Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0034

    Direttiva tal-Kummissjoni 2005/34/KE tas- 17 ta' Mejju 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ l-etoxazole u it-tepraloxydim bħala sustanzi attivi Test b’relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 125, 18.5.2005, p. 5–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 344–346 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/34/oj

    6.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    344


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/34/KE

    tas-17 ta' Mejju 2005

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ l-etoxazole u it-tepraloxydim bħala sustanzi attivi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15ta’ Lulju 1991 dwar il-bejgħ fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6 (1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE Franza rċeviet nhar il-21 ta’ April 1998 applikazzjoni minn għand Sumitomo Chemical Agro Ewropa SA għall-inklużjoni tas-sustanza attiva etoxazole, li qabel kienet ukoll magħrufa bħala “etoxazol”, fl-Anness I lid-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/43/KE (2) ikkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li jista' jiġi kkunsidrat bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għall-ħtiġijiet tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (2)

    Spanja rċeviet applikazzjoni skond Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE nhar il-11 ta’ Settembru 1997 mill-BASF AG għall-inklużjoni tas-sustanza attiva it-tetraloxydim fl-Anness I lid-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/512/KE (3) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li jista' jiġi kkunsidrat bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, għall-ħtiġijiet tad-data u l-informazzjoni stipulati fl-Annessi II u III fid-Direttiva 91/414/KEE.

    (3)

    Għal dawk is-sustazi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew assessjati, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 (2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użu li ġie propost mill-applikanti. L-Istati Membri li ġew innominati rapporteur issottomettew abbozzi ta’ rapporti ta’ assessjar li jikkonċernaw is-sustanzi lill-Kummissjoni nhar it-8 ta’ Ottubru 2001 (etoxazole) u nhar il-21 ta’ Jannar 2002 (tepraloxdim).

    (4)

    L-abbozzi tar-rapporti ta’ l-assessjar ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimal. Ir-reviżjoni ġiet iffinalizzata nhar it-3 ta’ Diċembru 2004 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-etoxazole u għat-tepraloxydim.

    (5)

    Ir-reviżjoni ta’ l-etoxazole u tat-tepraloxydim ma wrewx ebda mistoqsijiet jew affarijiet mhux iċċarati, li fil-każ kien ikun hemm il-ħtieġa ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar Pjanti jew ma’ l-Awtorità Ewropea dwar Sigurtà ta’ l-Ikel.

    (6)

    Ħareġ ċar minn bosta eżaminazzjonijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi kkonċernati jistgħu jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari dwar l-użu għalihom li ġew eżaminati u mniżżla fid-dettal fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li jiġu nklużi l-etoxazole u t-tepraloxydim fl-Anness I, sabiex ikun aċċertat li f’kull Stat Membru l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jiġu akkordati skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

    (7)

    Wara l-inklużjoni ta’ l-etoxazole u tat-tepraloxydim fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri ser jingħataw perjodu raġonevoli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE dwar il-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jikkuntienu dawk is-sustanzi u b’mod partikolari sabiex jagħmlu reviżjoni ta’ awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti u, sa mhux aktar tard mit-tmiem ta’ dan il-perjodu, sabiex jittrasformaw dawk l-awtorizzazzjonijiet f'awtorizzazzjonijiet kompluti, jemendawhom jew jirtirawhom skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (8)

    Huwa għalhekk xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata kif meħtieġ.

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma stipulati b’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri ghandhom jadottaw u jippublikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2005, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jiġu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom, mingħajr ebda telf ta’ żmien, jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni ta’ bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Huma għandhom japplikaw tali dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Diċembru 2005.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma ghandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikun hemm akkompanjament bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    1.   L-Istati Membri jridu jagħmlu reviżjoni ta' l-awtorizzazzjoni għal kull prodott ta' protezzjoni ta' pjanti li fih l-etoxazole jew it-tepraloxydim sabiex jaċċertaw li l-kundizzjonijiet relatati ma’ dawn is-sustanzi attivi stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jiġu mħarsa. Fejn hemm il-ħtieġa, huma jridu jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2005.

    2.   Għal kull prodott ta’ protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li fih il-etoxazole jew it-tapraloxydin bħala l-unika sustanza attiva jew parti minn ħafna sustanzi attivi li huma kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE fi żmien mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju, l-Istati Membri jridu jerġgħu jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa il-kundizzjonijiet ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva. Fuq bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma jridu jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

    Wara li jiddeterminaw dak, l-Istati Membri jridu:

    (a)

    fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-etoxazole jew it-tepraloxydin bħala l-unika sustanza attiva, fejn hemm il-ħtieġa, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Novembru 2006; jew

    (b)

    fil-każ ta’ prodott li fih l-etoxazole jew it-tetraloxydim bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Novembru 2006 jew sad-data ffissata, għal tali emendament jew l-irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li kien ġabu fis-seħħ l-inklużjoni tas-sustanza jew tas-sustanzi in kwestjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liem waħda hi l-iktar reċenti.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ nhar il-1 ta’ Ġunju 2005.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, nhar is-17 ta' Mejju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/25/KE (ĠU L 90, 8.4.2005, p. 1).

    (2)  ĠU L 14, 19.1.1999, p. 30.

    (3)  ĠU L 228, 15.8.1998, p. 35.


    ANNESS

    F’Anness I il-fillieri segwenti huma miżjuda fl-aħħar tat-tabella.

    Le

    Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

    Isem IUPAC

    Purezza (*)

    Dħul fis-seħħ

    Skadenza ta’ żmien għall-inklużjoni

    Dispożizzjonijiet speċifiċi

    “100

    Etoxazole

    Nru CAS 153233-91-1

    Nru CIPAC 623

    (RS)-5-tert-butyl-2-[2-(2,6-difluorophenyl)-4,5-dihydro-1,3-oxazol-4-yl] phenetole

    ≥ 948 g/kg

    1 ta’ Ġunju 2005

    31 ta’ Mejju 2015

    Użu bħala akariċida biss jista’ jiġi awtorizzat

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-etoxazole, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal nhar it-3 ta’ Diċembru 2004 iridu jittieħdu in konsiderazzjoni.

    Dwar dan l-assessjar globali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi.

    Miżuri ta’mitigazzjoni tar-riskji jridu jiġu applikati fejn xieraq.

    101

    Tepraloxydim

    Nru CAS 149979-41-9

    Nru CIPAC 608

    (EZ)-(RS)-2-{1-[(2E)-3-chloroallyloxyimino]propyl}-3-hydroxy-5-perhydropyran-4-ylcyclohex-2-en-1-one

    ≥ 920 g/kg

    1 ta’ Ġunju 2005

    31 ta’ Mejju 2015

    Użu bħala erbiċida biss jista’ jiġi awtorizzat

    Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-tepraloxydim, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal nhar it-3 ta’ Diċembru 2004 iridu jittieħdu in konsiderazzjoni.

    jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ artropodi ta’ l-art li mhumiex speċifiċi.

    Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji jridu jiġu applikati fejn xieraq.


    (*)  Dwar dan l-assessjar globali, l-Istati Membri jridu.”


    Top