EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0248

2009/248/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ fil-majjal bejn Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1687) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 73, 19.3.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 052 P. 157 - 157

No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/248/oj

19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Marzu 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE rigward il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-kummerċ fil-majjal bejn Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1687)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/248/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u partikolarment l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi kriterja għall-approvazzjoni ta’ Stat Membru jew reġjun tiegħu bħala liberu minn ċertu mard li jittieħed, fosthom il-marda ta’ Aujeszky. Din id-Direttiva tipprovdi wkoll li garanziji addizzjonali, ġeneriċi jew speċifiċi, li jistgħu jinħtieġu f’kummerċ ġewwa l-Komunità b’relazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri u reġjuni, għandhom ikunu stabbiliti skont il-proċedura stipulata hemm.

(2)

L-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) jelenka Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit.

(3)

Id-Deċiżjoni 2008/185/KE tistabbilixxi wkoll il-garanziji addizzjonali rigward dik il-marda għall-moviment tal-ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji addizzjonali huma marbuta mal-istatus tal-marda tal-Istat Membru jew reġjuni tiegħu kkonċernati.

(4)

L-esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-garanziji wriet li hu neċessarju li jiġi ċċarat li l-moviment tal-ħnieżer bejn l-Istati Membri jew reġjuni tagħhom, li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky u fejn t-tilqim huwa pprojbit u li huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE, ma jeħtieġu l-ebda garanzija addizzjonali.

(5)

Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/185/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-frażi ta’ introduzzjoni tinbidel b’dan li ġej:

“Ħnieżer intenzjonati għat-tkabbir jew produzzjoni, mibgħuta fi Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky u li huma elenkati fl-Anness I għandhom jiġu minn Stat Membru jew reġjun tiegħu elenkat f’dak l-Anness jew għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:”

(2)

Fl-Artikolu 2, il-frażi ta’ introduzzjoni tinbidel b’dan li ġej:

“Ħnieżer intenzjonati għall-qatla, mibgħuta fi Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda ta’ Aujeszky u li huma elenkati fl-Anness I għandhom jiġu minn Stat Membru jew reġjun tiegħu elenkat f’dak l-Anness jew għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.


Top