristretta l-mixja ta’ l-ilma, konsiderazzjoni kif suppost għandha tittieħed għal dawn ir-restrizzjonijiet fil-kalkoli.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D U BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B RO-RO U BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI M’HUMIEX RO-RO, MIBNIJA FIL-JEW WARA D-29 TA’ APRIL 1990:

.2.3

L-istabbiltà meħtieġa fil-kondizzjoni finali wara d-dannu, u wara l-ekwalizzazzjoni fejn tkun ipprovduta, għandha tiġi stabbilita kif ġej:

.2.3.1

Il-kurvatura pożittiva tal-lieva li terġa’ lura f’postha għandha jkollha firxa minima ta’ 15 ° lil hinn mill-angolu ta’ l-ekwilibriju. Din il-firxa tista’ titnaqqas sa minimu ta’ 10 ° fil-każ li l-erja taħt il-kurvatura tal-lieva li terġa’ lura f’postha hija dik imsemmija f’subparagrafu 2.3.2 immultiplikata bil-proporzjon 15/firxa, fejn il-firxa hija mogħtija fi gradi.

.2.3.2

L-erja taħt il-kurvatura tal-lieva li terġa’ lura f’postha għandha tkun ta’ mill-anqas 0,015 m-rad, imkejla mill-angolu ta’ l-ekwilibriju sa l-anqas ta’:

.1

l-angolu li fih isir l-għargħar progressiv;

.2

22 ° (imkejjel mill-wieqaf) fil-każ ta’ għargħar ta’ kompartiment wieħed, jew 27 ° (imkejjel mill-wieqaf) fil-każ ta’ għargħar fl-istess ħin ta’ żewġ kompartimenti ħdejn xulxin.

.2.3.3

Kurvatura tal-lieva li terġa’ lura f’postha għandu jinkiseb fil-firxa ta’ l-istabbiltà pożittiva, wara li tittieħed in konsiderazzjoni l-akbar minn dawn il-momenti ta’ timjil:

.1

l-iffullar tal-passiġġieri kollha għal fuq naħa waħda;

.2

il-varar ta’ kull opra ta’ sopravivenza davit-launched mimli kollu fuq naħa waħda;

.3

minħabba l-pressjoni tar-riħ;

kif ikkalkulat mill-formula:

Formula

Madanakollu fl-ebda każ m’għandha l-lieva li treġġa’ lura tkun ta’ anqas minn 0,10 metri.

.2.3.4

Sabiex jiġu kkalkulati l-momenti ta’ mejl fil-paragrafu 2.3.3 għandhom isiru dawn l-ipotesi:

.1

Moment minħabba l-iffullar tal-passiġġieri:

.1.1

erba’ persuni kull metru kwadru;

.1.2

massa ta’ 75 kg għal kull passiġġier;

.1.3

il-passiġġieri għandhom jitqassmu fuq iż-żoni tal-gverta li jkunu disponibbli lejn naħa waħda tal-bastiment fuq il-gverti fejn jinstabu l-istazzjonijiet tal-ġmiegħ u b’tali mod li jipproduċu l-aktar moment ta’ timjil li jagħmel ħsara.

.2

Il-moment dovut għall-varar ta’ opra tas-sopravivenza davit-launched mimli kollu fuq naħa waħda:

.2.1

kull dgħajsa tas-sopravivenza u kull dgħajsa tas-salvataġġ imwaħħla man-naħa ta’ timjil tal-bastiment wara li jkun ġarrab dannu għandhom jitqiesu li tbandlu bis-sħiħ mimlija sa fuq u lesti biex jitniżżlu;

.2.2

għad-dgħajjes tas-sopravivenza li huma rranġati biex jiġu varati mimlija sa fuq mill-pożizzjoni fejn kienu merfugħa, għandu jittieħed l-akbar moment ta’ mejl matul il-varar;

.2.3

raff tas-sopravivenza davit-launched mimli kollu mwaħħal ma’ kull davit man-naħa lil fejn tmejjel il-bastiment wara li jkun ġarrab dannu għandu jitqies li tbandal mimli sa fuq u lest biex jitniżżel;

.2.4

persuni li ma jkunux bit-tagħmir li jsalva l-ħajja li huma mbandla m’għandhomx jipprovdu aktar timjil jew moment li jġib lura f’postu;

.2.5

it-tagħmir li jsalva l-ħajja li qiegħed fuq in-naħa tal-bastiment opposta għan-naħa li lejha tmejjel il-bastiment għandu jitqies li huwa f’pożizzjoni ta’ irfiegħ.

.3

Momenti minħabba l-pressjoni tar-riħ:

.3.1

klassi B: pressjoni tar-riħ ta’120 N/m2 li trid tiġi applikata;

klassijiet Ċ u D: pressjoni tar-riħ ta’80 N/m2 li trid tiġi applikata;

.3.2

l-erja applikabbli għandha tkun l-erja laterali proġettata tal-bastiment li qiegħda 'l fuq mil-linja sa fejn jasal l-ilma li tikkorrispondi mal-kondizzjoni intatta;

.3.3

l-id tal-mument għandha tkun distanza vertikali minn punt f’nofs il-fundar medju li jikkorrispondi mal-kondizzjoni intatta saċ-ċentru tal-gravità taż-żona laterali.

.2.4

Meta jseħħ għargħar progressiv maġġuri, meta dan jikkawża tnaqqis ta’ malajr fil-lieva li tikkoreġi ta’ 0,04 metri jew aktar, il-kurvatura tal-lieva li tikkoreġi għandha tiġi kkunsidrata kif terminata f’angolu li fih isir l-għargħar progressiv u l-firxa u ż-żona li għaliha saret referenza f’2.3.1 u 2.3.2 għandha tiġi mkejla sa dak l-angolu.

.2.5

F’każijiet fejn l-għargħar progressiv huwa ta’ natura limitata li ma tkomplix mingħajr ma tiġi mrażżna u tikkawża tnaqqis aċċettabbli fil-lieva li tikkoreġi ta’ anqas minn 0,04 metri, il-bqija tal-kurvatura għandha tinqata’ parzjalment billi jiġi presunt li l-ispazju li ġie maħkum mill-għargħar ġie maħkum mill-bidu.

.2.6

Fl-istadji intermedjarji ta’ l-għargħar, il-massimu li l-lieva li tikkoreġi għandha tkun ta’ lanqas 0,05 metri u l-firxa tal-lieva pożittiva li tikkoreġi għandha tkun ta’ lanqas 7. F’kull każ, għandhom jiġu preżunti kisra waħda fil-buq u wiċċ wieħed biss liberu.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3

Għall-finijiet li jsiru l-kalkoli ta’ l-istabbiltà bid-dannu l-volum u l-permeabiltajiet għandhom ikunu li ġejjin:

Spazji

Permeabilità

(%)

Approprijati għat-tagħbija jew ħażniet

60

Okkupati mill-akkomodazzjonijiet

95

Okkupati mill-makkinarji

85

Intiżi għall-likwidi

0 jew 95 (*)

Permeabilitajiet għola tal-wiċċ għandhom jiġu presunti fir-rigward ta’ spazji li, fil-viċinanza tal-pjanċa ta’ l-ilma danneġġat, m’għandhom l-ebda kwantità sostanzjali ta’ akkomodazzjoni jew makkinarju u spazji li ma jiġux okkupati ġeneralment minn kwantità sostanzjali tat-tagħbija jew ħażniet.

.4

Il-firxa tad-danni presunti għandhom jkun li ġej:

.1

il-firxa lonġitudinali: 3,0 metri u 3 % tat-tul tal-bastiment miżjuda, jew 11,0 metri jew 10 % tat-tul tal-bastiment, liema minnhom tkun lanqas;

.2

il-firxa trażversa (imkejjel 'il-ġewwa mill-ġenb tal-bastiment, f’angoli dritti għal-linja taċ-ċentru fil-livell tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda): distanza ta’ kwint mill-wisa’ tal-bastiment; u

.3

il-kwantu vertikali: mil-linja tal-bażi 'l fuq mingħajr limitu;

.4

jekk jirriżulta kull dannu ta’ kwantu aktar baxx minn dak indikat f’ 4.1,.4.2 jew.4.3 li jwassal għal kondizzjoni aktar gravi dwar il-mejl jew telf tat-tul metaċentriku, tali dannu għandu jiġi preżunt fil-kalkoli.

.5

L-għargħar li ma jkunx simetriku għandu jinżamm f’minimu konsistenti ma’ l-arranġamenti effiċjenti. Fejn ikun meħtieġ li jiġu kkoreġuti angoli kbar ta’ mejl, il-mezz li jintuża għandu, fejn ikun prattikabbli, ikun li jista’ jsir minnhom stess, madankollu f’kull każ fejn ikunu pprovduti l-kontrolli għat-tagħmir ta’ l-għargħar inkroċjat dawn għandhom jintħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratiji. Għal bastimenti ġodda tal-klassi B, Ċ u D l-angolu tal-mejl massimu wara l-għargħar madankollu qabel l-ekwalizzazzjoni m’għandhiex taqbeż il-15 °. Fejn it-tagħmir ta’ l-għargħar inkroċjat huwa meħtieġ il-ħin għall-ekwalizzazzjoni m’għandux jaqbeż il-15-il minuta. Għandha tiġi pprovduta informazzjoni adegwata dwar l-użu tat-tagħmir ta’ l-għargħar inkroċjat lill-kaptan tal-bastiment.

.6

Il-kondizzjonijiet finali tal-bastiment wara d-daneġġ u, fil-każ ta’ għargħar mhux simetriku, wara li jkun ittieħed il-kejl ta’ l-ekwalizzazzjoni għandhom ikunu kif ġej:

.1

fil-każ ta’ għargħar simetriku għandu jkun hemm għoli residwu metaċentriku pożittiv ta’ mill-anqas 50 mm kif ikkalkulat mill-metodu ta’ l-ispostament kostanti;

.2a

sakemm ma jkunx hemm provvediment kuntrarju fil-paragrafu 6.2b, fil-każ ta’ għargħar mhux simetriku ta’ mejl għall-għargħar ta’ kompartiment wieħed m’għandux jaqbeż is-7 ° għall-bastimenti tal-klassi B (ġodda u eżistenti) u 12 ° għall-klassijiet tal-bastimenti Ċ u D (ġodda).

Għall-għargħar fl-istess ħin ta’ żewġ kompartimenti ħdejn xulxin, jista’ jiġi permess timjil ta’ 12 ° għall-bastimenti tal-klassi B li jeżistu diġà jew li huma ġodda, kemm-il darba li l-fattur tas-suddiviżjoni ma jkun imkien akbar minn 0,50 f’dik il-parti tal-bastiment li ġiet milquta mill-għargħar;

.2b

għall-bastimenti tal-passiġġieri li m’humiex ro-ro tal-klassi B li jeżistu, mibnija qabel id-29 ta’ April 1990, fil-każ ta’ għargħar mhux simetriku, l-angolu m’għandux jaqbeż is-7 °, ħlief f’każi eċċezzjonali l-Amministrazzjoni tista’ tħalli timjil miżjud minħabba l-moment mhux simetriku, imma fl-ebda każ it-timjil finali m’għandu jaqbeż il-15 °.

.3

fl-ebda każ il-linja tal-marġini għandha tkun mgħaddsa fl-istadju finali ta’ l-għargħar. Jekk ikun ikkunsidrat li l-linja tal-marġini tista’ tiġi mgħaddsa matul l-istadju intermedjarju ta’ l-għargħar, l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ titlob tali investigazzjonijiet u arranġamenti kif tikkunsidra meħtieġ għas-sigurtà tal-bastiment.

.7

Il-kaptan tal-bastiment għandu jiġi pprovdut bil-fatti magħrufa (“data”) meħtieġa biex tinżamm stabbiltà suffiċjenti intatta taħt il-kondizzjonijiet tas-servizz li jippermetti lill-bastiment jissaporti d-dannu kritiku. Fil-każ ta’ bastimenti li għandhom bżonn l-għargħar inkroċjat, il-kaptan tal-bastiment għandu jiġi informat bil-kondizzjonijiet ta’ l-istabbiltà li fuqhom huma bbażati l-kalkoli tal-timjil u għandu jiġi mwissi li jista’ jirriżulta timjil eċċessiv jekk il-bastiment isofri dannu meta jkun f’kondizzjoni anqas favorevoli.

.8

Il-fatti magħrufa (“data”) li għalihom saret referenza fil-paragrafu 7 biex tiżgura li l-kaptan iżomm stabbiltà suffiċjenti intatta għandha tinkludi informazzjoni li tindika l-għoli massimu permess taċ-ċentru tal-gravità tal-bastiment 'il fuq mill-prim (KG), jew alternattivament l-għoli metaċentriku minimu permess (GM), għal sensiela ta’ fond (draughts) jew spostamenti li huma biżżejjed biex jinkludu l-kondizzjonijiet kollha tas-servizz. L-informazzjoni għandha turi l-influwenza ta’ laqtiet varji wara li jiġu kkunsidrati l-limiti operattivi.

.9

Kull bastiment għandu jkollu skali ta’ fundar (draughts) immarkati b’mod ċar fil-pruwa u fil-poppa. Fil-każ meta l-marki tal-fond (draught) ma jinstabux fejn ikunu jistgħu jinqraw b’faċilità, jew restrizzjonijiet fit-tħaddim jagħmluha diffiċli biex taqra l-marki tal-fond (draught), il-bastiment għandu jkollu ukoll imwaħħla sistema ta’ min joqgħod fuqha li timmarka l-fond (draught) li permezz tagħha jkunu jistgħu jiġu indikati l-fondi (draughts) tal-pruwa u tal-poppa.

.10

Mat-tlestija tat-tagħbija fuq il-bastiment u qabel ma jitlaq, il-kaptan għandu jistabbilixxi l-laqtiet tal-bastiment u l-istabbiltà kif ukoll jiżgura u jirreġistra li l-bastiment huwa konformi mal-kriteju ta’ l-istabbiltà fir-Regolamenti relevanti. Id-determinazzjoni ta’ l-istabbiltà tal-bastiment għandha dejjem issir b’kalkolu. Kompjuter elettroniku tat-tagħbija u l-istabbiltà jew mezzi ekwivalenti jistgħu jintużaw għal din ir-raġuni.

.11

L-ebda rilassament mill-ħtiġijiet għall-istabbiltà tad-dannu ma’ jista’ jiġi kkunsidrat mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera kemm-il darba jintwera li l-għoli metaċentriku intatt f’kull kondizzjoni tas-servizz neċessarji biex jissodisfa dawn il-ħtiġijiet hija eċċessiva għas-servizz maħsub.

.12

Ir-rilassamenti mill-ħtiġijiet għall-istabbiltà tad-dannu għandha tiġi permessa biss f’każijiet eċċezzjonali u suġġetta għall-kondizzjoni li l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera għandha tkun sodisfatta li l-proporzjonijiet, arranġamenti u l-karatteristiċi l-oħra tal-bastiment huma l-aktar favorevoli għall-istabbiltà wara d-danneġġ li jista’ jiġu adottati b’mod prattiku u raġonevoli fiċ-ċirkostanzi partikolari.

8-1   L-istabbiltà tal-bastimenti tal-passiġġieri f’kondizzjonijiet danneġġati (R 8-1)

BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B RO-RO:

.1

Il-bastimenti tal-passiġġieri eżistenti għandhom jikkonformaw mar-Regolament 8 sa mhux aktar tard mid-data ta’ l-ewwel survej perjodiku wara d-data tal-konformità stabbilita hawn taħt, konformement mal-valur ta’ l-A/Amax kif imfissra fl-Anness tal-Proċedura tal-Kalkolu biex Jistmaw il-Karatteristiċi tas-Sopravivenza tal-Bastimenti tal-Passiġġieri Ro-Ro Eżistenti meta jużaw Metodu Simplifikat Ibbażat Fuq Riżoluzzjoni A.265 (VIII), żviluppata mill-Kumitat għas-Sigurtà Marittimu fid-59 sessjoni f’Ġunju ta’ l-1991 (MSC/Circ. 574):

Valur ta’ A/Amax:

Data tal-konformità:

inqas minn 85 %

fl-1 ta’ Ottubru 1998.

85 % jew aktar iżda inqas minn 90 %

fl-1 ta’ Ottubru 2000.

90 % jew aktar iżda inqas minn 95 %

fl-1 ta’ Ottubru 2002.

95 % jew aktar iżda inqas minn 97,5 %

fl-1 ta’ Ottubru 2004.

97,5 % jew aktar

fl-1 ta’ Ottubru 2005.

8-2   Il-ħtiġijiet speċjali għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro li jġorru 400 persuna jew aktar (R 8-2)

GĦALL-BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U GĦALL-BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-PASSIĠĠIERI TAL-KLASSI B RO-RO:

Minkejja d-disposizzjonijiet tar-Regolament II-1/B/8 u II-1/B/8-1:.

.1

bastimenti ġodda tal-passiġġieri roro ċċertifikati biex iġorru 400 persuna jew aktar għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2.3 ta’ Regolament II-1/B/8, wara li jassumu li d-daneġġ ikun sar fejn ikun matul it-tul tal-bastiment L; u

.2

bastimenti tal-passiġġieri ro-ro li jeżistu diġà ċertifikati biex iġorru 400 persuna jew aktar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mid-data ta’ l-ewwel stħarriġ perjodiku wara d-data tal-konformità stabbilita f’subparagrafu 2.1, 2.2 jew 2.3 skond liema minnhom jiġi l-aħħar:

.2.1

Valur ta’ A/Amax:

Data tal-konformita’:

inqas minn 85 %

fl-1 ta’ Ottubru 1998.

85 % jew aktar iżda inqas minn 90 %

fl-1 ta’ Ottubru 2000.

90 % jew aktar iżda inqas minn 95 %

fl-1 ta’ Ottubru 2002.

95 % jew aktar iżda inqas minn 97,5 %

fl-1 ta’ Ottubru 2004.

97,5 % jew aktar

fl-1 ta’ Ottubru 2010.

.2.2

Numru ta’ persuni permessi li jiġu ttrasportati:

1 500 jew aktar

fl-1 ta’ Ottubru 2002.

1 000 jew aktar iżda inqas minn 1 500

fl-1 ta’ Ottubru 2006.

600 jew aktar iżda inqas minn 1 000

fl-1 ta’ Ottubru 2008.

400 jew aktar iżda inqas minn 600

fl-1 ta’ Ottubru 2010.

.2.3

Żmien li għandu l-bastiment ugwali jew aktar minn 20 sena:

meta ż-żmien li għandu l-bastiment ifisser iż-żmien magħdud mid-data li fiha tpoġġiet il-prim jew id-data li fiha kienet fi stadju simili tal-kostruzzjoni jew mid-data li fiha l-bastiment ġie kkonvertit għall-bastiment tal-passiġġieri ro-ro.

8-3   Rekwiżiti speċjali għall-bastimenti tal-passiġġieri, li m’humiex bastimenti tal-passiġġieri ro-ro, li jġorru 400 persuna jew aktar

BASTIMENTI TAL-KLASSI B, Ċ U D, MIBNIJA FIL-JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003, LI M’HUMIEX BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI RO-RO.

Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ Regolament II-1/B/8 bastimenti tal-passiġġieri, li m’humiex bastimenti tal-passiġġieri ro-ro, ċertifikati biex iġorru aktar minn 400 persuna għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2.3 u 2.6 tar-Regolament II-1/B/8, wara li jassumu li d-dannu jkun sar fejn ikun matul it-tul tal-bastiment L.

9   Paratiji ta’ l-ispazju tal-makkinarju u l-quċċati (R 10)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Paratija tal-biċċa ta’ quddiem jew tal-ħabta għandu jkun mgħammar ħalli ma jidħolx ilma sal-gverta tal-parat. Din il-paratija għandha tinstab f’distanza mill-perpendikulari

.2

Fejn kwalunkwe parti mill-bastiment li qiegħda taħt il-linja sa fejn jasal l-ilma testendi 'l quddiem mill-perpendikulari, eż. pruwa bulbali, id-distanzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitkejlu minn punt jew:

.1

f’nofs it-tul ta’ tali estenzjoni; jew

.2

f’distanza ta’ 1,5 % tat-tul tal-bastiment 'il quddiem mill-perpendikulari 'l quddiem; jew

.3

f’distanza ta’ 3 metri 'l-quddiem mill-perpendikulari,

liema minnhom tagħti l-iżgħar kejl.

.3

Fejn hemm imwaħħla superstruttura twila 'l quddiem, il-paratija tal-biċċa ta quddiem jew tal-ħabta għandha testendi li ma jidħolx ilma sal-gverta mimlija li jmiss li tkun 'il fuq mill-gverta tal-paratija. L-estensjoni għandha tiġi rranġata sabiex tevita l-possibbiltà li l-bieb tal-pruwa jikkawżalha dannu fil-każ ta’ dannu lill-, jew stakkament ta’, bieb tal-pruwa.

.4

L-estensjoni meħtieġa fil-paragrafu 3 m’hemmx bżonn tkun imwaħħla direttament fuq il-paratija hawn taħt kemm-il darba kull parti ta’ l-estensjoni ma jkunux jinstabu 'l quddiem aktar mil-limitu ta’ kemm jistgħu jkunu 'l quddiem imsemmi fil-paragrafu 1 jew f’pargrafu 2.

Madanakollu f’bastimenti eżistenti tal-klassi B:

.1

fejn rampa għat-tagħbija qiegħda għat-telgħa tifforma parti mill-estensjoni tal-paratija tal-ħabta 'l fuq mill-gverta tal-paratija, il-parti tar-rampa li hija aktar minn 2,3 metri 'l fuq mill-gverta tal-paratija tista’ testendi sa mhux aktar minn 1,0 metru aktar il quddiem mil-limiti ta’ kemm jistgħu ikunu 'l quddiem imsemmija fil-paragrafi 1 u 2;

.2

fejn ir-rampa eżistenti ma tikkonformax mar-rekwiżiti għall-aċċettazzjoni bħala estenzjoni għall-paratija tal-ħabta u l-pożizzjoni tar-rampa tevita li l-ippustjar ta’ tali estenzjoni fil-limiti speċifikati fil-paragrafu 1 jew paragrafu 2, l-estenzjoni tista’ titpoġġa f’distanza limitata 'l fuq mil-limitu ta’ kemm tista’ tkun 'il fuq kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew paragrafu 2. Id-distanza limitata 'l fuq m’għandhiex tkun aktar milli huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li m’hemmx interferenza mar-rampa. L-estenzjoni għall-paratija tal-ħabta għandha tinfetaħ 'il quddiem u tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 3 u għandha tkun irranġata b’mod sabiex tevita l-possibbiltà li r-rampa tikkawżalha dannu fil-każ ta’ dannu lill-, jew jekk tinqala’, ir-rampa.

.5

Rampi li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti imsemmija hawn fuq m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala estenzjoni tal-paratija tal-ħabta.

.6

F’bastimenti eżistenti tal-klassi B, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 u 4 japplikaw mid-data ta’ l-ewwel survej perjodiku waral-1 ta’ Lulju 1998.

.7

Paratija 'l isfel mill-quċċata, u l-paratiji li jikkondividu l-ispazju tal-makkinarju, mill-ispazji tat-tagħbija u tal-passiġġieri 'l quddiem u lura, għandhom ukoll jitwaħħlu u magħmula li ma jidħlilhomx ilma sal-gverta tal-paratija. Il-paratija 'l isfel mill-quċċata tista’, madanakollu, tkunu mtarrġa taħt il-gverta tal-paratija, kemm-il darba li l-grad tas-sigurtà tal-bastiment rigward is-suddiviżjoni mhix b’hekk imnaqqsa.

.8

F’kull każ t-tubi tal-poppa għandhom jingħalqu fi spazji li fihom ma jidħolx ilma. Il-glandola tal-poppa għandha tinstab f’mina bix-xaft li ma jidħolx ilma fiha jew spazju ieħor separat mill-kompartiment tat-tubu tal-poppa u ta’ tali volum li, jekk mgħarrqa bi tnixxija mill-glandola tal-poppa, il-linja tal-marġini ma tgħodosx taħt l-ilma.

10   Qiegħan doppji (R 12)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TA’ KLASSI B, U BASTIMENTI ĠODDA MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003 B’TUL TA’ 24 METRU U AKTAR.

.1

Fil-bastimenti ġodda tal-klassi B, Ċ u D u bastimenti eżistenti tal-klassi B, bastimenti ġodda mibnija fil-jew wara l-1 ta’ Jannar 2003 b’tul ta’ 24 metru u 'l fuq, għandu jitwaħħal qiegħ doppju li jestendi mill-paratija ta’ quddiem sal-paratija ta’ wara sa fejn dan ikun prattikabbli u kumpatibbli mad-disinn u t-tħaddim kif suppost tal-bastiment.

.1

F’bastimenti ta’ tul ta’ 50 metru u aktar iżda ta’ anqas minn 61 metru, qiegħ doppju għandu jitwaħħal ta’ l-anqas mill-ispazju tal-makkinarju sal-paratija ta’ quddiem, jew fil-qrib tagħha sa fejn ikun possibbli.

.2

F’bastimenti ta’ tul ta’ 61 metru u aktar iżda ta’ anqas minn 76 metru, għandu jitwaħħal qiegħ doppju ta’ l-anqas mill-ispazju tal-makkinarju sal-paratija ta’ quddiem u ta’ wara, jew qrib tagħha sa fejn ikun possibbli.

.3

F’bastimenti tat-tul ta’ 76 metri fit-tul u 'l fuq, għandu jitwaħħal qiegħ doppju f’nofs il-bastiment u għandu jestendi sal-paratija ta’ quddiem u ta’ wara jew qrib sa fejn ikun prattikabbli.

.2

Fejn ikun meħtieġ qiegħ doppju l-fond tiegħu għandu jikkonforma ma’ l-istandards ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta u l-qiegħ ta’ ġewwa għandu jitkompla 'l barra mal-ġnub tal-bastiment f’tali manjiera sabiex jipproteġi l-qiegħ sad-dawra tal-qiegħ tal-bastiment. Tali protezzjoni għandha titqies sodisfaċenti jekk il-linja tal-qasma tat-tarf ta’ barra tal-folja tal-marġini bil-kisi tal-qiegħ tal-bastiment mhix baxxa aktar f’kull parti mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt tal-qasma bil-linja tal-qafas f’nofs il-bastiment ta’ linja dijagonali trażversa inklinata f’25 ° għal-linja tal-bażi u taqsamha f’punt nofs il-wisa’ ffurmata tal-bastiment mil-linja tan-nofs.

.3

Bjar żgħar mibnija fil-qiegħ doppju f’konnessjoni ma’ l-arranġamenti tad-drenaġġ ta’ l-istivi eċċ., m’għandhomx jinżlu 'l isfel aktar milli huwa meħtieġ. Il-fond tal-bir fl-ebda każ m’għandu jkun ta’ aktar mill-fond b’460 mm imnaqqsa mill-qiegħ doppju fil-linja taċ-ċentru, u l-bir m’għandux lanqas jestendi aktar 'l isfel mill-pjan orizzontali li għalih saret referenza fil-paragrafu 2. Bir li jestendi sal-qiegħ ta’ barra nett huwa, madankollu, permess fit-tarf ta’ l-aħħar tal-mina tax-xaft. Bjar oħra (eż. għaz-zejt tal-lubrikazzjoni taħt il-magni) jistgħu jitħallew mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera jekk tkun sodisfatta li l-arranġamenti jagħtu protezzjoni ekwivalenti għal dik mogħtija minn qiegħ doppju li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

.4

Qiegħ doppju m’hemmx bżonn jitwaħħal bil-mod ta’ kompartimenti ta’ daqs moderat li ma jidħolx ilma fihom li jintużaw esklussivament għall-ġarr tal-likwidi, kemm-il darba li s-sigurtà tal-bastiment, fil-każ ta’ dannu lill-qiegħ jew lill-ġenb, ma jkunx effettwat, fil-fehma ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera.

.5

Minkejja paragrafu 1 ta’ dan ir-regolament 10, l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti biex ma jkunx hemm qiegħ doppju f’kull parti tal-bastiment li hija suddiviża b’fattur li ma jaqbiżx 0,5, jekk tkun sodisfatta li qiegħ doppju f’dik il-parti ma jkunx kompatibbli mad-disinn u mat-tħaddim kif imiss tal-bastiment.

11   L-għotja, immarkar u reġistrazzjoni ta’ linja tas-suddiviżjoni tat-tagħbija (R 13)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Sabiex jinżamm il-grad meħtieġ tas-suddiviżjoni, linja tat-tagħbija li tikkorrispondi mal-fond tas-suddiviżjoni approvata għandha tiġi mogħtija u mmarkata fuq il-ġnub tal-bastiment f’nofs il-bastiment. Bastiment li jkollu spazji li huma adatti għall-akkomodazzjoni tal-passiġġieri u għall-ġarr tal-merkanzija b’mod alternattiv jista’ jekk il-proprjetarji jixtiequ, ikollu linja tat-tagħbija waħda jew aktar addizzjonali u mmarkata biex tikkorrispondi mal-fond tas-suddiviżjoni li l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tapprova għall-kondizzjonijiet alternattivi tas-servizz.

.2

Il-linja tas-suddiviżjoni tat-tagħbija assenjata u mmarkata għandha tiġi rreġistrata fiċ-Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Bastiment tal-Passiġieri, u tista’ tiġi identifikata min-notazzjoni Ċ.1 jekk hemm linja tas-suddiviżjoni tat-tagħbija waħda biss.

Jekk hemm aktar minn linja tas-suddiviżjoni tat-tagħbija, il-kondizzjonijiet alternattivi jistgħu jiġu identifikati min-notazzjonijiet Ċ.2, Ċ.3, Ċ.4 eċċ. (1).

.3

Il-freeboard li tikkorrispondi ma’ kull waħda minn dawn il-linja tat-tagħbija għandha tiġi mkejla mill-istess pożizzjoni u mill-istess linja tal-gverta bħall-freeboards iddeterminati b’mod konformi mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.4

Il-freeboard tikkorrispondi ma’ kull linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni u l-kondizzjonijiet tas-servizz li għalihom ġiet approvata, għandha tiġi indikata b’mod ċar fuq iċ-Ċertifikat tas-Sigurtà tal-Bastiment tal-Passiġieri.

.5

Fl-ebda każ m’għandha marka tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni titpoġġa aktar 'il fuq mill-aktar linja profonda tat-tagħbija fl-ilma mielaħ kif stabbilit mis-saħħa tal-bastiment jew mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.6

Ikunu f’liema pożizzjoni jkunu l-marki tal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni, bastiment m’għandu fl-ebda każ jitgħabba daqstant li l-marka tal-linja tat-tagħbija tkun taħt l-ilma li tkun tapplika għall-istaġun u lokalità kif stabbilit b’mod konformi mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.7

Bastiment m’għandu fl-ebda każ jitgħabba daqstant li l-marka tal-linja tat-tagħbija li tkun tapplika għall-dak il-vjaġġ partikolari u għall-kondizzjoni tas-servizz tkun taħt l-ilma.

12   Il-kostruzzjoni u ttestjar tal-bidu tal-paratiji li ma jidħolx ilma fihom, eċċ. (R 14)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B,Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Paratija tas-suddiviżjoni li ma jidħolx ilma fiha, kemm jekk trażversa jew longitudinali, għandha tinbena f’tali manjiera li tkun kapaċi tappoġġja, b’marġini adegwata tar-reżistenza, il-pressjoni dovuta minħabba l-massa massima ta’ l-ilma li jkollha tissaporti fil-każ ta’ dannu għall-bastiment iżda ta’ lanqas il-pressjoni minħabba l-massa ta’ l-ilma sal-linja tal-marġini. Il-kostruzzjoni ta’ dawn il-paratiji għandhom ikunu b’mod konformi ma’ l-istandards ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.

.2.1

It-turġien u postijiet fejn jitwarrbu l-affarijiet fil-paratiji m’għandhomx jippermettu d-dħul ta’ l-ilma u jkunu b’saħħithom daqs il-paratija fil-post ta’ fejn jinstab kull wieħed.

.2.2

Fejn il-qafas jew it-travi jgħaddu minn ġol-gverta li fiha ma jidħolx ilma jew mill-paratija, tali gverta jew paratija għandha tkun strutturalment li ma jidħlilhiex ilma mingħajr l-użu ta’ l-injam jew siment.

.3

L-ittestjar tal-kompartimenti prinċipali billi jimlewhom bl-ilma mhux obbligatorju. Meta ma jsirx ittestjar billi jimtlew bl-ilma, għandu jsir test bil-pajp fejn ikun prattikabbli. Dan it-test għandu jsir fl-aktar stadju avvanzat ta’ l-armar tal-bastiment. Fejn ma jkunx prattiku test bil-pajp minħabba dannu potenzjali għall-makkinarju, tagħmir elettriku jew oġġetti li jitwaħħlu fuq barra, jista’ jiġi ssostitwit minn eżaminazzjoni retta bil-viżta tal-konnessjonijiet iwweldjati, appoġjati fejn jitqies neċessarju minn tali mezzi bħat-test dye penetrant jew test tan-nixxiegħa ultrasonika jew test ekwivalenti. F’kull każ, għandha ssir spezzjoni ddettaljata tal-paratiji li ma jidħolx ilma fihom.

.4

Il-biċċa ta’ quddiem, il-qiegħ doppju (inklużi l-primi tal-kanal) u l-kisjiet ta’ ġewwa għandhom jiġu ttestjati bl-ilma li għandu massa li tikkorrispondi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta’ dan ir-Regolament 12.

.5

It-tankijiet li jkunu maħsuba biex iżommu l-likwidi, u li jiffurmaw parti mis-suddiviżjoni tal-bastiment, għandhom jiġu ttestjati għall-għeluq mill-ilma sa massa sal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar fonda jew sa massa li tikkorrispondi għal żewġ terzi tal-fond min-naħa ta’ fuq tal-prim sal-linja tal-marġini quddiem it-tankijiet, liema minnhom tkun l-akbar, kemm-il darba fl-ebda każ m’għandha l-massa tat-test tkun ta’ anqas minn 0,9 metri 'l fuq minn naħa ta’ fuq tat-tank; jekk l-ittestjar permezz ta’ l-ilma ma jkunx prattiku, jista’ jiġi aċċettat li jsir prova tan-nixxiegħa bl-arja fejn it-tankijiet huma suġġetti għall-pressjoni ta’ l-arja ta’ mhux aktar minn 0,14 bar.

.6

It-testijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafi 4 u 5 qegħdin sabiex jiżguraw li l-arranġamenti tas-suddiviżjoni strutturali ma jistax jidħlilhom ilma u m’humiex meqjusa bħala test għal kemm hu adegwat kompartiment għal ħażna tal-karburant taż-żejt jew għal skopijiet oħra speċjali li għalihom test ta’ natura superjuri jkun meħtieġ skond l-għoli li għalih likwidu għandu aċċess fit-tank jew fil-konnessjonijiet tiegħu.

13   Ftuħ f’paratiji li ma jidħolx ilma fihom (R 15)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   In-numru ta’ ftuħ fil-paratiji li ma jidħolx ilma fihom għandu jitnaqqas għall-mimimu li huwa kompatibbli mad-disinn u mat-tħaddim kif suppost tal-bastiment; għandhom jiġu pprovduti mezzi sodisfaċenti biex jagħlqu dawn il-fetħiet.

.2.1   Fejn il-pajpijiet, toqob fuq il-gvieret, kejbils ta’ l-elettriku, eċċ., jinġarru mill-paratiji tas-suddiviżjoni li ma jidħolx ilma fihom, għandhom isiru arranġamenti biex jiżguraw l-integrità li ma jidħolx ilma f’dawn il-paratiji.

.2.2   Valvijiet li ma jiffurmawx parti minn sistema tal-pajpijiet m’għandhomx jitħallew f’paratiji tas-suddiviżjoni li ma jidħolx ilma fihom.

.2.3   M’għandhomx jintużaw materjali sensittivi għaċ-ċomb u għas-sħana f’sistemi li jippenetraw il-paratiji tas-suddiviżjoni li ma jidħolx ilma fihom, fejn id-deterjorazzjoni ta’ dawn is-sistemi f’każ ta’ nirien taffettwa l-integrità li ma jidħolx ilma f’dawn il-paratiji.

.3.1   Ma huma permessi l-ebda bibien, toqob, jew ftuħ li jagħti aċċess:

.1

fil-paratija tal-ħabta li jkun taħt il-linja tal-marġini;

.2

f’paratiji trażversi li ma jidħolx ilma fihom li jiddividu l-ispazju tat-tagħbija minn spazju tat-tagħbija ħdejh, ħlief kif hemm stipulat fil-paragrafu.10.1 ta’ dan ir-Regolament 13 u fir-Regolament 14.

.3.2   Ħlief kif hemm stipulat fil-paragrafu 3.3, il-paratija tal-ħabta tista’ tittaqqab taħt il-linja tal-marġini minn mhux aktar minn pajp wieħed biex imexxi l-karburant fit-tank ta’ qabel ta’ fuq, kemm-il darba l-pajp jitwaħħal b’valv li jiġi ssikkat 'l isfel li jista’ jitħaddem minn fuq il-gverta tal-paratija, il-kaxxa tal-valv tiġi ssikkata fil-fore peak għall-paratija tal-ħabta. Madanakollu t-twaħħil ta’ dan il-valv fuq il-parti ta’ wara l-paratija tal-ħabta tista’ tiġi aċċettata kemm-il darba li l-valv ikun aċċessibbli faċilment taħt il-kondizzjonijiet kollha tas-servizz u l-ispazju li qed fih ma jkunx spazju tat-tagħbija.

.3.3   Jekk l-ogħla punt 'il quddiem huwa mqassam biex iżomm żewġ tipi differenti ta’ likwidi, il-paratija tal-ħabta jista’ jittaqqab taħt il-linja tal-marġini minn żewġ pajpijiet li kull wieħed minnhom ikun imwaħħal kif mitlub minn paragrafu 3.1, kemm-il darba ma jkunx hemm alternattiva prattika għat-twaħħil tat-tieni pajp u li, wara li tiġi kkunsidrata s-suddiviżjoni addizzjonali msemmija fl-ogħla punt 'il quddiem, is-sigurtà tal-bastiment tinżamm.

.4   Fl-ispazji li fiha l-makkinarju prinċipali u awżiljari tal-propulsjoni inklużi l-kardaruni li jservu l-bżonn tal-propulsjoni mhux aktar minn bieb wieħed 'il bogħod mill-bibien għall-mini tax-xaft jistgħu jitwaħħlu f’kull waħda mill-paratiji prinċipali trażversi. Fejn żewġ xaftijiet jew aktar huma mwaħħla l-mini għandhom jiġu konnessi minn passaġġ interkomunikatorju. Għandu jkun hemm biss bieb wieħed bejn l-ispazju tal-makkinarju u l-ispazji tal-mini fejn huma mwaħħla ż-żewġ xaftijiet u żewġ bibien biss fejn hemm aktar minn żewġ xaftijiet. Dawn il-bibien kollha għandhom ikunu tat-tip li jiżżerżqu u għandhom jitpoġġew b’tali mod biex ikollhom il-ħoġor għoli sa fejn ikun prattiku. Il-makkinarju ta’ l-idejn li jintuża biex iħaddem dawn il-bibien minn fuq il-gverta tal-paratija għandu jkun barra mill-ispazji li fihom il-makkinarju.

.5.1   BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B U BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D TA’ ANQAS MINN 24 METRU TUL:

Bibien li ma jgħaddix ilma minnhom għandhom ikunu bibien li jiżżerżqu jew bil-ħoġor jew bibien ta’ tip ekwivalenti. Bibien tal-pjanċi magħluqa biss bil-boltijiet u bibien li biex jingħalqu trid twaqqagħhom jew li trid twaqqa’ piż biex jingħalqu m’humiex permessi.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

Bibien li ma jgħaddix ilma minnhom, ħlief kif previst fil-paragrafu.10.1 ta’ dan ir-Regolament 13 jew fir-Regolament 14, għandhom ikunu bibien li jiżżerżqu jitħaddmu bl-enerġija li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7 li jistgħu jingħalqu flimkien mill-makkinarju tal-kontroll ċentrali fil-pont tan-navigazzjoni f’mhux aktar minn 60 sekonda bil-bastiment f’pożizzjoni wieqfa.

.5.2   BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B U BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D TA’ ANQAS MINN 24 METRU TUL:

Bibien li jiżżerżqu jistgħu jkunu jew:

jitħaddmu bl-idejn biss, jew

li jistgħu jitħaddmu bl-enerġija kif ukoll jitħaddmu bl-idejn.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

F’bastimenti fejn in-numru totali ta’ bibien li ma jidħolx ilma minnhom mhux akbar minn tnejn u dawn il-bibien jinstabu fl-ispazju tal-makkinarju jew fil-paratiji li qegħdin madwar tali spazju, l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tħalli li dawn il-bibien jitħaddmu bl-idejn biss. Fejn hemm imwaħħlin bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-idejn, tali bibien għandhom jingħalqu qabel il-bastiment iħalli l-post fejn kien qiegħed fuq vjaġġ li jġorr il-passiġġieri u għandhom jinżammu magħluqa matul il-vjaġġ.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5.3   Il-mezzi operattivi bl-enerġija jew bl-idejn ta’ kwalunkwe bieb li jiżżerżaq li ma jidħolx ilma minnu kemm jekk bl-enerġija u kemm jekk bl-idejn għandhom ikunu kapaċi jagħlqu l-bieb bil-bastiment immejjel 15 ° lejn kull naħa. Għandhom jiġu kkunsidrati ukoll il-forzi li jistgħu jinfluwenzaw kull naħa tal-bibien bħal ma jkun hemm meta jkun għaddej l-ilma mill-fetħa u tiġi applikata pressa statika ekwivalenti għall-għoli ta’ l-ilma ta’ mill-anqas 1 metru 'l fuq mill-ħoġor fuq il-linja taċ-ċentru tal-bieb.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

.5.4   Tagħmir li jikkontrolla l-bibien li ma jgħaddix ilma minnhom, inklużi pajpijiet idrawliċi u kejbils ta’ l-elettriku, għandhom jinżammu qrib tal-paratija li fiha hemm imwaħħlin il-bibien daqs kemm ikun prattiku, sabiex jimminimizzaw il-probabbiltà li jiġu involuti f’kull dannu li jista’ jsofri l-bastiment. Il-pożizzjoni tal-bibien li ma jgħaddix ilma minnhom u tat-tagħmir li jikkontrollahom għandha tkun tali li jekk il-bastiment isofri dannu fi kwint tal-wisa’ tal-bastiment, tali distanza hija mkejla f’angoli dritti għal-linja taċ-ċentru fil-livell tal-linja tat-tagħbija bl-aktar suddiviżjoni profonda, it-tħaddim tal-bibien li ma jgħaddix ilma minnhom li mhux qegħdin fil-parti tal-bastiment danneġġata ma tiġix imfixkla.

.5.5   Il-bibien kollha li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija u bl-idejn għandhom jiġu pprovduti b’indikazzjoni li turi l-pożizzjonijiet kollha tal-operazzjoni remota kemm jekk il-bibien huma miftuħa u kemm jekk magħluqa. Il-pożizzjonijiet kollha tal-operazzjoni remota għandhom ikunu biss fil-pont tan-navigazzjoni kif mitlub minn paragrafu 7.1.5 u l-post fejn huwa meħtieġ t-tħaddim bl-idejn 'il fuq mill-gverta tal-paratija minn paragrafu 7.1.4.

BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B U BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D TA’ ANQAS MINN 24 METRU TUL:

.5.6   Il-bibien li ma jgħaddix ilma minnhom li ma jikkonformawx mal-paragrafi 5.1 sa 5.5 għandhom jingħalqu qabel ma jibda l-vjaġġ, u għandhom jinżammu magħluqa matul il-vjaġġ; il-ħin li jinfetħu dawn il-bibien fil-port u l-ħin li jingħalqu qabel ma jitlaq il-bastiment għandhom jinkitbu fir-reġistru.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B,Ċ U D TA’ ANQAS MINN 24 METRU TUL U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6.1   Bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-idejn jista’ jkollhom moviment orrizzontali jew vertikali. Għandu jkun possibbli li jitħaddem il-mekkaniżmu fil-bieb stess minn kull naħa, u minn pożizzjoni aċċessibbli 'l fuq mill-gverta tal-paratija, b’moviment tal-krank mat-tul kollu, jew kull moviment ieħor li jipprovdi l-istess garanzija ta’ sigurtà u ta’ tip approvat. Meta tkun qed titħaddem il-lieva ta’ l-idejn il-ħin meħtieġ biex jingħalaq totalment il-bieb bil-bastiment wieqaf, m’għandux jaqbeż id-90 sekonda.

BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.6.2   Bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija jista’ jkollhom moviment orriżżontali jew vertikali. Jekk bieb jitħaddem bl-enerġija minn tagħmir ċentrali li jikkontrolla, il-gerijiet għandhom ikunu rranġati b’mod l-bieb ikun jista’ jitħaddem bl-enerġija mill-bieb innifsu miż-żewġ naħat. Għandhom jiġu pprovduti manki tal-kontroll lokali f’konnessjoni mal-ger ta’ l-enerġija fuq kull naħa tal-paratija u għandhom jiġu rranġati b’tali mod sabiex iħallu lill-persuni jgħaddu mill-bieb biex iżommu ż-żewġ manki fil-pożizzjoni miftuħa mingħajr ma jkunu jistgħu aċċidentalment jixgħelu l-mekkaniżmu li jagħlaq. Bibien li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija għandhom jiġu pprovduti b’manku ta’ l-id li jista’ jitħaddem mill-bieb innifsu fuq kull naħa, u minn pożizzjoni aċċessibbli 'l fuq mill-gverta tal-paratija, b’moviment tal-krank mat-tul kollu, jew moviment ieħor li jipprovdi l-istess garanzija ta’ sigurtà u ta’ tip approvat. Għandu jsir provvediment li jagħti twiddiba b’sinjal bil-ħoss li l-bieb beda jingħalaq u tkompli tinstema’ sakemm jingħalaq kompletament. Flimkien ma’ dan, f’ żoni ta’ storbju ambjentali għoli, l-allarm li jinstema’ għandu jiġi ssupplimentat minn sinjal viżiv intermettenti fil-bieb.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

.7.1   Kull bieb li jaħdem bl-enerġija li ma jidħolx ilma minnu li jiżżerżaq:

.1

għandu jkollu moviment vertikali jew orizzontali;

.2

għandu, suġġett għal paragrafu 11, ikun limitat normalment għall-wisa’’ massima li ma jaħbatx ta’ 1,2 metres. L-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti bibien akbar biss sa fejn ikun ikkunsidrat meħtieġ għat-tħaddim effettiv tal-bastiment kemm-il darba li miżuri oħra tas-sigurtà, inklużi li ġejjin, għandhom jiġu kkunsidrati:

.2.1

għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali lis-saħħa tal-bieb u l-partijiet tiegħu li jagħlqu sabiex tiġi evitata nixxiegħa;

.2.2

il-bieb għandu jinstab barra ż-żona ta’ dannu B/5;

.2.3

il-bieb għandu jinżamm magħluq meta l-bastiment ikun fuq il-baħar, ħlief għall-perjodi limitati meta jkun assolutament meħtieġ kif stabbilit mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera;

.3

għandu jkollu t-tagħmir meħtieġ biex jiftaħ u jagħlaq il-bieb permezz ta’ l-enerġija elettrika, l-enerġija idrawlika, jew kull forma oħra ta’ enerġija li hija aċċettabbli għall-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera;

.4

għandu jiġi pprovdut b’mekkaniżmu individwali li jitħaddem bl-idejn. Għandu jkun possibbli li tiftaħ u tagħlaq il-bieb bl-idejn mill-bieb innifsu minn kull naħa, u magħduda ma dan, li tagħlaq il-bieb minn pożizzjoni aċċessibbli 'l fuq mill-gverta tal-paratija b’moviment tal-krank mad-dawra kollha jew moviment ieħor li jipprovdi li l-istess grad ta’ sigurtà li jkun aċċettabbli għall-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera. Id-direzzjoni tad-dawrien jew moviment ieħor għandu jiġi indikat b’mod ċar fil-pożizzjonijiet operattivi kollha. Il-ħin meħtieġ għall-għeluq totali tal-bieb, meta jiġi mħaddem b’manku ta’ l-idejn, m’għandux jaqbeż id-90 sekonda meta l-bastiment ikun f’pożizzjoni wieqfa;

.5

għandu jiġi pprovdut b’tagħmir tal-kontroll għall-ftuħ u għall-għeluq tal-bieb bl-enerġija miż-żewġ naħat tal-bieb kif ukoll biex jingħalaq il-bieb bl-enerġija mit-tagħmir ċentrali operattiv fuq il-pont tan-navigazzjoni;

.6

għandu jkollu allarm li tinstema’, differenti minn kull allarm oħra fiż-żona,li għandha ddoqq kull meta l-bieb jingħalaq b’mod remot bl-enerġija u li għandha ddoqq għal mill-anqas 5 sekondi iżda għal mhux aktar minn 10 sekondi qabel ma jibda’ jiċċaqlaq il-bieb u għandha tkompli ddoqq sakemm il-bieb jingħalaq kompletament. Fil-każ ta’ tħaddim remot bl-idejn huwa biżżejjed li tinstema’ l-allarm biss meta l-bieb ikun qed jiċċaqlaq. Magħduda ma’ dan, f’ żoni tal-passiġġieri u żoni ta’ storjbu ambjentali għoli, l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ titlob li l-allarm li jinstema’ jiġi ssupplimentat minn sinjal intermittenti viżiv fil-bieb; u

.7

għandu jkollu rata approssimament uniformi ta’ għeluq bl-enerġija. Il-ħin ta’ l-għeluq, miż-żmien meta l-bieb jibda’ jiċċaqlaq sal-ħin li fih jilħaq il-pożizzjoni fejn ikun magħluq totalment, m’għandu fl-ebda każ ikun ta’ anqas minn 20 sekonda u mhux aktar minn 40 sekonda bil-bastiment fil-pożizzjoni wieqfa.

.7.2   L-enerġija elettrika meħtieġa għall-bibien li ma jgħaddix ilma minnhom li jiżżerżqu li jitħaddmu bl-enerġija minn swiċċ bord ta’ l-emerġenza jew direttament jew b’bord tad-distribuzzjoni ddedikata li tinstab fuq il-gverta tal-paratija u tkun kapaċi li tiġi pprovduta awtomatikament mis-sors ta’ enerġija elettrika ta’ l-emerġenza fil-każ ta’ falliment tas-sors prinċipali jew ta’ l-emerġenza ta’ l-enerġija elettrika.

.7.3   Bibien li ma jidħolx ilma minnhom li jitħaddmu bl-enerġija għandhom ikollhom jew:

.1

sistema ċentralizzata idrawlika b’ żewġ sorsi ta’ l-enerġija indipendenti li kull waħda minnhom tikkonsisti f’mutur u f’pompa li kapaċi li fl-istess ħin tagħlaq il-bibien kollha. Magħduda ma’ dawn, għandu jkun hemm installazzjoni sħiħa ta’ l-akkumulaturi idrawliċi ta’ kapaċità suffiċjenti biex iħaddmu l-bibien ta’ lanqas tliet darbiet, i.e. magħluq-miftuħ-magħluq, kontra lista bil-kontra ta’ 15 °. Dan iċ-ċiklu operattiv għandu jkun kapaċi li jitwettaq meta l-akkumulatur ikun fil-pressjoni tal-pompa maqtugħa. Il-likwidu wżat għandu jintgħażel wara li tiġi kkunsidrata t-temperatura li probabbli tintlaqat mill-installazzjoni matul is-servizz tiegħu. Is-sistema tal-operazzjoni bl-enerġija għandha tiġi ddisinjata biex tnaqqas il-possibbiltà li jkollha falliment wieħed fil-pajpijiet idrawliċi li jaffettwa t-tħaddim ta’ aktar minn bieb wieħed. Is-sistema idrawlika għandha tiġi pprovduta b’allarm ta’ livell baxx għal ħażniet tal-likwidu idrawliku li jservu s-sistema li titħaddem bl-enerġija u l-allarm tal-pressjoni tal-gass baxxa jew mezzi aktar effettivi tas-sorveljanza tat-telf ta’ l-enerġija maħżuna f’akkumulaturi idrawliċi. Dawn l-allarmi għandhom jinstemgħu u jidhru u għandhom jinstabu fuq is-sistema tal-kontrol ċentrali fuq il-pont tan-navigazzjoni; jew

.2

sistema indipendenti idrawlika għal kull bieb ma’ kull sors ta’ enerġija li tikkonsisti f’mutur u f’pompa li kapaċi tiftaħ u tagħlaq il-bieb. Magħduda ma’ dan, għandu jkun hemm akkumulatur idrawliku ta’ kapaċità suffiċjenti biex iħaddem il-bibien ta’ lanqas tliet darbiet, i.e. magħluq-miftuħ-magħluq, kontra lista bil-kontra ta’ 15 °. Dan iċ-ċiklu operattiv għandu jkun kapaċi li jitwettaq meta l-akkumulatur ikun fil-pressjoni tal-pompa maqtugħa. Il-likwidu użat għandu jintgħażel wara li tiġi kkunsidrata t-temperatura li probabbli tintlaqat mill-installazzjoni matul is-servizz tiegħu. Allarm tal-grupp bil-pressjoni tal-gass baxxa jew mezz ieħor effiċjenti biex jiġi sorveljat it-telf ta’ l-enerġija maħżuna fl-akkumulaturi idrawliċi għandha tiġi pprovduta fit-tagħmir tal-kontroll ċentrali fuq il-pont tan-navigazzjoni. Indikazzjoni ta’ telf ta’ l-enerġija maħżuna f’kull pożizzjoni lokali tal-operazzjoni ukoll għandha tiġi pprovduta; jew

.3

Sistema elettrika indipendenti idrawlika u mutur għal kull bieb ma’ kull sors ta’ enerġija li jikkonsisti f’mutur li kapaċi jiftaħ u jagħlaq il-bieb. Is-sors ta’ l-enerġija għandu jkun kapaċi li jiġi pprovdut awtomatikament mis-sors tat-tranżitu ta’ l-enerġija elettrika ta’ l-emerġenza fil-każ ta’ falliment ta’ waħda mis-sorsi ta’ l-enerġija elettrika prinċipali jew ta’ l-emerġenza u b’kapaċità suffiċjenti biex topera l-bieb ta’ lanqas tliet darbiet, i.e. magħluq-miftuħ-magħluq, kontra l-lista ta’ kontra ta’ 15 °.

Għas-sistemi speċifikati fil-paragrafi 7.3.1, .7.3.2 u .7.3.3 għandha jsir provvediment kif ġej:

Is-sistemi ta’ l-enerġija għall-bibien li jiżżerżqu li ma jgħaddix ilma minnhom li jitħaddmu bl-enerġija għandhom ikunu separati minn kull sistema oħra ta’ l-enerġija. Nuqqas wieħed fis-sistemi li jaħdmu bl-enerġija elettrika jew idrawlika ħlief l-attwatur idrawliku m’għandux ifixkel it-tħaddim manwali ta’ kull bieb.

.7.4   Għandhom jiġu pprovduti manki tal-kontroll lokali f’konnessjoni mal-ger ta’ l-enerġija fuq kull naħa tal-paratija f’għoli minimu ta’ 1,6 metri 'l fuq mill-art u għandhom jiġu rranġati b’tali mod sabiex iħallu lill-persuni jgħaddu mill-bieb biex iżommu ż-żewġ manki fil-pożizzjoni miftuħa mingħajr ma jkunu jistgħu aċċidentalment jixegħlu l-mekkaniżmu li jagħlaq. Id-direzzjoni tal-movimenti tal-manki biex jiftħu u jagħlqu l-bibien għandhom ikunu fid-direzzjoni tal-moviment tal-bieb u għandha tkun indikata b’mod ċar. Manki tal-kontroll idrawliku għall-bibien li ma jidħolx ilma minnhom fl-ispazji ta’ l-akkomodazzjoni għandhom, jekk azzjoni waħda biss hija meħtieġa biex tibda’ l-moviment li jingħalaq il-bieb, jitqiegħdu sabiex it-tfal ma jkunux jistgħu jħaddmuhom, eż. wara l-bibien tal-pannell bil-boltijiet impoġġija ta’ lanqas 170ċm 'il fuq mil-livell tal-gverta.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D TAT-TUL TA’ 24 METRU U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B JEW AKTAR:

Fuq iż-żewġ naħat tal-bieb għandu jkun hemm plakka bl-istruzzjonijiet dwar kif is-sistema tal-bieb għandha titħaddem. Fuq iż-żewġ naħat ta’ kull bieb għandu jkun hemm plakka bil-kliem jew bl-istampi li jwissu bil-periklu meta wieħed jibqa’ fil-fetħa tal-bieb meta l-bieb ikun beda l-moviment li jagħlaq. Dawn il-plakek għandhom isiru b’materjal b’saħħtu, u jkunu iffissati b’mod ferm. It-test dwar il-plakka ta’ l-istruzzjoni jew tat-twissija għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ħin ta’ l-għeluq tal-bieb in kwistjoni.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B, Ċ U D TAT-TUL TA’ 24 METRU JEW AKTAR:

.7.5   Sa fejn huwa prattiku, it-tagħmir elettriku u l-komponenti tal-bibien li ma jgħaddix ilma minnhom għandhom jinstabu 'l fuq mill-gverta tal-paratija u 'l barra minn żoni u spazji ta’ periklu.

.7.6   Il-burduri tal-komponenti elettriċi meħtieġa li jinstabu taħt il-gverta għandhom jipprovdu biżżejjed protezzjoni kontra d-dħul ta’ l-ilma.

.7.7   Enerġija elettrika, kontroll, ċirkwiti ta’ l-indikazzjoni u ta’ l-allarm għandhom jiġu protetti kontra l-ħsarat b’tali mod li l-falliment f’ċirkwit wieħed fil-bieb ma jikkawżax falliment f’kull ċirkwit ieħor tal-bieb. Short circuits jew ħsarat oħra fiċ-ċirkwiti ta’ l-allarm jew ta’ l-indikaturi ta’ bieb m’għandhomx jirriżultaw f’telf tal-operazzjoni ta’ l-enerġija ta’ dak il-bieb. L-arranġamenti għandhom ikunu tali li n-nixxiegħa ta’ l-ilma ft-tagħmir elettriku jinstab taħt il-gverta tal-paratija ma jħallix il-bieb jinfetaħ.

.7.8   Falliment wieħed fl-elettriku fis-sistema tal-operazzjoni ta’ l-enerġija jew tal-kontroll ta’ bieb li jiżżerżaq li ma jidħolx ilma minnu m’għandux jirriżulta li bieb magħluq jinfetaħ. Id-disponibbiltà tal-provvista ta’ l-enerġija għandha tiġi sorveljata f’punt taċ-ċirkwit elettriku fil-qrib daqs kemm ikun prattiku għal kull waħda mill-muturi meħtieġa minn paragrafu 7.3. It-telf ta’ tali provvista ta’ l-enerġija għandha tpoġġi fis-seħħ allarm li tinstema’ u li tidher ft-tagħmir ċentrali li jikkontrolla fuq il-pont tan-navigazzjoni.

.8.1   It-tagħmir ċentrali li jikkontrolla fuq il-pont tan-navigazzjoni għandu jkollu swiċċ tal-“master mode” b’żewġ modi tal-kontroll: mod tal-“kontroll lokali” li għandu jħalli kwalunkwe bieb jinfetaħ lokalment u jingħalaq lokalment wara l-użu mingħajr ma jingħalaq awtomatikament, u mod ta’ “bibien magħluqa” li għandu jagħlaq awtomatikament kwalunkwe bieb li jkun miftuħ. Il-mod tal-“bibien magħluqa” għandu jippermetti li l-bibien jinfetħu lokalment u jerġgħu jagħlqu l-bieb awtomatikament wara li jitilqu l-mekkaniżmu tal-kontroll lokali. Is-swiċċ tal-“master mode” għandu normalment ikun fil-mod tal-“kontroll lokali”. Il-mod “bieb magħluq” għandu jintuża biss f’emerġenza jew għall-skopijiet li jittestjaw.

.8.2   It-tagħmir ċentrali li jikkontrolla fuq il-pont tan-navigazzjoni għandu jiġi pprovdut b’disinn li juri fejn jinstab kull bieb, bl-indikaturi viżivi biex juru jekk kull bieb huwiex miftuħ jew magħluq. Dawl aħmar għandu jindika li l-bieb huwa miftuħ kollu u dawl aħdar għandu jindika li l-bieb huwa magħluq kollu. Meta l-bieb jingħalaq bir-remot id-dawl aħmar għandu jindika l-pożizzjoni intermedjarja billi jteptep. Iċ-ċirkwit li jindika għandu jkun indipendenti miċ-ċirkwit tal-kontroll għal kull bieb.

.8.3   M’għandux ikun possibbli li jinfetah bieb bir-remot mill-pożizzjoni ċentrali tal-kontroll.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.9.1   Il-bibien kollha li ma jgħaddix ilma minnhom għandhom jinżammu magħluqa waqt il-vjaġġ ħlief li jistgħu jinfetħu matul il-vjaġġ kif hemm speċifikat fil-paragrafi 9.2 u 9.3. Il-bibien li ma jgħaddix ilma minnhom li għandhom wisa’ ta’ aktar minn 1,2 metri permessi minn paragrafu 11 jistgħu jinfetħu biss fiċ-ċirkostanzi msemmija f’dak il-paragrafu. Kwalunkwe bieb li jinfetaħ b’mod konformi ma’ dan il-paragrafu għandu jkun lest biex jingħalaq minnufih.

.9.2   Bieb li ma jgħaddix ilma minnu jista’ jinfetaħ matul il-vjaġġ biex iħalli l-passiġġieri jew il-membri ta’ l-ekwipaġġ jgħaddu, jew meta x-xogħol fil-viċinanza immedjata tal-bieb jagħmilha neċessarju li l-bieb jinfetaħ. Il-bieb għandu jingħalaq minnufih meta jkun lest it-tranżitu minn ġo fih jew meta l-biċċa xogħol li minħabba fiha nfetaħ ġiet fi tmiemha.

.9.3   Ċerti bibien li ma jgħaddix ilma minnhom jistgħu jitħallew jibqgħu miftuħa matul il-vjaġġ biss jekk ikun ikkunsidrat assolutament meħtieġ; jiġifieri, li jkunu miftuħin huwa meqjus bħala essenzjali għat-tħaddim sikur u effettiv tal-makkinarju tal-bastiment u biex jippermetti l-passiġġieri aċċess li normalment ma jkunx ristrett tul iż-żona tal-passiġġieri. Tali determinazzjoni għandha ssir mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera biss wara li ssir konsiderazzjoni bir-reqqa dwar l-impatt fuq it-tħaddim tal-bastiment u kemm kapaċi jżomm. Bieb li ma jgħaddix ilma minnu li ġie permess jibqa’ miftuħ għandu jiġi indikat b’mod ċar fl-informazzjoni dwar l-istabbiltà tal-bastiment u għandu jkun dejjem lest biex jingħalaq minnufih.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.10.1   Jekk l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera hija sodisfatta li tali bibien huma essenzjali, il-bibien li ma jidħolx ilma minnhom li jkunu mibnija b’mod sodisfaċenti għandhom jiġu mgħammra b’paratiji li ma jidħolx ilma minnhom li jisseparaw il-merkanzija mill-ispazji fuq il-gverta. Tali bibien jistgħu jkunu mdendla, li jirrumblaw, li jiżżerżqu iżda ma jistgħux ikunu kkontrollati bir-remot. Għandhom jiġu mgħammra fl-ogħla livell u 'l bogħod mill-kisi tal-qafas kif ikun prattikabbli, iżda fl-ebda każ m’għandhom it-truf vertikali ta’ fuq barra jkunu jinstabu f’distanza mill-kisi tal-qafas li hija anqas minn kwint tal-wisa’ tal-bastiment, tali distanza titkejjel f’angoli dritti għall-linja ta’ ċentru fil-livell ta’ l-aktar linja tat-tagħbija fonda.

.10.2   Tali bibien għandhom jingħalqu qabel jibda’ dan il-vjaġġ, u għandhom jinżammu magħluqa matul il-vjaġġ; il-ħin li jinfetħu dawn il-bibien fil-port u l-ħin li jingħalqu qabel ma jitlaq il-bastiment għandhom jinkitbu fir-reġistru. Jekk wieħed mill-bibien ikun aċċessibbli matul il-vjaġġ, għandhom jiġu mwaħħla b’mezz li jipprevjeni l-ftuħ mhux awtorizzat. Meta jiġi proponut li jitwaħħlu tali bibien, in-numru u l-arranġamenti għandhom jirċievu kunsiderazzjoni speċjali ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera.

.11   Plakek li jinġarru fuq il-paratiji m’għandhomx jiġu permessi ħlief fi spazji tal-makkinarju. Tali plakek għandhom dejjem ikunu f’posthom qabel il-bastiment jitlaq mill-port, u m’għandhomx jitneħħew matul in-navigazzjoni ħlief fil-każ ta’ bżonn urġenti fid-diskrezzjoni tal-kaptan. L-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti mhux aktar minn bieb wieħed li jiżżerżaq li ma jidħolx ilma minnu f’kull paratija trażversa prinċipali akbar minn dawk speċifikati fil-paragrafu 7.1.2 li jrid jiġi ssostitwit għall-dawn il-plakek li jinġarru, kemm-il darba dawn il-bibien jingħalqu qabel il-bastiment iħalli l-port u jibqgħu magħluqa matul in-navigazzjoni ħlief fil-każ ta’ bżonn urġenti fid-diskrezzjoni tal-kaptan. Dawn il-bibien m’għandhomx jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.4 dwar l-għeluq totali b’tagħmir li jitħaddem bl-idejn f’90 sekonda. Il-ħin li fih jinfetħu u jingħalqu dawn il-bibien, kemm jekk il-bastiment huwa fuq il-baħar jew fil-port, għandu jitniżżel fir-reġistru.

14   Bastimenti li jġorru vetturi tal-merkanzija u l-ħaddiema li jakkumpanjawhom (R 16)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti tal-passiġġieri ddisinjati jew irranġati għall-ġarr tal-vetturi tal-merkanzija u l-ħaddiema li jakkumpanjawhom

.2

Jekk f’tali bastiment in-numru totali ta’ passiġġieri, inklużi l-persuni f’vetturi li qed jakkumpanjaw il-vetturi ma jaqbiżx N = 12 + A/25, fejn A = l-arja totali fuq il-gverta (metru kwadri) ta’ spazji disponibbli għall-istivar tal-vetturi tal-merkanzija u fejn l-għoli tad-differenza fil-pożizzjoni ta’ l-istivar u fid-daħla ta’ tali spazji mhix ta’ anqas minn 4 metri, id-disposizzjonijiet ta’ Regolament 13, paragrafu 10, għandhom japplikaw fir-rigward tal-bibien li ma jidħolx ilma minnhom ħlief li l-bibien jistgħu jitwaħħlu f’kull livell f’paratiji li ma jidħolx ilma minnhom li jiddividu l-ispazji tal-merkanzija. Barra minn hekk, huma meħtieġa indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni biex juru awtomatikament meta kull bieb ikun magħluq u meta l-qafliet ikunu maqfula.

.3

Meta jkunu qed jiġu applikati d-disposizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għal tali bastiment, N għandha tiġi kkunsidrata bħala l-akbar numru ta’ passiġġieri li għalih il-bastiment jista’ jiġi ċċertifikat fi qbil ma’ dan ir-Regolament.

15   Ftuħ fil-kisi tal-qafas taħt il-linja tal-marġini (R 17)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   In-numru ta’ ftuħ fil-kisi tal-qafas għandu jitnaqqas għall-minimu kompatibbli mad-disinn u mat-tħaddim kif suppost tal-bastiment.

.2.1   L-arranġament u l-effiċjenza tal-mezzi għall-għeluq ta’ kwalunkwe fetħa fil-kisi tal-qafas għandhom ikunu konsistenti ma’ l-iskop maħsub u mal-pożizzjoni li fiha qiegħda mwaħħla.

.2.2   Konformement mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linja tat-Tagħbija fis-seħħ, l-ebda fetħiet fil-ġenb m’għandhom jitwaħħlu f’tali pożizzjoni li l-ħoġor taħt linja mpenġija bi dritt il-gverta tal-paratija fil-ġenb u li għandha l-punt l-aktar baxx tagħha 2,5 % tal-wisa’ tal-bastiment 'il fuq mil-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar profonda, jew 500 mm, liema minnhom huwa l-akbar.

.2.3   Il-fetħiet kollha tal-ġenb li għandhom il-ħoġor tagħhom taħt il-linja tal-marġini għandhom ikunu ta’ tali kostruzzjoni li effettivament ma tħalli l-ebda persuna tiftaħhom mingħajr il-kunsens tal-kaptan tal-bastiment.

.2.4   Fejn f’post bejn il-gverti, il-ħoġor ta’ kwalunkwe fetħa fil-ġenb li għaliha saret referenza fil-paragrafu 2.3 huma taħt il-linja impinġija bi dritt il-gverta tal-paratija tal-ġenb u li għandha l-aktar punt baxx 1,4 metri u 2,5 % tal-wisa’ tal-bastiment 'il fuq mill-ilma meta l-bastiment jitlaq minn port, il-fetħiet fil-ġenb m’għandhomx jinfetħu qabel ma’ l-bastiment jasal fil-port li jmiss. Fl-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu jista’ jiġi kkunsidrat ammont adegwat ta’ ilma ħelu fejn ikun applikabbli.

.2.5   Il-ftuħ fil-ġenb u l-oskuraturi tagħhom li ma jkunux aċċessibbli waqt il-vjaġġ għandhom jingħalqu u jissakkru qabel ma’ l-bastiment iħalli l-port.

.3   In-numru ta’ toqob, rimi sanitarju u ftuħ ieħor bħal dan fil-kisi tal-qafas għandhom jitnaqqsu għall-minimu jew billi jagħmel kull rimi jservi għal kemm jista’ jkun mill-pajpijiet sanitarji u oħrajn, jew f’manjiera oħra sodisfaċenti.

.4   It-toqob tad-dħul u tal-ħruġ kollha fil-kisi tal-qafas għandhom jitwaħħlu b’arranġamenti effiċjenti u aċċessibbli biex jevitaw id-dħul aċċidentali ta’ l-ilma fuq il-bastiment.

.4.1   Bla ħsara għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linja tat-Tagħbija fis-seħħ, u ħlief kif imsemmi fil-paragrafu 5, kull rimi separat li jgħaddi mill-kisi tal-qafas taħt il-linja tal-marġini għandu jiġi pprovdut jew b’valv wieħed awtomatiku li ma jirritornax imwaħħal b’mezz pożittiv li jagħlqu minn fuq il-gverta tal-paratija jew b'żewġ valvi awtomatiċi li ma jirritornawx li m’għandhomx mezz pożittiv biex jagħlqu, kemm-il darba li l-valv ta’ ġewwa jinstab fuq il-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar baxxa u huwa dejjem aċċessibbli għall-eżaminazzjoni taħt il-kondizzjonijiet tas-servizz.

Meta jitwaħħal valv b’mezz pożittiv ta’ l-għeluq, il-pożizzjoni operattiv 'l fuq mill-gverta tal-paratija għandha dejjem tkun aċċessibbli fil-pront u għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jindikaw jekk il-valv huwiex miftuħ jew magħluq.

.4.2   Ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linja tat-Tagħbija fis-seħħ għandhom japplikaw għar-rimi li jgħaddi mill-kisi tal-qafas mill-ispazji 'l fuq mil-linja tal-marġini.

.5   Spazju tal-makkinarju prinċipali u awżiljari tat-toqob tad-dħul u tal-ħruġ konnessi mat-tħaddim tal-makkinarju għandhom jiġu mgħammra ma’ valvi li jkunu aċċessibbli fil-pront bejn il-pajpijiet u l-kisi tal-qafas jew bejn il-pajpijiet u kaxxi fabbrikati mwaħħla mal-kisi tal-qafas. Il-valvi jistgħu jiġu kkontrollati lokalment u għandhom jiġu pprovduti b’indikaturi li juru jekk humiex miftuħa jew magħluqa.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:.

.1

Ir-roti manwali jew il-manki tal-koki tal-baħar għandhom ikunu aċċessibbli għat-tħaddim. Il-valvi kollha li huma użati bħala koki tal-baħar għandhom jingħalqu b’moviment fid-direzzjoni kif idur l-arloġġ tar-roti manwali tagħhom.

.2

Tappijiet tar-rimi u valvi fuq il-ġenb tal-bastiment għall-ilma li jkun żejjed mill-kalderuni għandhom jiġu misjuba f’postijiet li faċli tilħaqhom u mhux taħt il-kisi tal-gverta. Tappijiet jew valvi għandhom jiġu ddisinjati sabiex ikun faċli biex jaraw jekk humiex miftuħa jew magħluqa. It-tappijiet għandhom jiġu pprovduti bi skrijns tas-sigurtà, iddisinjati b’tali mod li ċ-ċavetta ma tkunx tista’ tintrefa’ meta t-tapp ikun miftuħ.

.3

Il-valvi u t-tappijiet kollha nisġa nisġa nisġa fis-sistema tal-pajpijiet bħas-sistemi tas-sentina u tas-saborra, sistemi tal-karburant taż-żejt u taż-żejt li jillubrika, sistemi li jitfu n-nirien u tas-sieqja, ilma li jkessaħ u sistemi sanitarji, eċċ. għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar minħabba l-funzjonijiet tagħhom.

.4

Pajpijiet oħra li joħorġu għandhom, jekk joħorġu 'l isfel mil-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar profonda, jiġu pprovduti b’mezz ekwivalenti ta’ għeluq fuq il-ġenb tal-bastiment; jekk joħorġu 'l fuq mil-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar profonda, għandhom jiġu pprovduti b’ valv ordinarju tal-maltempata. Fiż-żewġ każijiet il-valvi jistgħu jitħallew barra jekk il-pajpijiet li jintużaw ikunu ta’ l-istess ħxuna daqs il-kisi tat-toqob tal-ħruġ mit-toilets u mill-friskaturi, u t-toqob ta’ l-art mill-kmamar tal-ħasil eċċ. ipprovduti b’dawl mejjet jew b’mod ieħor protetti kontra x-xokk ta’ l-ilma. Il-ħxuna tal-ħitan ta’ tali pajpijiet m’hemmx bżonn, madanakollu, ikun akbar minn 14 mm.

.5

Jekk jitwaħħal valv b’mekkaniżmu dirett li jagħlaq, il-post minn fejn jitħaddem għandu dejjem ikun aċċessibbli b’mod faċli, u għandu jkun hemm mezz biex jiġi indikat jekk il-valv huwiex miftuħ jew magħluq.

.6

Meta l-valvi b’mekkaniżmi diretti li jagħlqu huma mpoġġija fi spazji tal-makkinarju, huwa biżżejjed li jitħaddmu minn fejn ikunu jinstabu, kemm-il darba dan l-ispazju ikun aċċessibbli b’mod faċli taħt kull kondizzjoni.

.6   It-tagħmir tal-qafas u l-valvi meħtieġa minn dan ir-Regolament għandhom ikunu ta’ l-azzar, bronż jew materjal duttili ieħor approvat. Valvi tal-ħadid fondut ordinarju jew materjal bħal dan m’humiex aċċettabbli. Kull pajp li għalih jirriferi dan ir-Regolament għandu jkun ta’ l-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti għas-sodisfazzjon ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera.

.7   Skaletti u gverti tal-merkanzija mwaħħla taħt il-linja tal-marġini għandhom ikunu ta’ saħħa suffiċjenti. Għandhom ikunu magħluqa effettivament u ssiġillati biex ma jidħolx ilma minnhom qabel ma l-bastiment isalpa mill-port, u għandhom jinżammu magħluqa matul il-vjaġġ.

.8   Tali portijiet ma jistgħu fl-ebda każ jitwaħħlu b’tali mod li jkollhom l-aktar punt baxx tagħhom 'l isfel mil-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar profonda.

16   L-integrità li ma jidħolx ilma f’bastimenti tal-passiġġieri 'l fuq mil-linja tal-marġini (R 20)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-miżuri kollha raġonevoli u prattiċi għandhom jittieħdu biex jillimitaw id-dħul u l-firxa ta’ l-ilma 'l fuq mill-gverta tal-paratija. Tali miżuri għandhom jinkludu l-paratiji parzjali jew nisġiet. Meta paratiji u nisġiet parzjali jitwaħħlu fuq il-gverta tal-paratiji, fuq jew fil-viċinanza immedjata tal-paratiji prinċipali tas-suddiviżjoni, għandhom ikollhom qafas li ma jidħolx ilma minnu u l-konnessjonijiet tal-gverta tal-paratija sabiex jirrestrinġu l-mixja ta’ l-ilma matul il-gverta meta l-bastiment ikun qed imil f’kondizzjoni danneġġata. Fejn il-paratija parzjali li ma jidħolx ilma minnha mhix bi dritt il-paratija ta’ taħtha, il-gverta tal-paratija ta’ bejniethom għandha tkun effettiva biex ma tħallix ilma jgħaddi.

.2

Il-gverta tal-paratija jew gverta fuqha għandha tkun li ma tħallix ilma jgħaddi. Il-ftuħ kollha fil-gverta tat-temp li hija esposta għandhom ikollhom muxxillari ta’ għoli biżżejjed u saħħa u għandha tiġi pprovduta b’mezzi effiċjenti biex jgħalquhom b’mod effiċjenti biex ma jidħolx ilma minnhom. Għandhom jitwaħħlu freeing ports, poġġiamani miftuħa u toqob kif ikun meħtieġ biex titnaddaf il-gverta ta’ l-ilma taħt il-kondizzjonijiet kollha tat-temp.

.3

F’bastimenti eżistenti tal-klassi B, it-tarf miftuħ tal-pajpijiet ta’ l-arja li jispiċċaw ġewwa superstruttura għandhom ikunu ta’ l-anqas metru 'l fuq mil-linja ta’ l-ilma meta l-bastiment imil għal angolu ta’ 15 °, jew l-angolu massimu ta’ mejl matul l-istadji intermedjarji ta’ l-għargħar, kif stabbilit b’kalkolu dirett, liema minnhom ikun l-akbar. Jew inkella, il-pajpijiet ta’ l-arja minn tankijiet li m’humiex tankijiet taż-żejt jistgħu jarmu mil-ġenb tas-superstruttura. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu huma mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-Linji tat-Tagħbija fis-seħħ.

.4

Feħħiet żgħar tal-ġenb, skaletta, portijiet tal-merkanzija u l-mezzi l-oħra biex jagħlqu l-ftuħ fil-kisi tal-qafas 'il fuq mil-linja tal-marġini għandhom ikunu ta’ disinn u kostruzzjoni effiċjenti u ta’ saħħa biżżejjed wara li jiġu kkunsidrati l-ispazji li fihom jitwaħħlu u l-pożizzjonijiet relattivi għal-linja tat-tagħbija tas-suddiviżjoni l-aktar profonda.

.5

Dwal oskulaturi effiċjenti ta’ fuq ġewwa, irranġati b’tali mod li jistgħu jingħalqu b’mod effettiv u jiġu ssiġillati biex ma jgħaddix ilma minnhom, għandhom jiġu pprovduti għall-fetħiet kollha tal-ġenb għall-ispazji taħt l-ewwel gverta fuq il-gverta tal-paratija.

17   Għeluq tal-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija (R 20-1)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-bibien li ġejjin, li jinstabu 'l fuq mil-linja tal-marġini, għandhom ikunu magħluqa u msakkra qabel ma’ l-bastiment jipproċedi fuq kwalunkwe vjaġġ, u għandhom jibqgħu magħluqa u msakkra sakemm il-bastiment ikun fil-post fejn kien qiegħed.

.1

il-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija fil-qafas jew fil-burduri tas-superstrutturi magħluqa;

.2

viżieri tal-pruwa mwaħħla f’pożizzjonijiet, kif indikati fil-paragrafu 1.1;

.3

il-bibien li minnhom titgħabba l-merkanzija fil-paratija tal-ħabta;.

.4

rampi li jirreżistu t-temp li jifformaw għeluq alternattiv għal dawk imfissra fil-paragrafi 1.1 sa 1.3 inklużi. Kemm-il darba meta ma jkunx jista’ jinfetaħ jew jingħalaq bieb meta l-bastiment ikun sorġut f’postu, tali bieb jista’ jinfetaħ jew jinżamm miftuħ meta l-bastiment joqrob jew jitbiegħed mill-post fejn kien sorġut, iżda biss sa fejn ikun neċessarju biex iħalli li l-bieb jitħaddem immedjatament. F’kull każ, il-bieb ta’ ġewwa tal-pruwa jrid jinżamm magħluq.

.2

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.1 u 1.4, l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tawtorizza li bibien partikolari jinfetħu fid-diskrezzjoni tal-kaptan, jekk dan ikun neċessarju għat-tħaddim tal-bastiment jew għall-imbarkazzjoni jew inżul tal-passiġġieri, meta l-bastiment ikun ankrat bla periklu u kemm-il darba li s-sigurtà tal-bastiment ma tiġix affettwata.

.3

Il-kaptan għandu jiżgura li tiġi implimentata sistema effiċjenti ta’ superviżjoni u rappurtaġġ ta’ l-għeluq u l-ftuħ tal-bibien kif saret referenza għaliha fil-paragrafu 1.

.4

Il-kaptan għandu jiżgura, qabel ma’ l-bastiment jitlaq fuq vjaġġ, li ssir daħla fir-reġistru kif meħtieġ minn Regolament 22, tal-ħin li fih ingħalqu l-aħħar il-bibien imsemmija fil-paragrafu 1 u l-ħin ta’ kwalunkwe ftuħ ta’ bibien partikolari b’mod konformi mal-paragrafu 2.

17-1   Integrità li ma jidħolx ilma mill-gverta tar-ro-ro (gverta tal-paratija) għall-ispazji li jkunu taħt (R 20-2)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-PASSIĠĠIERI RO-RO TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.1.1

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1.2 u 1.3, l-aċċessi kollha li jwasslu għall-ispazji taħt il-gverta tal-paratija għandhom ikollhom punt l-aktar baxx li ma jkunx anqas minn 2,5 metri 'l fuq mill-gverta tal-paratija;

.1.2

fejn hemm imwaħħla rampi tal-vetturi biex jagħtu aċċess għall-ispazji taħt il-gverta tal-paratija, il-ftuħ tagħhom għandhom ikunu kapaċi jingħalqu biex ma jidħolx ilma minnhom biex jevitaw li jidħol ilma taħt, ikunu bl-allarm u indikati lill-pont tan-navigazzjoni;

.1.3

l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tħalli t-twaħħil ta’ aċċessi partikolari għall-ispazji taħt il-gverta tal-paratija kemm-il darba jkunu meħtieġa għat-tħaddim essenzjali tal-bastiment, eż. moviment ta’ makkinarju u stivi, suggetti li tali aċċessi jsiru li ma jgħaddix ilma minnhom, bl-allarm u indikati lill-pont tan-navigazzjoni

.1.4

l-aċċessi li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1.2 u 1.3 għandhom jingħalqu qabel ma l-bastiment iħalli l-post fejn ikun sorġut fuq kwalunkwe vjaġġ u għandhom jinżammu magħluqa qabel il-bastiment isalpa mill-post fejn ikun imissu jerġa’ jsorġi;

.1.5

il-kaptan għandu jiżgura li tiġi implimentata sistema effiċjenti ta’ superviżjoni u rappurtaġġ ta’ l-għeluq u l-ftuħ ta’ tali aċċessi li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1.2 u 1.3; u

.1.6

il-kaptan għandu jiżgura, qabel ma’ l-bastiment isalpa mill-post fejn kien sorġut fuq kwalunkwe vjaġġ, li ssir daħla fir-reġistru, kif mitlub minn Regolament II-1/B/22, tal-ħin ta’ l-aħħar għeluq ta’ aċċessi li għalihom saret referenza fil-paragrafi 1.2 u 1.3;

.1.7

bastimenti ġodda tal-passiġġieri tal-klassi Ċ ro-ro ta’ anqas minn 40 metru tul u bastimenti ġodda tal-passiġġieri tal-klassi D ro-ro jistgħu, minflok ma jikkonformaw mal-paragrafi 1.1 sa.1.6, jikkonformaw mal-paragrafi 2.1 sa 2.4, kemm-il darba l-għoli tal-muxxillara u tal-ħoġor ikunu ta’ l-anqas 600 mm fuq gverti tar-ro-ro miftuħa u ta’ l-anqas 380 mm fuq gverti tar-ro-ro magħluqa.

BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B RO-RO:

.2.1

L-aċċessi kollha mill-gverta ro-ro li jwasslu sa l-ispazji taħt il-gverta tal-paratija għandhom isiru reżistenti għat-temp u għandhom jiġu pprovduti l-mezzi fuq il-pont tan-navigazzjoni, li jindikaw jekk l-aċċess huwiex miftuħ jew magħluq;

.2.2

l-aċċessjonijiet kollha għandhom jingħalqu qabel ma l-bastiment iħalli l-post fejn ikun sorġut fuq kwalunkwe vjaġġ u għandhom jinżammu magħluqa sakemm il-bastiment ikun fil-post fejn ikun imissu jerġa’ jsorġi;

.2.3

minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2, l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li xi aċċessi jinfetħu matul il-vjaġġ iżda dan biss għal perjodu li jħalli l-passaġġ u, jekk ikun meħtieġ għat-tħaddim essenzjali tal-bastiment; u

.2.4

ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.1 japplikaw mid-data ta’ l-ewwel survej perjodiku waral-1 ta’ Lulju 1998.

17-2   Aċċess għall-gverti ro-ro (R 20-3)

IL-BASTIMENTI KOLLHA TAL-PASSIĠĠIERI RO-RO:

Il-kaptan jew l-uffiċjal innominat għandu jiżgura li, mingħajr il-kunsens mogħti mill-kaptan jew ta’ l-uffiċjal maħtur, l-ebda passiġġier m’għandu jkollu aċċess għall-gverta ro-ro meta l-bastiment ikun qed isalpa.

17-3   Għeluq tal-paratiji fuq il-gverta ro-ro (R 20-4)

GĦALL-BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U GĦALL-BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI EŻISTENTI TAL-KLASSI B RO-RO:

.1

Kull paratija trażversa u lonġitudinali li hi kkunsidrata bħala effettiva biex jikkonfinaw l-ilma tal-baħar li jkun inġabar fuq il-gverta ro-ro għandha tkun f’postha u marbuta qabel ma’ l-bastiment isalpa mill-post fejn ikun sorġut u tibqa’ f’postha u marbuta sakemm il-bastiment ikun fil-post fejn ikun imissu jsorġi.

.2

Minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu 1, l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li xi aċċessi f’dawn il-paratiji jinfetħu matul il-vjaġġ iżda dan biss għal perjodu li jħalli l-passaġġ u, jekk ikun meħtieġ għat-tħaddim essenzjali tal-bastiment.

18   Informazzjoni dwar l-istabbiltà (R 22)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull bastiment tal-passiġġieri għandu għandu jiġi inklinat malli jitlesta u l-elementi ta’ l-istabbiltà tiegħu jiġu ddeterminati. Il-kaptan għandu jingħata tali informazzjoni, li tkun approvata mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera, kif ikun meħtieġ biex iħallih jakkwista għajnuna preċiża dwar l-istabbiltà tal-bastiment taħt kondizzjonijiet varji tas-servizz bi proċessi li ma jdumux u li jkunu sempliċi.

.2

Fejn isir xi tibdil fil-bastiment li jaffettwaw materjalment l-informazzjoni dwar l-istabbiltà li tiġi pprovduta lill-kaptan, għandha tiġi pprovduta informazzjoni emendata dwar l-istabbiltà. Jekk ikun meħtieġ, il-bastiment għandu jerġa’ jiġi inklinat mill-ġdid.

.3

F’intervalli perjodiċi li ma jaqbżux il-ħames snin, għandu jsir survej leġġer biex jivverifika jekk kienx hemm xi tibdil fl-ispostament ta’ bastiment irmiġġjat u fiċ-ċentru tal-gravità lonġitudinali. Il-bastiment għandu jiġi inklinat mill-ġdid kull meta, meta mqabbel ma’ l-informazzjoni approvata dwar l-istabbiltà, ikun hemm jew tiġi mbassra devjazzjoni mill-ispostament tal-bastiment ankrat li jaqbeż it-2 % jew devjazzjoni taċ-ċentru tal-gravità lonġitudinali li taqbeż il-1 % tat-tul tal-bastiment.

.4

L-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tħalli li t-test dwar l-inklinazzjoni ta’ bastiment individwali ma jsirx kemm-il darba jkun hemm fatti magħrufa (data) dwar l-istabbiltà bażika ta’ bastiment bħalu eżatt u jintwera għas-sodisafazzjoni ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera li tista’ tinħareġ informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha dwar l-istabbiltà għall-bastiment eżentat minn tali fatti magħrufa bażiċi.

19   Pjanijiet tal-kontroll tad-danni (R 23)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Għandhom ikunu eżebiti b’mod permanenti, biex jgħinu lill-uffiċjal li jkun qed jikkmanda l-bastiment, pjanti li juru b’mod ċar kull gverta u sa fejn jaslu l-kompartimenti li ma jidħolx ilma fihom, il-ftuħ ta’ ġo fihom bil-mezz ta’ l-għeluq u l-pożizzjoni tal-kontrolli dwar dan, u l-arranġamenti għall-korrezzjoni ta’ kull lista minħabba l-għargħar. Magħduda ma’ dan, għandhom ikunu għad-disposizzjoni ta’ l-uffiċjali tal-bastiment kotba żgħar li fihom l-informazzjoni fuq imsemmija.

20   L-integrità taż-żaqq u s-superstruttura, prevenzjoni tad-dannu u kontroll (R 23-2)

Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti kollha tal-passiġġieri ro-ro, ħlief għal bastimenti eżistenti tal-paragrafu 2 għandu japplika mill-ewwel survej perjodiku waral-1 ta’ Lulju 1998.

.1

Għandhom jiġu pprovduti indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni għall-bibien kollha tal-qafas, bibien li jgħabbu minnhom u tagħmir ieħor li jagħlaq li, jekk jitħallew miftuħa jew mhux magħluqa sew, jistgħu jwasslu għall-għargħar ta’ spazju ta’ kategorija speċjali jew ta’ spazju tal-merkanzija ro-ro. Is-sistema ta’ l-indikaturi għandha tiġi ddisinjata fuq il-prinċipju fail-safe u għandha turi b’allarmi viżivi jekk bieb ma jkunx magħluq kollu jew jekk wieħed mill-arranġamenti li jagħlqu ma jkunux f’posthom u msakkra sew u b’allarmi li jinstemgħu jekk tali bieb jew tagħmir li jagħlaq jinfetaħ jew l-arranġamenti li jagħlqu ma jibqgħux maqfula. Il-pannell indikatur fuq il-pont tan-navigazzjoni għandu jiġu mgħammra b’funzjoni għall-għażla tal-mod “port/vjaġġ fil-baħar” arranġat b’tali mod li tingħata allarm li jinstema’ fuq il-pont tan-navigazzjoni jekk il-bastiment iħalli l-port bil-bibien tal-pruwa, bil-bibien ta’ ġewwa, bir-rampa tal-poppa jew kull bieb ieħor li jkun miftuħ jew b’xi mezz li jagħlaq li ma jkunx fil-pożizzjoni korretta. Il-provvista ta’ l-enerġija għas-sistema ta’ l-indikazzjoni għandha tkun indipendenti mill-provvista ta’ l-enerġija biex tħaddem u tagħlaq il-bibien. Is-sistemi ta’ l-indikazzjoni, li huma installati fuq bastimenti eżistenti, u li huma approvati mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera, m’hemmx bżonn jinbidlu.

.2

Is-sorveljanza bit-televiżjoni u s-sistema li tinnota n-nixxiegħa ta’ l-ilma għandhom jiġu rranġati sabiex jipprovdu indikazzjoni lill-pont tan-navigazzjoni u lill-istazzjon tal-kontroll tal-magna ta’ kwalunkwe tnixxija mill-bibien ta’ ġewwa u ta’ barra tal-pruwa, mill-bibien tal-poppa jew kull bieb ieħor tal-qafas li jista’ jwassal għall-għargħar ta’ spazji ta’ kategorija speċjali jew spazji tal-merkanzija ro-ro.

.3

L-ispazji tal-kategorija speċjali u l-ispazji tal-merkanzija ro-ro għandhom jiġu mħarsa jew monitorjati kontinwament b’mezzi effettivi, bħas-sorveljanza bit-televiżjoni, sabiex kwalunkwe moviment ta’ vetturi f’kondizzjonijiet tat-temp li jkunu ħżiena u aċċess mhux awtorizzat mill-passiġġieri għalihom jiġi nnutat waqt li l-bastiment ikun fi triqtu.

.4

Il-proċeduri operattivi dokumentati biex jagħlqu u jsakkru l-bibien tal-qafas, il-bibien li jgħabbu minnhom u tagħmir ieħor li jagħlaq li, jekk jitħallew miftuħa jew mhux magħluqa sew, jistgħu iwasslu għall-għargħar ta’ kull spazju ta’ kategorija speċjali jew ta’ spazju tal-merkanzija ro-ro, għandhom jinżammu abbord u mpustati f’post adegwat.

21   L-immarkar, ħidma perjodika u spezzjoni tal-bibien li ma jidħolx ilma minnhom, eċċ. (R 24)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Provi għat-tħaddim ta’ bibien li ma jidħolx ilma minnhom, ftuħ fil-ġenb (sidescuttles), valvi u mekkaniżmi li jagħlqu tat-toqob għandhom isiru kull ġimgħa.

.2

Il-bibien kollha li ma jidħolx ilma minnhom fil-paratiji prinċipali trażversi, li jintużaw fuq il-baħar, għandhom jitħaddmu kuljum.

.3

Il-bibien li ma jidħolx ilma minnhom u kull mekkaniżmu u kull indikatur imqabbad magħhom, kull valv, li jkun hemm bżonn li jingħalaq biex kompartiment ma jgħaddix ilma minnu, u kull valv li l-ħidma tiegħu hija meħtieġa għall-konnessjonijiet inkroċjati tal-kontroll tad-danni għandu jiġi spezzjonat fuq il-baħar ta’ l-anqas darba fil-ġimgħa.

.4

Tali valvi, bibien u mekkaniżmi għandhom jiġu mmarkati biex jiżguraw li jistgħu jiġu użati sew biex jipprovdu sigurtà massima.

22   Entraturi fir-reġistru (R 25)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-bibien bil-ħoġor, plakek li jistgħu jinġarru, fetħiet fil-ġenb, portijiet ta’ l-iskaletti u tal-merkanzija u ftuħ ieħor, li huma meħtieġa minn dawn ir-Regolamenti biex jinżammu magħluqa matul il-vjaġġ, għandhom jingħalqu qabel ma’ l-bastiment iħalli l-port. Il-ħin ta’ l-għeluq u l-ħin tal-ftuħ (jekk ikun permess taħt dawn ir-Regolamenti) għandhom jiġu nnutati fir-reġistru.

.2

Rekord ta’ kull tħaffir u ta’ l-ispezzjonijiet meħtieġa minn Regolament 21 għandu jiddaħħal fir-reġistru b’daħla espliċita ta’ kwalunkwe difett li jista’ jsir magħruf.

23   Pjattaformi u rampi tal-karozzi li jitilgħu

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Fuq bastimenti mgħammra bi gverti mdendla għat-trasport tal-vetturi tal-passiġġieri, il-kostruzzjoni, installazzjoni u tħaddim għandha titwettaq fi qbil mal-miżuri imposti mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera. Fir-rigward tal-kostruzzjoni, għandhom jintużaw ir-regoli rilevanti ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.

24   Ilqugħ

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

.1

Fuq il-gverti esterni li għalihom il-passiġġieri huma permessi li jgħaddu, u fejn m’hemmx sellum tal-murata ta’ l-għoli neċessarju pprovdut, għandhom jiġu pprovduti lqugħ ta’ għoli minimu ta’ 1 100 mm 'il fuq mill-gverta u ta’ tali disinn u kostruzzjoni sabiex jevitaw li xi passiġġier jirkeb fuq dawn l-ilqugħ u milli aċċidentalment jaqgħu minn dik il-gverta.

.2

Turġien u pjanijiet fuq tali gverti esterni għandhom jiġu pprovduti b’ilqugħ ta’ kostruzzjoni ekwivalenti.

PARTI Ċ

MAKKINARJU

1   Ġenerali (R 26)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-makkinarju, kaldaruni u kontenituri tal-pressjoni, sistemi tal-pajpijiet assoċjati u tagħmir għandhom ukoll jiġu nstallati u protetti sabiex inaqqsu għall-minimu kull periklu għall-persuni ta’ fuqu, bl-attenzjoni dovuta tingħata lill-partijiet li jiċċaqalqu, uċuħ li jaħarqu u perikli oħra.

.2

Għandhom jiġu pprovduti mezzi li bihom it-tħaddim normali tal-makkinarju tal-propulsjoni jistgħu jiġu sostenuti jew ristorati anki jekk waħda mill-awżiljari essenzjali ssir operattiva.

.3

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jiżguraw li l-makkinarju ikun jista’ jinġieb fl-operazzjoni mill-kondizzjoni ta’ bastiment inattiv mingħajr għajnuna barranija.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI B U Ċ:

.4

Il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u kull makkinarju awżiljari essenzjali għall-propulsjoni u għas-sigurtà tal-bastiment għandhom, kif imwaħħla fil-bastiment, jiġu ddisinjati biex jaħdmu meta l-bastiment ikun dritt u meta jkun inklinat f’angolu ta’ mejl sa u li jinkludi 15 ° fuq kull naħa taħt kondizzjonijiet statiċi u 22,5 ° taħt kondizzjonijiet dinamiċi (li jinqelbu) fuq kull naħa u inklinati simultanjament b’mod dinamiku (imil) 7,5 ° bil-pruwa jew bil-poppa.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Għandhom jiġu pprovduti mezzi għall-makkinarju tal-propulsjoni u l-iskruwn għandu jitwaqqaf f’każijiet ta’ emerġenza mill-pożizzjonijiet rilevanti 'l barra mill-kamra tal-magna/kamra tal-kontroll tal-magna, eż. bil-gverta miftuħa jew bid-dar tar-rota.

BASTIMENTI TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

.6

Il-post fejn jinstabu u l-arranġament tal-pajpijiet tal-ventijiet għas-servizz tal-karburant taż-żejt, it-tankijiet taż-żejt tas-servizz u li jillubbrikaw għandhom ikunu tali fil-każ ta’ pajp tal-vent maqsum dan m’għandux iwassal direttament għar-riskju ta’ dħul ta’ ilma tal-baħar jew ilma tax-xita. Għandhom jiġu pprovduti żewġ tankijiet tal-karburant taż-żejt tas-servizz għal kull tip ta’ karburant użat fuq il-bastiment li jkun meħtieġ u għall-propulsjoni u għas-sistemi vitali jew arranġamenti ekwivalenti għal kull bastiment, b’kapaċità ta’ mill-anqas 8 siegħat għall-bastimenti tal-klassi B u ta’ l-anqas 4 siegħat għall-bastimenti tal-klassi Ċ u D, bir-rata massima kontinwa ta’ l-impjant tal-propulsjoni u t-tħaddim tat-tagħbija normali fuq il-baħar ta’ l-impjant tal-ġenerazzjoni.

2   MagniMagni tal-kombustjoni interna (R 27)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-magnimagni tal-kombustjoni interna ta’ dijametru ċirkolari ta’ 200 mm, jew ta’ volum ta’ kisi ta’ krank ta’ 0,6 m3 u 'l fuq għandhom jiġu pprovduti b’valvi ta’ l-isplużjoni tal-kisi tal-krank bir-rilaxx tat-tip adegwat b’erja suffiċjenti tar-rilaxx. Il-valvi tar-rilaxx għandhom jiġu rranġati jew pprovduti b’mezz li jiżgura li l-ħruġ minnhom huwa hekk dirett sabiex jimminimizza l-possibbiltà li jweġġgħu l-personal.

3   Arranġamenti ta’ l-ippumpjar tas-sentina (R 21)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B,Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1

Għandha tiġi pprovduta sistema effiċjenti ta’ l-ippumpjar tas-sentina, li tkun kapaċi li tippompja minn u tnixxef kull kompartiment li ma jidħolx ilma fih li ma jkunx spazju użat b’mod permanenti għall-ġarr ta’ l-ilma ħelu, ilma tas-saborra, karburant taż-żejt jew merkanzija likwida u li għalihom huma pprovduti mezzi oħra effiċjenti ta’ l-ippumpjar, taħt il-kondizzjonijiet kollha prattiċi. Għandhom jiġu pprovduti mezzi effiċjenti biex inixxfu l-ilma minn ġo kompartimenti insulati.

.1.2

Jistgħu jiġu aċċettati pompi sanitarji, tas-saborra u dawk ġenerali tas-servizz bħala pompi indipendenti ta’ l-enerġija tas-sentina jekk ikunu mgħammra bil-konnessjonijiet meħtieġa għas-sistema ta’ l-ippumpjar bis-sentina.

.1.3

Il-pajpijiet kollha tas-sentina li jintużaw fil-jew taħt it-tankijiet tal-ħażna tal-karburant jew fi spazji tal-kaldarun jew spazji tal-makkinarju, inklużi spazji li fihom tankijiet li fihom joqgħod iż-żejt jew li fihom unitajiet li jippumpjaw il-karburant taż-żejt, għandhom ikunu ta’ l-azzar jew ta’ materjal ieħor adatt.

.1.4

L-arranġament tas-sistema ta’ l-ippumpjar tas-sentina u tas-saborra għandu jkun tali li jevita l-possibbiltà li l-ilma jgħaddi mill-baħar u mill-ispazji tas-saborra ta’ l-ilma fl-ispazji tal-merkanzija u tal-makkinarju, jew minn kompartiment għall-ieħor. Għandu jsir provvediment biex jiġi evitat li xi tank fond li jkollu konnessjonijiet tas-sentina u tas-saborra jiġi milqut mill-għargħar mill-baħar bi żball meta jkun fih merkanzija, jew li jiġi mormi minn pompa tas-sentina meta jkun fih saborra ta’ l-ilma.

.1.5

Il-kaxex tad-distribuzzjoni u l-valvi li jinfetħu bl-idejn f’konnessjoni ma’ l-arranġamenti ta’ l-ippumpjar tas-sentina għandhom ikunu f’pożizzjonijiet li huma aċċessibbli taħt ċirkostanzi ordinarji.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.1.6

Għandu jsir provvediment għall-ispazji magħluqa tad-drenaġġ u tal-merkanzija li jinstabu fuq il-gverta tal-paratija.

.1.6.1

Fejn il-post liberu għall-gverta tal-paratija huwa tali li t-tarf tal-gverta jkun taħt l-ilma meta l-bastiment imil aktar minn 5 °, id-drenaġġ għandu permezz ta’ numru suffiċjenti ta’ fetħiet ta’ daqs adegwat jintrema direttament fil-baħar, imwaħħla b’mod konformi mar-rekwiżiti ta’ Regolament 15.

.1.6.2

Fejn il-post liberu huwa tali li t-tarf tal-gverta tal-paratija jkun taħt l-ilma meta l-bastiment imil 5 ° jew anqas, id-drenaġġ ta’ l-ispazji tal-merkanziji magħluqa fuq il-gverta tal-paratija għandu jitwassal sa spazju adegwat, jew spazji, ta’ kapaċità adegwata, li għandha allarm tal-livell għoli ta’ l-ilma u mgħammar b’arranġamenti adegwati biex jintrema fil-baħar. Barra minn hekk għandu jiġi żgurat li:

.1

in-numru, daqs u disposizzjoni ta’ l-fetħiet huma tali li jevitaw akkumulazzjoni mhux raġonevoli ta’ ilma liberu;

.2

l-arranġamenti ta’ l-ippumpjar meħtieġa minn dan ir-Regolament jikkunsidraw ir-rekwiżiti għal kwalunkwe sistema li titfi n-nirien li taħdem billi tispara l-ilma li jkollu pressjoni fissa;

.3

ilma kkontaminat bil-petrol u b’sustanzi oħra perikolużi ma jintremiex fi spazji tal-makkinarju jew fi spazji oħra fejn jista’ jkun hemm sorsi li jieħdu n-nar; u

.4

fejn l-ispazju magħluq tal-merkanzija huwa protett mis-sistema tat-tifi tan-nar mid-dijossidu tal-karbonju l-fetħiet tal-gverta huma mwaħħla b’mezzi li jipprevjenu l-ħruġ ta’ gass li jitfi.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, Ċ U D:

.1.6.3

Id-drenaġġ mill-gverti ro-ro u mill-gverti tal-karozzi għandu jkun ta’ kapaċità suffiċjenti li l-fetħiet, portijiet tal-ħasil eċċ. fuq in-naħa tal-lemin (“starboard”) u tax-xellug (“port”) għandhom ikunu kapaċi li jlaħħqu ma’ kwantità ta’ ilma li ġejja mill-pompi li jitfu n-nar, wara li jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet ta’ mejl u tal-laqtiet.

.1.6.4

Meta jkunu pprovduti b'istallazzjonijiet tal-ferfiera u ta’ l-idranti, is-swali tal-passiġġieri u ta’ l-ekwipaġġ għandhom ikollhom numru adegwat ta’ fetħiet, li jkunu adegwati biex ikampaw mal-kwantità ta’ ilma li toħroġ mit-tifi tan-nar mill-irjus tal-ferfiera tal-kamra u minn żewġ pajpijiet tat-tifi tan-nar bil-ġettijiet. Il-fetħiet għandhom jinstabu fl-aktar postijiet effettivi, eż. f’kull kantuniera.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.2.1

Is-sistema ta’ l-ippumpjar tas-sentina meħtieġa minn paragrafu 1.1 għandha tkun kapaċi taħdem taħt il-kondizzjonijiet kollha prattiċi wara inċident kemm jekk il-bastiment ikun dritt u kemm jekk ikun immejjel. Għal dan il-għan għandhom jitwaħħlu pompi ta’ ġbid bl-arja fil-ġwienaħ ħlief fil-kompartimenti dojoq fit-tarf tal-bastiment fejn pompa ta’ ġbid bl-arja waħda tista’ tkun biżżejjed. F’kompartimenti li għandhom forma mhux tas-soltu, jistgħu jkunu meħtieġa pompi tal-ġbid bl-arja addizzjonali. Għandhom isiru arranġamenti li bihom l-ilma fil-kompartiment jista’ jsib ruħu fil-pajpijiet - tal-ġbid bl-arja.

.2.2

Fejn ikun prattiku, il-pompi ta’ l-enerġija tas-sentina għandhom jitpoġġew f’kompartimenti separati li ma jidħolx ilma fihom u jiġu rranġati u ppustjati b’mod li dawn il-kompartimenti ma jiġux mgħarrqa bl-istess dannu. Jekk il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni, il-makkinarju awżiljari u l-kaldaruni qegħdin f’żewġ kompartimenti jew aktar li ma jidħolx ilma fihom, il-pompi disponibbli għas-servizz tas-sentina għandhom jiġu mqassma kif ikun possibbli ġo dawn il-kompartimenti.

.2.3

Bl-eċċezzjoni ta’ pompi oħra addizzjonali li jistgħu jiġu pprovduti għal kompartimenti fl-għoli biss, kull pompa tas-sentina għandha tiġi irranġata sabiex tiġbed l-ilma minn kwalunkwe spazju meħtieġ sabiex jiġi mneħħi sa paragrafu.1.1.

.2.4

Kull pompa ta’ l-enerġija tas-sentina għandha tkun kapaċi li tippompja l-ilma minn ġol-pajp prinċipali tas-sentina b’veloċità ta’ mhux anqas minn 2 m/sec. Pompi indipendenti ta’ l-enerġija bis-sentina li jinstabu fi spazji tal-makkinarju għandhom ikollhom pompi tal-ġbid bl-arja minn dawk l-ispazji, ħlief li mhux aktar minn tnejn minn tali pompi tal-ġbid bl-arja għandhom ikunu meħtieġa fi spazju wieħed. Fejn ikunu pprovduti żewġ pompi tal-ġbid bl-arja għandu ta’ l-anqas ikun hemm waħda fuq kull naħa tal-bastiment. Ġbid bl-arja dirett għandu jkun irranġat b’mod adegwat u dawk f’kull spazju tal-makkinarju għandhom ikunu ta’ dijametru ta’ mhux anqas minn dik meħtieġa għas-sentina prinċipali.

.2.5

Minbarra l-ġbid bl-arja dirett fuq is-sentina jew il-ġbid bl-arja meħtieġ minn paragrafu 2.4 sentina diretta ta’ l-emerġenza li jkollha valv ta’ bla ritorn għandha titmexxa mill-akbar pompa bl-enerġija indipendenti disponibbli sal-livell tad-drenaġġ ta’ l-ispazju tal-makkinarju; il-ġbid bl-arja għandu jkun ta’ l-istess dijametru bħad-daħla prinċipali għall-pompi użati.

.2.6

Iż-żarżuri tad-daħla mill-baħar u tal-valvi tal-ġbid bl-arja dirett għandhom jestendu lil hinn sew mill-pjattaforma tal-kamra tal-magna.

.2.7

Kull pajp tal-ġbid bl-arja tas-sentina sal-konnessjoni mal-pompi għandu jkun indipendenti mill-pajpijiet l-oħra.

.2.8

Id-dijametru “d” tal-pajpijiet prinċipali u l-pajpijiet tal-fergħat tal-ġbid bl-arja tas-sentina għandhom jiġu kkalkulati konformement mal-formulae li ġejjin. Madanakollu, id-dijametru attwali intern jista’ jittieħed għad-dritt sa l-eqreb daqs standard li jkun aċċettabbli għall-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera: pajp prinċipali tal-ġbid bl-arja tas-sentina:

Formula

pajp fergħa tal-ġbid bl-arja tas-sentina bejn il-kaxxex li jiġbru u l-ġbid bl-arja:

Formula

fejn:

“d”

huwa d-dijametru intern tas-sentina prinċipali (millimetri),

“L” u “B”

huma t-tul u l-wisa’ tal-bastiment (metri),

“L1

hija t-tul tal-kompartiment, u

“D”

hija l-fond iffundat tal-bastiment sal-gverta tal-paratija (metri) kemm-il darba li, f’bastiment li jkollu spazju magħluq għall-merkanzija fuq il-gverta tal-paratija li hija mnixxfa b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1.6.2 u li testendi għat-tul kollu tal-bastiment, “D” għandha titkejjel sal-gverta li jmiss 'il fuq mill-gverta tal-paratija. Fejn l-ispazji magħluqa tal-merkanzija jkopru tul li jkun anqas, “D” għandha tittieħed bħala l-fond iffundat sal-gverta tal-paratija flimkien mal-lh/L fejn “l” u “h” huma t-tul medju u l-għoli rispettiv ta’ l-ispazji magħluqa tal-merkanzija.

.2.9

Għandha ssir disposizzjoni biex tevita li kompartiment jiġi servut minn pajp tal-ġbid bl-arja tas-sentina li jkun mgħarraq fil-każ li jinqata’ l-pajp jew inkella jiġi ddaneġġjat bil-ħabta jew li jeħel f’kompartiment ieħor. Għal dan il-għan, fejn il-pajp ikun jinstab f’xi parti eqreb lejn il-ġenb tal-bastiment minn kwint tal-wisa’ tal-bastiment (imkejjel f’angoli dritti għal-linja taċ-ċentru sal-livell tal-linja tat-tagħbija l-aktar fonda), jew qiegħed ġo primi tal-kanal, valv ta’ bla ritorn għandu jitwaħħal ma’ dan il-pajp fil-kompartiment li fih t-tarf miftuħ.

.2.10

Kaxex tad-distribuzzjoni, ħuxlief u valvi f’konnessjoni mas-sistema ta’ l-ippumpjar tas-sentina għandhom jiġu rranġati tali sabiex, fil-każ li jkun hemm għargħar, waħda mill-pompi tas-sentina għandha tkun tista’ titħaddem minn kwalunkwe kompartiment; barra minn hekk, id-dannu lill-pompa jew lill-pajp tagħha li jgħaqqad mal-main tas-sentina fuq barra ta’ linja mpenġija fi kwint tal-wisa’ tal-bastiment m’għandhiex tpoġġi lis-sistema tas-sentina barra mill-azzjoni. Jekk hemm sistema waħda biss ta’ pajpijiet li tkun komuni għall-pajpijiet kollha, il-valvi neċessarji biex jikkontrollaw il-ġbid bl-arja tas-sentina għandhom jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratiji. Fejn flimkien mas-sistema prinċipali ta’ l-ippumpjar tas-sentina tkun ipprovduta sistema ta’ l-ippumpjar tas-sentina ta’ l-emerġenza, għandha tkun indipendenti mis-sistema prinċipali u għandha tiġi rranġata sabiex kull pompa tkun kapaċi taħdem fuq kull kompartiment taħt kondizzjoni ta’ għargħar kif speċifikat fil-paragrafu 2.1; fil-każ biss li l-valvi meħtieġa għat-tħaddim tas-sistema ta’ l-emerġenza għandhom ikunu kapaċi li jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratija.

.2.11

Il-ħuxlief u l-valvi kollha li għalihom saret referenza fil-paragrafu 2.10 li jistgħu jitħaddmu minn fuq il-gverta tal-paratija għandhom ikollhom il-kontrolli tagħhom fil-post fejn jitħaddmu murija b’mod ċar u għandhom jiġu pprovduti b’mezzi li jindikaw jekk humiex miftuħa jew magħluqa.

4   Numru u tip tal-pompi tas-sentina (R 21)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

sa 250 passiġġier

:

pompa waħda prinċipali tal-magna u pompa waħda indipendenti ta’ l-enerġija, li tinstab u titħaddem barra mill-kamra tal-magna,

'l fuq minn 250 passiġġieri

:

pompa waħda prinċipali u żewġ pompi prinċipali indipendenti ta’ l-enerġija, li waħda minnhom tkun tinstab u titħaddem barra mill-kamra tal-magna.

Il-pompa prinċipali tal-magna tista’ tiġi ssostitwita minn pompa waħda indipendenti.

Id-drenaġġ ta’ kompartimenti żgħar ħafna jista’ jiġi maħdum b’pompi ta’ l-id li jistgħu jinġarru.

5   Mezzi li jmorru la ġenba (R 28)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Għandha tiġi pprovduta enerġija suffiċjenti biex jiġi żgurat il-kontroll kif suppost tal-bastiment fiċ-ċirkostanzi kollha normali.

.2

Il-ħila tal-makkinarju li jibgħat lura d-direzzjoni tal-ġibda ta’ l-iskruwn f’ħin suffiċjenti, u għalhekk li jwaqqaf lill-bastiment f’distanza raġonevoli mill-veloċita tas-servizz massimu 'l quddiem, għandha tintwera u tiġi reġistrata.

.3

Il-ħinijiet tal-waqfien, id-direzzjonijiet ta’ fejn ikunu sejrin il-bastimenti u d-distanzi rreġistrati fil-provi, flimkien mar-riżultati tal-provi biex jiddeterminaw il-ħila tal-bastimenti li jkollhom aktar minn skruwn wieħed li jinnavigaw u jimmanuvraw bi skruwn wieħed jew aktar li ma jkunx qed jaħdem, għandhom ikunu disponibbli fuq il-bastiment għall-użu tal-kaptan jew ekwipaġġ maħtur.

6   Tagħmir li jdawwar (R 29)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull bastiment għandu jiġi mgħammar b’sistema effiċjenti prinċipali u awżiljari biex idawwar. Is-sistema prinċipali li ddawwar u s-sistema awżiljari li ddawwar għandhom jiġu rranġati b’tali mod sabiex il-falliment ta’ waħda minnhom ma trendix lill-oħra inoperattiva.

.2

It-tagħmir prinċipali li jdawwar u l-istokk tat-tmun meta jkunu mwaħħla għandhom ikunu:

.2.1

ta’ saħħa adekwata, u kapaċi li ddawwar il-bastiment bil-veloċità massima 'l quddiem tas-servizz, u ddisinjata hekk sabiex ma jiġux iddaneġġjati bil-veloċità massima la ġenba;

.2.2

kapaċi li tpoġġi t-tmun 'il fuq minn 35° fuq naħa waħda sa 35° fuq in-naħa l-oħra bil-bastiment bil-profondità l-aktar fonda li sejra lejn il-baħar u li jiġri 'l quddiem b’veloċità massima tas-servizz u, taħt l-istess kondizzjonijiet minn 35° fuq kull naħa sa 30° fuq in-naħa l-oħra f’mhux aktar minn 28 sekonda;.

.2.3

jitħaddem b’saħħa fejn meħtieġ biex jilħaq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2.2.2 u f’kull każ meta stokk tat-tmun ta’ 'l fuq minn 120 mm f’dijametru permezz tal-laċċ, li jeskludi s-saħħa li tingħata għan-navigazzjoni fuq is-silġ, hija meħtieġa sabiex tikkonforma mal-paragrafu 2.2.1.

.3

Jekk imwaħħal, il-ger ta’ l-istering awżiljari għandu jkun:

.1

ta’ saħħa adekwata u kapaċi li ddawwar il-bastiment fil-veloċità tan-navigazzjoni u li tinġieb malajr fl-azzjoni f’emerġenża;

.2

kapaċi li tpoġġi t-tmun 'il fuq minn 15° fuq naħa waħda sa 15° fuq in-naħa l-oħra f’mhux aktar minn 60 sekonda bil-bastiment bil-fond (draught) aktar profond sejjer lejn il-baħar u li jiġri 'l quddiem b’veloċità massima 'l quddiem tas-servizz jew 7 knots, skond liema tkun l-akbar; u

.3

imħaddem bl-enerġija fejn ikun meħtieġ biex jilħaq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.2 u f’kull każ fejn stokk tat-tmun ta’ 'l fuq minn 230 mm f’dijametru bħala laċċ, eskluża s-saħħa li tingħata għan-navigazzjoni fuq is-silġ.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.4

L-unitajiet ta’ l-enerġija bl-istering:

.1

irranġati biex jibdew mill-ġdid b’mod awtomatiku meta l-enerġija terġa’ tiġi f’postha wara li kien hemm qtugħ fl-enerġija; u

.2

kapaċi jibdew jaħdmu minn pożizzjoni fuq il-pont tan-navigazzjoni. Fil-każ ta’ qtugħ ta’ l-enerġija għal kull waħda mill-unitajiet ta’ l-enerġija ta’ l-istering, għandu jingħata allarm li jinstema’ u li jidher fuq il-pont tan-navigazzjoni.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B,Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Fejn t-tagħmir prinċipali ta’ l-istering fih żewġ unitajiet jew aktar ta’ l-enerġija, m’hemmx bżonn ta’ ger awżiljari ta’ l-istering, kemm-il darba li:

.1

il-ger prinċipali ta’ l-istering huwa kapaċi jħaddem it-tmun kif meħtieġ fil-paragrafu 2.2.2 waqt li xi waħda mill-unitajiet ta’ l-enerġija ma tkunx qed taħdem; u

.2

it-tagħmir prinċipali ta’ l-istering huwa rranġat b’tali mod li wara nuqqas f’waħda mis-sistemi tal-pajpijiet tiegħu jew f’waħda mill-unitajiet ta’ l-enerġija d-difett jista’ jiġi iżolat sabiex il-kapaċità ta’ l-istering tinżamm jew terġa’ tinkiseb malajr kemm jista’ jkun.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:.

.6

Għandu jiġi pprovdut kontroll tat-tagħmir ta’ l-istering:

.1

għat-tagħmir prinċipali ta’ l-istering, kemm fuq il-pont tan-navigazzjoni kif ukoll fil-kompartiment ta’ l-istering;

.2

meta l-ger prinċipali ta’ l-istering ikun irranġat b’mod konformi mal-paragrafu 4, minn żewġ sistemi indipendenti tal-kontroll, li t-tnejn jistgħu jitħaddmu mill-pont tan-navigazzjoni. Dan ma jirrikjedix il-bdil tar-rota ta’ l-istering jew tal-manku ta’ l-istering. Meta s-sistema tal-kontroll tikkonsisti f’tele-mutur idrawliku, m’hemmx bżonn titwaħħal it-tieni sistema indipendenti;

.3

għall-ger ta’ l-istering awżiljari, fil-kompartiment tal-ger ta’ l-istering u, jekk jitħaddem bl-enerġija, għandu jitħaddem ukoll minn fuq il-pont tan-navigazzjoni u għandhom ikunu indipendenti mis-sistema tal-kontroll għall-ger prinċipali ta’ l-istering.

.7

Kull sistema tal-kontroll tal-ger ta’ l-istering prinċipali u awżiljari li titħaddem mill-pont tan-navigazzjoni għandha tikkonforma ma’ li ġej:

.1

jekk ta’ l-elettriku, għandha jkollha ċ-ċirkwit separat tagħha li jkollu provvista miċ-ċirkwit ta’ l-enerġija tal-ger ta’ l-istering minn punt fil-kompartiment tal-ger ta’ l-istering, jew direttament mill-busbars tas-swiċċ-bord li jfornu lil dak iċ-ċirkwit ta’ l-enerġija tal-ger ta’ l-istering f’punt fuq is-swiċċ-bord li jkun ħdejn il-provvista taċ-ċirkwit ta’ l-enerġija tal-ger ta’ l-istering;

.2

għandhom jiġu pprovduti mezzi fil-kompartiment tal-ger ta’ l-istering biex tiġi skonnetjata kwalunkwe sistema tal-kontroll li titħaddem mill-pont tan-navigazzjoni mill-ger ta’ l-istering li sservi;

.3

is-sistema għandha tkun kapaċi tibda taħdem minn pożizzjoni fuq il-pont tan-navigazzjoni.

.4

fil-każ ta’ qtugħ tal-provvista ta’ l-enerġija elettrika lis-sistema tal-kontroll, għandu jingħata allarm li jinstema’ u li jidher fuq il-pont tan-navigazzjoni; u

.5

protezzjoni għax-short circuit għandha tiġi pprovduta biss għaċ-ċirkwiti tal-provvista tal-kontroll tal-ger ta’ l-istering.

.8

Iċ-ċirkwiti ta’ l-enerġija elettrika u s-sistemi tal-kontroll tal-ger ta’ l-istering bil-komponenti assoċjati tagħhom, kejbils u pajpijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament u mir-Regolament 7 għandhom jiġu separati sa fejn ikun prattiku mat-tul tagħhom.

.9

Għandu jiġi pprovdut mezz ta’ komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-kompartiment tal-ger ta’ l-istering jew pożizzjoni alternattiva ta’ l-istering.

.10

Il-pożizzjoni angolari tat-tmun(i) għandha:

.1

jekk il-ger prinċipali ta’ l-istering, jiġi indikat fuq il-pont tan-navigazzjoni. L-indikazzjoni ta’ l-angolu tat-tmun għandha tkun indipendenti fuq is-sistema tal-kontroll;

.2

tintgħaraf fil-kompartiment tal-ger ta’ l-istering.

.11

Il-ger ta’ l-istering li jitħaddem bl-enerġija idrawlika għandu jiġi pprovdut b’li ġej:

.1

arranġamenti biex tinżamm l-indafa tal-likwidu idrawliku wara li jiġu kkunsidrati t-tip u d-disinn tas-sistema idrawlika;

.2

allarm fuq kull livell baxx għal kull tank li fih il-likwidu idrawliku biex tagħti l-aktar indikazzjoni bikrija meta jkun prattiku li hemm tnixxija tal-likwidu idrawliku. Għandhom jingħataw l-allarmi li jinstemgħu u li jidhru fuq il-pont tan-navigazzjoni u fl-ispazju tal-makkinarju fejn ikunu jistgħu jiġu osservati faċilment; u

.3

tank fiss tal-ħażna li għandu kapaċità suffiċjenti biex jiċċarġja mill-ġdid ta’ l-anqas sistema waħda ta’ attwazzjoni inkluż it-tank tal-ħażna, fejn huwa meħtieġ li l-ger prinċipali ta’ l-istering ikun jitħaddem bl-enerġija. It-tank tal-ħażna għandu jkun imqabbad b’mod permanenti b’pajpijiet li jkunu b’tali mod li s-sistemi idrawliċi jkunu jistgħu jerġgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid minn pożizzjoni fil-kompartiment tal-ger ta’ l-istering u għandu jiġi pprovdut b’arloġġ li juri l-kontenut.

.12

Il-kompartiment tal-ger ta’ l-istering għandhom ikunu:

.1

aċċessibbli faċilment u, sa fejn huwa prattiku, isseparati mill-ispazji tal-makkinarju; u

.2

ipprovduti b’arranġamenti adegwati biex jiżguraw aċċess komdu għall-makkinarju tal-ger ta’ l-istering u għall-kontrolli. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu l-poġġamani u l-gradi jew uċuħ oħra li ma jiżolqux biex jiżguraw kondizzjonijiet adatti tax-xogħol fil-każ ta’ tnixxija tal-likwidu idrawliku.

7   Rekwiżiti addizzjonali għall-ger ta’ l-istering elettriku u elettro-idrawliku (R 30)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Mezzi biex jindikaw li l-muturi tal-gerijiet ta’ l-istering elettriku u elettro-idrawliku qed jaħdmu għandhom jiġu nstallati fuq il-pont tan-navigazzjoni f’pożizzjoni adatta tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.2

Kull sistema ta’ l-istering elettriku jew elettro-idrawlika tikkomprendi unità ta’ l-enerġija waħda jew aktar għandha tiġi servuta minn ta’ l-anqas żewġ ċirkwiti esklużivi li jiġu mogħtija mill-iswiċċbord prinċipali; madanakollu, waħda minn dawn iċ-ċirkwiti tista’ tiġi pprovduta mill-iswiċċbord ta’ l-emerġenza. Sistema ta’ l-istering elettriku jew elettro-idrawlika hija assoċjata ma’ sistema ta’ l-istering elettrika jew elettro-idrawlika jistgħu jiġu konnessi ma’ waħda miċ-ċirkwiti li jforni din is-sistema prinċipali ta’ l-istering. Iċ-ċirkwiti li jfornu sistema ta’ l-istering elettrika jew elettro-idrawlika għandhom ikollhom klassi adekwata biex ifornu l-muturi kollha li jistgħu jitqabbdu fl-istess ħin magħhom u li jistgħu jintalbu biex jaħdmu b’mod separat.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.3   Il-protezzjoni tas-short circuit u ta’ allarm bit-tagħbija żejda għandhom jiġu pprovduti għall-ger ta’ l-istering elettriku u taċ-ċirkwiti elettro-idrawliċi u l-muturi. Protezzjoni kontra l-kurrent eċċessiv, inkluż il-kurrent li jqabbad, jekk ikun ipprovdut, għandha tkun mhux anqas mid-doppju tal-kurrent bit-tagħbija kollha tal-mutur jew ċirkwit hekk protett, u għandha tiġi rranġata biex tippermetti l-passaġġ tal-kurrenti meħtieġa li jgħaddu.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

L-allarmi meħtieġa f’dan il-paragrafu għandhom ikunu kemm jinstemgħu kif ukoll jidhru u għandhom jinstabu f’pożizzjoni li tidher fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll li minnha l-makkinarju prinċipali normalment jiġi kkontrollat u kif jista’ jkun mitlub minn Regolament 6 tal-Parti E ta’ dan il-kapitolu.

.4   Meta ger ta’ l-istering awżiljari mitlub minn Regolament 6.3.3 biex jitħaddem bl-enerġija ma jkunx jitħaddem bl-elettriku jew ikun jitħaddem b’mutur elettriku li huwa intiż primarjament għal servizzi oħra, is-sistema prinċipali ta’ l-istering tista’ tiġi mgħoddija minn ċirkwit wieħed fuq is-swiċċbord prinċipali. Fejn tali mutur elettriku jkun intiż primarjament għal servizzi oħra biex iħaddem tali sistema ta’ l-istering awżiljari, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 jistgħu jiġu injorati mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera, jekk tkun sodisfatta bl-arranġament tal-protezzjoni flimkien mar-rekwiżiti ta’ Regolament 6.4.1 u 4.2 applikabbli għas-sistemi ta’ l-istering awżiljari.

8   Sistemi tal-ventilazzjoni fi spazji tal-makkinarju (R 35)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

L-ispazji tal-makkinarju ta’ kategorija A għandhom ikunu ventilati b’mod adekwat sabiex jiżguraw li meta l-makkinarju jew il-kaldaruni ġo fihom ikunu qed jaħdmu bis-saħħa kollha fil-kondizzjonijiet kollha tat-temp inkluż meta t-temp ikun ħażin, tinżamm provvista adegwata ta’ arja għall-ispazji għas-sigurtà u l-kumdità tal-ħaddiema u għat-tħaddim tal-makkinarju.

9   Il-komunikazzjoni bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazju tal-makkinarju (R 37)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B LI:

Għandhom ta’ lanqas jiġu pprovduti żewġ mezzi indipendenti tal-komunikazzjoni għall-ordnijiet tal-komunikazzjoni mill-pont tan-navigazzjoni għall-pożizzjoni fl-ispazju tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll li minnha normalment jiġu kkontrollati l-veloċità u d-direzzjoni tal-ġibda tal-iskrejjen. Waħda minn dawn għandha tkun telegraf tal-kamra tal-magna li tipprovdi indikazzjoni viżwali ta’ l-ordnijiet u risposti kemm fl-ispazju tal-makkinarju kif ukoll fil-pont tan-navigazzjoni. Għandhom jiġu pprovduti mezzi adegwati ta’ komunikazzjoni għal kull pożizzjoni oħra li minnha l-veloċità jew id-direzzjoni tal-ġibda ta’ l-iskrejjen tista’ tiġi kkontrollata.

10   Allarm ta’ l-inġiniera (R 38)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Għandha tiġi pprovduta sistema ta’ allarm ta’ l-inġiniera biex titħaddem mill-kamra tal-kontroll tal-magna jew minn pjattaforma tal-manuvrar kif ikun il-każ, u għandha tinstema’ b’mod ċar fl-akkomodazzjoni ta’ l-inġiniera, u/jew il-pont tan-navigazzjoni kif ikun il-każ.

11   Lokalità ta’ installazzjonijiet ta’ l-emerġenza (R 39)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Sorsi ta’ emerġenza ta’ l-enerġija elettrika, pompi tan-nar, pompi tas-sentina ħlief għal dawk li jservu speċifikament l-ispazji li qegħdin aktar 'il quddiem mill-paratija tal-ħabta, u s-sistema tat-tifi tan-nar fissa meħtieġa minn Kapitolu II-2 u istallazzjonijiet oħra ta’ emerġenza li huma essenzjali għas-sigurtà tal-bastiment, ħlief għall-murinelli ta’ l-ankra, m’għandhomx jiġu nstallati 'l quddiem mill-paratija tal-ħabta.

12   Kontrolli tal-makkinarju (R 31)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.1

Makkinarju prinċipali u awżiljari essenzjali għall-propulsjoni u s-sigurtà tal-bastiment għandhom jiġu pprovduti b’mezzi effettvi għall-operazzjoni u l-kontroll tiegħu.

.2

Fejn ikun ipprovdut kontroll remot tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju huma intiżi li jkollhom in-nies fuqhom, għandu japplika li ġej:

.1

il-veloċità, id-direzzjoni tal-ġibda u, jekk ikun applikabbli, it-timjil ta’ l-iskruwn għandhom ikunu kontrollabbli bis-sħiħ mill-pont tan-navigazzjoni taħt il-kondizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inklużi ta’ l-immanuvrar;

.2

il-kontroll bir-remot għandu jsir, għal kull skrun indipendenti, b’mezz tal-kontroll ddisinjat u mibni sabiex it-tħaddim tiegħu ma jkunx jitlob attenzjoni partikolari għad-dettalji operattivi tal-makkinarju. Fejn l-iskrejjen multipli huma ddisinjati biex jaħdmu flimkien, jistgħu jiġu kkontrollati minn mezz wieħed tal-kontroll.

.3

il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz li jwaqqaf f’emerġenza fuq il-pont tan-navigazzjoni li għandu jkun indipendenti mis-sistema tan-navigazzjoni tal-kontroll fuq il-pont;

.4

ordnijiet tal-propulsjoni tal-makkinarju mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju jew fil-pjattaforma ta’ l-immanuvrar kif ikun il-każ;

.5

il-kontroll bir-remot tal-makkinarju tal-propulsjoni għadu jkun possibbli biss minn post wieħed kull darba; f’tali postijiet li jkunu permessi pożizzjonijiet tal-kontroll inter-konnessi. F’kull lok għandu jkun hemm indikatur li juri liema pożizzjoni għandha l-kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Din is-sistema għandha tinkludi mezz li jevita li l-ġibda li ssuq 'il quddiem milli tinbidel b’mod sinifikattiv waqt li l-kontroll ikun qed jiġi ttrasferit mill-post għall-ieħor;

.6

għandu jkun possibbli li jiġi kkontrollat il-makkinarju tal-propulsjoni lokalment, anki fil-każ ta’ falliment f’xi parti mis-sistema tal-kontroll remot;

.7

id-disinn tas-sistema remota tal-kontroll għandha tkun tali li fil-każ tal-falliment tagħha tingħata allarm. Il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-ġibda ta’ l-iskrejjen għandhom jinżammu sakemm jibda’ jitħaddem il-kontroll lokali;

.8

għandhom jitwaħħlu indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni għal:

.1

veloċità ta’ l-iskruwn u d-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen bl-angolu ffissat;

.2

il-veloċità ta’ l-iskruwn u l-pożizzjoni ta’ l-angolu fil-każ ta’ skrejjen bl-angolu li jista’ jiġi kkontrollat;

.9

għandha tiġi pprovduta allarm fuq il-pont tan-navigazzjoni u fl-ispazju tan-navigazzjoni jindikaw pressjoni baxxa ta’ l-arja li tibda’ li għandha tiġi ffissata f’livell sabiex tippermetti aktar operazzjonijiet li jibdew il-magna prinċipali. Jekk is-sistema tal-kontroll remot tal-makkinarju tal-propulsjoni hija ddisinjata għat-tqabbid awtomatiku, in-numru ta’ attentati konsekuttivi awtomatiċi li ma jirnexxilhomx iqabbdu għandhom jiġu llimitati sabiex jissalvagwardjaw il-pressjoni ta’ l-arja li tkun suffiċjenti biex tqabbad lokalment.

.3

Fejn il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u dak assoċjat, inklużi s-sorsi tal-provvista prinċipali ta’ l-enerġija elettrika, huma pprovduti bi gradi varji ta’ kontroll awtomatiku u remot u qegħdin taħt superviżjoni kontinwa manwali minn kamra tal-kontroll, l-arranġamenti u l-kontrolli għandhom jiġu ddisinjati hekk, mgħammra u installati li t-tħaddim tal-makkinarju jkun żgur u effettiv daqs li kieku kien taħt superviżjoni diretta; għal dan l-iskop għandhom japplikaw ir-Regolamenti II-1/E/1 sa II-1/E/5 kif ikun il-każ. Għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari biex tipproteġi tali spazji kontra n-nirien u l-għargħar.

.4

Ġeneralment, is-sistemi tat-tqabbid awtomatiku, tal-operazzjoni u tal-kontroll għandhom jinkludu disposizzjonijiet biex il-kontrolli awtomatiċi jiġu sottoposti għall-kontroll manwali. Il-falliment ta’ xi waħda minn dawn is-sistemi m’għandhiex tipprevjeni l-użu tal-kontroll manwali.

BASTIMENTI TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

.5

Il-bastimenti għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi.1 sa.4

.1

Il-makkinarju prinċipali u awżiljari essenzjali għall-propulsjoni, kontroll u sigurtà tal-bastiment għandhom jiġu pprovduti b’mezzi effettvi għall-ħidma u l-kontroll tiegħu. Is-sistemi kollha tal-kontroll li huma meħtieġa għall-propulsjoni kontroll u sigurtà tal-bastiment għandhom ikunu indipendenti jew iddisinjati b’tali mod li l-falliment ta’ sistema waħda ma jtellifx mill-prestazzjoni tas-sistema l-oħra.

.2

Fejn ikun ipprovdut kontroll remot tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju huma intiżi li jkollhom in-nies fuqhom, għandu japplika li ġej:

.1

il-veloċità, id-direzzjoni tal-ġibda u, jekk ikun applikabbli, it-timjil ta’ l-iskruwn għandhom ikunu kontrollabbli bis-sħiħ mill-pont tan-navigazzjoni taħt il-kondizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inklużi ta’ l-immanuvrar;

.2

il-kontroll għandu jsir b’mezz wieħed tal-kontroll għal kull skrun indipendenti bil-prestazzjoni awtomatika tas-servizzi kollha assoċjati inklużi, fejn ikun meħtieġ, mezzi biex jipprevjenu tagħbija żejda fuq il-makkinarju tal-propulsjoni. Fejn l-iskrejjen multipli huma ddisinjati biex jaħdmu flimkien, jistgħu jiġu kkontrollati minn mezz wieħed tal-kontroll;

.3

il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz li jwaqqaf f’emerġenza fuq il-pont tan-navigazzjoni li għandu jkun indipendenti mis-sistema tan-navigazzjoni tal-kontroll fuq il-pont;

.4

ordnijiet tal-propulsjoni tal-makkinarju mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju jew fil-pjattaforma ta’ l-immanuvrar;;

.5

il-kontroll bir-remot tal-makkinarju tal-propulsjoni għadu jkun possibbli biss minn post wieħed kull darba; f’tali postijiet li jkunu permessi pożizzjonijiet tal-kontroll inter-konnessi. F’kull lok għandu jkun hemm indikatur li juri liema pożizzjoni għandha l-kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Din is-sistema għandha tinkludi mezz li jevita li l-ġibda li ssuq 'il quddiem milli tinbidel b’mod sinifikattiv waqt li l-kontroll ikun qed jiġi ttrasferit mill-post għall-ieħor;

.6

għandu jkun possibbli li jiġi kkontrollat il-makkinarju tal-propulsjoni lokalment, anki fil-każ ta’ falliment f’xi parti mis-sistema tal-kontroll remot.

Għandu wkoll ikun possibbli li jiġi kkontrollat il-makkinarju awżiljari, li huwa essenzjali għall-propulsjoni u s-sigurtà tal-bastiment, fi jew ħdejn il-makkinarju kkonċernat;

.7

id-disinn tas-sistema remota tal-kontroll għandha tkun tali li fil-każ tal-falliment tagħha tingħata allarm. Il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-ġibda ta’ l-iskrejjen għandhom jinżammu sakemm jibda’ jitħaddem il-kontroll lokali;

.8

għandhom jitwaħħlu indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni, fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju u fuq il-pjattaforma ta’ l-immanuvrar għal:

.1

veloċità ta’ l-iskruwn u d-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen bl-angolu ffissat, u

.2

il-veloċità ta’ l-iskruwn u l-pożizzjoni ta’ l-angolu fil-każ ta’ skrejjen bl-angolu li jista’ jiġi kkontrollat;

u

.9

għandha tiġi pprovduta allarm fuq il-pont tan-navigazzjoni u fl-ispazju tan-navigazzjoni jindikaw pressjoni baxxa ta’ l-arja li tibda’ li għandha tiġi ffissata f’livell sabiex tippermetti aktar operazzjonijiet li jibdew il-magna prinċipali. Jekk is-sistema tal-kontroll remot tal-makkinarju tal-propulsjoni hija ddisinjata għat-tqabbid awtomatiku, in-numru ta’ attentati konsekuttivi awtomatiċi li ma jirnexxilhomx iqabbdu għandhom jiġu llimitati sabiex jissalvagwardjaw il-pressjoni ta’ l-arja li tkun suffiċjenti biex tqabbad lokalment.

.3

Fejn il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u dak assoċjat, inklużi s-sorsi tal-provvista prinċipali ta’ l-enerġija elettrika, huma pprovduti bi gradi varji ta’ kontroll awtomatiku u remot u qegħdin taħt superviżjoni kontinwa manwali minn kamra tal-kontroll, l-arranġamenti u l-kontrolli għandhom jiġu ddisinjati hekk, mgħammra u installati li t-tħaddim tal-makkinarju jkun żgur u effettiv daqs li kieku kien taħt superviżjoni diretta; għal dan l-iskop għandhom japplikaw ir-Regolamenti II-1/E/1 sa II-1/E/5 kif ikun il-każ. Għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari biex tipproteġi tali spazji kontra n-nirien u l-għargħar.

.4

Ġeneralment, is-sistemi tat-tqabbid awtomatiku, tal-operazzjoni u tal-kontroll għandhom jinkludu disposizzjonijiet biex il-kontrolli awtomatiċi jiġu sottoposti għall-kontroll manwali. Il-falliment ta’ xi waħda minn dawn is-sistemi m’għandhiex tipprevjeni l-użu tal-kontroll manwali.

13   Sistemi tal-pajp bil-fwar (R 33)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.1

Kull pajp tal-fwar u kull tagħmir konness miegħu li minnu jista’ jgħaddi l-fwar għandu jkun iddisinjat għalhekk, mibni u nstallat biex jissapporti l-ġibdiet massimi tax-xogħol li jista’ jiġi suġġett għalihom.

.2

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex kull pajp tal-fwar jiġi mbattal fih inkella tista’ sseħħ azzjoni perikoluża ta’ ħoss ta’ taħbit magħrufa bħala water hammer.

.3

Jekk pajp tal-fwar jew tagħmir jista’ jirċievi l-fwar minn kull sors bi pressjoni aktar għolja minn dik li jkun ġie ddisinjat għaliha għandhom jitwaħħlu valv adegwat li jnaqqas, valv li jtaffi u gejġ tal-pressjoni.

14   Sistemi tal-pressjoni ta’ l-arja (R 34)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.1

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jipprevjenu l-pressjoni żejda fi kwalunkwe parti tas-sistemi ta’ l-arja kompressa kull fejn il-ġgieget ta’ l-ilma jew il-qafas tal-kumpressuri ta’ l-arja u t-tagħmir li jkessaħ jistgħu jiġu suġġetti għall-pressjoni żejda perikoluża minħabba tnixxija ġo fihom mill-partijiet tal-pressjoni ta’ l-arja. Għandhom jiġu pprovduti arranġamenti adegwati biex itaffu l-pressjoni għas-sistemi kollha.

.2

L-arranġamenti prinċipali ta’ l-arja li tqabbad għall-magni bil-kombustjoni interna tal-propulsjoni prinċipali għandhom ikunu protetti b’mod adegwat kontra l-effetti tal-ħruq minn wara u ta’ splużjoni interna fil-pajpijiet li jqabbdu.

.3

Il-pajpijiet kollha li jarmu mill-kompressuri ta’ l-arja li jqabbdu għandhom iwasslu direttament għar-riċevituri ta’ l-arja li jqabbdu, u l-pajpijiet kollha li jqabbdu mir-riċevituri ta’ l-arja għall-magni prinċipali u awżiljari għandhom ikunu totalment separati mis-sistema tal-kompressur tal-pajpijiet li jarmu.

.4

Għandu jsir provvediment sabiex tiġi mnaqqsa għal minimu l-entratura taż-żejt fis-sistemi tal-pressjoni ta’ l-arja u sabiex dawn is-sistemi jiġu mbattla.

15   Protezzjoni kontra l-ħsejjes (R 36)  (2)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

Għandhom jittieħdu miżuri biex jitnaqqas l-istorbju tal-makkinarju fl-ispazji tal-makkinarju għal-livelli aċċettabbli. Jekk dan l-istorbju ma jistax jiġi mnaqqas biżżejjed is-sors ta’ l-istorbju eċċessiv għandu jiġu insulat b’mod adegwat jew iżolat jew jekk l-ispazju hemm bżonn li jkun hemm in-nies fih għandu jiġi pprovdut refuġju mill-istorbju. Għandu jiġi pprovdut tagħmir li jipproteġi l-widnejn lill-impjegati li huma meħtieġa jidħlu f’dawn l-ispazji.

16   Liftijiet

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, Ċ U D:

.1

Il-liftijiet tal-passiġġieri u ta’ l-oġġetti għandhom, fir-rigward tad-dimensjonar, tqassim, numru ta’ passiġġieri u/jew kwantità ta’ prodotti, jikkonforma mad-disposizzjonijiet stabbiliti mill-Amminsitrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera f’kull każ individwali jew għal kull tip ta’ impjant.

.2

Id-disinji ta’ l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni, inklużi d-disposizzjonijiet li jiggvernaw l-ispezzjonijiet perjodiċi, għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera, li għandha tispezzjona u tapprova l-impjant qabel ma jibda’ jintuża.

.3

Wara l-approvazzjoni. L-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera għandha toħroġ ċertifikat li għandu jinżamm abbord.

.4

L-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tista’ tippermetti li jsiru spezzjonijiet perjodiċi minn espert li jkun awtorizzat mill-Amministrazzjoni, jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta.

PARTI D

STALLAZZJONIJIET ELETTRIĊI

1   Ġenerali (R 40)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B,Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-istallazzjonijiet elettriċi għandhom ikunu tali li:

.1

is-servizzi elettriċi kollha awżiljari li huma meħtieġa biex iżommu l-bastiment fil-kondizzjonijiet operattivi normali u ta’ l-għajxien għandhom jiġu żgurati mingħajr rikors għas-sors ta’ emerġenza ta’ l-enerġija elettrika;

.2

is-servizzi elettriċi li huma essenzjali għas-sigurtà taħt kondizzjonijiet ta’ emerġenza varji; u

.3

għandha tiġi żgurata s-sigurtà tal-passiġġieri, l-ekwipaġġ u l-bastiment mill-perikli elettriċi

.2

L-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera għandha tieħu l-passi adegwati biex tiżgura l-uniformità ta’ l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-disposizzjoni ta’ din il-parti fir-rigward ta’ l-istallazzjonijiet elettriċi (3).

2   Is-sors prinċipali ta’ l-enerġija elettrika u tad-dawl (R 41)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-bastimenti l-ġodda tal-klassi Ċ u D li fihom l-enerġija elettrika hija l-unika enerġija biex tmanti s-servizzi awżiljari essenzjali għas-sigurtà tal-bastiment, u l-bastimenti ġodda u dawk eżistenti tal-klassi B li fihom l-enerġija elettrika hija l-unika enerġija biex tmantni s-servizzi awżiljari essenzjali għas-sigurtà u l-propulsjoni tal-bastiment, għandhom jiġu pprovduti b’żewġ settijiet jew aktar prinċipali tal-ġenerazzjoni ta’ tali enerġija li s-servizzi msemmija hawn fuq ikunu jistgħu jitħaddmu meta xi waħda mis-settijiet tkun barra mis-servizz.

F’bastimenti tal-klassi ġdida Ċ u D li huma anqas minn 24 metru f’tul, wieħed mis-settijiet prinċipali tal-ġenerazzjoni jista’ jkun imħaddem mill-magna prinċipali tal-propulsjoni, kemm-il darba tkun ta’ tali enerġija li s-servizzi msemmija aktar 'il quddiem ikunu jistgħu jitħaddmu meta xi waħda mis-settijiet tkun barra mis-servizzi.

.2.1

Sistema prinċipali tad-dawl elettriku li għandha tipprovdi d-dawl f’dawk il-partijiet tal-bastiment li normalment huma aċċessibbli għal u jintużaw mill-passiġġieri jew l-ekwipaġġ għandha tiġi pprovduta mis-sors prinċipali ta’ l-enerġija elettrika.

.2.2

L-arranġament tas-sistema prinċipali tad-dawl elettriku għandha tkun tali li fil-każ ta’ nirien jew xi disgrazzja oħra fl-ispazji li fihom is-sors prinċipali ta’ l-enerġija elettrika, tagħmir assoċjat li jittrasforma, jekk ikun hemm, is-swiċċ-bord prinċipali u s-swiċċ-bord prinċipali tad-dawl, ma jrendux bla użu s-sistema tad-dawl ta’ l-emerġenza, meħtieġa mir-Regolament 3.

.2.3

L-arranġament tas-sistema ta’ emerġenza tad-dawl elettriku għandha tkun tali li fil-każ ta’ nirien jew xi disgrazzja oħra fl-ispazji li fihom is-sors ta’ emerġenza ta’ l-enerġija elettrika, tagħmir assoċjat li jittrasforma, jekk ikun hemm, is-swiċċ-bord ta’ emerġenza u s-swiċċ-bord ta’ emerġenza tad-dawl, ma jrendux bla użu s-sistema prinċipali tad-dawl, meħtieġa mir-Regolament 3.

.3

Is-swiċċbord prinċipali għandha titpoġġa fir-rigward ta’ stazzjon wieħed prinċipali tal-ġenerazzjoni sabiex, sa fejn ikun prattiku, l-intergrità tal-provvista normali ta’ l-elettriku tkun affettwata biss b’nirien jew disgrazzja oħra fl-ispazju fejn huma installati s-sett tal-ġenerazzjoni u s-swiċċ-bord.

3   Sors ta’ emerġenza ta’ l-enerġija elettrika (R 42)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   Kull bastiment għandu jiġi pprovdut b’sors ta’ l-emerġenza ta’ l-enerġija elettrika li jkun fih stess bl-iswiċċbord ta’ l-emerġenza li tkun fuq il-gverta tal-paratija, spazju li jkun aċċessibbli faċilment li m’għandux ikun kontigwu mal-fruntieri ta’ l-ispazji tal-makkinarju ta’ kategorija A jew ta’ dawk l-ispazji li fihom is-sors prinċipali ta’ l-enerġija elettrika jew tas-swiċċ-bord prinċipali.

.2   Is-sors ta’ l-emerġenza ta’ l-enerġija elettrika tista’ tkun jew batterija li takkumula li tkun kapaċi tikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5, mingħajr ma tiġi ċċarġjata mill-ġdid jew ssoffri waqa’ eċċessiva fil-vultaġġ, jew ġeneratur, li jkun kapaċi jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ subparagrafu 5, li jaħdem b’makkinarju tat-tip tal-kombustjoni interna bi provvista indipendenti ta’ karburant li għandu l-punt ta’ x’ħin jaqbad ta’ mhux anqas minn 43 °C, b’arranġamenti awtomatiċi tat-tqabbid għall-bastimenti ġodda u arranġamenti approvati tat-tqabbid għall-bastimenti eżistenti, u pprovduti b’sors tranżitorju ta’ l-enerġija elettrika ta’ l-emerġenza taħt il-paragrafu 6, sakemm, fil-każ ta’ bastimenti ġodda tal-klassi Ċ u D ta’ anqas minn 24 metru f’tul ma jiġix ipprovdut arranġament indipendenti tal-batterija li jkun f’post adegwat għal dak il-konsumatur partikolari għall-perjodu taż-żmien meħtieġ għal dawn ir-Regolamenti.

.3   Is-sors ta’ l-emerġenza ta’ l-enerġija elettrika għandu jkun irranġat tali li jaħdem b’mod effiċjenti meta l-bastiment ikun immejjel sa 22,5 ° u meta t-tarf tal-bastiment ikun 10 ° minn prim dritt. Is-sett(ijiet) ta’ emerġenza tal-ġenerazzjoni għandhom ikunu kapaċi li jitqabbdu mill-ewwel f’kull kondizzjoni kiesħa li probabbli jiltaqgħu magħha u, f’bastimenti ġodda, ikunu kapaċi li jaqbdu awtomatikament.

.4   Is-swiċċ-bord ta’ l-emerġenza għandu jinstab qrib daqs kemm ikun prattiku tas-sors ta’ l-emerġenza ta’ l-enerġija.

.5   Is-sors ta’ l-emerġenza ta’ l-enerġija meħtieġ minn paragrafu 1 għandu:

.1

ikun kapaċi jaħdem ġeneralment għal perjodu ta’:

 

12-il siegħa għall-bastimenti tal-klassi B (ġodda u eżistenti)

 

6 siegħat għall-bastimenti tal-klassi Ċ (ġodda)

 

3 siegħat għall-bastimenti tal-klassi D (ġodda);

.2

b’mod partikolari, ikun kapaċi jaħdem fl-istess ħin li l-konsumaturi kif identifikati fis-servizzi li ġejjin kif meħtieġ għall-klassi tal-bastimenti għall-ħinijiet indikati hawn fuq:

(a)

il-pompa ta’ l-emerġenza tas-sentina u waħda mill-pompi tat-tifi tan-nar;

(b)

dawl ta’ l-emerġenza:

.1

f’kull stazzjon ta’ l-assemblea jew imbarkazzjoni u fuq il-ġnub;

.2

fil-passaġġi, turġien u bibien tal-ħruġ kollha li jagħtu aċċess għall-istazzjonijiet ta’ l-assemblea jew imbarkazzjoni;

.3

fl-ispazji tal-makkinarju, u fil-post fejn jinstab il-ġeneratur ta’ l-emerġenza;

.4

fl-istazzjonijiet tal-kontroll fejn jinstab tagħmir tar-radju u tan-navigazzjoni prinċipali;

.5

kif meħtieġ mir-Regolamenti II-2/B/16.1.3.7 u II-2/B/6.1.7;

.6

fil-pożizzjonijiet kollha ta’ l-istivar għall-ilbies ta’ dawk li jitfu n-nirien;

.7

fil-pompa ta’ l-emerġenza tas-sentina u waħda mill-pompi tan-nar, li għaliha saret referenza f’subparagrafu (a) u fil-pożizzjoni tat-tqabbid tal-muturi tagħhom;

(ċ)

fid-dawl tan-navigazzjoni tal-bastimenti;

(d)

.1

kull tagħmir ta’ komunikazzjoni,

.2

is-sistema ġenerali ta’ l-allarm,

.3

is-sistema li tinduna bin-nirien, u

.4

is-sinjali kollha li jistgħu jkunu meħtieġa f’emerġenza, jekk ikunu jitħaddmu elettrikament mis-settijiet tal-ġenerazzjoni prinċipali;

(e)

il-pompa li tferrex l-ilma tal-bastiment, jekk hemm u jekk tkun titħaddem elettrikament; u

(f)

il-lampa tal-bastiment li tagħti s-sinjali matul il-ġurnata, jekk tkun titħaddem bis-sors prinċipali ta’ l-enerġija elettrika tal-bastiment;

.3

ikun kapaċi iħaddem, għall-perjodu ta’ nofs siegħa, il-bibien li ma jidħolx ilma minnhom li jaħdmu bl-enerġija flimkien maċ-ċirkwiti tal-kontroll, indikazzjoni u allarm.

.6   Is-sors tranżitorju ta’ l-enerġija elettrika ta’ l-emerġenza meħtieġa minn paragrafu 2 għandu jikkonsisti f’batterija li takkumula li tinstab f’post tajjeb biex tintuża f’emerġenza li taħdem mingħajr ma hemm bżonn tiġi ċċarġjata mill-ġdid jew mingħajr ma ssofri waqa’ eċċessiva fil-vultaġġ għal nofs siegħa:

(a)

id-dawl meħtieġ minn paragrafu 2(b)1 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-bibien li ma jgħaddix ilma minnhom, kif mitlub minn paragrafi 7.2 u.7.3 tar-Regolament II-1/B/13, iżda mhux neċessarjament kollha kemm huma flimkien, sakemm ma jiġix ipprovdut sors indipendenti temporanju ta’ enerġija maħżuna; u

(ċ)

iċ-ċirkwiti tal-kontroll, indikazzjoni u allarm kif meħtieġ minn paragrafu 7.2 ta’ Regolament II-1/B/13.

7.   BASTIMENTI TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FI JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

Fejn l-enerġija elettrika hija meħtieġa biex treġġa’ lura l-propulsjoni, il-kapaċità għandha tkun suffiċjenti biex treġġa’ lura l-propulsjoni tal-bastiment flimkien ma’ makkinarju ieħor, kif ikun il-każ, minn kondizzjoni ta’ bastiment inattiv sa 30 minuta. wara li jintefa kollox.

4   Dawl supplimentarju ta’ l-emerġenza għall-bastimenti ro-ro (R 42-1)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Flimkien mad-dawl ta’ l-emerġenza meħtieġ mir-Regolament II-1/D/3.5.2(b), fuq kull bastiment bl-ispazji tal-merkanzija ro-ro jew spazji ta’ kategorija speċjali:

.1

l-ispazji kollha pubbliċi tal-passiġġieri u l-passaġġi għandhom jiġu pprovduti b’dawl elettriku supplimentari li jista’ jaħdem għal mill-anqas tliet siegħat meta s-sorsi l-oħra kollha ta’ l-enerġija elettrika jkunu fallew u taħt kull kondizzjoni ta’ timjil. Id-dawl ipprovdut għandu jkun tali li t-triq għall-mezz tal-ħruġ ikun jidher faċilment. Is-sors ta’ l-enerġija għad-dawl supplimentari għandu jikkonsisti f’batteriji li jakkumulaw li jkunu jinstabu fl-unitajiet tad-dawl li jiġu ċċarġjati kontinwament, fejn ikun prattiku, mis-swiċċ-bord ta’ l-emerġenza. Alternattivament, kull mezz ieħor ta’ dawl li huwa ta’ l-anqas hekk effettiv jista’ jiġi aċċettat mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera. Id-dawl supplimentari għandu jkun tali li kull falliment tal-lampa jkun jidher mill-ewwel. Kull batterija li takkumula li tiġi pprovduta għandha tiġi mibdula f’intervalli wara li tiġi kkunsidrata l-ħajja tas-servizz fil-kondizzjonijiet ambjentali li jkunu suġġetti għalihom dawn il-batteriji matul is-servizz tagħhom; u

.2

għandha tiġi pprovduta lampa li tista’ ġġorrha li taħdem b’batterija li tista’ terġa’ tiġi ċċarġjata mill-ġdid f’kull passaġġ ta’ l-ispazju ta’ l-ekwipaġġ, spazju rikreattiv u f’kull spazju fejn isir ix-xogħol li normalment huwa okkupat sakemm ma jiġix ipprovdut dawl supplimentari ta’ l-emerġenza, kif meħtieġ minn paragrafu 1.

5   Prekawzjonijiet kontra x-xokk, nirien u perikli oħra ta’ l-oriġini elettrika (R 45)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Partijiet tal-metall esposti tal-makkinarju elettriku jew tagħmir li m’humiex intiżi biex ikunu ħajjin iżda li huma possibbilment suġġetti li jsiru ħajjin taħt kondizzjonijiet ta’ ħsara għandhom jiġu ertjati kemm-il darba l-magni u t-tagħmir m’humiex:

.1

ipprovduti b’vultaġġ li ma jaqbiżx il-50 V f’kurrent dirett jew 50 V, root mean square, bejn il-kondutturi; m’għandhomx jintużaw awto-trasformaturi bil-għan li jinkiseb dan il-vultaġġ; jew

.2

ipprovdut b’vultaġġ li ma jaqbiżx il-250 V bi trasformaturi li jiżolaw għas-sigurtà li jipprovdu mezz wieħed biss li jikkonsma; jew

.3

mibnija b’mod konformi mal-prinċipju ta’ l-insulazzjoni doppja.

.2

It-tagħmir elettriku kollu għandu jkun mibni u installat sabiex ma jikkawżax dannu meta jinġarr jew jintmess fil-mod normali.

.3

Il-ġnub u n-naħa ta’ wara u, fejn ikun meħtieġ, in-naħa ta’ quddiem tas-swiċċ-bordijiet għandhom ikunu mgħassa tajjeb. Partijiet ħajjin esposti li għandhom il-vultaġġi għall-ert li jaqbez il-vultaġġ speċifikat taħt 1.1 m’għandhomx ikunu installati fuq quddiem ta’ tali swiċċ-bordijiet. Fejn ikun meħtieġ, twapet jew gradi li ma jittrasmettux (non-conducting) għandhom jiġu pprovduti fuq quddiem u fuq wara tas-swiċċ-bord.

.4

F’sistemi tad-distribuzzjoni li m’għandhom l-ebda konnessjoni ma’ l-ert, għandu jiġi pprovdut mezz li kapaċi jagħmel monitoraġġ tal-livell ta’ insulazzjoni għall-ert u li jagħti indikazzjoni li tinstema’ jew li tidher ta’ valuri ta’ insulazzjoni baxxi wisq.

.5.1

Il-pjanċi kollha tal-metall u l-armar tal-kejbils għandhom ikunu elettrikament kontinwi u għandhom ikunu ertjati.

.5.2

Il-kejbils elettriċi kollha u l-wajers esterni għat-tagħmir għandhom ikunu mill-anqas tat-tip li jdewmu l-fjammi u għandhom ikunu installati b’dan il-mod sabiex ma jtellfux il-karatteristiċi oriġinali tagħhom li jdewmu l-fjammi. Fejn ikun neċessarju għall-applikazzjoni speċifika l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera jista’ jippermetti l-użu ta’ tipi speċjali ta’ kejbils bħal kejbils tal-frekwenza tar-radju, li ma jikkonformawx ma’ li hemm aktar’il fuq.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.5.3

Kejbils u wajers li jfornu enerġija essenzjali jew ta’ l-emerġenza, dawl, komunikazzjoni interna jew sinjali għandhom sa fejn ikun possibbli jgħaddu 'l bogħod mill-kċejjen, postijiet tal-ħasil tal-ħwejjeġ, spazju tal-makkinarju ta’ kategorija A u l-qxur tagħhom u żoni oħra b’riskju qawwi li jieħdu n-nar. F’bastimenti ro-ro ġodda u eżistenti, l-invjar tal-kejbils għall-allarmi ta’ l-emerġenza u sistemi ta’ l-indirizz pubbliku li jkunu installatifl-1 ta’ Lulju 1998 jew wara għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera wara li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet żviluppati mill-OIM. Il-kejbils li jgħaqqdu l-pompi tan-nar ma’ l-iswiċċ-bord ta’ l-emerġenza għandhom ikunu tat-tip li jirreżistu n-nirien meta jgħaddu minn żoni b’riskju qawwi ta’ nirien. Fejn ikun prattiku tali kejbil għandu jgħaddi b’mod li jevita li ma jippermettix li ma jaħdmux minħabba fis-sħana tal-paratiji li tista’ tiġi kkawżata min-nirien fi spazju ma’ ġenbhom.

.6

Il-kejbils u l-wajers għandhom jiġu installati u sostenuti b’tali mod sabiex jevitaw li jinħarqu jew li jsofru dannu. It-truf u l-ġonot fil-kundutturi kollha għandhom isiru sabiex jifilħu li jżommu l-ittardjar tal-fjammi mekkaniċi, mill-elettriku oriġinali u, fejn ikun meħtieġ, jirreżistu n-nirien.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.7.1

Kull ċirkwit separat għandu jiġi protett kontra short circuit u kontra t-tagħbija żejda, ħlief kif inhu permess fir-Regolamenti II-1/C/6 u II-1/C/7.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.7.2

It-tagħmir tad-dawl għandu jiġi rranġat b’tali mod sabiex jevita żidiet fit-temperatura li jistgħu jagħmlu dannu lill-kejbils u lill-wajers, u li jevitaw li l-materjal tal-madwar isir jaħraq wisq.

.8.1

Il-batteriji li jakkumulaw għandhom jiġu mpoġġija f’kaxex adattati, u l-kompartimenti li jintużaw prinċipalment biex iżommuhom għandhom jinbnew sew u jiġu ventilati b’mod effiċjenti.

.8.2

M’għandux jitħalla tagħmir elettriku jew tagħmir ieħor li jista’ jservi ta’ sors li jqabbad fwar li jieħdu n-nar f’dawn il-kompartimenti.

.9

Is-sistemi tad-distribuzzjoni għandhom jiġu rranġati b’tali mod li nirien f’kull żona vertikali prinċipali, kif imsemmi fir-Regolament II-2/A/2.9, ma jinterferixxix mas-servizzi essenzjali għas-sigurtà f’kull żona oħra bħalha. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi sodisfatt jekk t-tagħmir prinċipali u ta’ emerġenza li jagħti jgħaddi minn tali żona ikun separat kemm vertikalment kif ukoll orizzontalment fil-wisa’ sa fejn ikun prattiku.

PARTI E

REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦALL-ISPAZJI TAL-MAKKINARJU LI PERJODIKAMENT MA JKOLLUX NIES MIEGĦU

Konsiderazzjoni speċjali (R 54)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Il-bastimenti ġodda tal-klassi B, Ċ u D u l-bastimenti eżistenti tal-klassi B għandhom jiġu kkunsidrati b’mod speċjali mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera dwar jekk l-ispazji tal-makkinarju jistgħux jitħallew bla nies magħhom u jekk jistgħu jekk ir-rekwiżiti addizzjonali għal dawk imsemmija f’dawn ir-Regolamenti humiex neċessarji biex jilħqu sigurtà ekwivalenti għal dik ta’ spazji tal-makkinarju li normalment ikollhom in-nies magħhom.

1   Ġenerali (R 46)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

L-arranġamenti pprovduti għandhom ikunu tali li jiżguraw li s-sigurtà tal-bastiment fil-kondizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, inkluż l-immanuvrar, ikun ekwivalenti għal dak ta’ bastiment li għandu l-ispazji tal-makkinarju bin-nies.

.2

Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li t-tagħmir qed jaħdem b’mod ta’ min joqgħod fuqu u li jsiru arranġamenti sodisfaċenti għall-ispezzjonijiet regolari u testijiet tar-rutina sabiex jiżguraw ħidma kontinwa u ta’ min joqgħod fuqha.

.3

Kull bastiment għandu jiġi pprovdut b’evidenza dokumentata dwar kemm hu kapaċi jaħdem bi spazji tal-makkinarju li ma jkollhomx nies magħhom.

2   Prekawzjonijiet min-nirien (R 47)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.1

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jinnutaw u jagħtu l-allarm fi stadju bikri fil-każ tan-nirien:

.1

qafas ta’ barra tal-provvista ta’ l-arja fil-kaldaruni u d-duħħan (uptakes); u

.2

f’ċintorini ta’ l-arja scavenging tal-makkinarju tal-propulsjoni, kemm-il darba huwa kkunsidrat li m’huwiex meħtieġ f’kull każ partikolari.

.2

Magni tal-kombustjoni interna ta’ 2 250 kW u 'l fuq jew li għandhom ċilindri bit-toqba ta’ aktar minn 300 mm għandhom jiġu pprovduti b’tagħmir li jinnota rxiex taż-żejt fil-kaxxa tal-krank jew monituri ta’ temperatura li tiflaħhom il-maġna jew mezzi ekwivalenti.

3   Protezzjoni kontra l-għargħar (R 48)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Bjar tas-sentina fi spazji tal-makkinarju li m’għandhomx nies magħhom għandhom ikunu lokalizzati u jiġu mmonitorjati b’tali mod li l-akkumulu tal-likwidu jintgħaraf f’angoli normali tal-qtugħ u tal-mejl, u għandhom ikunu kbar biżżejjed biex jakkomodaw b’mod faċli d-drenaġġ normali matul il-perjodu li ma jkunx hemm nies magħhom.

.2

Fejn il-pompi tas-sentina huma kapaċi jaqbdu waħedhom b’mod awtomatiku, għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jindikaw meta l-influss tal-likwidu jkun akbar mill-kapaċità tal-pompa jew meta l-pompa tkun qed taħdem aktar regolari milli jkun normalment mistenni. F’dawn il-każijiet, bjar żgħar tas-sentina biex ikopru perjodu raġonevoli ta’ żmien jistgħu jiġu permessi. Fejn huma pprovduti pompi tas-sentina kkontrollati awtomatikament, għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-rekwiżiti tal-prevenzjoni tat-tniġġiż biż-żejt.

.3

Il-lok tal-kontrolli ta’ kwalunkwe valv li jservi daħla tal-baħar, punt ta’ ħruġ 'l isfel mil-livell ta’ l-ilma jew sistema ta’ injezzjoni tas-sentina għandhom ikunu f’post li jħalli biżżejjed ħin għat-tħaddim fil-każ ta’ influss ta’ ilma fl-ispazju, wara li jiġi kkunsidrat il-ħin li x’aktarx huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu u jitħaddmu dawn il-kontrolli. Jekk il-livell li fih l-ispazju jista’ jiġi maħkum minn għargħar bil-bastiment fil-kondizzjonijiet li jkun mgħobbi sa fuq jitlob hekk, għandhom isiru arranġamenti sabiex jitħaddmu l-kontrolli minn pożizzjoni li tkun 'il fuq minn tali livell.

4   Kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni mill-pont tan-navigazzjoni (R 49)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D:

.1

Taħt il-kondizzjonijiet kollha tat-tbaħħir, il-veloċità, id-direzzjoni tal-ġibda u, jekk ikun applikabbli, it-timjil ta’ l-iskruwn għandhom ikunu kontrollabbli b’mod sħiħ mill-pont tan-navigazzjoni.

.1

Il-kontroll għandu jsir b’mezz wieħed tal-kontroll għal kull skruwn indipendenti bil-prestazzjoni awtomatika tas-servizzi kollha assoċjati inklużi, fejn ikun meħtieġ, mezzi biex jipprevjenu tagħbija żejda fuq il-makkinarju tal-propulsjoni.

.2

Il-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni għandu jiġi pprovdut b’mezz li jwaqqaf f’emerġenza fuq il-pont tan-navigazzjoni li għandu jkun indipendenti mis-sistema tan-navigazzjoni tal-kontroll fuq il-pont.

.2

Ordnijiet tal-propulsjoni tal-makkinarju mill-pont tan-navigazzjoni għandhom jiġu indikati fil-kamra prinċipali tal-kontroll tal-makkinarju jew fil-pożizzjoni tal-propulsjoni tal-kontroll tal-makkinarju kif ikun il-każ;

.3

Il-kontroll bir-remot tal-makkinarju tal-propulsjoni għadu jkun possibbli biss minn post wieħed f’kull ħin; f’tali postijiet li jkunu permessi pożizzjonijiet tal-kontroll inter-konnessi. F’kull lok għandu jkun hemm indikatur li juri liema lok qiegħed jikkontrolla l-makkinarju tal-propulsjoni. It-trasferiment tal-kontroll bejn il-pont tan-navigazzjoni u l-ispazji tal-makkinarju għandu jkun possibbli biss fl-ispazju prinċipali tal-makkinarju jew fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali. Is-sistema għandha tinkludi mezz li tevita li l-ġibda li ssuq 'il quddiem milli tinbidel b’mod sinifikattiv waqt li l-kontroll ikun qed jiġi trasferit minn post għall-ieħor;

.4

Għandu jkun possibbli għall-makkinarju kollu essenzjali għat-tħaddim sikur tal-bastiment li jiġi kkontrollat minn pożizzjoni lokali, anki fil-każ ta’ nuqqas f’xi parti mis-sistemi awtomatiċi jew tal-kontroll bir-remot.

.5

Id-disinn tas-sistema awtomatika remota tal-kontroll għandha tkun tali li fil-każ tal-falliment tagħha jingħata allarm. Sakemm ikun ikkunsidrat mhux prattiku, il-veloċità ddeterminata minn qabel u d-direzzjoni tal-ġibda ta’ l-iskruwn għandhom jinżammu sakemm jibda’ jitħaddem il-kontroll lokali;

.6

Għandhom jitwaħħlu indikaturi fuq il-pont tan-navigazzjoni għal:

.1

veloċità ta’ l-iskruwn u d-direzzjoni tar-rotazzjoni fil-każ ta’ skrejjen bl-angolu ffissat; jew

.2

veloċità ta’ l-iskruwn u l-pożizzjoni ta’ l-angolu fil-każ ta’ skrejjen bl-angolu li jistgħu jiġu kkontrollati.

.7

In-numru ta’ attentati awtomatiċi konsekuttivi li ma jirnexxilhomx iqabbdu għandhom jiġu limitati sabiex jissalvagwardaw biżżejjed pressjoni ta’ l-arja li tqabbad. Għandu jiġi pprovdut allarm biex jindika l-pressjoni ta’ l-arja baxxa li tqabbad f’livell li xorta tippermetti operazzjoni li tqabbad l-makkinarju tal-propulsjoni.

5   Komunikazzjoni (R 50)

BASTIMENTI ĠODDA U EŻISTENTI TAL-KLASSI B U BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI Ċ U D TA’ 24 METRU F’TUL U 'L FUQ:

Għandu jiġi pprovdut mezz ta’ min joqgħod fuqu tal-komunikazzjoni verbali bejn il-kamra tal-kontroll tal-makkinarju jew il-pożizzjoni tal-kontroll tal-propulsjoni tal-makkinarju kif ikun il-każ, il-pont tan-navigazzjoni u l-akkomodazzjoni ta’ l-uffiċjali ta’ l-inġiniera.

6   Sistemi ta’ l-allarm (R 51)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Għandha tiġi pprovduta sistema ta’ l-allarm li tindika kwalunkwe ħsara li jkollha bżonn l-għajnuna u għandha:

.1

tkun kapaċi jsemmgħu allarm li jinstema’ fil-kamra tal-kontroll tal-makkinarju prinċipali jew fil-pożizzjoni tal-kontroll tal-makkinarju tal-propulsjoni, u jindikaw viżwalment kull funzjoni separata ta’ l-allarm f’pożizzjoni adegwata;

.2

ikollhom konnessjoni mal-kmamar pubbliċi ta’ l-inġiniera u għal kull waħda mill-kabini ta’ l-inġiniera bi swiċċ ta’ l-għażla, li jiżgura l-konnessjoni ma’ mill-anqas waħda minn dawn il-kabini. Jistgħu jiġu permessi arranġamenti alternattivi jekk ikunu kkunsidrati bħala ekwivalenti;

.3

jattiva allarm li jinstema’ u li jkun viżiv fuq il-pont tan-navigazzjoni għal kwalunkwe sitwazzjoni li titlob azzjoni minn jew l-attenzjoni ta’ l-uffiċjal li jkun ta’ l-għassa.

.4

sa fejn ikun prattiku tkun iddisinjata fuq il-prinċipju fail-to-safety; u

.5

tixgħel l-allarm ta’ l-inġiniera meħtieġa minn Regolament II-1/Ċ/10, jekk funzjoni ta’ l-allarm ma tkunx irċeviet l-attenzjoni lokalment fi żmien limitat.

.2.1

Is-sistema ta’ l-allarm għandha tkun imħaddma kontinwament u għandha jkollha bdil awtomatiku għall-provvista ta’ l-enerġija tar-riserva fil-każ ta’ telf tal-provvista normali ta’ l-enerġija.

.2.2

Ħsara fil-provvista normali ta’ l-enerġija tas-sistema ta’ l-allarm għandha tiġi indikata b’allarm.

.3.1

Is-sistema ta’ l-allarm għandha tkun kapaċi tindika fl-istess ħin aktar minn ħsara waħda u l-aċċettazzjoni ta’ allarm m’għandhiex ittellef allarm oħra.

.3.2

Aċċettazzjoni fil-pożizzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 ta’ kwalunkwe kondizzjoni ta’ l-allarm għandha tiġi indikata fil-pożizzjonijiet fejn din tintwera. Għandhom jibqgħu jinżammu allarmi sakemm jiġu aċċettati u l-indikaturi viżivi ta’ l-allarmi individwali għandhom jibqgħu sakemm il-ħsara tissewwa, meta s-sistema ta’ l-allarm awtomatikament titqiegħed mill-ġdid f’postha fil-kondizzjoni operattiva normali.

7   Sistemi tas-sigurtà (R 52)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B,Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

Sistema tas-sigurtà għandha tiġi pprovduta biex tiżgura li l-funzjoni ħażina li tkun serja fil-makkinarju jew tħaddim tal-kaldaruni, li tippreżenta periklu immedjat, għandu jibda l-għeluq awtomatiku ta’ dik il-parti ta’ l-impjant u li għandha tingħata allarm. L-għeluq tas-sistema tal-propulsjoni m’għandhiex tkun attivata awtomatikament ħlief fil-każijiet li jistgħu jwasslu għal dannu serju, waqfien totali, jew splużjoni. Fejn l-arranġamenti għall-irkib ta’ l-għeluq tal-makkinarju prinċipali li jħaddem huma mwaħħlin, dawn għandhom ikunu tali li jipprekludu t-tħaddim bi żball. Għandhom jiġu pprovduti mezzi viżivi biex jindikaw meta l-irkib tkun ġiet attivata. Għeluq awtomatiku tal-makkinarju u kontrolli li jbaxxu l-veloċità għandhom jiġu separati mill-installazzjoni ta’ l-allarmi.

8   Rekwiżiti speċjali għall-installazzjonijiet tal-makkinarju, tal-kaldaruni u elettriċi (R 53)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Is-sors prinċipali ta’ l-enerġija elettrika għandhom jikkonformaw ma’ li ġej:

.1

fejn l-enerġija elettrika tista’ normalment tiġi pprovduta minn ġeneratur wieħed, għandhom jiġu pprovduti arranġamenti adegwati li jneħħu l-piż biex jiżguraw l-integrità tal-provvisti għas-servizzi meħtieġa għall-propulsjoni u l-istering kif ukoll għas-sigurtà tal-bastiment. Fil-każ ta’ telf tal-ġeneratur waqt li jkun qed jaħdem, għandhom isiru arranġamenti adegwati għat-tqabbid awtomatiku u għall-konnessjoni mas-swiċċ-bord prinċipali ta’ ġeneratur li jkun fir-riserva li jkollu kapaċità biżżejjed li jippermetti li ssir il-propulsjoni u l-istering u li jiżgura s-sigurtà tal-bastiment bit-tqabbid mill-ġdid ta’ l-awżiljari essenzjali inklużi, fejn meħtieġ, l-operazzjonijiet sekwenzjali.

.2

jekk l-enerġija elettrika normalment tiġi pprovduta minn aktar minn ġeneratur wieħed fl-istess ħin f’operazzjoni parallela, għandhom isiru l-arranġamenti, per eżempju permezz tat-telf tal-piż, biex jiġi żgurat li, fil-każ ta’ telf ta’ wieħed mis-settijiet tal-ġenerazzjoni, dawk li jifdal jinżammu jaħdmu mingħajr ma jkollhom tagħbija żejda li tippermetti l-propulsjoni u l-istering, u sabiex jiġi żgurat is-sigurtà tal-bastiment.

.2

Fejn huma meħtieġa magni ta’ riserva għall-makkinarju ieħor li jkun essenzjali għall-propulsjoni, għandhom jiġu pprovduti mezzi tal-qlib awtomatiku.

9   Sistemi awtomatiċi tal-kontroll u ta’ l-allarm (R 53.4)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Is-sistema tal-kontroll għandha tkun tali li s-servizzi meħtieġa għat-tħaddim tal-makkinarju prinċipali tal-propulsjoni u l-awżiljari tiegħu jkunu żgurati permezz ta’ l-arranġamenti awtomatiċi neċessarji.

.2

Għandu jingħata allarm mal-qalba awtomatika.

.3

Għandha tiġi pprovduta sistema ta’ l-allarm li tikkonforma mar-Regolament 6 għall-pressjonijiet importanti, temperaturi u livelli tal-likwidu u parametri oħra essenzjali.

.4

Għandha tiġi rranġata pożizzjoni ċentralizzata tal-kontroll bil-pannelli neċessarji ta’ l-allarm u l-instrumentazzjoni li tindika li hemm allarm.

.5

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex iżommu l-pressjoni ta’ l-arja li tqabbad fil-livell meħtieġ fejn il-magni tal-kombustjoni interna li huma essenzjali għall-propulsjoni prinċipali jitqabbdu bl-arja kompressa.

KAPITOLU II-2

PROTEZZJONI MIN-NIRIEN, INTRAĊĊAR TAN-NIRIEN U TIFI TAN-NIRIEN

PARTI A

ĠENERALI

1   Prinċipji bażiċi (R 2)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B,Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:2

.1

L-iskopijiet tas-sigurtà min-nirien ta’ dan il-kapitolu huma biex:

.1

jiġu evitati nirien u splużjonijiet;

.2

jitnaqqas ir-riskju għall-ħajja ikkawżat min-nirien;

.3

jitnaqqas ir-riskju ta’ dannu lill-bastiment, it-tagħbija tiegħu u lill-ambjent ikkawżat min-nirien

.4

jiġu kontenuti, ikkontrollati u mnaqqsa n-nirien u l-isplużjonijiet fil-kompartiment imnejn ikunu bdew; u

.5

jiġu pprovduti mezzi adegwati għall-ħrib u li jkunu aċċessibbli faċilment għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ.

.2

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tan-nirien imfassla fil-paragrafu 1 il-prinċipji bażiċi li ġejjin qegħdin wara r-Regolamenti ta’ dan il-kapitolu u jinstabu fir-Regolamenti kif ikun il-każ, wara li kkunsidraw it-tip tal-bastimenti u l-periklu ta’ nirien potenzjali involut:

.1

il-qsim tal-bastiment f’żoni vertikali prinċipali u f’burduri strutturali;

.2

separazzjoni ta’ l-ispazji ta’ l-akkomodazzjoni mill-kumplament tal-bastiment bil-burduri termali u strutturali;

.3

użu ristrett ta’ materjali kombustibbli;

.4

intraċċar ta’ nirien fiż-żona ta’ l-oriġini;

.5

konteniment u tifi tan-nirien fl-ispazju ta’ l-oriġini;

.6

protezzjoni tal-mezz tal-ħrib jew aċċess għat-tifi tan-nar;

.7

disponibbiltà fil-pront tat-tagħmir tat-tifi tan-nar;

.8

minimizzar tat-tqabbid potenzjali tal-fwar tat-tagħbija li jaqbad.

3

L-objettivi tas-sigurtà tan-nirien imfassla fil-paragrafu 1 hawn fuq għandhom jintlaħqu billi tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti preskrittivi speċifikati f’dan il-kapitolu jew b’disinn alternattiv u l-arranġamenti li jikkonformaw mal-Parti F tal-Kapitolu II-2 tal-Konvenzjoni SOLAS 1974, kif emendata, li tapplika għall-bastimenti mibnija fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2003. Bastiment għandu jiġu kkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti funzjonali stabbiliti fil-paragrafu 2 u li jilħaq l-objettivi tas-sigurtà tan-nirien stipulati fil-paragrafu 1 meta jew:

.1

id-disinji u l-arranġamenti tal-bastiment, bis-sħiħ, jikkonformaw mar-rekwiżiti preskrittivi rilevanti f’dan il-kapitolu;

.2

id-disinji u l-arranġamenti tal-bastiment, fit-totalità tiegħu, ġew riveduti u approvati b’mod konformi mal-Parti F tal-Kapitolu II-2 tal-Konvenzjoni SOLAS 1974, kif emendata, li tapplika għall-bastimenti mibnija fuq u wara l-1 ta’ Jannar 2003; jew

.3

part(ijiet) tad-disinji u l-arranġamenti tal-bastiment, ġew riveduti u approvati b’mod konformi mal-Parti F imsemmija hawn fuq tal-Kapitolu II-2 rivedut tal-Konvenzjoni SOLAS 1974, kif emendata, u l-partijiet li jibqa’ tal-bastiment jikkonformaw mar-rekwiżiti preskrittivi rilevanti ta’ dan il-kapitolu.

.4

Il-bastimenti kollha li jiġu msewwija, sarilhom tibdil, modifiki u rrinnovati konness magħhom għandhom ikomplu jikkonformaw ma’ mill-anqas ir-rekwiżiti li qabel kienu applikabbli għal dawn il-bastimenti.

Tiswijiet, tibdil u modifiki li sussegwentement ibiddlu d-dimensjonijiet ta’ bastiment jew l-ispazji ta’ l-akkomodazzjoni, jew li jżidu b’mod sostanzjali l-ħajja tas-servizz tal-bastiment u r-rinnovar irrelatat magħhom għandhom jikkonformaw ma’ l-aħħar rekwiżiti għall-bastimenti ġodda sa fejn l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera tiddetermina li hu responsabbli u prattiku.

BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.5

Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4, bastimenti tal-klassi B eżistenti li jġorru aktar minn 36 passiġġier għandhom jikkonformaw ma’ li ġej meta jkun qed isirilhom tiswijiet, tibdil, modifiki u rinnovar irrelatat magħhom:

.1

il-materja kollha introdotti f’dawn il-bastimenti għandha tikkonforma mar-rekwiżiti fir-rigward tal-materja applikabbli għall-bastimenti ġodda tal-klassi B; u

.2

kull tiswija, tibdil, modifika u rinnovar irrelatat magħhom li jinvolvi s-sostituzzjoni tal-materja ta’ 50 tunnellata jew aktar, li mhix dik meħtieġa minn Regolament II-2/B/16, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għall-bastimenti ġodda tal-klassi B.

2   Definizzjonijiet (R 3)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1   Materjal li ma jaqbadx huwa materjal li la jaqbad u lanqas jitfa’ fwar li jaqbdu fi kwantità suffiċjenti għat-tqabbid waħdu meta tissaħħan għal bejn wieħed u ieħor 750 °C, u dan jiġi ddeterminat minn test tan-nar b’mod konformi mar-Riżoluzzjoni OIM A.799 (19) “Rakkomandazzjoni riveduta dwar metodi tat-test għall-kwalifikazzjoni ta’ materjal tal-bini fl-ilma baħar bħala li ma jaqbadx”. Kull materjal ieħor huwa materjal li jaqbad.

.1.a   GĦALL-BASTIMENTI TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FI JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

Materjal li ma jaqbadx huwa materjal li la jaqbad u lanqas jitfa’ fwar li jaqbdu fi kwantità suffiċjenti għat-tqabbid waħdu meta jissaħħan għal bejn wieħed u ieħor 750 °C, u dan jiġi stabbilit b’mod konformi mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar. Kull materjal ieħor huwa materjal li jaqbad.

.2   Test standard tan-nirien huwa wieħed li minnhom kampjuni tal-paratiji rilevanti jew gverti huma esposti għal test tal-forn għal temperaturi li jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor għall-kurvatura standard tat-temperatura abbażi tal-ħin. Il-kampjun għandu jkollu wiċċ espost ta’ mhux anqas minn 4,65 m2 u l-għoli (jew tul tal-gverta) ta’ 2,44 metru, li jixbħu mill-qrib sa fejn ikun possibbli l-bini ppjanat u li jinkludi, fejn ikun il-każ, ta’ l-anqas ġonta waħda. Il-kurvatura standard tal-ħin-temperatura hija definita minn kurvatura lixxa mpenġija mill-punti li ġejjin tat-temperatura interna tal-forn:

temperatura inizjali interna tal-forn

20  °C

fl-aħħar ta’ l-ewwel 5 minuti

576  °C

fl-aħħar ta’ l-10 minuti

679  °C

fl-aħħar tal-15-il minuta

738  °C

fl-aħħar tat-30 minuta

841  °C

fl-aħħar tas-60 minuta

945  °C

.2a.   GĦALL-BASTIMENTI TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FI JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

Test standard tan-nirien huwa wieħed minn fejn kampjuni tal-paratiji rilevanti u gverti huma esposti għat-test tal-forn għal temperaturi li jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor għall-kurvatura standard tat-temperatura. Il-metodi tat-test għandhom ikunu konformi mal-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar.

.3   Diviżjonijiet tal-klassi A huma dawk id-diviżjonijiet iffurmati mill-paratiji u l-gverti li jikkonformaw ma’ li ġej:

.1

għandhom jinbnew mill-azzar jew materjal ieħor ekwivalenti;

.2

għandhom jiġu mwebbsa sa fejn ikun meħtieġ;

.3

għandhom jinbnew biex ikunu kapaċi li jipprevjenu milli jgħaddi d-duħħan u l-fjammi sa l-aħħar tat-test standard tan-nar li jdum siegħa;

.4

għandhom ikunu insulati b’materjal li ma jaqbdux li huma approvati b’mod li t-temperatura medja tan-naħa mhux mikxufa ma togħliex aktar mill-140 °C 'il fuq mit-temperatura oriġinali, u lanqas m’għandha t-temperatura, f’kull punt, inkluż kull ġonta, togħla aktar mill-180 °C 'il fuq mit-temperatura oriġinali, fil-ħin stabbilit hawn taħt:

klassi A-60

60 minuta

klassi A-30

30 minuta

klassi A-15

15-il minuta

klassi A0

0 minuta

.5

L-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera għandhom ikollhom bżonn ta’ test tal-prototip tal-paratija jew gverta li tiżgura li tilħaq ir-rekwiżiti t’hawn fuq għall-integrità u żieda fit-temperatura b’mod konformi mar-Riżoluzzjoni ta’ l-OIM A.754 (18).

Għall-bastimenti tal-klassi B, Ċ u D, mibnija fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2003, “Riżoluzzjoni ta l-OIM A.754” (18) għandha taqra “Kodiċi tal-Proċeduri tal-Provi tan-Nar”.

.4   Diviżjonijiet tal-klassi “B” huma dawk id-diviżjonijiet iffurmati mill-paratiji, il-gverti, soqfa jew suffetti li jikkonformaw ma’ li ġej:

.1

għandhom jinbnew biex ikunu kapaċi li jipprevjenu milli jgħaddu l-fjammi sa l-aħħar ta’ l-aħħar nofs siegħa tat-test standard tan-nar;

.2

għandhom ikollhom valur ta’ insulazzjoni tali li t-temperatura medja tan-naħa mhux mikxufa ma togħliex aktar mill-140 °C 'il fuq mit-temperatura oriġinali, u lanqas m’għandha t-temperatura, f’kull punt, inkluż kull ġonta, togħla aktar mill-225 °C 'il fuq mit-temperatura oriġinali, fil-ħin stabbilit hawn taħt:

klassi “B-15”

15 min

klassi “B-0”

0 min

.3

għandhom jiġu mibnija minn materjali li ma jaqbdux approvati u l-materjali kollha li jidħlu fil-kostruzzjoni u bini ta’ diviżjonijiet tal-klassi “B” għandhom ikunu li ma jaqbdux, bl-eċċezzjoni li l-fuljetti li jaqbdu jistgħu jiġu permessi kemm-il darba jilħqu r-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-kapitolu;

.4

L-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera għandhom ikollhom bżonn test ta’ prototip ta’ diviżjoni li tiżgura li tilħaq ir-rekwiżiti t’hawn fuq għall-integrità u żieda fit-temperatura b’mod konformi mar-Riżoluzzjoni ta’ l-OIM A.754 (18).

Għall-bastimenti tal-klassi B, Ċ u D, mibnija fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2003“Riżoluzzjoni ta’ l-OIM 754 (18)” għandha taqra “Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar”.

.5   Id-diviżjonijiet tal-klassi “Ċ” huma diviżjonijiet mibnija minn materja approvata li ma taqbadx. M’għandhom bżonn jilħqu l-ebda rekwiżiti relattivi għall-passaġġ tad-duħħan u fjammi u lanqas limitazzjonijiet għaż-żieda fit-temperatura. Fuljetti li jaqbdu huma permessi kemm-il darba jilħqu r-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-kapitolu.

.6   Soqfa u suffetti kontinwi tal-klassi “B” huma dawk is-soqfa jew suffetti li jispiċċaw biss f’diviżjoni tal-klassi “A” jew “B”.

.7   Azzar u materjal ieħor ekwivalenti. Fejn hemm il-kliem “azzar jew materjal ieħor ekwivalenti” ifisser kull materjal li ma jaqbadx li, waħdu jew minħabba l-insulazzjoni pprovduta, għandu proprjetajiet strutturali u integri ekwivalenti għall-azzar fl-aħħar tal-kixfa applikabbli għat-test standard tan-nar (eż. illig ta’ l-aluminju b’insulazzjoni adegwata).

.8   Firxa baxxa tal-fjammi tfisser li l-wiċċ li jkun ġie deskritt hekk inaqqas b’mod adegwat il-firxa tal-fjammi, u dan għandu jiġi stabbilit minn test tan-nar taħt ir-Riżoluzzjoni OIM A.653 (16), għall-materjali ta’ l-iffinalizzar tal-paratija, saqaf u l-gverta.

.8a   GĦALL-BASTIMENTI TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FI JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

Firxa baxxa tal-fjammi tfisser li l-wiċċ li jkun ġie deskritt hekk inaqqas b’mod adegwat il-firxa tal-fjammi u dan għandu jiġi stabbilit b’mod konformi mal-Kodiċi tal-Proċeduri tal-Provi tan-Nar.

.9   Iż-żoni prinċipali vertikali huma dawk is-sezzjonijet li fihom il-buq, l-istruttura tal-gverta, u l-kmamar ta’ fuq il-gverta huma maqsuma minn diviżjonijiet tal-klassi “A”, it-tul medju u l-wisa’ tagħhom fuq kwalunkwe gverta ġeneralment ma jaqbiżx l-40 metru.

.10   L-ispazji ta’ l-akkomodazzjoni huma dawk l-ispazji li jintużaw bħala spazji pubbliċi, kuriduri, toilets, kabini, uffiċini, sptarijiet, ċinema, kmamar tal-logħob u tal-passatempi, ħwienet tal-barbiera, postijiet fejn jinżamm l-ikel li ma jkollhom l-ebda tagħmir tat-tisjir u spazji simili.

.11   Spazji pubbliċi huma dawk il-partijiet mill-akkomodazzjoni li jintużaw għas-swali, kmamar ta’ l-ikel, salotti u spazji oħra simili li huma magħluqa b’mod permanenti.

.12   L-ispazji tas-servizz huma dawk l-ispazji li jintużaw għal-kċejjen, postijiet fejn jinżamm l-ikel li jkollhom tagħmir tat-tisjir, kabinetti li jissakkru, kmamar tal-posta u kmamar speċjali, kmamar tal-ħażna, postijiet fejn isir ix-xogħol li m’humiex dawk li jiffurmaw parti mill-ispazji tal-makkinarju, u spazji simili u ċ-ċestini għal tali spazji.

.13   Spazji tal-merkanzija huma l-ispazji kollha li jintużaw għall-merkanzija (inklużi t-tankijiet tal-merkanzija taż-żejt) u ċ-ċestini għal tali spazji.

.13-1   L-ispazji tal-vetturi huma spazji tal-merkanzija maħsuba għall-ġarr tal-karrozzi bil-karburant fit-tankijiet tagħhom għall-propulsjoni tagħhom stess.

.14   Spazji tal-merkanzija ro-ro huma l-ispazji li normalment ikunu suddiviżi bl-ebda mod u li jestendu jew sa tul sostanzjali jew tat-tul kollu tal-bastiment li fihom karrozzi bil-karburant fit-tankijiet tagħhom għall-propulsjoni tagħhom stess u/jew prodotti (ippakkettati jew bl-imnut, fil-jew fuq il-binarji jew karrozzi tat-triq, vetturi (inklużi vetturi li jġorru ż-żejt tat-triq u tal-binarji), trejlers, kontejners, palletti, tankijiet li ma jintramawx jew f’unitajiet simili tal-ħażna jew fuqhom u reċipjenti oħra) ikunu jistgħu jitgħabbew u jinħattu normalment f’direzzjoni orizzontali.

.15   Spazji miftuħa ro-ro tal-merkanzija huma spazji ro-ro tal-merkanzija jew miftuħa fuq kull naħa, jew miftuħa f’tarf wieħed u pprovduti b’ventilazzjoni naturali adekwata li hija effettiva fuq it-tul kollu mill-fetħiet permanenti fil-pjanċi tal-ġenb jew fil-ponta tal-gverta, jew minn fuq, u għall-bastimenti mibnija fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 2003 li għandhom erja totali ta’ mill-anqas 10 % ta’ l-erja totali tal-ġnub ta’ l-ispazju.

.15-1   Spazji miftuħa tal-vetturi huma dawk l-ispazji tal-vetturi jew miftuħa fuq kull naħa, jew miftuħa f’tarf wieħed u pprovduti b’ventilazzjoni naturali adekwata li hija effettiva fuq it-tul kollu mill-fetħiet permanenti fil-pjanċi tal-ġenb jew fil-ponta tal-gverta, jew minn fuq, u għall-bastimenti mibnija fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 2003 li għandhom arja totali ta’ mill-anqas 10 % ta’ l-arja totali tal-ġnub ta’ l-ispazju.

.16   Spazji tal-merkanzija ro-ro magħluqa li m’humiex la spazji tal-merkanzija ro-ro u lanqas gverti tat-temp.

.16-1   Spazji tal-karozzi magħluqa huma spazji tal-karozzi li m’humiex la spazji tal-karozzi miftuħa u lanqas gverti tat-temp.

.17   Gverta tat-temp hija gverta li hija esposta kompletament għat-temp minn fuq u minn ta’ lanqas żewġt iġnub.

.18   L-ispazji tal-kategorija speċjali huma dawk l-ispazji tal-vetturi magħluqa 'l fuq jew 'l isfel mill-gverta tal-paratija li tali vetturi jistgħu jinstaqu fihom jew joħorġu minnhom li għalihom għandhom aċċess il-passiġġieri. Spazji tal-kategorija speċjali jistgħu jiġu akkomodati fuq aktar minn gverta waħda kemm-il darba l-għoli ġenerali li bih jgħaddu l-vetturi ma jaqbiżx l-10 metri.

.19.1   L-ispazji tal-makkinarju ta’ kategorija A huma dawk l-ispazji u kaxxi għal tali spazji li fihom:

.1

makkinarju tal-kombustjoni interna użata għall-propulsjoni prinċipali; jew.

.2

makkinarju tal-kombustjoni interna użat għal skopijiet oħra barra dak tal-propulsjoni prinċipali fejn tali makkinarju għandu totalità ta’ produzzjoni ta’ l-enerġija ta’ mhux anqas minn 375 kW; jew.

.3

kull kaldarun taż-żejt iffiltrat jew unità tal-karburant taż-żejt.

.19.2   L-ispazji tal-makkinarju huma l-ispazji kollha tal-makkinarju ta’ kategorija A u dawk l-ispazji kollha li fihom makkinarju tal-propulsjoni, kaldaruni, unitajiet tal-karburant taż-żejt, magni tal-fwar u tal-kombustjoni interna, ġeneraturi u makkinarju elettriku prinċipali, stazzjonijiet tal-milì taż-żejt, makkinarju tal-ventilazzjoni u kundizzjunar ta’ l-arja, u spazji simili, u l-kaxxi għal tali spazji.

.20   Unità tal-karburant taż-żejt huwa t-tagħmir użat għall-preparazzjoni tal-karburant taż-żejt għall-konsenja għall-kaldarun li jitħaddem biż-żejt, jew tagħmir użat għall-preparazzjoni għal konsenja taż-żejt imsaħħan għal magna bil-kombustjoni interna, u inkluż kwalunkwe pompi tal-pressjoni taż-żejt, filtri u tagħmir li jsaħħan relatat maż-żejt fi pressjoni ta’ aktar minn 0,18 N/mm2.

.21   Stazzjonijiet tal-kontroll huma dawk l-ispazji li fihom jinstabu t-tagħmir tar-radju jew t-tagħmir prinċipali tan-navigazzjoni jew is-sors ta’ enerġija ta’ l-emerġenza jew fejn huwa ċċentralizzat t-tagħmir tal-kontroll tan-nirien.

.21.1   Stazzjon tal-kontroll ċentrali huwa stazzjon tal-kontroll li fih il-funzjonijiet tal-kontroll li ġejjin u ta’ l-indikatur huma ċentralizzati:

.1

sistemi ta’ indikazzjoni tan-nar fissi u ta’ l-allarm;

.2

tagħmir awtomatiku li jferrex l-ilma, sistemi ta’ l-indikazzjoni tan-nar u ta’ l-allarm;

.3

pannelli ta’ l-indikazzjoni tal-bibien tan-nirien;

.4

għeluq tal-bibien tan-nirien;

.5

pannelli ta’ l-indikazzjoni tal-bibien li ma jidħolx ilma minnhom;

.6

għeluq tal-bibien li ma jidħolx ilma minnhom;

.7

fannijiet tal-ventilazzjoni;

.8

ġenerali/allarmi ta’ kontra n-nirien;

.9

sistemi tal-komunikazzjoni li jinkludu t-telefons; u

.10

mikrofoni tas-sistemi ta’ l-indirizz pubbliku.

.21.2   Stazzjon tal-kontroll ċentrali li jkollu n-nies miegħu huwa stazzjon tal-kontroll ċentrali li huwa kontinwament mreġi minn membru responsabbli ta’ l-ekwipaġġ.

.22   Kmamar li fihom l-għamara u tagħmir ta’ riskju ristrett minn nirien huma, għall-finijiet tar- Regolament II-2/B/4, dawk il-kmamar li fihom l-għamara u t-tagħmir tar-riskju ristrett minn nirien (kemm jekk kabini, spazji pubbliċi, uffiċini u tipi oħra ta’ akkomodazzjoni) li fihom:

.1

l-għamara kollha bħad-deskijiet, gwardarobbi, tavolini, bureaux, dresers, huma mibnija totalment minn materja approvata li ma taqbadx, ħlief li l-fuljetta li taqbad ma taqbiżx iż-2 mm tista’ tiġi użata fuq l-uċuħ tax-xogħol ta’ tali oġġetti;

.2

kull għamara għaliha bħas-siġġijiet, sufani, mwejjed, huma mibnija bi gwarniċi ta’ materja li ma tinħaraqx;

.3

id-drappijiet kollha, purtieri u materjali oħra mdendlin li għandhom kwalitajiet ta’ reżistenza għal propogazzjoni tal-fjamma mhux inferjuri għal dak is-suf 0,8 kg/m2, fi qbil ma’ Riżoluzzjoni OIM A.471 (XII) u l-emendi tagħha adottati minn Riżoluzzjoni A.563 (14).

Għall-bastimenti tal-klassi B, Ċ u D, mibnija fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 2003“Riżoluzzjoni ta’ l-OIM Riżoluzzjoni A.471 (XII)” għandha taqra “Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar”;

.4

il-koperturi kollha ta’ l-art għandhom kwalitajiet ta’ reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjamma li mhix inferjuri għal dawk tal-materjal tas-suf ekwivalenti li jintużaw għall-istess skop.

Għall-bastimenti tal-klassi B, Ċ u D mibnija fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 2003, dan is-subparagrafu għandu jaqra:

“il-koperturi kollha ta’ l-art għandhom karatteristiċi tal-firxa baxxa tal-fjammi”;

.5

l-uċuħ kollha mikxufa tal-paratiji, suffetti u soqfa għandhom karatteristiċi tal-firxa tal-fjammi li tkun baxxa; u

.6

kull għamara miksija għandha l-kwalitajiet tar-reżistenza għat-tqabbid u propagazzjoni tal-fjammi b’mod konformi mal-Proċeduri tal-Provi tan-Nar ta’ l-Għamara Miksija tar-Riżoluzzjoni ta’ l-OIM A.652 (16)

Għall-bastimenti tal-klassi B, Ċ u D mibnija fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 2003, “Riżoluzzjoni ta’ l-OIM Riżoluzzjoni A.652 (16)” għandha taqra “Kodiċi tal-Proċeduri tal-Provi tan-Nar”.

GĦALL-BASTIMENTI TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 ta’ JANNAR 2003.

.7

il-komponenti kollha tas-sodda għandhom kwalitajiet ta’ reżistenza għat-tqabbid u l-propagazzjoni tal-fjamma, dan ikun stabbilit b’mod konformi mal-Kodiċi tal-Proċeduri tal-Provi tan-Nar.

.23   Bastiment tal-passiġġieri ro-ro tfisser bastiment tal-passiġġieri bi spazji tar-ro-ro għat-tagħbija jew spazji speċjali tal-kategorija kif stipulata f’dan ir-Regolament.

.24   Il-Kodiċi tal-Proċeduri tat-Test tan-Nar tfisser il-Kodiċi Internazzjonali tal-Proċeduri għall-Applikazzjoni tat-Test tan-Nar, kif adottata mill-Kumitat tas-Sigurtà Marittima ta’ OIM b’Riżoluzzjoni MSC 61 (67), kif emendata mill-IMO.

.25   Kodiċi tas-Sistemi tas-Sigurtà tan-Nar tfisser il-Kodiċi Internazzjonali tal-Proċedura għall-Applikazzjoni tat-Test tan-Nar kif adottata mill-Kumitat Marittimu tas-Sigurtà ta’ l-IMKO b’ Riżoluzzjoni MSC98 (73), kif jista’ jkun emendat mill-IMO, kemm-il darba tali emendi jiġu adottati, miġjuba fis-seħħ u jieħdu effett b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ Artikolu VIII tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, kif emendata, li tikkonċerna l-proċeduri ta’ l-emendi applikabbli għall-Anness u mhux Kapitolu I tiegħu.

.26   Il-punt li fih jixgħel hija t-temperatura fi gradi Ċelsius (test tal-kikkra magħluqa) li fiha prodott jagħti biżżejjed fwar li jaqbad, kif stabbilit minn tagħmir tal-punt li fih jixgħel.

.27   Rekwiżiti preskrittivi jfissru karatteristiċi kostruttivi, li jillimitaw d-dimensjonijiet jew sistemi tas-sigurtà tan-nirien speċifikati f’dan il-kapitolu.

3   Pompi tan-nirien, mejns tan-nar, idranti, pajpijiet u żenuni (R 4)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1   Kull bastiment għandu jiġi pprovdut pompi tan-nirien, mejns tal-nar, idranti, pajpijiet u żenuni li jikkonformaw kif ikun applikabbli mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003:

.1.2   Fejn hija meħtieġa aktar minn pompa waħda indipendenti tan-nar, għandhom jitwaħħlu valvi li jiżolaw biex jisseparaw il-parti tal-mejn tan-nar fl-ispazju tal-makkinarju li fih l-pompa prinċipali tan-nar jew il-pompi mill-kumplament tal-mejn tan-nar f’pożizzjoni li faċli tintlaħaq 'ilbarra mill-ispazju tal-makkinarju. Il-mejn tan-nar għandu jiġi rranġat tali li meta l-valvi li jiżolaw ikunu magħluqa l-idranti kollha fuq il-bastiment, ħlief dawk fl-ispazju tal-makkinarju li għalihom saret referenza hawn fuq, jista’ jiġi pprovdut bl-ilma minn pompa tan-nar li ma tkunx tinstab f’dan l-ispazju tal-makkinarju minn pajpijiet li ma jidħlux f’dan l-ispazju. Eċċezzjonalment, perjodi żgħar ta’ l- ġbid bl-arja tal-pompa tan-nar ta’ l-emerġenza u l-pajpijiet li jarmu jistgħu jippenetraw l-ispazju tal-makkinarju jekk ma jkunx prattiku li jgħaddu fuq barra kemm-il darba l-integrità tal-mejn tan-nar tinżamm mill-għeluq tal-pajpijiet f’qafas sostanzjali ta’ l-azzar.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

.1.3   Għandhom jitwaħħlu valvi li jiżolaw biex jisseparaw il-parti tal-mejn tan-nirien fl-ispazju tal-makkinarju li fiha l-pompa prinċipali tan-nirien jew il-pompi mill-kumplament tal-mejn tan-nirien f’pożizzjoni li faċli tintlaħaq 'il barra mill-ispazju tal-makkinarju. Il-mejn tan-nirien għandu jiġi rranġat tali li meta l-valvi li jiżolaw ikunu magħluqa l-idranti kollha fuq il-bastiment, ħlief dawk fl-ispazju tal-makkinarju msemmi hawn fuq, jista’ jiġi pprovdut bl-ilma minn pompa tan-nirien jew pompa tan-nirien ta’ l-emerġenza. Il-pompa ta’ l-emerġenza, bid-daħla tagħha ta’ l-ilma baħar u l-pajpijiet li jerdgħu u li jfornu u l-valvoli li jiżolaw għandhom jinstabu 'l barra mill-ispazju tal-makkinarju. Jekk dan l-arranġament ma jkunx jista’ jsir, iċ-ċestin tal-baħar jista’ jitwaħħal fl-ispazju tal-makkinarju jekk il-valv jiġi kkontrollat bir-remot minn pożizzjoni fl-istess kompartiment bħall-pompa ta’ l-emerġenza u l-pajp ta’ l-ġbid bl-arjaġbid bl-arja huwa qasir daqs kemm huwa prattiku. Partijiet qosra ta’ l-ġbid bl-arjaġbid bl-arja jew tal-pajpijiet li jarmu jistgħu jippenetraw fl-ispazju tal-makkinarju, kemm-il darba jkunu magħluqa f’qafas sostanzjali ta’ l-azzar jew huma insulati konformement mal-istandards A-60. Il-pajpijiet għandhom ikollhom ħxuna tal-ħitan sostanzjali, li iżda fl-ebda każ m’għandha tkun ta’ anqas minn 11 mm u għandhom ikunu wweldjati ħlief għall-konnessjoni ta’ max-xifer għall-valv tad-daħla mill-baħar.

Il-BASTIMENTI ĠODDA KOLLHA U EŻISTENTI TAL-KLASSI B U BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI Ċ U D TA’ 24 METRU F’TUL U 'L FUQ:

2.   Kapaċità tal-pompi tan-nar

.1

Il-pompi tan-nar meħtieġa għandhom ikunu kapaċi li jfornu għall-skopijiet ta’ tifi tan-nar kwantità ta’ ilma, bil-pressjoni speċifikata fil-paragrafu 4.2 ta’ mhux anqas minn żewġ terzi tal-kwantità meħtieġa li trid tiġi maħduma mill-pompi tas-sentina meta jitħaddmu għall-ippumpjar tas-sentina.

.2

F’kull bastiment li huwa meħtieġ minn dan ir-Regolament għandu jiġi fornut b’aktar minn pompa potenti waħda tan-nar, kull waħda mill-pompi tan-nar meħtieġa għandha jkollha kapaċità ta’ mhux anqas minn 25 m3/h u kull pompa tali għandha f’kull każ tkun kapaċi li tforni ta’ lanqas iż-żewġ ġettijiet ta’ l-ilma li jkunu meħtieġa. Dawn il-pompi tan-nar għandhom ikunu kapaċi li jfornu s-sistema prinċipali tan-nar taħt il-kondizzjonijiet meħtieġa.

.3

F’bastimenti mibnija fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 2003 fejn aktar pompi mill-minimu ta’ pompi huwa meħtieġ jiġu installati tali pompi addizzjonali għandhom ikollhom kapaċità ta’ mill-anqas 25 m3/h u għandhom ikunu kapaċi li jfornu s-sistema prinċipali tan-nar taħt il-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-arranġamenti tal-pompi tan-nar, mejns tan-nirien u d-disponibbiltà pronta tal-provvista ta’ l-ilma

.1

Il-bastimenti għandhom jiġu pprovduti b’pompi tan-nirien li jaħdmu bl-enerġija kif ġej:

.1

bastimenti ċċertifikati biex iġorru aktar minn 500 passiġġier: ta’ l-anqas tlieta, li waħda minnhom tkun pompa li titħaddem mill-magna prinċipali;

.2

bastimenti ċċertifikati biex iġorru sa 500 passiġġier jew anqas: ta’ l-anqas tnejn, li waħda minnhom tkun pompa li titħaddem mill-magna prinċipali.

.2

Il-pompi sanitarji, tas-saborra, tas-sentina jew tas-servizz ġenerali jistgħu jiġu aċċettati bħala pompa tan-nar, kemm-il darba ma tintużax normalment biex jippumpjaw iż-żejt u jekk ikun suġġett għad-dazju ta’ kultant għat-trasferiment jew ippumpjar ta’ karburant taż-żejt, u jkun hemm arranġamenti adegwati tal-bidla.

.3

L-arranġamenti tal-konnessjonijiet tal-baħar, pompi tan-nar u s-sorsi tagħhom ta’ l-enerġija għandhom ikunu tali biex jiżguraw li l-bastiment iċċertifikat biex iġorr aktar minn 250 passiġġier, fil-każ ta’ nar f’xi wieħed mill-kompartimenti l-pompi tan-nar kollha ma jitpoġġewx barra bis-servizz.

F’bastimenti ġodda tal-klassi B li huma ċċertifikati biex iġorru sa 250 passiġġier jew anqas, jekk nar f’xi wieħed mill-kompartimenti jistgħu ipoġġu l-pompi 'l barra mis-servizz, il-mezzi alternattivi li jipprovdu l-ilma għall-finijiet tat-tifi tan-nar għandhom jinstaqu indipendentament, pompa tan-nar ta’ l-emerġenza li taħdem bl-enerġija u bis-sors ta’ l-enerġija tagħha u bil-konnessjoni tal-baħar li tkun tinstab 'il barra mill-ispazju tal-makkinarju. Tali pompa tan-nar ta’ l-emerġenza li taħdem bl-enerġija li titħaddem indipendentement għandha tikkonforma mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sistemi tas-Sigurtà tan-Nar għall-bastimenti mibnija fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 2003.

.4

F’bastimenti ġodda tal-klassi B li huma ċċertifikati biex iġorru aktar minn 250 passiġġier, l-arranġamenti fil-pront għad-disponibbiltà tal-provvista għandha tkun tali li ta’ lanqas ġett wieħed effettiv għall-ilma jkun disponibbli minnufih minn xi idrant f’post fuq ġewwa u sabiex jiżgura l-kontinwazzjoni tal-ħruġ ta’ l-ilma bit-tqabbid awtomatiku tal-pompa tan-nirien meħtieġa.

.5

F’bastimenti bi spazju tal-makkinarju li perjodikament ma jkunx hemm nies miegħu jew meta persuna waħda biss hija meħtieġa biex tagħmel l-għassa, għandu jkun hemm provvista immedjata ta’ l-ilma mis-sistema tal-mejn tan-nar bi pressjoni adegwata, jew bit-tqabbid bir-remot ta’ waħda mill-pompi tan-nar prinċipali li jaqbdu bir-remot mill-pont tan-navigazzjoni u mill-istazzjon tal-kontroll tan-nar, jekk hemm, jew pressjonizzar permanenti tas-sistema tal-mejn tan-nar b’waħda mill-pompi prinċipali tan-nar.

.6

Il-valv tal-konsenja ta’ kull pompa tan-nar għandu jitqiegħed fih valv li ma jirritornax.

.4   Id-dijametru ta’ u l-pressjoni tal-mejns tan-nar.

.1

Id-dijametru tal-mejn tan-nar u l-pajpijiet tas-servizz ta’ l-ilma għandhom ikunu suffiċjenti għad-distribuzzjoni effettiva tal-ħruġ massimu meħtieġ minn żewġ pompi tan-nar jaħdmu flimkien.

.2

B’żewġ pompi li jfornu fl-istess ħin miż-żenuni msemmija fil-paragrafu 8 i idranti suffiċjenti li jipprovdu għall-kwantità ta’ ilma msemmija fil-paragrafu 4.1, il-pressjonijiet minimi li ġejjin għandhom jinżammu fl-idranti kollha:

Il-bastimenti tal-klassi B iċċertifikati biex iġorru:

Ġodda

Eżistenti

aktar minn 500 passiġġieri

0,4 N/mm2

0,3 N/mm2

sa 500 passiġġier

0,3 N/mm2

0,2 N/mm2

.3

Il-pressjoni massima fi kwalunkwe idrant m’għandhiex taqbeż dak li fih jista’ jintwera l-kontroll effettiv ta’ pajp tat-tifi tan-nar

.5   Numru u pożizzjoni ta’ l-idranti

.1

In-numru u l-pożizzjoni ta’ l-idranti għandhom ikunu tali li ta’ l-anqas żewġ ġettijiet ta’ l-ilma li m’humiex ġejjin mill-istess idrant, li waħda minnhom trid tkun ġejja minn tul wieħed tal-pajp, jistgħu jilħqu kull parti tal-bastiment li normalment tkun aċċessibbli għall-passiġġieri jew għall-ekwipaġġ waqt li l-bastiment ikun qed ibaħħar u kull parti mill-ispazju tal-merkanzija meta jkun vojt, kull spazju tal-merkanzija ro-ro jew kull spazju ta’ kategorija speċjali li fil-każ ta’ l-aħħar iż-żewġ ġettijiet għandhom jilħqu kull parti ta’ tali spazju, kull wieħed minn tul wieħed tal-pajp. Barra minn hekk, tali idranti għandhom jiġu mpoġġija ħdejn l-aċċessi għall-ispazji protetti.

.2

Fl-ispazji ta’ l-akkomodazzjoni, tas-servizz u tal-makkinarju n-numru u l-pożizzjoni ta’ l-idranti għandha tkun tali li r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.1 jistgħu jiġu konformi magħhom meta l-bibien kollha li ma jgħaddix ilma minnhom u l-bibien kollha fil-paratiji taż-żona prinċipali vertikali jkunu magħluqa.

.3

Fejn huwa pprovdut aċċess għall-ispazju tal-makkinarju f’livell baxx minn mina tax-xaft li tkun ħdejha, għandhom jiġu pprovduti żewġ idranti esterni għal, iżda qrib l-entratura għal dak l-ispazju tal-makkinarju. Fejn tali aċċessi huma pprovduti minn spazji oħra, f’wieħed minn dawn l-ispazji għandu jiġi pprovdut żewġ idranti ħdejn l-entratura ta’ l-ispazju tal-makkinarju. M’hemmx bżonn ssir tali disposizzjoni fejn il-mina jew spazji ħdejha ma jkunux parti mit-triq tal-salvataġġ.

.6   Pajpijiet u idranti

.1

Materjal li ġie magħmul ineffettiv bis-sħana m’għandhux jintuża għall-mejns tan-nar u l-idranti ħlief jekk ikun protett b’mod adegwat. Il-pajpijiet u l-idranti għandhom jitpoġġew li l-pajpijiet tat-tifi tan-nar ikunu jistgħu faċilment jiġu akkoppjati magħhom. L-arranġament tal-pajpijiet u ta’ l-idranti għandu jkun tali sabiex jevita l-possibbiltà ta’ l-iffriżar. F’bastimenti fejn tista’ tinġarr il-merkanzija fuq il-gverta, il-pożizzjonijiet ta’ l-idranti għandhom ikunu tali li jkunu dejjem aċċessibbli fil-pront u l-pajpijiet għandhom jiġu rranġati sa fejn ikun prattiku biex jevita r-riskju ta’ dannu minn tali merkanzija.

.2

Għandu jitwaħħal valv biex iforni kull wieħed mill-pajpijiet tat-tifi tan-nar sabiex kull pajp tat-tifi tan-nar ikun jista’ jitneħħa waqt li l-pompi tan-nirien ikunu qed jaħdmu.

.3

Fuq bastimenti mibnija fil- jew wara l-1 ta’ Jannar 2003 għandhom jitwaħħlu valvi li jiżolaw għall-fergħat kollha prinċipali miftuħa fuq il-gverta li jintużaw għall-finijiet oħra li m’humiex tat-tifi tan-nar.

.7   Pajpijiet ta’ l-ilma tat-tifi tan-nar

.1

Il-pajpijiet ta’ l-ilma tat-tifi tan-nar għandhom ikunu ta’ materjal li ma jispiċċax, approvat mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera, u għandu jkun ta’ tul biżżejjed biex jitfa’ ġett ta’ l-ilma f’kull wieħed mill-ispazji li fihom jista’ jkun hemm bżonn li jintuża. Kull pajp għandu jkollu żenuna u l-koppjamenti meħtieġa. Għandu jkun hemm tpartit komplet bejn il-koppjamenti tal-pajp u ż-żenuni. Il-pajpijiet li f’dan il-kapitolu huma msemmija bħala “pajpijiet ta’ l-ilma tat-tifi tan-nar” għandhom flimkien ma’ kull tagħmir u għodda, jinżammu lesti għall-użu f’pożizzjonijiet li jidhru ħdejn l-idranti tas-servizz ta’ l-ilma jew il-konnessjonijiet. Barra minn dan, f’postijiet interni fil-bastimenti li jġorru aktar minn 36 passiġġier il-pajpijiet ta’ l-ilma tat-tifi tan-nar għandhom ikunu konnessi b’mod permanenti ma’ l-idranti.

.2

Għandu jkun hemm ta’ lanqas pajp ta’ l-ilma tat-tifi tan-nar għal kull wieħed mill-idranti meħtieġa minn paragrafu 5. It-tul tal-pajp ta’ l-ilma tat-tifi tan-nar għandu jiġi ristrett sa mhux aktar minn 20 metru fuq il-gverta u f’superstrutturi u sa 15-il metru fi spazji tal-makkinarju u fuq bastimenti iżgħar rispettivament sa 15-il metru u 10 metru.

.8   Żennuni

.1.1

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, id-daqs taż-żennuni standard għandu jkun ta’ 12-il mm, 16-il mm u 19-il mm jew kemm jista’ jkun qrib ta’ dan. F’każi fejn jintużaw sistemi oħra - bħas-sistemi taċ-ċpar - jistgħu jiġu permessi żennuni ta’ dijametru differenti.

.1.2

Iż-żennuni kollha għandhom ikunu tat-tip approvat b’żewġ użi (i.e. tat-tip ta’ l-isprej/ġett), u għandhom ikollhom faċilità li jagħlqu totalment.

.2

Għall-ispazji ta’ l-akkomodazzjoni u tas-servizz, m’hemmx għalfejn jintuża daqs taż-żennuna li jkun akbar minn 12 mm.

.3

Għall-ispazji tal-makkinarju u l-postijiet esterjuri, id-daqs taż-żenuna għandu jkun tali biex jikseb ir-rimi massimu possibbli minn żewġ ġettijiet bil-pressjoni msemmija fil-paragrafu 4 mill-iżgħar pompa, kemm-il darba li d-daqs taż-żennuna jkun akbar minn 19-il mm m’hemmx bżonn li jintużaw.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSI Ċ U D TAT-TUL TA’ ANQAS MINN 24 METRU:

.9   Pompi tan-nirien, mejns tal-nar, idranti, pajpijiet u żenuni u d-disponibbiltà tal-provvista ta’ l-ilma.

.1

Pompa indipendenti tal-pompa tat-tifi tan-nar, li għandha tkun kapaċi li tforni l-iskopijiet għat-tifi tan-nar ta’ lanqas ġett wieħed ta’ l-ilma minn kwalunkwe idrant tan-nar, bil-pressjoni msemmija hawn taħt. Il-kwantità ta’ l-ilma fornuta m’għandhiex tkun ta’ anqas minn żewġ terzi tal-kwantità meħtieġa li trid tinħadem mill-pompi tas-sentina meta jitħaddmu għall-ippompjar tas-sentina. Tali pompa tat-tifi tan-nar għandha tkun kapaċi, meta tkun qed tarmi l-ammont massimu li għalih saret referenza hawn fuq mill-idranti tan-nirien biż-żennuni ta’ 12 jew 16 jew 19-il mm, li jżomm f’minimu l-pressjoni ta’ l-idrant kif meħtieġ mill-bastimenti tal-klassi B.

.2

Kull bastiment li jġorr aktar minn 250 passiġġieri għandu jiġi fornut b’pompa addizzjonali tat-tifi tan-nar li għandha tiġi mqabbda b’mod permanenti mal-mejn tan-nar. Tali pompa għandha titħaddem bl-enerġija. Tali pompa u s-sors ta’ l-enerġija tagħha m’għandux jinstab fl-istess kompartiment bħall-pompa meħtieġa minn paragrafu 9.1 u għandha tiġi pprovduta b’konnessjoni permanenti tal-baħar li tkun tinstab 'il barra mill-ispazju tal-makkinarju. Tali pompa għandha tkun kapaċi li tforni ta’ lanqas ġett wieħed ta’ l-ilma minn kwalunkwe idrant ta’ l-ilma kemm-il darba li l-bastiment iżomm pressjoni ta’ mill-anqas 0,3 N/mm2.

.3

Pompi sanitarji, tas-saborra, tas-sentina jew tas-servizz ġenerali jistgħu jiġu aċċettati bħala pompi tat-tifi tan-nar.

.4

Kull bastiment għandu jkollu mejn tan-nar li jkollu dijametru suffiċjenti għad-distribuzzjoni effettiva tal-ħruġ massimu mogħti hawn fuq. In-numru u l-pożizzjoni ta’ l-idranti għandu jkun tali li ta’ lanqas ġett wieħed ta’ l-ilma jista’ jilħaq kull parti tal-bastiment billi juża tul wieħed massimu tal-pajp kif mogħti għall-bastimenti tal-klassi B fil-paragrafu 7.2.

.5

Kull bastiment għandu jitwaħħal b’mill-anqas pajp wieħed tat-tifi tan-nar għal kull idrant li jitwaħħal.

.6

F’bastimenti bi spazju tal-makkinarju li perjodikament ma jkunx hemm nies magħhom jew meta persuna waħda biss hija meħtieġa biex tagħmel l-għassa, għandu jkun hemm provvista immedjata ta’ l-ilma mis-sistema tal-mejn tan-nirien bi pressjoni adegwata, jew bit-tqabbid bir-remot ta’ waħda mill-pompi tan-nirien prinċipali li jaqbdu bir-remot mill-pont tan-navigazzjoni u mill-istazzjon tal-kontroll tan-nar, jekk hemm, jew pressjonizzar permanenti tas-sistema tal-mejn tan-nirien b’waħda mill-pompi prinċipali tan-nar.

.7

Il-valv tal-konsenja ta’ kull pompa għandu jitwaħħallu valv li ma jirritornax.

4   Sistemi tat-tifi tan-nar fissi (R 5 + 8 + 9 + 10).

.1   Sistemi tat-tifi tan-nar bil-gass fissi: Ġenerali (R 5.1)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA QABEL L-1 TA’ JANNAR U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-pajpijiet neċessarji biex jagħtu mezz tat-tifi tan-nar fi spazji protetti għandhom jiġu pprovduti bil-valvi tal-kontroll immarkati hekk sabiex jindikaw b’mod ċar l-ispazji li għalihom iwasslu l-pajpijiet. Għandha tiġi pprovduta disposizzjoni adegwata biex tevita d-dhul mhux mistenni tal-mezz għal kull spazju.

.2

Il-pajpijiet għad-distribuzzjoni tal-mezz tat-tifi tan-nar għandhom jiġi rranġat u ż-żennuni tal-ħruġ li jkunu pożizzjonati tali sabiex jinkiseb distribuzzjoni uniformi tal-mezz.

.3

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jagħlqu minn barra l-ispazji protetti l-ftuħ kollu li jista’ idaħħal l-arja fil- u jħalli l-gass joħroġ mill-ispazju protett.

.4

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex awtomatikament jagħtu twissija li tinstema’ tar-rilaxx tal-mezz li jitfi n-nirien fi spazju li fih normalment jaħdmu n-nies jew li għandhom aċċess għalih. L-allarm għandu jaħdem għal perjodu adegwat qabel ma jiġi rilaxxat il-mezz.

.5

Il-mezzi tal-kontroll ta’ kwalunkwe sistema li titfi n-nirien bil-gass għandhom ikunu faċilment aċċessibbli u faċli li tħaddimhom u għandhom ikunu miġbura flimkien f’mill-anqas postijiet daqs kemm hu possibbli f’pożizzjonijiet li mhux probabbli jkunu maqtugħa min-nirien fi spazju protett. Għandu jkun hemm istruzzjonijiet ċari f’kull post dwar it-tħaddim tas-sistema wara li tiġi kkunsidrata s-sigurtà tal-ħaddiema.

.6

M’għandux jiġi permess ir-rilaxx awtomatiku tal-mezz tat-tifi tan-nar, ħlief kif inhu permess fir-rigward ta’ l-unitajiet awtomatiċi lokali mwaħħla, flimkien ma’ u indipendenti minn kull sistema li titfi n-nirien, fl-ispazji tal-makkinarju fuq tagħmir li għandu riskju qawwi li jieħu n-nar jew fiż-żoni magħluqa fl-ispazji tal-makkinarju li għandhom riskju għoli li jieħdu n-nar.

.7

Fejn il-kwantità tal-mezz li jitfi hija meħtieġa biex tipproteġi aktar minn spazju wieħed, il-kwantità tal-mezz disponibbli m’hemmx bżonn tkun akbar mill-akbar kwantità meħtieġa għal kull spazju li jkun protett b’dan il-mod.

.8

Ħlief kif inhu b’mod ieħor permess, il-kontenituri tal-pressjoni meħtieġa għall-ħażna tal-mezz li jitfi n-nirien, għandu jinstab 'il barra mill-ispazji protetti b’mod konformi mal-paragrafu 1.11.

.9

Għandhom jiġu pprovduti mezzi għall-ekwipaġġ jew għall-ħaddiema fuq l-art li b’mod sikur jiċċekkjaw il-kwantità tal-mezz fil-kontenituri.

.10

Il-kontenituri għall-ħażna tal-mezz li jitfi n-nirien u l-komponenti assoċjati tal-pressjoni għandhom jiġu ddisinjati konformement mal-kodiċi pertinenti tal-prattika wara li jiġu kkunsidrati l-post fejn qegħdin u t-temperaturi massimi ambjentali li huma mistennija fis-servizz.

.11

Meta l-mezz li jitfi n-nar ikun maħżun 'il barra minn spazju protett, għandu jiġi maħżun f’kamra li tinstab f’pożizzjoni sikura u li l-aċċess għaliha huwa faċli u għandha tkun ventilata b’mod effettiv. Kwalunkwe entratura għal tali kamra tal-ħażna għandha tkun preferibbilment mill-gverta miftuħa u f’kull każ tkun indipendenti mill-ispazju protett.

Il-bibien ta’ l-aċċess għandhom jinfetħu 'l barra, u l-paratiji u l-gverti inklużi l-bibien u mezzi oħra li jagħlqu kull fetħa fihom, li jiffurmaw il-fruntieri bejn tali kmamar u l-ispazji li qegħdin ħdejhom li huma magħluqa għandhom ikunu magħluqa għall-gass. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-imwejjed għall-integrità tal-paratiji u l-gverti fir-Regolamenti II-2/B/4 jew II-2/B/5, kif ikun applikabbli, tali kmamar tal-ħażna għandhom jiġu ttrattati bħala stazzjonijiet tal-kontroll.

.12

L-użu tal-mezz li jitfi n-nirien, li jew waħdu jew taħt kondizzjonijiet mistennija għall-użu jagħtu gassijiet tossiċi f’tali kwantitajiet li jipperikolaw il-persuni jew li jagħtu gassijiet li huma ta’ dannu għall-ambjent, f’sistemi li jitfu n-nirien fuq il-bastimenti ġodda u fuq dawn l-istallazzjonijiet ġodda fuq il-bastimenti eżistenti, mhux permess.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

.13

Is-sistemi li jitfu n-nirien bil-gass għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sigurtà tan-Nirien.

.14

Għandhom jiġu pprovduti mezzi biex jagħlqu minn barra l-ispazji protetti tal-ftuħ kollu li jista’ jiddaħħal l-arja fil- u jħalli l-gass joħroġ mill-ispazju protett.

.15

Meta l-mezz li jitfi n-nirien ikun maħżun 'il barra minn spazju protett, għandu jiġi maħżun f’kamra li tinstab wara l-paratija tal-ħabta minn quddiem u li ma tintuża għall-ebda raġuni oħra. Kull entratura għal tali kamra tal-ħażna għandha tkun preferibbilment mill-gverta miftuħa u għandha tkun indipendenti mill-ispazju protett. Jekk il-post tal-ħażna jinstab taħt il-gverta, għandu jinstab mhux aktar minn gverta waħda taħt il-gverta miftuħa u għandhom ikunu aċċessibbli direttament minn taraġ jew sellum mill-gverta miftuħa.

Spazji li jinstabu taħt il-gverta jew spazji fejn mhux ipprovdut l-aċċess mill-gverta miftuħa għandhom ikollhom sistema ta’ ventilazzjoni mwaħħla ddisinjata biex tieħu l-arja ta’ egżost mill-qiegħ ta’ l-ispazju u għandhom ikunu ta’ daqs li jipprovdu ta’ lanqas 6 tibdiliet ta’ l-arja fis-siegħa. Il-bibien ta’ l-aċċess għandhom jinfetħu 'l barra u l-paratiji u l-gverti inkluż l-bibien u mezzi oħra li jagħlqu kull fetħa fihom, li jiffurmaw il-fruntieri bejn tali kmamar u l-ispazji li qegħdin ħdejhom li huma magħluqa għandhom ikunu magħluqa għall-gass. Għall-finijiet ta’ applikazzjoni tat-tabelli 4.1, 4.2, 5.1 u 5.2 tali kmamar tal-ħażna għandhom jiġu ttrattati bħala stazzjonijiet tal-kontroll tan-nirien.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET A, B, Ċ U D U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.16

Fejn il-volum ta’ l-arja libera li tkun fir-riċevituri ta’ l-arja f’kull spazju hija tali li, jekk jiġi rrilaxxat f’tali spazju fil-każ ta’ nirien, tali rilaxx ta’ l-arja f’dak l-ispazju jaffettwa serjament l-effiċjenza tas-sistema fissa tat-tifi tan-nar, għandha tiġi pprovduta kwantità addizzjonali tal-mezz li jitfi n-nirien.

.17

Il-fornituri ta’ istallazzjonijiet fissi li jitfu n-nar għandhom jipprovdu deskrizzjoni ta’ l-installazzjoni, inkluż lista ta’ l-iċċekkjar għall-manutenzjoni, bl-Ingliż u bil-lingwa(/i) uffiċjali ta’ l-Istat tal-bandiera.

.18

Il-kwantità tal-mezz li jitfi n-nar għandu jiġi ċċekkjat ta’ lanqas darba fis-sena jew minn espert awtorizzat mill-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera, mill-fornitur ta’ l-installazzjoni jew minn organizzazzjoni rrikonoxxuta.

.19

L-iċċekkjar perjodiku li jsir mill-inġinier prinċipali tal-bastiment jew li jiġi organizzat mill-management tal-bastiment għandu jiddaħħal fir-reġisrtu li jsemmi l-iskop u l-ħin ta’ tali iċċekkjar.

.20

Tagħmir li jitfi n-nar li mhux preskritt li huwa nstallat eż. fi kmamar tal-ħażna għandu, fil-bini u fid-dimensjonar tiegħu, jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għat-tip ta’ istallazzjoni in kwistjoni.

.21

Il-bibien kollha għall-ispazji protetti mill-installazzjoni CO2/halon għandhom jiġu mmarkati “Dan l-ispazju huwa protett mill-installazzjoni CO2/halon u għandu jiġi evakwat meta t-tagħmir ta’ l-allarm jibda jaħdem”.

.2   Sistemi tad-dijossidu tal-karbonju (R 5.2)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D, MIBNIJA QABEL L-1 TA’ JANNAR U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1.1

Għall-ispazji tal-merkanzija il-kwantità ta’ CO2 disponibbli għandha, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, tkun suffiċjenti biex tagħti volum minimu ta’ gass liberu ugwali għal 30 % tal-volum gross ta’ l-akbar spazju tal-merkanzija li huwa protett b’dan il-mod fil-bastiment.

Jekk hemm konnessjoni fit-toqob tal-ventilazzjoni bejn żewġ spazji tal-merkanzija jew aktar, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala spazju wieħed. F’bastimenti li jintużaw għall-ġarr tal-vetturi, il-kwantità meħtieġa ta’ CO2 għandha tiġi kkalkulata bħala 45 % tal-kontenut gross kubiku ta’ l-akbar spazju tal-merkanzija.

.1.2

Il-kwantità miġjuba ta’ dijossidu tal-karbonju għall-ispazji tal-makkinarju għandha tkun biżżejjed biex tagħti volum minimu ta’ gass liberu lill-akbar mill-volumi li ġejjin, jew:

.1

40 % tal-volum gross ta’ l-akbar spazju tal-makkinarju protett, il-volum li jeskludi dik il-parti mill-qoxra li tkun 'l fuq mill-livell li fih l-erja orizzontali tal-qoxra hija 40 % jew anqas ta’ l-erja orizzontali ta’ l-ispazju kkonċernat meħud fin-nofs bejn l-għatu tat-tank u l-aktar parti baxxa tal-qoxra; jew

.2

35 % tal-volum gross ta’ l-akbar spazju tal-makkinarju protett, inkluż il-qoxra; kemm-il darba żewġ spazji tal-makkinarju jew aktar ma jkunux mifruda totalment għandhom jiġu kkunsidrati li jiffurmaw spazju wieħed.

.2

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu il-volum tad-dijossidu tal-karbonju liberu għandu jiġi kkalkulat bħala 0,56 m3/kg.

.3

Is-sistema tal-pajpijiet imwaħħla għandha tkun tali li 85 % tal-gass ikun jista’ jintrema fl-arja f’anqas minn 2 minuti.

.4

Mekkaniżmu tal-ħruġ tad-dijossidu tal-karbonju:

.1

Għandhom jiġu pprovduti żewġ kontrolli sseparati biex iħallu d-dijossidu tal-karbonju joħroġ fi spazju protett u biex jiżgura l-attivitajiet ta’ l-allarm. Kontroll wieħed għandu jintuża biex iħalli l-gass joħroġ mit-tankijiet tal-ħażna. Għandu jintuża kontroll ieħor biex iħaddem il-valv tal-pajpijiet li jitfgħu il-gass fl-ispazju protett.

.2

Iż-żewġ kontrolli għandhom jinstabu f’kaxxa tal-ħruġ li tkun identifikata b’mod ċar għall-ispazju partikolari. Jekk il-kaxxa li fiha l-kontrolli tkun imsakkra, għandu jkun hemm ċavetta għall-kaxxa f’għeluq tat-tip li trid tifqa’ l-ħġieġa li jkun jidher ħdejn il-kaxxa.

.5

L-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li l-ispazji li fihom jinstabu l-batteriji CO2 ikunu rranġati b’mod adegwat fir-rigward ta’ l-aċċess, ventilazzjoni u tagħmir tal-komunikazzjoni tagħhom. Għandha tieħu l-miżuri kollha tas-sigurtà meħtieġa dwar il-bini, nstallazzjoni, immarkar, mili u ttestjar taċ-ċilindri tas-CO2, pajpijiet u tagħmir, u għat-tagħmir tal-kontroll u ta’ l-allarm għal tali nstallazzjoni.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

.6

Is-sistemi tad-dijossidu tal-karbonju għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sigurtà tan-Nirien.

.7

L-Amministrazzjoni ta’ l-Istat tal-bandiera għandha tiżgura li l-ispazji li fihom jinstabu l-batteriji CO2 ikunu rranġati b’mod adegwat fir-rigward ta’ l-aċċess, ventilazzjoni u tagħmir tal-komunikazzjoni tagħhom. Għandha tieħu l-miżuri kollha tas-sigurtà meħtieġa dwar il-kostruzzjoni, nstallazzjoni, immarkar, mili u ttestjar taċ-ċilindri tas- CO2, pajpijiet u tagħmir li jeħel, u għat-tagħmir tal-kontroll u ta’ l-allarm għal tali nstallazzjoni.

.3   Sistemi tat-tifi tan-nar fissi bir-ragħwa fl-ispazji tal-makkinarju (R 8)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D, MIBNIJA QABEL L-1 TA’ JANNAR U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Fejn f’kull spazju tal-makkinarju hemm imwaħħla sistema tat-tifi tan-nar fiss bir-ragħwa bl-espansjoni baxxa flimkien mar-rekwiżiti tar-Regolament 6, tali sistema għandha tkun kapaċi tarmi mit-toqob fissi għar-rimi f’mhux aktar minn ħames minuti kwantità ta’ ragħwa li tkun biżżejjed biex tkopri fond ta’ 150 mm li hija l-akbar erja waħedha li fuqha jista’ jinfirex il-karburant taż-żejt. Is-sistema għandha tkun kapaċi li tiġġenera ragħwa li jkun tajjeb biex jitfi n-nirien taż-żejt. Għandhom jiġu pprovduti mezzi għad-distribuzzjoni effettiva tar-ragħwa minn sistema permanenti tal-pajpijiet u valvi tal-kontroll jew viti għall-toqob tar-rimi u sabiex ir-ragħwa ikun dirett b’mod effettiv mill-isprejers fissi fuq perikli oħra tan-nar fl-ispazju protett. Il-proporzjon ta’ l-espansjoni tar-ragħwa m’għandux jaqbeż it-12 għal 1.

.2

Il-mezzi tal-kontroll ta’ sistema bħal din għandhom ikunu faċilment aċċessibbli u faċli li tħaddimhom u għandhom ikunu miġbura flimkien f’mill-anqas postijiet daqs kemm hu possibbli f’pożizzjonijiet li mhux probabbli jkunu maqtugħa minn nar fi spazju protett.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

.3

Is-sistemi tat-tifi tan-nar fissi bir-ragħwa fl-ispazji tal-makkinarju għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sigurtà tan-Nirien.

.4   Sistemi tat-tifi tan-nar fissi bir-ragħwa bl-espansjoni għolja fl-ispazji tal-makkinarju (R 9)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D, MIBNIJA QABEL L-1 TA’ JANNAR U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull sistema fissa bir-ragħwa bl-espansjoni għolja fl-ispazji tal-makkinarju għandha tkun kapaċi li tarmi ta’ malajr mit-toqob tar-rimi kwantità ta’ ragħwa li tkun biżżejjed biex timla’ l-akbar żona li hija protetta b’rata ta’ mill-anqas metru f’fond kull minuta. Il-kwantità ta’ likwidu li jifforma r-ragħwa li jkun disponibbli għandu jkun biżżejjed biex jipproduċi volum ta’ ragħwa li jkun ekwivalenti għal ħames darbiet il-volum ta’ l-akbar spazju li jrid jiġi protett. Il-proporzjon ta’ l-espansjoni tar-ragħwa m’għandux jaqbeż l-1 000 għal 1.

.2

It-toqob tal-provvista għall-fornitura tar-ragħwa, it-toqob li jiġbdu l-arja għal ġol ġeneratur tar-ragħwa u n-numru ta’ unitajiet li jipproduċu r-ragħwa għandhom ikunu tali li jipprovdu produzzjoni u distribuzzjoni effettiva tar-ragħwa.

.3

L-arranġament tat-toqob għall-forniment għall-ġeneratur tar-ragħwa għandu jkun tali li nar fl-ispazju protett ma jaffettwax it-tagħmir li jiġġenera r-ragħwa.

.4

Il-ġeneratur tar-ragħwa, is-sorsi tal-provvista ta’ l-enerġija tiegħu, il-likwidu li jifforma r-ragħwa u l-mezzi tal-kontroll tas-sistema għandhom ikunu faċilment aċċessibbli u faċli li tħaddimhom u għandhom ikunu miġbura flimkien f’mill-anqas postijiet daqs kemm hu possibbli f’pożizzjonijiet li mhux probabbli jkunu maqtugħa minn nar fi spazju protett.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

.5

Is-sistemi tat-tifi tan-nar fissi bir-ragħwa bl-espansjoni għolja fl-ispazji tal-makkinarju għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sigurtà tan-Nirien.

.5   Sistemi tat-tifi tan-nar fissi li jisparaw l-ilma bil-pressjoni fissa fl-ispazji tal-makkinarju (R 10)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D, MIBNIJA QABEL L-1 TA’ JANNAR U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Kull sistema tat-tifi tan-nar fissa li tispara l-ilma bil-pressjoni fissa fl-ispazji tal-makkinarju li tkun meħtieġa għandha tiġi pprovduta b’żennuna tat-tip approvat.

.2

In-numru u l-arranġament taż-żennuni għandu jkun tali biex jiżgura distribuzzjoni medja li tkun effettiva ta’ l-ilma ta’ mill-anqas 5 litri/m2 kull minuta fl-ispazji li jridu jiġu mħarsa. Jistgħu jiġu kkunsidrati rati ta’ l-applikazzjoni miżjuda għal żoni partikolari li jkunu ta’ periklu. Għandhom jitwaħħlu żennuni fuq is-sentini, għotjien tat-tankijiet u żoni oħra li fuqhom il-karburant taż-żejt jista’ jinfirex kif ukoll fuq perikli oħra tan-nar speċifiċi fl-ispazji tal-makkinarju.

.3

Is-sistema tista’ tinqasam f’sezzjonijiet, li l-valvoli tad-distribuzzjoni tagħhom għandhom jitħaddmu minn pożizzjoni li jkunu aċċessibbli b’mod faċli 'l barra mill-ispazji li jridu jiġu protetti u li ma jinqatgħux mill-ewwel fil-każ ta’ nirien fl-ispazju protett.

.4

Is-sistema għandha tinżamm iċċarġjata bil-pressjoni meħtieġa u l-pompa li tipprovdi l-ilma għas-sistema għandha titħaddem awtomatikament minn tnaqqis fil-pressjoni fis-sistema.

.5

Il-pompa għandha tkun kapaċi li fl-istess ħin tforni bil-pressjoni meħtieġa s-sezzjonijiet kollha tas-sistema f’kull kompartiment liema jkun li jrid jiġi mħares. Il-pompa u l-kontrolli tagħha għandhom jiġu installati barra l-ispazju jew spazji li jridu jiġu mħarsa. M’għandux ikun possibbli għal nar fl-ispazju jew spazji mħarsa mis-sistema li tispara l-ilma li tqiegħed is-sistema 'l barra mill-użu.

.6

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jevitaw li ż-żennuni jinstaddu b’impuritajiet fl-ilma jew bis-sadid tal-pajpijiet, taż-żennuni, tal-valvoli u tal-pompa.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA QABEL L-1 TA’ JANNAR 2003:

.7

Il-pompa tista’ titħaddem minn makkinarju indipendenti għall-kombustjoni interna iżda, jekk tkun tiddependi fuq li l-enerġija tiġi fornuta mill-ġeneratur ta’ l-emerġenza imwaħħal b’mod konformi mad-disposizzjonijiet tal-Parti D ta’ Kapitolu II-1, dak il-ġeneratur għandu jiġi rranġat hekk sabiex jaqbad awtomatikament fil-każ ta’ qtugħ ta’ enerġija fil-mejn sabiex l-enerġija għall-pompa li hu meħtieġ minn paragrafu 5 jsir disponibbli minnufih. Meta l-pompa titħaddem minn makkinarju indipendenti bil-kombustjoni interna għandha tinstab f’post li nar fl-ispazju protett ma jaffettwax il-provvista ta’ l-arja fil-makkinarju.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

.8

Is-sistemi tat-tifi tan-nar li jisparaw l-ilma b’rata fissa fl-ispazji tal-makkinarju għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sigurtà tan-Nirien.

5   Pajrini li jistgħu jinġarru (R 6)

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA QABEL L-1 TA’ JANNAR U BASTIMENTI EŻISTENTI TAL-KLASSI B:

.1

Il-pajrini kollha għandhom ikunu tat-tipi u disinji approvati.

.2

Il-kapaċità ta’ l-estinturi fluwidi li jistgħu jinġarru m’għandhiex tkun ta’ aktar minn 13,5-il litru u mhux anqas minn 9 litri. Estinturi oħra għandhom ta’ lanqas ikunu jistgħu jinġarru daqs l-estintur fluwidu tat-13,5-il litru u għandhom ikollhom kapaċità li jitfu n-nirien li tkun ta’ lanqas ekwivalenti għal dik ta’ estintur fluwidu tad-9 litri.

.3

Għandhom jinġarru kariki ta’ riżerva għal 50 % tat-total ta’ tip ta estintur fuq il-bastiment. Pajrin ieħor ta’ l-istess tip huwa karika ta’ riżerva għal pajrin li ma jistax jiġi ċċarġjat mill-ġdid malajr abbord.

.4

Ġeneralment, pajrini tas-CO2 li jistgħu jinġarru m’għandhomx jinstabu fl-ispazji ta’ l-akkomodazzjoni. Fejn tali estinturi huma pprovduti fi kmamar tar-radju, fis-swiċċ-bordijiet u f’pożizzjonijiet oħra bħal dawn, il-volum ta’ spazju li fih estintur jew aktar għandu jkun tali li jillimita l-konċentrazzjoni tal-fwar li tista’ sseħħ minħabba ħruġ għal mhux aktar minn 5 % tal-volum nett ta’ l-ispazju għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Il-volum tas-CO2 għandu jiġi kkalkulat bħala 0,56 m3/kg.

BASTIMENTI ĠODDA TAL-KLASSIJIET B, Ċ U D MIBNIJA FIL- JEW WARA L-1 TA’ JANNAR 2003:

.5

Pajrini li jistgħu jinġarru għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi għas-Sistemi tas-Sigurtà tan-Nirien.

.6

Pajrini tad-dijossidu tal-karbonju m’għandhomx jitpoġġew fi spazji ta’ l-akkomodazzjoni. Għandhom jiġu pprovduti pajrini fi stazzjonijiet tal-kontroll u fi spazji oħra li fihom tagħmir elettriku jew elettroniku jew tagħmir li huwa meħtieġ għas-sigurtà tal-bastiment, li l-medja li titfi tagħhom ma tkunx konduttiva għall-elettriku jew ta’ dannu għat-tagħmir u t-tagħmir.