EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008E0299

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/299/PESK tas- 7 ta’ April 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK dwar l-istabbiliment ta’ l-Agenzija tad-Difiża Ewropea

OJ L 102, 12.4.2008, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 12/07/2011; Impliċitament imħassar minn 32011D0411

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/299/oj

12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 102/34


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/299/PESK

tas-7 ta’ April 2008

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK dwar l-istabbiliment ta’ l-Agenzija tad-Difiża Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (1) (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”), li, fost affarijiet oħra, tipprevedi li d-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija, u d-Deputat tiegħu, għandhom jinħatru mill-Bord Direttiv ta’ l-Aġenzija fuq proposta mill-Kap ta’ l-Aġenzija u li għandhom jaġixxu taħt l-awtorità tal-Kap ta’ l-Aġenzija u f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bord Direttiv.

(2)

Il-Bord Direttiv qabel fil-25 ta’ Settembru 2007 biex jirrakkomanda, f'konformità mar-rapport ippreżentat mill-Kap ta’ l-Aġenzija dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK, skond l-Artikolu 27 tagħha, li l-Kunsill jemenda l-Azzjoni Konġunta msemmija fir-rigward tal-ħolqien ta’ tieni post ta’ Deputat Direttur Eżekuttiv u jordna reviżjoni oħra fl-2010.

(3)

Għaldaqstant l-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(4)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Għalhekk id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-elaborazzjoni u l-adozzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u ma għandiex tkun marbuta biha,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2004/551/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Is-subparagrafu 1.5 ta’ l-Artikolu 91 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.5.

jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u ż-żewġ Deputati tiegħu;”;

(2)

Il-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 10 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Id-Direttur Eżekuttiv, u ż-żewġ Deputati tiegħu, għandhom jiġu maħtura mill-Bord Direttiv fuq proposta tal-Kap ta’ l-Aġenzija għal tlett snin. Il-Bord Direttiv jista’ jagħti estensjoni ta’ sentejn. Id-Direttur Eżekuttiv, u ż-żewġ Deputat tiegħu, għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kap ta’ l-Aġenzija u skond id-deċiżjonijiet tal-Bord Direttiv.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv, bl-għajnuna taż-żewġ Deputati tiegħu, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-effikaċja tax-xogħol ta’ l-Aġenzija. Huwa għandu jkun responsabbli għas-superviżjoni u l-koordinazzjoni ta’ l-unitajiet funzjonali, sabiex tiġi żgurata l-koerenza ġenerali tax-xogħol tagħhom. Huwa għandu jkun il-Kap tal-persunal ta’ l-Aġenzija.”;

(3)

L-Artikolu 27 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Klawżola ta’ reviżjoni

Il-Kap ta’ l-Aġenzija għandu jippreżenta, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010, rapport lill-Bord Direttiv dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta bil-ħsieb tal-possibbiltà ta’ reviżjoni tagħha mill-Kunsill.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 245, 17.7.2004, p. 17.


Top