Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0005

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/5/KE ta’ l-10 ta’ Jannar 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi d-deltamethrin bħala sustanza attivaTest b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 8, 14.1.2003, p. 7–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/5/oj

    32003L0005



    Official Journal L 008 , 14/01/2003 P. 0007 - 0009


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/5/KE

    ta’ l-10 ta’ Jannar 2003

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi d-deltamethrin bħala sustanza attiva

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/81/KE [2], u b’mod partikolari, l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jniżżel regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsil 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 [4], jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi fi prodotti li jipproteġu l-pjanti li għandha ssir stima tagħhom, bil-għan li possibilment jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 KEE. Din il-lista tinsab fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta’ April 1994 li tniżżel is-sustanzi attivi fi prodotti li jipproteġu l-pjanti u li tinnomina lill-Istat Membru rapporteur għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 [6]. Din il-lista tinkludi d-deltamethrin.

    (2) L-effetti tad-deltamethrin fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġiet stmata skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal diversi użanzi proposti minn min għamel in-notifika. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 933/94 l-Isvezja ġiet nominata bħala l-Istat Membru rapporteur. L-Isvezja bagħtet ir-rapporti ta’ stima rilevanti flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ottubru 1998 skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92.

    (3) Dan ir-rapport ta’ stima ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali. Din ir-reviżjoni kienet finalizzata fit-18 ta’ Ottubru 2002 bħala rapport ta’ reviżjoni dwar id-deltamethrin tal-Kummissjoni.

    (4) Ir-reviżjoni ma rivelat l-ebda mistoqsijiet jew tħassib li kellhom bżonn ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti.

    (5) Mid-diversi eżamijiet li saru jidher illi prodotti li jipproteġu l-pjanti li jkun fihom d-deltamethrin, huma mistennija li, b’mod ġenerali, jissodisfaw il-ħtiġijiet mniżżla fl-Artikolu 5(1)(1) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu li kien eżaminat u dettaljat fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq illi d-deltamethrin tiġi inkluża ma’ l-Anness I, sabiex jiġi assigurat illi fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom din is-sustanza attiva tkun tista’ tiġi mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik ir-Direttiva.

    (6) Ir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ diversi taqsimiet tal-prinċipji uniformi mniżżla fid-Direttiva 91/414/KEE. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi stipulat illi r-rapport ta’ reviżjoni finali, minbarra informazzjoni konfidenzali, għandu jkun disponibbli jew għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati mill-Istati Membri.

    (7) Għandu jgħaddi perjodu xieraq qabel sustanza attiva tkun inkluża fl-Anness I sabiex jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membru u lill-partijiet interessati ħalli jippreparaw ruħhom sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet ġodda minħabba l-inklużjoni ta’ din is-sustanza.

    (8) Wara li tkun saret l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu xieraq li fih ikunu jistgħu jimplimentaw id-disposizzjoniet tad-Direttiva 91/414/KEE fejn tirrigwarda prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom id-deltamethrin, u b’mod partikolari, sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ħalli jassiguraw illi l-kondizzjonijiet dwar id-deltamethrin stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jkunu sodisfatti. Għandu jingħata perjodu itwal għas-sottomissjoni u l-eżaminazzjoni tad-dokumentazzjoni kollha ta’ kull prodott li jipproteġi l-pjanti skond il-prinċipji uniformi mniżżla fid-Direttiva 91/414/KEE.

    (9) Għaldaqstant, huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tkun emendata.

    (10) Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom iħallu r-rapport ta’ reviżjoni dwar id-deltamethrin, minbarra informazzjoni konfidenzali fis-sens ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE, għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati jew għandhom jagħmluh għad-dispożizzjoni tagħhom meta dawn jitolbuh b’tabla speċifika.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2004 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.

    Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ dawk id-dispożizzjonijiet fl-1 ta’ Mejju 2004.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, id-dispożizzjonijiet għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’referenza għal din id-Direttiva meta jkunu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu reviżjoni ta’ l-awtorizzazzjoni għal kull prodott li jipproteġi l-pjanti li fih id-deltamethrin sabiex jassiguraw illi l-kondizzjonijiet dwar id-deltamethrin imniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jiġu mħarsa. Fejn ikun hemm il-bżonn, u mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2004, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni.

    2. L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mil-31 ta’ Ottubru 2003, jagħmlu rivalutazzjoni ta’ kull prodott li jipproteġi l-pjanti li kien awtorizzat u li fih id-deltamethrin jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma huma mniżżlin fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din ir-rivalutazzjoni għandha ssir skond il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE u a bażi ta’ dokumenti li jissodisfaw il-ħtiġijiet stipulati fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva. A bażi ta’ din il-valutazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b),(c),(d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Fejn ikun hemm il-bżonn u mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2007, l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2003.

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussel, l-10 ta’ Jannar 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

    [2] ĠU L 276, tat-12.10.2002, p. 28.

    [3] ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10.

    [4] ĠU L 259, tat-13.10.2000, p. 27.

    [5] ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8.

    [6] ĠU L 225, tat-22.9.1995, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    L-informazzjoni ta’ hawn taħt għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KE:

    "Nru | Isem komuni, numri ta' identifikazzjoni | Isem IUPAC | Purità | Dħul fis-seħħ | Espirazzjoni ta' l-inklużjoni | Dispożizzjonijiet Speċifiċi |

    40 | Deltamethrin SAK Nru 52918-63-5 CIPAC NRU 333 | (S)-α-cyano-3-phenoxybenzyl (1R,3R)-3-(2,2-dibromo-2,2-dimetilciklopropankarboksilat | 980 g/kg | fl-1 ta' Novembru 2003. | fil-31 ta' Ottubru 2013. | Jista' jiġi awtorizzat biss għall-użu bħala insettiċida. Sabiex jiġu implimentati l-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar id-deltamethrin, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fit-18 ta' Ottubru 2002 għandhom jittieħdu in- konsiderazzjoni. F'din l-istima komplessiva, l-Istati Membri: għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lis-sigurta ta' l-operatur u għandhom jassiguraw illi l-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jkunu jinkludu miżuri protettivi xierqa,għandhom jieħdu nota ta' l-esposizzjoni intensa fid-dieta tal-konsumaturi fid-dawl ta'reviżjonijiet futuri tal-livelli massimi ta' residwi,għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta' organiæmi akwatiċi, tan-naħal u ta' artropodi non-target u għandhom jassiguraw illil-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni jinkludu miæuri li jimmitigaw ir-riskju, fejn ikun xieraq. |

    --------------------------------------------------

    Top