EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0988
2008/988/EC: Commission Decision of 17 December 2008 amending Decision 2008/185/EC as regards the inclusion of the Netherlands in the list of Member States free of Aujeszky’s disease and of Hungary in the list of Member States where an approved national control programme for that disease is in place (notified under document number C(2008) 8325) (Text with EEA relevance)
2008/988/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Olanda fil-lista ta’ Stati Membri liberi mill-marda Aujeszky u l-Ungerija fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8325) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2008/988/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Olanda fil-lista ta’ Stati Membri liberi mill-marda Aujeszky u l-Ungerija fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8325) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
OJ L 352, 31.12.2008, p. 52–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 052 P. 140 - 142
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 352/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta' Diċembru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE fir-rigward tal-inklużjoni tal-Olanda fil-lista ta’ Stati Membri liberi mill-marda Aujeszky u l-Ungerija fil-lista ta’ Stati Membri fejn hemm fis-seħħ programm ta’ kontroll nazzjonali approvat għal dik il-marda
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8325)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/988/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u suwini. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jipprovdi l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll nazzjonali obbligatorji għal ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda Aujeszky. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva jitlob id-dokumentazzjoni għall-approvazzjoni ta’ Stat Membru jew reġjun bħala ħieles minn ċerti mardiet li jittieħdu, fosthom il-marda Aujeszky. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) tistipula garanziji addizzjonali għal movimenti ta’ ħnieżer bejn l-Istati Membri. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skond l-istat tal-marda. |
(3) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda Aujeszky u fejn t-tilqim huwa pprojbit. L-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi ta’ kontroll approvati għall-marda Aujeszky. |
(4) |
L-Olanda u l-Ungerija bagħtu dokumentazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istat tal-marda Aujeszky. Fiż-żewġ Stati Membri, kienu ġew implimentati programmi ta’ kontroll nazzjonali għall-marda Aujeszky għal bosta snin. |
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni ppreżentata minn dawk iż-żewġ Stati Membri u sabet li l-Olanda tikkonforma mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, dak l-Istat Membru għandu jiġi inkluż fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. |
(6) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-programm ta’ kontroll nazzjonali ppreżentat mill-Ungerija jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Għaldaqstant, l-Ungerija għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. |
(7) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
ANNESS
ANNESS I
Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma liberi mill-marda Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
AT |
L-Awstrija |
Ir-reġjuni kollha |
CY |
Ċipru |
Ir-reġjuni kollha |
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
Ir-reġjuni kollha |
DE |
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni kollha |
DK |
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
FI |
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
FR |
Franza |
Id-dipartimenti ta’ Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Indre, Ille-et-Vilaine, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas-de-Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines |
LU |
Il-Lussemburgu |
Ir-reġjuni kollha |
NL |
L-Olanda |
Ir-reġjuni kollha |
SK |
Is-Slovakkja |
Ir-reġjuni kollha |
SE |
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni kollha |
UK |
Ir-Renju Unit |
Ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales |
ANNESS II
Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi ta’ kontroll approvati għall-marda Aujeszky
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
BE |
Il-Belġju |
Ir-reġjuni kollha |
ES |
Spanja |
It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta’ Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja It-territorju tal-provinċji ta’ León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità Awtonoma ta’ Castilla y León. It-territorju tal-provinċja ta’ Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji |
HU |
L-Ungerija |
Ir-reġjuni kollha |
IT |
L-Italja |
Il-provinċja ta’ Bolzano |