EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0337

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta' April 2006 li tistabbilixxi formoli standard għat-trażmissjoni ta' applikazzjonijiet u deċiżjonijiet skond id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE dwar kumpens lil vittmi tal-kriminalità

OJ L 125, 12.5.2006, p. 25–30 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M , 8.5.2007, p. 692–697 (MT)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/337/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

692


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' April 2006

li tistabbilixxi formoli standard għat-trażmissjoni ta' applikazzjonijiet u deċiżjonijiet skond id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE dwar kumpens lil vittmi tal-kriminalità

(2006/337/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 dwar kumpens lil vittmi tal-kriminalità (1), u b'mod partikolari l-Artiklu 14 tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2004/80/KE,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/80/KE titlob lill-Istati Membri biex idaħħlu sistema ta' kooperazzjoni biex jeħfief l-aċċess għal kumpens f'każi fejn iseħħ att kriminali fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn ikun reżidenti l-vittma sa l-1 ta' Jannar 2006.

(2)

Għandhom jiġu stabbili l-formoli standard li għandhom jintużaw għat-trażmissjoni ta' l-applikazzjonijiet għal kumpens u deċiżjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kumpens f'sitwazzjonijiet trans-fruntieri bħal dawn.

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu uniku

1.   Il-formula standard għat-trażmissjoni ta' applikazzjonijiet għal kumpens stipulata bl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2004/80/KE għandha tkun kif stabbilita fl-Anness I.

2.   Il-formula standard għat-trażmissjoni ta' deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal kumpens stipulata bl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/80/KE għandha tkun kif stabbilita fl-Anness II.

Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Franco FRATTINI

Viċi-President


(1)  ĠU L 261, 6.8.2004, p. 15.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top