EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0006

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/6/KE ta' l-20 ta' Jannar 2004 li tidderoga mid-Direttiva 2001/15/KE biex tipposponi l-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-kummerċ ta' ċerti prodottiTest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 15, 22.1.2004, p. 31–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 033 P. 25 - 27
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 033 P. 25 - 27
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 033 P. 25 - 27
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 033 P. 25 - 27
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 033 P. 25 - 27
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 033 P. 25 - 27
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 033 P. 25 - 27
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 033 P. 25 - 27
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 033 P. 25 - 27
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 059 P. 3 - 5
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 059 P. 3 - 5

No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2009; Imħassar b' 32009R0953 . Latest consolidated version: 09/05/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/6/oj

32004L0006



Official Journal L 015 , 22/01/2004 P. 0031 - 0033


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/6/KE

ta' l-20 ta' Jannar 2004

li tidderoga mid-Direttiva 2001/15/KE biex tipposponi l-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-kummerċ ta' ċerti prodotti

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-użu ta' nutrizzjoni partikolari [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/15/KE tal-15 ta' Frar 2001 dwar sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda għal finijiet speċifiċi ta' nutriment f'ikel għall-użu ta' nutrizzjoni partikolari [2] tispeċifika ċerti kategoriji ta' sustanzi u ssemmi għal kull waħda minnhom is-sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' oġġetti ta' l-ikel għall-użu ta' nutrizzjoni partikolari. Hija tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-kummerċ fi prodotti li ma jikkonformawx mad-Direttiva b'effett mill-1 ta' April 2004.

(2) Fiż-żmien ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/15/KE numru ta' sustanzi miżjuda għall-finijiet speċifiċi ta' nutriment ma' xi ikel għal użi partikolari ta' nutriment, li huma marketed f'xi Stati Membri, ma setgħux jiġu nklużi fl-Anness li jinsab ma' dik id-Direttiva minħabba li ma kinux ġew valutati mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF).

(3) Fil-waqt li l-valutazzjoni ta' dawk is-sustanzi qed tiġi kompletata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel l-użu tagħhom għandu jkompli jkun permess fil-manifattura ta' prodotti marketed qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(4) Id-data ta' l-1 ta' April 2004 prevista fl-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2001/15/KE tqanqal il-ħtieġa li d-Direttiva preżenti għandha tiġi trasposta fi żmiem perentorju qasir.

(5) Għalhekk, għandha tkun prevista deroga mid-Direttiva 2001/15/KE.

(6) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/15/KE sal-limitu li l-ħtiġiet ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva japplika u sal-31 ta' Diċembru 2006 l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jippermettu fit-territorju tagħhom kummerċ fi prodotti li jkun fihom is-sustanzi elenkati fl-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva kemm-il darba:

a) the European Food Safety Authority has not given an unfavourable opinion in respect of the use of the substance in the manufacture of foods for particular nutritional uses to which Directive 2001/15/EC applies;

(b) is-sustanza in kwistjoni tintuża fil-manifattura ta' ikel wieħed jew aktar għal użi partikolari ta' nutriment marketed fil-Komunità fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Marzu 2004 l-aktar tard. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta' dawk id-disposizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir dik ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] OJ L 186, 30.6.1989, p. 27. Directive as last amended by Regulation (EC) No 1882/2003 of the European Parliament and of the Council (OJ L 284, 31.10.2003, p. 1).

[2] OJ L 52, 22.2.2001, p. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

SUSTANZI LI JISTGĦU JIĠU MIŻJUDA GĦAL FINIJIET SPEĊIFIĊI TA' NUTRIMENT MA' IKEL GĦAL UŻI SPEĊIFIĊI TA' NUTRIMENT KOPERTI BID-DIRETTIVA 2001/15/KE

Kategorija 1. Vitamini

VITAMINA E

- D-alpha-tocopheryl polyethylene glycol 1000 succinate

Kategorija 2. Minerali

BORON

- Aċidu boriku

- borat tas-sodju

KALĊJU

- amino acid chelate

- pidolate

KROMJU

- amino acid chelate

RAMM

- amino acid chelate

ĦADID

- idrossidu tal-ħadid

- ferrous pidolate

- amino acid chelate

SILENJU

- ħmira miżjuda

MANJEŻJU

- amino acid chelate

- pidolate

MANGANIŻ

- amino acid chelate

ŻINGU

- amino acid chelate

--------------------------------------------------

Top