EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0059

Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE

OJ L 208, 5.8.2002, p. 10–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 07 Volume 007 P. 12 - 29
Special edition in Estonian: Chapter 07 Volume 007 P. 12 - 29
Special edition in Latvian: Chapter 07 Volume 007 P. 12 - 29
Special edition in Lithuanian: Chapter 07 Volume 007 P. 12 - 29
Special edition in Hungarian Chapter 07 Volume 007 P. 12 - 29
Special edition in Maltese: Chapter 07 Volume 007 P. 12 - 29
Special edition in Polish: Chapter 07 Volume 007 P. 12 - 29
Special edition in Slovak: Chapter 07 Volume 007 P. 12 - 29
Special edition in Slovene: Chapter 07 Volume 007 P. 12 - 29
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 009 P. 161 - 178
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 009 P. 161 - 178
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 003 P. 79 - 96

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/07/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/59/oj

32002L0059



Official Journal L 208 , 05/08/2002 P. 0010 - 0027


Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-27 ta' Ġunju 2002

li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Waqt li kienu jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Fil-komunikazzjoni tagħha ta' l-24 ta' Frar 1993 dwar politika komuni għall-ibħra bla periklu, il-Kummissjoni indikat li wieħed mill-għanijiet f'livell Komunitarju kien l-introduzzjoni ta' sistema mandatarja ta' l-informazzjoni biex jingħata lill-Istati Membri aċċess rapidu għall-informazzjoni importanti kollu rrelatat maċ-ċaqliq tal-bastimenti li jkunu qed iġorru materjali perikolużi jew li jniġġsu u dwar in-natura eżatta tal-merkanzija tagħhom.

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE tat-13 ta' Settembru 1993 rigward il-ħtiġiet minimi għall-bastimenti li jbaħħru lejn jew minn portijiet Komunitarji u jġorru fuqhom merkanzija perikoluża jew li tniġġes [5] introduċiet sistema li biha l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-informazzjoni dwar il-bastimenti li jbaħħru lejn jew minn portijiet Komunitarji u jġorru merkanizja perikoluża jew ta' tniġġis, u dwar l-aċċidenti fuq il-baħar. Dik id-Direttiva teħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel proposti ġodda għall-introduzzjoni ta' sistema aktar wiesgħa ta' rapportaġġ għall-Komunità, li possibilment tkun tkopri l-bastimenti li jbaħħru matul il-kosta ta' l-Istati Membri.

(3) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar politika komuni għas-sigurtà ta' l-ibħra [6] ftehmet li l-għanijiet prinċipali ta' l-azzjoni Komunitarja jinkludu l-adozzjoni ta' sistema aktar wiesgħa ta' l-informazzjoni.

(4) It-twaqqif ta' sistema Komunitarja għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti għandha tgħin biex jiġu evitati aċċidenti u tniġġis fuq il-baħar u biex jitnaqqas l-impatt tagħhom fuq l-ambjent marittimu u kostali, l-ekonomija u s-saħħa tal-Komunitajiet lokali. L-effiċjenza tat-traffiku marittimu, u b'mod partikolari l-immaniġġar taż-żjarat tal-bastimenti fil-portijiet, tiddependi wkoll fuq li l-bastimenti jagħtu avviż kmieni biżżejjed tal-wasla tagħhom.

(5) Diversi sistemi obbligatorji ta' rapportaġġ ta' bastimenti twaqqfu matul il-kosta ta' l-Ewropa, skond ir-regoli rilevanti adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Għandu jiġi żgurat li l-bastimenti jkunu jikkonformaw mal-ħtiġiet tar-rapportaġġ fis-seħħ taħt dawn is-sistemi.

(6) Servizzi tat-traffiku tal-bastimenti u sistemi ta' rotot tal-bastimenti ġew introdotti wkoll u qed ikollhom parti importanti fil-prevenzjoni ta' l-aċċidenti u t-tniġġis f'ċerti żoni ta' tbaħħir li fihom ikun hemm konġestjoni jew li jkunu ta' perikolu għall-bastimenti. Huwa meħtieġ li l-bastimenti jużaw is-servizzi tat-traffiku u li jsegwu s-sistemi applikabbli għas-sistemi ta' rotot tal-bastimenti approvati mill-IMO.

(7) Sar progress teknoloġiku importanti fil-qasam ta' l-apparat ta' abbord li jippermetti l-identifikazzjoni awtomatika tal-vapuri (is-sistemi AIS) għal monitoraġġ aħjar tal-bastimenti, kif ukoll għall-irrekordjar ta' l-informazzjoni tal-vjaġġ (is-sistemi VDR jew "il-kaxxi s-suwed") biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet wara l-aċċidenti. Minħabba l-importanza tiegħu fil-formulazzjoni tal-politika għall-prevenzjoni ta' l-aċċidenti tat-tbaħħir, dak l-apparat għandu jsir obbligatorju għall-bastimenti li jagħmlu vjaġġi nazzjonali jew internazzjonali li fihom iżuru portijiet tal-Komunità. L-informazzjoni pprovduta minn sistema VDR tista' tintuża kemm wara aċċident biex tiġi investigata l-kawża tiegħu kif ukoll b'mod preventiv biex wieħed jitgħallem il-lezzjonijiet meħtieġa minn sitwazzjonijiet bħal dawk. L-Istati Membri għandhom iħajru l-użu ta' dak l-informazzjoni għaż-żewġ raġunijiet.

(8) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istazzjonijiet kostali ta' l-awtoritajiet kompetenti jkollhom disponibbli, b'żieda ma' l-apparat tekniku addattat, impjegati suffiċjenti u kkwalifikati kif imiss.

(9) L-informazzjoni eżatta dwar il-merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis li tkun tinġarr abbord il-bastimenti u l-informazzjoni oħra rilevanti għas-sigurtà, bħall-informazzjoni rigward l-aċċidenti tan-navigazzjoni, hija essenzjali għat-tħejjija u l-effettività ta' l-operazzjonijiet biex jiġi ffaċċat it-tniġġis u r-riskju tat-tniġġis fil-baħar astimenti ġejjin jew sejrin lejn il-portijiet ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-awtoritajiet tal-port ta' dawk l-Istati Membri.

(10) Biex tiġi ssimplifikata u aċċelerata t-trasmissjoni u l-utilizzazzjoni ta' dik li tista' tkun kwantità kbira ta' l-informazzjoni dwar il-merkanzija, dak l-informazzjoni għandu jintbagħat, fejn prattiku, elettronikament lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità tal-port ikkonċernat. Għall-istess raġunijiet, l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandu jseħħ elettronikament.

(11) Fejn il-kumpaniji kkonċernati introduċew, għas-sodisfazzjon ta' l-Istati Membri, proċeduri interni biex jiżguraw li l-informazzjoni meħtieġa minn din id-Direttiva jintbagħat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien, għandu jkun possibbli li jiġu eżentati s-servizzi li jaħdmu bi skeda bejn żewġ Stati jew aktar, li talanqas wieħed minnhom ikun Stat Membru, mill-ħtiġiet tar-rapportaġġ dwar kull vjaġġ.

(12) Minħabba l-imġieba jew il-kondizzjoni tagħhom xi bastimenti jistgħu jkunu ta' riskji għas-sigurtà fit-tbaħħir u għall-ambjent. L-Istati Membri għandhom jagħmlu attenzjoni partikolari għall-monitoraġġ ta' bastimenti bħal dawk, jieħdu l-miżuri addattati biex jevitaw li dan ir-riskju jmur għall-agħar, u jibagħtu kull informazzjoni rilevanti li jkollhom dwar dawn il-bastimenti lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati. Miżuri addattati bħal dawk jistgħu jkunu l-miżuri previsti mill-attivitajiet tal-kontroll portwali ta' l-Istat.

(13) L-Istati Membri jeħtieġ joqogħdu attenti għat-theddid kontra s-sigurtà marittima, is-sigurtà ta' l-individwi u l-ambjent marittimu u kostali maħluq li jirriżulta mill-inċidenti, mill-aċċidenti jew minn ċerti sitwazzjonijiet oħra fuq il-baħar u mill-preżenza ta' rqajja ta' tniġġis jew ta' pakketti li jinġarru mal-kurrenti tal-baħar. Għal dan il-għan, il-kaptani tal-bastimenti li jkun jbaħħru fir-reġjun tat-tfittxija u s-salvataġġ/iż-żona ekonomika esklussiva jew l-ekwivalenti ta' l-Istati Membri, għandhom jirrapportaw okkorrenzi bħal dawk lill-awtoritajiet kostali, u jipprovdi l-informazzjoni kollha addattata. Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tagħhom, l-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà li jagħżlu liema miż-żoni ġeografiċi msemmija hawn fuq għandhom ikunu koperti mill-obbligazzjoni tar-rapportaġġ.

(14) Fil-każ ta' inċident jew aċċident fuq il-baħar, il-kooperazzjoni sħiħa u kompleta mill-partijiet involuti fil-ġarr tikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex ikunu effettivi l-operazzjonijiet ta' l-awtoritajiet kompetenti.

(15) Fejn awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru tqis, fuq il-bażi tal-kondizzjoni tal-baħar jew tar-rapport tat-temp ipprovdut minn servizzi kkwalifikati ta' l-informazzjoni meteoroloġiku, li t-temp jew il-kondizzjonijiet tal-baħar eċċezzjonalment ħżiena jkunu qed joħolqu theddida serja għas-sigurtà tal-ħajja umana jew għat-tniġġis, din għandha tavża lill-kaptan tal-bastiment, li jkollu l-ħsieb li jidħol jew joħroġ mill-port, dwar is-sitwazzjoni u tista' tieħu l-miżuri l-oħra kollha addattati. Mingħajr preġudizzju għad-dmir ta' għajnuna lill-bastimenti li jkunu f'perikolu, dawn jistgħu jinkludu l-projbizzjoni tad-dħul jew tal-ħruġ mill-port, sakemm is-sitwazzjoni tirritorna għan-normal. Fil-każ ta' riskju possibbli għas-sigurtà jew għat-tniġġis u waqt li titqies is-sitwazzjoni speċifika fil-port ikkonċernat, l-awtorità kompetenti tista' tirrakkomanda lill-bastimenti biex ma joħorġux mill-port. Jekk il-kaptan jagħżel li joħroġ mill-port, allura dan ikun/tkun qed jagħmel/tagħmel hekk taħt ir-responsabbiltà tiegħu/tagħha u għandu/ha jagħti/tagħti r-raġuni għad-deċiżjoni tiegħu/tagħha.

(16) In-nuqqas ta' disponibbiltà ta' post ta' rifuġju jista' jkollu konsegwenzi serji fil-każ ta' aċċident fuq il-baħar. L-Istati Membri għandhom għalhekk iħejju pjanijiet li bihom il-bastimenti fil-perikolu jkunu jistgħu, jekk is-sitwazzjoni tkun hekk teħtieġ, jingħataw refuġju fil-portijiet tagħhom jew f'xi żona oħra ta' kenn fl-aħjar kondizzjonijiet possibbli. Fejn ikun meħtieġ u possibbli, dawn il-pjanijiet għandhom jinkludu l-provvista ta' mezzi u faċilitajiet adegwati għall-għajnuna, is-salvataġġ u respons għat-tniġġis. Il-portijiet li jakkommodaw il-bastimenti fil-perikolu għandhon ikunu kapaċi jiddependu fuq il-kumpens fil-pront għal xi spejjeż u dannu involuti f'din l-operazzjoni. Il-Kummissjoni għandha għalhekk teżamina l-possibbilitajiet biex tintroduċi sistema adegwata ta' kumpens għall-portijiet fil-Komunità li jakkomodaw il-bastiment fil-perikolu u l-possibbiltà li jsir neċessarju li bastiment li jżur port fil-Komunità jkun assigurat b'mod adegwat.

(17) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex itejjeb l-implimentazzjoni tas-sistema tal-monitoraġġ u l-informazzjoni għat-traffiku marittimu, filwaqt li rabtiet addattati ta' komunikazzjoni jiġu stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-portijiet ta' l-Istati Membri. Minbarra dan, il- kopertura ta' l-identifikazzjoni tal-bastimenti u s-sistema tal-monitoraġġ teħtieġ li tiġi ssupplimentata f'dawk iż-żoni ta' tbaħħir tal-Komunità fejn din ma tkunx suffiċjenti. B'żieda ma' dan, ċentri ta' l-amministrazzjoni ta' l-informazzjoni għandhom jitwaqqfu fir-reġjuni marittimi tal-Komunità biex jiġi ffaċilitat l-iskambju jew il-qsim ta' l-informazzjoni utli rrelatat mal-monitoraġġ tat-traffiku u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ukoll iħabirku biex jikkooperaw ma' pajjiżi terzi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(18) L-effettività ta' din id-Direttiva tiddependi ħafna fuq kemm l-Istati Membri jinfurzaw l-implimentazzjoni b'mod strett. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom regolarment iwettqu spezzjonijiet addattati jew kull azzjoni oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li r-rabtiet tal-komunikazzjoni stabbiliti biex jintlaħqu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jkunu jaħdmu b'mod sodisfaċenti. Għandha tiġi introdotta wkoll sistema ta' sanzjonijiet biex jiġi żgurat li l-partijiet ikkonċernati jikkonformaw mal-ħtiġiet tar-rapportaġġ u t-tagħmir b'apparat kif stabbilit b'din id-Direttiva.

(19) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [7].

(20) Ċerti disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu emendati b'dik il-proċedura biex jitqies l-iżvilupp ta' l-istrumenti Komunitarji u internazzjonali kif ukoll l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, safejn dawk l-emendi ma jwessgħux l-ambitu ta' din id-Direttiva. Għodda utli għall-Kummissjoni biex din tivvaluta l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva huwa r-rapportaġġ adegwat mill-Istati Membri dwar dik l-implimentazzjoni.

(21) Id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 93/75/KEE qegħdin jiġu b'mod sinifikanti msaħħa, estiżi u emendati b'din id-Direttiva. B'hekk, id-Direttiva 93/75/KEE għandha titħassar.

(22) Minħabba li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri t-titjib fis-sigurtà u l-effiċjenza tat-traffiku marittimu, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk għandhom, minħabba fl-iskala jew fl-effetti ta' l-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tistabbilixxi fil-Komunità sistema ta' monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti u ta' l-informazzjoni bil-ħsieb li tittejjeb is-sigurtà u l-effiċjenza tat-traffiku marittimu, jittejjeb ir-rispons ta' l-awtoritajiet għall-inċidenti, l-aċċidenti jew is-sitwazzjoni potenzjalment perikolużi fuq il-baħar, inklużi l-operazzjonijiet tat-tfittxija u s-salvataġġ u li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni aħjar u l-kxif tat-tniġġis mill-bastimenti.

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u addattati biex jiżguraw li l-kaptani, l-operaturi jew l-aġenti tal-bastimenti, kif ukoll ix-shipper jew il-proprjetarji tal-merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis li tinġarr abbord bastimenti bħal dawk, ikunu jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Il-kamp ta' applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tapplika għal bastimenti ta 300 tunellata gross u aktar, sakemm ma jiġix iddikjarat xort'oħra.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

a) bastimenti tal-gwerra, awżiljari navali, u bastimenti oħra li jkunu proprjetà jew operati minn Sat Membru u użati għas-servizz mhux pubbliku kummerċjali;

(b) bastimenti tas-sajd, bastimenti tradizzjonali, u dgħajjes tar-rikreazzjoni ta' medda anqas minn 45 metru;

(ċ) bunkers taħt il-5000 tunellata, proviżjon tal-bastimenti u apparat għall-użu abbord tal-bastimenti.

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva

(a) "Strumenti internazzjonali rilevanti" tfisser l-istrumenti li ġejjin:

- MARPOL tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1973 għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti u l-Protokoll tagħha ta' l-1978;

- SOLAS tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, flimkien mal-Protokolli u l-emendi magħha annessi;

- il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ ta' Bastimenti, 1969;

- il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1969 dwar l-Intervent fil-Baħar Miftuħ f'Każi ta' Aċċidenti ta' Tniġġis miż-Żejt, u l-Protokoll tagħha ta' l-1973 dwar l-Intervent fil-Baħar Miftuħ f'Każi ta' Tniġġis minn Sustanzi li ma jkunux Żejt;

- il-Konvenzjoni SAR tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1979 dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ fuq il-Baħar;

- il-Kodiċi ISM tfisser il-Kodiċi ta' l-Amministrazzjoni Internazzjonali tas-Sigurtà;

- il-Kodiċi IMDG tfisser il-Kodiċi Internazzjonali tal-Baħar dwar il-Merkanzija Perikoluża;

- il-Kodiċi IBC tfisser il-Kodiċi Internazzjonali ta' l-IMO dwar il-kostruzzjoni u t-tagħmir ta' bastimenti li jġorru kimiċi perikolużi bl-ingrossa;

- il-Kodiċi IGC tfisser il-Kodiċi Internazzjonali ta' l-IMO dwar il-kostruzzjoni u t-tagħmir ta' bastimenti li jġorru gassijiet likwifikat bl-ingrossa;

- il-Kodiċi BC tfisser il-Kodiċi ta' l-IMO dwar il-Prattika Bla Sogru tal-Merkanzija Solida bl-Ingrossa;

- Kodiċi INF tfisser il-Kodiċi IMO għas-Sigurtà fil-Ġarr ta' Karburanti Nukleari Irradjati, ta' Plutonju u ta' Skart b'Livell Għoli ta' Radjoattività fi Fliexken Abbord il-Bastimenti;

- Ir-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.851(20) tfisser ir-Riżoluzzjoni ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali 851(20) bit-titolu "Prinċipji ġenerali dwar is-sistemi tar-rapportaġġ tal-bastimenti u l-ħtiġiet tar-rapportaġġ tal-bastimenti, inklużi l-linji gwida għar-rapportaġġ ta' inċidenti li jinvolvu l-merkanzija perikoluża, is-sostanzi ta' ħsara u/jew l-oġġetti li jniġġsu l-baħar";

(b) "operatur" tfisser is-sid jew l-amministratur ta' bastiment;

(ċ) "aġent" tfisser kull persuna b'mandat jew awtorizzata biex tipprovdi informazzjoni għan-nom ta' l-operatur ta' bastiment;

(d) "shipper" tfisser persuna li hi stess jew f'isimha jew għan-nom tagħha jkun ġie konkluż kuntratt għall-ġarr tal-merkanizja ma' trasportatur;

(e) "kumpannija" tfisser kumpannija skond it-tifsira tar-Regolament 1(2) ta-Kapitolu IX tal-Konvenzjoni SOLAS;

(f) "bastiment" tfisser kull bastiment jew opra li tkun kapaċi tbaħħar;

(g) "merkanzija perikoluża" tfisser:

- merkanzija kklassifikata fil-Kodiċi IMDG,

- sustanzi likwidi perikolużi elenkati fil-Kapitolu 17 tal-Kodiċi IBC,

- gassijiet likwifikati elenkati fil-Kapitolu 19 tal-Kodiċi IGC,

- solidi msemmija fl-Appendiċi B li jinsab mal-Kodiċi.

Inkluża wkoll hija l-merkanzija li biex tinġarr ikunu ġew stabiliti l-kondizzjonijiet adattati minn qabel skond il-paragrafu 1.1.3 tal-Kodiċi IBC jew il-paragrafu 1.1.6 tal-Kodiċi IGC;

(h) "merkanzija li tniġġes" tfisser:

- żjut kif iddefiniti fl-Anness I li jinsab mal-Konvenzjoni MARPOL,

- sustanzi likwidi li jagħmlu ħsara kif definiti fl-Anness II li jinsab mal-Konvenzjoni MARPOL,

- sustanzi li jagħmlu ħsara kif definiti fl-Anness III li jinsab mal-Konvenzjoni MARPOL,

(i) "unità tat-trasport tal-merkanzija" tfisser vettura għall-ġarr tal-merkanzija bit-triq, vagun ta' ferrovija għall-merkanzija, kontenitur tal-merkanzija, vettura tat-triq bit-tank, vagun tal-ferrovija jew tank li jinġarr;

(j) "indirizz" tfisser l-isem u r-rabtiet tal-komunikazzjoni li bihom jista' jsir kuntatt, fejn meħtieġ, ma' l-operatur, l-aġent, l-awtorità tal-port, l-awtorità kompetenti jew kull persuna oħra jew korp awtorizzat li jkollu fil-pussess tiegħu informazzjoni ddettaljata dwar il-merkanzija tal-bastiment;

(k) "awtoritajiet kompetenti" tfisser l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet innominati mill-Istati Membri biex jirċievu u jgħaddu informazzjoni rrapportata skond din id-Direttiva;

(l) "awtorità tal-port" l-awtorità kompetenti jew korp innominat mill-Istati Membri għal kull port biex jirċievi u jgħaddi informazzjoni skond din id-Direttiva;

(m) "lok ta' rifuġju" tfisser port, il-parti ta' port jew irmiġġ protettiv jew post fejn isorġi, jew xi żona oħra għall-kenn identifikata minn Stat Membru biex takkomoda bastimenti li jkollhom bżonn l-għajnuna;

(n) "stazzjon kostali" tfisser xi wieħed minn dawn li ġejjin, magħżul mill-Istati Membri skond din id-Direttiva: servizz tat-traffiku ta' bastiment; installazzjoni bbażata fuq l-art responsabbli għas-sistema mandatarja ta' rapportaġġ approvata mill-IMO; jew korp responsabbli għall-koordinazzjoni ta' l-operazzjonijiet tat-tiftix u s-salvataġġ jew ta' l-operazzjonijiet kontra t-tniġġis tal-baħar;

(o) "servizz tat-traffiku tal-bastimenti (VTS)" tfisser servizz maħsub biex itejjeb is-sigurtà u l-effiċjenza tat-traffiku tal-bastimenti u biex jipproteġi l-ambjent, li jkollu l-kapaċità li jinteraġixxi mat-traffiku u li jirrispondi għas-sitwazzjonijiet tat-traffiku li jiżviluppaw fiż-żona VTS;

(p) "sistema għar-rotta tal-bastiment" tfisser kwalunkwe sistema ta' rotta jew rotot jew miżuri għal rotta mmirati li jnaqqsu r-riskju ta' diżastri; din tinkludi skemi ta' separazzjoni tat-traffiku, rotot separati kontra xulxin, rotot rakkomandati, żoni li għandhom jiġu evitati, żoni ta' traffiku viċin l-art, roundabouts, żoni ta' prekawzjoni u rotot f'ibħra miftuħa;

(q) "bastimenti tradizzjonali" tfisser kull xorta ta' bastimenti storiċi jew kopji tagħhom inklużi dawk maħsuba biex iħajru u jippromwovu l-kompetenzi u s-snajja tradizzjonali tal-baħar, li flimkien iservu bħala monumenti kulturali ħajja, li jitħaddmu skond il-prinċipji tradizzjonali tat-tbaħħir u tat-teknika;

(r) "korriment" tfisser korriment skond it-tifsira tal-Kodiċi IMO għall-investigazzjoni tal-korrimenti u l-inċidenti fuq il-baħar.

TITOLU I

IR-RAPPORTAĠĠ U L-MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI

Artikolu 4

In-notifika qabel id-dħul fil-portijiet ta' l-Istati Membri

1. L-operatur, l-aġent kew il-kaptan ta' bastiment li sejjer f'port ta' Stat Membru għandu jinnotifika t-informazzjoni li jinsab fl-Anness I(1) lill-awtorità tal-port:

(a) ta' l-anqas 24 siegħa qabel; jew

(b) mhux aktar tard, fil-waqt li l-bastiment ikun ħiereġ mill-port preċedenti, jekk il-ħin tal-vjaġġ ikun ta' anqas minn 24 siegħa; jew

(ċ) jekk il-port fejn sejjer ma jkunx magħruf jew ikun inbidel matul il-vjaġġ, malli din l-informazzjoni tkun disponibbli.

2. Bastimenti li jkunu ġejjin minn port barra l-Komunità u jkunu sejrin lejn port ta' Stat Membru u jkunu jġorru merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis, għandhom jikkonformaw ma' l-obbligazzjonijiet tan-notifika ta' l-Artikolu 13.

Artikolu 5

Il-monitoraġġ ta' bastimenti li jkunu deħlin fiż-żona tas-sistemi mandatarji tar-rapportaġġ tal-bastimenti

1. L-Istat Membru kkonċernat għandu jimmonitorja u jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa biex jiżgura li l-bastimenti kollha li jidħlu fiż-żona tas-sistema mandatarja tar-rapportaġġ tal-bastimenti, adottata mill-IMO skond ir-Regolament 11 il-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS u mħaddma minn Stat wieħed jew aktar, li ta' l-anqas wieħed minnhom ikun Stat Membru, skond il-linji gwida rilevanti u l-kriterji żviluppati mill-IMO, ikunu jikkonformaw ma' dik is-sistema fir-rapportaġġ tal-informazzjoni meħtieġ mingħajr preġudizzju għal aktar informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru skond ir-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.851(20).

2. Meta tintbagħat sistema mandatarja ġdida ta' rapportaġġ ta' bastimenti lill-IMO għall-adozzjoni jew għal xi proposta biex tiġi emendata s-sistema eżistenti tar-rapportaġġ, Stat Membru għandu jinkludi fil-proposti tiegħu ta' l-anqas l-informazzjoni imsemmija fl-Anness I(4).

Artikolu 6

L-użu ta' sistemi awtomatiċi ta' identifikazzjoni

1. Kull bastiment li jżur xi port ta' Stat Membru għandu, skond il-programm stabbilit fl-Anness II(I), ikun mgħammar b'AIS li tkun tikkonforma man-normi dwar il-funzjonalità stabbiliti mill-IMO.

2. Bastimenti mgħammra bl-AIS għandhom iżommuha taħdem il-ħin kollu ħlief fejn xi ftehim, regoli jew normi internazzjonali jipprovdu għall-protezzjoni ta' l-informazzjoni dwar in-navigazzjoni.

Artikolu 7

L-użu tas-sistemi għar-rotot tal-bastimenti

1. L-Istati Membri għandhom jimmonitoraw u jieħdu l-miżuri kollha meħieġa u xierqa biex jiżguraw li l-bastimenti kollha li jidħlu fiż-żona tas-sistema mandatarja tar-rotot tal-bastimenti adottata mill-IMO skond ir-Regolament 10, il-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS u mħaddma minn Stat wieħed jew aktar, li talanqas wieħed minnhom ikun Stat Membru, jużaw is-sistema skond il-linji gwida rilevanti u l-kriterji żviluppati mill-IMO.

2. Waqt l-implimentazzjoni tas-sistema għar-rotta tal-bastiment, li ma tkunx ġiet adottata mill-IMO, taħt ir-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri għandhom iqisu, fejn ikun possibbli, il-linji gwida u l-kriterji żviluppati mill-IMO u jippromulgaw l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-użu bla periklu u effettiv tas-sistema għar-rotta tal-bastiment.

Artikolu 8

Il-monitoraġġ dwar il-konformita tal-bastimenti mas-servizzi tat-traffiku tal-bastimenti

L-Istati Membri għandhom jimmonitoraw u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa biex jiżguraw li:

(a) bastimenti li jidħlu fiż-żona ta' l-applikabbiltà tal-VTS imħaddma minn Stat wieħed jew aktar, li talanqas wieħed minnhom ikun Stat Membru, fil-baħar territorjali tagħhom u bbażata fuq il-linji gwida żviluppati mill-IMO, jieħdu sehem u jikkonformaw mar-regoli ta' dik il-VTS;

(b) bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jew bastimenti li jkunu sejrin lejn port ta' Stat Membru u li jidħlu fiż-żona ta' l-applikabbiltà tal-VTS bħal dik barra l-baħar territorjali ta' Stat Membru u bbażata fuq linji gwida żviluppati mill-IMO, jikkonformaw mar-regoli ta' dik il-VTS;

(ċ) bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat terz u li ma jkunux sejrin lejn port ta' Stat Membru li jidħlu f'żona VTS barra l-baħar territorjali ta' Stat Membru, isegwu r-regoli ta' dik il-VTS fejn possibbli. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Istat tal-bandiera kkonċernat kull ksur serju evidenti ta' dawk ir-regoli f'dik iż-żona VTS.

Artikolu 9

L-infrastruttura għas-sistema tar-rapportaġġ tal-bastimenti, is-sistemi tar-rotot għall-bastimenti u s-servizzi tat-traffiku għall-bastimenti

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa biex bil-mod jipprovdu lilhom infushom, fuq skeda ta' żmien kompatibbli mal-programm stabbilit fl-Anness II(I), l-apparat u l-istallazzjonijiet xierqa bbażati fuq l-art biex jirċievu u jutilizzaw l-informazzjoni AIS waqt li jqisu l-ħtieġa ta' trasmissjoni mifruxa għar-rapporti.

2. Il-proċess tat-tħejjija ta' dak kollu meħtieġ f'dak li huwa tagħmir u installazzjonijiet ibbażati fuq l-art għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jitlesta sat-tmiem ta' l-2007. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-apparat xieraq biex jitwassal l-informazzjoni għand is-sistemi nazzjonali ta' l-Istati Membri u jiġi skambjat bejniethom ikun jista' jitħaddem talanqas sena wara.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istazzjonijiet kostali nkarigati mill-monitoraġġ u l-konformità mas-servizzi tat-traffiku tal-bastimenti u mas-sistemi tar-rotot tal-bastimenti jkollhom disponibbli biżżejjed impjegati u kkwalifikati kif imiss, kif ukoll mezzi addattati tal-komunikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bastimenti u jkunu jaħdmu skond il-linji gwida rilevanti ta' l-IMO.

Artikolu 10

Is-sistema ta' l-irrekordjar tad-data dwar il-vjaġġi

1. L-Istati Membri għandhom jimmonitoraw u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u xierqa biex jiżguraw li l-bastimenti li jidħlu f'xi port ta' Stat Membru jkunu mgħammra b'sistema ta' rekorder tad-data dwar il-vjaġġ (VDR) skond ir-regoli stabbiliti fl-Anness II(II). Kull eżenzjoni mogħtija lill-vapuri ro-ro jew lill-bastimenti tal-passiġġieri b'veloċità għolja taħt l-Artikolu 4(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar is-sistema ta' stħarriġ mandatarju tas-sigurtà fit-tħaddim regolari ta' vapuri ro-ro u s-servizzi tal-passiġġieri fuq il-bastimenti b'velocità għolja [8] għandha tintemm fil-5 ta' Awissu 2002.

2. Data li tinġabar minn sistema VDR għandha titqiegħed għad-disposizzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat fil-każ ta' investigazzjoni wara li jkun seħħ xi korriment fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw lil dak l-informazzjoni jintuża fl-investigazzjoni u jiġi analizzat kif imiss. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak li jirriżulta mill-investigazzjoni jiġi ppubblikat kemm jista' jkun malajr wara li din tintemm.

Artikolu 11

L-investigazzjoni tal-korriment

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tad-Direttiva 1999/35/KE, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta' l-IMO dwar l-investigazzjoni tal-korrimenti u l-inċidenti fuq il-baħar meta jkunu jagħmlu xi investigazzjoni dwar xi korriment jew inċident fuq il-baħar li jinvolvi bastiment li għalih tkun tirreferi din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-investigazzjoni ta' korrimenti u inċidenti fuq il-baħar li jinvolvu bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

TITOLU II

IN-NOTIFIKA TA' MERKANZIJA PERIKOLUŻA JEW LI TNIĠĠES ABBORD IL-BASTIMENTI (HAZMAT)

Artikolu 12

L-obbligi tax-shipper

Ebda merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis m'għandha tiġu offruta għall-ġarr jew tittieħed abbord bastiment, irrispettivament mid-daqs tagħha, f'xi port ta' Stat Membru sakemm ma tkunx intbagħtet dikjarazzjoni lill-kaptan jew lill-operatur li jkun fiha l-informazzjoni elenkat fl-Anness I(2).

Għandu jkun id-dmir tax-shipper li jwassal lill-kaptan jew lill-operatur dik id-dikjarazzjoni u li jiżgura li l-merkanzija offruta għall-ġarr tkun tabilhaqq dik iddikjarata b'konformità ma' l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 13

In-notifika dwar il-merkanzija perikoluża jew li tniġġes li tinġarr abbord

1. L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta' bastiment, irrispettivament mid-daqs tiegħu, li jkun qed iġorr merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis u li jitlaq minn xi port ta' Stat Membru għandu, mhux aktar tard mill-mument tat-tluq, jinnotifika l-informazzjoni indikat fl-Anness I(3) lill-awtorità kompetenti nnominata minn dak l-Istat Membru.

2. L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta' bastiment, irrispettivament mid-daqs tiegħu, li jkun iġorr merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis li jkun ġej minn port li jinsab barra mill-Komunità u jkun sejjer lejn xi port ta' Stat Membru jew li jkun sa jankra fl-ibħra territorjali ta' xi Stat Membru għandu, mhux aktar tard mit-tluq tiegħu mill-port fejn ikun għabba jew malli jkun magħruf il-port tad-destinazzjoni jew il-post fejn ikun sa jankra, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-mument tat-tluq, jinnotifika l-informazzjoni indikata fl-Anness I(3) lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-ewwel port tad-destinazzjoni jew il-post fejn ikun sa jankra.

3. L-Istati Membri jistgħu joħolqu proċedura li tawtorizza lill-operatur, lill-aġent jew lill-kaptan ta' bastiment imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 biex jinnotifika l-informazzjoni elenkat fl-Anness I(3) lill-awtorità tal-port tat-tluq jew tad-destinazzjoni fil-Komunità, skond kif ikun il-każ.

Il-proċedura mħaddma għandha tiżgura li l-awtorità kompetenti jkollha aċċess għall-informazzjoni indikata fl-Anness I(3) kull meta dan ikun meħtieġ. Għal dan il-għan, l-awtorità portwali kkonċernata għandha żżomm l-informazzjoni elenkat fl-Anness I(3) għal żmien biżżejjed biex dan ikun jista' jintuża fil-każ ta' inċident jew aċċident fuq il-baħar. L-awtorità tal-port għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tipprovdi dan l-informazzjoni b'mod elettroniku u mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti, 24 siegħa kuljum, meta din tintalab.

4. L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta' bastiment għandu jikkomunika l-informazzjoni dwar il-merkanzija kif indikat fl-Anness I(3) lill-awtorità tal-port u lill-awtorità kompetenti.

L-informazzjoni għandu jiġi ttrasferit awtomatikament kull fejn ikun prattiku. L-iskambju elettroniku ta' messaġġi għandu juża s-sintassi u l-proċeduri mniżżla fl-Anness III.

Artikolu 14

L-iskambju komputerizzat tad-data bejn l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi nazzjonali użati biex jimmaniġġjaw l-informazzjoni li jidher fl-Anness I.

Is-sistemi tal-komunikazzjoni stabbiliti skond l-ewwel subparagrafu għandhom juru l-karatteristiċi li ġejjin:

(a) l-iskambju ta' data għandu jkun elettroniku u jippermetti li l-messaġġi nnotifikati skond l-Artikolu 13 jiġu riċevuti u pproċessati;

(b) is-sistema għandha tippermetti li l-informazzjoni tintbagħat 24 siegħa kuljum;

(ċ) kull Stat Membru għandu jkun kapaċi, biex meta jintalab, jibgħat l-informazzjoni dwar il-bastiment u l-merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis abbord mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 15

L-eżenzjonijiet

1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw servizzi bi skeda li jsiru bejn portijiet li jkunu fuq it-territorju tagħhom mill-ħtieġa stabbilita fl-Artikolu 13 fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu mħarsa:

(a) il-kumpannija li topera s-servizzi bi skeda kif imsemmi hawn fuq iżżomm u taġġorna lista tal-bastimenti kkonċernati u tibgħatha lill-awtorità kompetenti kkonċernata,

(b) għal kull vjaġġ li jkun sar, l-informazzjoni elenkat fl-Anness I(3) jinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti meta dan jintalab. Il-kumpannija għandha tistabbilixxi sistema interna biex tiżgura li, meta tintalab 24 siegħa kuljum u mingħajr dewmien, l-imsemmija informazzjoni tkun tista' tintbagħat lill-awtorità kompetenti elettronikament, skond l-Artikolu 13(4).

2. Meta servizzi internazzjonali skedati jitħaddmu bejn żewġ Stati jew aktar, li talanqas wieħed minnhom ikun Stat Membru, kull wieħed mill-Istati Membri involuti jista' jitlob lill-Istati Membri l-oħra biex tingħata eżenzjoni għal dak is-servizz. L-Istati Membri kollha involuti, inklużi l-Istati kostali kkonċernati, għandhom jikkollaboraw fl-għoti ta' eżenzjoni lis-servizz ikkonċernat skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri għandhom kull tant żmien jivverifikaw li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jiġu mħarsa. Meta talanqas waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ma tkunx aktar imħarsa, l-Istati Membri għandhom minnufih jirtiraw il-privileġġ ta' l-eżenzjoni tal-kumpannija kkonċernata.

4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni lista tal-kumpaniji u l-bastimenti li ngħataw eżenzjoni skond dan l-Artikolu, kif ukoll kull aġġornament ta' dik il-lista.

TITOLU III

IL-MONITORAĠĠ TA' BASTIMENTI PERIKOLUŻI U L-INTERVENT FIL-KAŻ TA' INĊIDENTI U AĊĊIDENTI FUQ IL-BAĦAR

Artikolu 16

It-trasmissjoni ta' l-informazzjoni dwar ċerti bastimenti

1. Il-bastimenti li jikkonformaw mal-kriterji mniżżla hawn taħt għandhom jitqiesu li jkunu bastimenti li jistgħu jkunu ta' perikolu potenzjali għat-tbaħħir jew ta' theddida għas-sigurtà marittima, għas-sigurtà ta' l-individwi jew ta' l-ambjent:

(a) bastimenti li, fil-kors tal-vjaġġ tagħhom:

- ikunu ġew involuti f'inċidenti jew aċċidenti fuq il-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 17; jew

- ikunu naqsu li jikkonformaw mal-ħtiġiet tan-notifika u r-rapportaġġ imposti b'din id-Direttiva; jew

- ikunu naqsu milli jikkonformaw mar-regoli applikabbli għas-sistemi ta' rotot tal-bastimenti u VTS imqiegħda taħt ir-responsabbiltà ta' Stat Membru;

(b) bastimenti li dwarhom ikun hemm prova jew evidenza preżuntiva ta' rimi intenzjonat ta' żjut jew ta' xi ksur ieħor tal-Konvenzjoni MARPOL f'ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(ċ) bastimenti li l-aċċess għalihom ikun ġie rrifjutat għall-portijiet ta' l-Istati Membri jew li kienu s-suġġett ta' rapport jew ta' notifika minn Stat Membru skond l-Anness I-1 li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-kontroll portwali ta' l-Istat dwar it-tbaħħir [9].

2. L-istazzjonijiet kostali li jkollhom l-informazzjoni rilevanti dwar il-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkomunikawh lill-istazzjonijiet kostali kkonċernati fl-Istati Membri l-oħra li jkunu qegħdin matul ir-rotta ppjanata tal-bastiment.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ikkomunikata lilhom skond il-paragrafu 2 tintbagħat lill-awtoritajiet tal-port rilevanti u/jew lil kull awtorità oħra nnominata mill-Istat Membru. Fil-limiti tal-kapaċità disponibbli ta' l-impjegati tagħhom, l-Istati Membri għandhom iwettqu kull spezzjoni jew verifika addattata fil-portijiet tagħhom jew fuq l-inizjattiva tagħhom jew fuq it-talba ta' Stat Membru ieħor, mingħajr preġudizzju għal kull obbligazzjoni tal-kontroll portwali ta' l-Istat. Huma għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri kkonċernati kollha dwar ir-riżultati ta' l-azzjoni meħuda.

Artikolu 17

Ir-rapportaġġ ta' inċidenti u aċċidenti fuq il-baħar

1. Mingħajr preġudizzju għal-liġi internazzjonali u bil-għan ta' prevenzjoni jew mitigazzjoni ta' kull theddida sinifikanti għas-sigurtà marittima, is-sigurtà ta' l-individwi jew ta' l-ambjent, l-Istati Membri għandhom jimmonitoraw u jieħdu l-miżuri kollha addattati biex jiżguraw li l-kaptan ta' bastiment li jkun ibaħħar fir-reġjun tagħhom ta' tfittxija u salvataġġ/żona ekonomika esklussiva jew l-ekwivalenti, jirrapporta minnufih lill-istazzjoni kostali responsabbli għal dik iż-żona ġeografika:

(a) kull inċident jew aċċident li jeffettwa s-sigurtà tal-bastiment, bħal kolliżjoni, inkaljar, ħsara, iffunzjonar ħażin jew waqfien, għarqa jew ċaqliq tal-merkanzija, kwalunkwe difett fil-buk jew ħsara strutturali;

(b) kull inċident jew aċċident li jista' jikkomprometti s-sigurtà fit-tbaħħir, bħal ħsarat li jistgħu jeffettwaw il-manuvrabilità jew il-kapaċità tal-bastiment għall-baħar, jew xi difetti li jeffettwaw il-propulsjoni jew l-apparat tat-tmun, is-sistema li tiġġenera l-elettriku, l-apparat tan-navigazzjoni u l-apparat tal-komunikazzjoni;

(ċ) kull sitwazzjoni li x'aktarx tista' twassal għat-tniġġis tal-baħar jew tal-kosta ta' Stat Membru, bħal ħruġ jew theddida ta' ħruġ ta' prodotti tat-tniġġis fil-baħar;

(d) kull roqgħa ta' materjal ta' tniġġis u kontenituri jew pakketti li jintlemħu jimxu mal-kurrent fil-baħar.

2. Ir-rapport messaġġ mibgħut bl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandu talanqas jinkludi l-identità tal-bastiment, il-pożizzjoni tiegħu, il-port ta' tluq, il-port tad-destinazzjoni, l-indirizz li minnu tista' tinkiseb l-informazzjoni dwar il-merkanzija perikoluża u ta' tniġġis li tkun qed tinġarr abbord, l-għadd tal-persuni abbord, id-dettalji ta' l-inċident u kull l-informazzjoni oħra rilevanti msemmija fir-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.851(20).

Artikolu 18

Il-miżuri fil-każ ta' temp eċċezzjonalment ħażin

1. Fejn l-awtoritajiet kompetenti nnominati minn Stat Membru jqisu fil-każ ta' temp jew kondizzjonijiet tal-baħar eċċezzjonalment ħżiena, li jkun hemm theddida serja ta' tniġġis taż-żoni tagħhom ta' tbaħħir jew taż-żoni kostali, jew taż-żoni ta' tbaħħir jew taż-żoni kostali ta' Stati oħra, jew li s-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem tkun fil-perikolu:

(a) dawn għandhom, fejn ikun possibbli, javżaw b'kollox lill-kaptan tal-bastiment li jkun fiż-żona tal-port ikkonċernata, u li jkollu l-ħsieb li jidħol jew joħroġ mill-port, dwar l-istat tal-baħar u l-kondizzjonijiet tat-temp u, fejn ikun rilevanti u possibbli, dwar il-perikolu li dawn jistgħu jkunu għall-bastiment, għall-merkanzija, għall-ekwipaġġ u għall-passiġġieri tiegħu/tagħha;

(b) dawn jistgħu jieħdu, mingħajr preġudizzju għad-dmirijiet ta' l-għajnuna lill-bastimenti pperikolati u skond l-Artikolu 20, kull miżura oħra addattata, li tista' tinkludi r-rakkomandazzjoni jew il-projbizzjoni jew fil-każ ta' bastiment partikolari jew fil-każ tal-bastimenti kollha in ġenerali li jidħlu jew joħorġu mill-port fiż-żoni effettwati, sakemm jiġi stabbilit li ma jkunx hemm aktar perikolu għall-ħajja umana u/jew għall-ambjent;

(ċ) huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha addattati biex jillimitaw kemm jista' jkun jew, jekk ikun meħtieġ, jipprojbixxu l-bunkering ta' bastimenti fl-ibħra territorjali tagħhom.

2. Il-kaptan għandu javża lill-kumpannija dwar il-miżuri jew ir-rakkomandazzjonijiet addattati imsemmija taħt il-paragrafu 1. Iżda dawn ma jippreġudikawx id-deċiżjoni tal-kaptan fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali tiegħu/tagħha b'mod korrispondenti mal-Konvenzjoni SOLAS. Fejn id-deċiżjoni meħuda mill-kaptan tal-bastiment ma' tkunx skond il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, hu/hi għandu/ha javża/tavża lill-awtoritajiet kompetenti dwar ir-raġunjiet għad-deċiżjoni tiegħu/ha.

3. Il-miżuri jew ir-rakkomandazzjonijiet addattati, imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu bbażati fuq l-istat tal-baħar u t-tbassir tat-temp ipprovdut minn servizz ta' l-informazzjoni meteoroloġiku kkwalifikat li jkollu l-għarfien mill-Istat Membru.

Artikolu 19

Il-miżuri rrelatati ma' inċidenti jew aċċidenti fuq il-baħar

1. Fil-każ ta' inċidenti jew aċċidenti fuq il-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 17, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha addattati b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, fejn meħtieġ biex jiżguraw is-sigurtà tal-bastimenti li jbaħħru u tal-persuni u biex jipproteġu l-ambjent tal-baħar u dak kostali.

L-Anness IV jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti tal-miżuri disponibbli għall-Istati Membri taħt dan l-Artikolu.

2. L-operatur, il-kaptan tal-bastiment u s-sid tal-merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis li tinġarr abbord għandhom, skond il-liġi nazzjonali u internazzjonali, jikkooperaw bis-sħiħ ma' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta dawn jintalbu minn ta' l-aħħar, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-konsegwenzi ta' inċident jew aċċident fuq il-baħar.

3. Il-kaptan ta' bastiment li għalih japplikaw id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ISM għandu, skond dak il-Kodiċi, jinforma lill-kumpannija b'kull inċident jew aċċident, kif imsemmi fl-Artikolu 17(1), li jseħħ fuq il-baħar. Malli tkun ġiet avżata dwar sitwazzjoni bħal dik, il-kumpannija għandha tikkomunika ma' l-istazzjoni kostali kompetenti u tqiegħed lilha nfisha għad-disposizzjoni tiegħu skond kif ikun meħtieġ.

Artikolu 20

Il-postijiet tal-kenn

L-Istati Membri, wara li jkunu kkonsultaw mal-partijiet ikkonċernati, għandhom iħejju, waqt li jitqiesu l-linji gwida rilevanti ta' l-IMO, pjanijiet biex jakkommodaw, fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, il-bastimenti pperikolati, dawk il-pjanijiet għandu jkun fihom l-arranġamenti u l-proċeduri meħtieġa waqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet operazzjonali u ambjentali, biex jiġi żgurat li bastimenti pperikolati jkunu jistgħu minnufih imorru f'post għall-kenn bla ħsara għall-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti. Fejn l-Istati Membri jqisu li jkun meħtieġ u possibbli, il-pjanijiet għandu jkun fihom arranġamenti għall-provvista ta' mezzi u faċilitajiet adegwati għall-għajnuna, is-salvataġġ u r-respons għat-tniġġis.

Il-pjanijiet biex jiġu akkommodati bastimenti ipperikolati għandhom jitqiegħdu għad-disposizzjoni malli dawn jintalbu. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-5 ta' Frar 2004 dwar il-miżuri meħuda fl-applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu.

Artikolu 21

L-informazzjoni lill-partijiet ikkonċernati

1. L-istazzjon kostali kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat għandu, fejn ikun meħtieġ, ixandar fiż-żoni rilevanti kull inċident jew aċċident innotifikat skond l-Artikolu 17(1) u l-informazzjoni fir-rigward ta' xi bastiment li jista' jkun ta' theddida għas-sigurtà marittima, għas-sigurtà ta' l-individwi jew ta' l-ambjent.

2. L-awtoritajiet kompetenti li jkollhom l-informazzjoni nnotifikata skond l-Artikoli 13 u 17 għandhom jagħmlu arranġamenti adegwati biex jipprovdu dik l-informazzjoni kull meta din tintalab għal raġunijiet ta' sigurtà mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor.

3. Kull Stat Membru li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu ġew infurmati, skond din id-Direttiva jew b'xi mod ieħor, dwar fatti li jinvolvu jew iżidu r-riskju għal Stat Membru ieħor jew dwar il-possibbiltà ta' periklu f'ċerti żoni ta' tbaħħir u żoni kostali, għandu jieħu l-miżuri kollha addattati biex javża b'dan lil kull Stat Membru ieħor interessat malajr kemm jista' jkun u jikkonsulta miegħu dwar l-azzjoni kkontemplata. Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jagħmlu flimkien l-arranġamenti għall-azzjoni konġunta.

Kull Stat Membru għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex juża kemm jista' jkun ir-rapporti li l-bastimenti huma meħtieġa li jibagħtu skond l-Artikolu 17.

TITOLU IV

IL-MIŻURI LI JMORRU MAGĦHOM

Artikolu 22

In-nomina u l-pubblikazzjoni ta' lista ta' korpi kompetenti

1. Kull Stat Membru għandu jinnomina lill-awtoritajiet kompetenti, lill-awtoritajiet tal-port u ta' l-istazzjonijiet kostali li lilhom għandhom isiru n-notifiki meħtieġa minn din id-Direttiva.

2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-industrija tat-trasport bil-baħar tkun avżata kif imiss u regolarment aġġornata, l-aktar permezz ta' pubblikazzjonijiet nawtiċi, dwar l-awtoritajiet u l-istazzjonijiet innominati skond il-paragrafu 1, inkluża fejn ikun applikabbli ż-żona ġeografika li għaliha jkunu kompetenti, u l-proċeduri mniżżla għan-notifika ta' l-informazzjoni meħtieġ minn din id-Direttiva.

3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista ta' l-awtoritajiet u l-istazzjonijiet li huma jinnominaw skond il-paragrafu 1, kif ukoll l-aġġornament tagħha.

Artikolu 23

Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jintlaħqu l-għanijiet li ġejjin:

(a) waqt li jsir l-aħjar użu mill-informazzjoni nnotifikata skond din id-Direttiva, l-aktar billi jiġu żviluppati l-komunikazzjonijiet telematiċi addattati bejn l-istazzjonijiet kostali u l-awtoritajiet tal-port bil-ħsieb ta' skambju ta' l-informazzjoni rrelatata maċ-ċaqliq ta' bastimenti, il-ħin meta huwa kkalkulat li jaslu fil-portijiet u l-merkanzija tagħhom;

(b) l-iżvilupp u t-titjib fl-effettività tal-komunikazzjonijiet telematiċi bejn l-istazzjonijiet kostali ta' l-Istati Membri bil-ħsieb tal-kisba ta'stampa aktar ċara tat-traffiku, ta' titjib fil-monitoraġġ tal-bastimenti li jkunu qed jivvjaġġaw, u ta' l-armonizzazzjoni u, sa fejn ikun possibbli, is-simplifikazzjoni tar-rapporti meħtieġa minn bastimenti li jkunu fi triqthom;

(ċ) waqt li tiġi estiża l-kopertura ta' u/jew l-aġġornament tal-monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u s-sistema ta' l-informazzjoni bil-ħsieb li jittejbu l-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bastimenti. Għal dan il-għan l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu id f'id biex iwaqqfu, fejn ikunu meħtieġa, sistemi mandatarji ta' rapportaġġ, servizzi mandatarji tat-traffiku tal-bastimenti u sistemi xierqa tar-rotot tal-bastimenti, bil-ħsieb li dawn jintbagħtu lill-IMO għall-approvazzjoni;

(d) waqt li jħejju, fejn japplika, pjanijiet komuni għall-akkommodazzjoni tal-bastimenti fil-periklu.

Artikolu 24

Il-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni

L-Istati Membri għandhom, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni mibgħut lilhom bis-saħħa ta' din id-Direttiva.

Artikolu 25

Il-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u s-sanzjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu spezzjonijiet regolari u kull azzjoni oħra meħtieġa biex jiġi vverifikat il-funzjonament tas-sistemi telematiċi bbażati fuq l-art li jkunu imwaqqfa biex jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari l-kapaċità tagħhom biex jikkonformaw mal-bżonnijiet li jirċievu jew jibagħtu mingħajr dewmien, 24 siegħa kuljum, l-informazzjoni nnotifikata skond l-Artikoli 13 u 15.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' sanzjonijiet għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet jiġu applikati. Is-sanzjonijiet hekk ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

3. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, javżaw lill-Istat tal-bandiera u lil kull Stat ieħor ikkonċernat dwar il-miżuri meħuda fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom skond l-Artikoli 16 u 19 u l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4. Fejn Stat Membru jsib, meta jiġri inċident jew aċċident fuq il-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 19, li kumpannija ma kinitx kapaċi tistabbilixxi u żżomm komunikazzjoni mal-bastiment jew ma' l-istazzjonijiet kostali kkonċernati, din għandha tinforma b'dan lill-Istat li jkun ħareġ id-dokument ISM dwar il-konformità u ċ-ċertifikat assoċjat dwar l-immaniġġar tas-sigurtà, jew li għan-nom tiegħu jkun inħareġ.

Fejn is-serjetà tan-nuqqas turi l-eżistenza ta' inċidenza kbira ta' nuqqas ta' konformità fl-iffunzjonar tas-sistema ta' l-immaniġġar tas-sigurtà ta' kumpannija stabbilita fi Stat Membru, l-Istat Membru li jkun ħareġ id-dokument tal-konformità jew iċ-ċertifikat ta' l-immaniġġar tas-sigurtà lill-bastiment għandu minnufih jieħu l-miżuri meħtieġa kontra l-kumpannija kkonċernata bil-ħsieb li jiġi rtirat id-dokument tal-konformità u ċ-ċertifikat assoċjat ta' l-immnaiġġar tas-sigurtà.

Artikolu 26

Il-valutazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni sal-5 ta' Frar 2007 dwar il-progress fl-implimentazzjoni 7 ta' din id-Direttiva u, b'mod partikolari d-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 9, 10, 18, 20, 22, 23 u 25. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2009 dwar l-implimentazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva.

2. Fuq il-bażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sitt xhur wara dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura jekk u sa liema limitu d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva kif implimentati mill-Istati Membri qed jgħinu biex tiżdied is-sigurtà u l-effiċjenza tat-trasport marittimu u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-bastimenti.

3. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa u l-possibbiltà għal miżuri f'livell Komunitrju mmirati biex jiffaċilitaw l-irkupru jew il-kumpens ta' l-ispejjeż u d-dannu mġarrab minħabba l-akkommodazzjoni ta' bastimenti pperikolati, inklużi l-bżonnijiet xierqa rigward l-assigurazzjoni jew xi sigurtà finanzjarja oħra

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-5 ta' Frar 2007 dwar ir-riżultati ta' dak l-eżami.

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 27

Il-proċedura ta' l-emendi

1. Id-definizzjonijiet ta' l-Artikolu 3, ir-referenzi għall-istrumenti tal-Komunità u ta' l-IMO u l-Annessi jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28(2) biex jinġiebu konformi mal-liġi tal-Komunità u dik internazzjonali li ġiet adottata safejn dawk l-emendi ma jwessgħux l-ambitu ta' din id-Direttiva.

2. B'żieda ma' dan, l-Annessi I, III u IV jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28(2), fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba minn din id-Direttiva, safejn dawk l-emendi ma jwessgħux l-ambitu ta' din id-Direttiva.

Artikolu 28

Il-proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat bħala ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 29

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, mhux aktar tard mill-5 ta' Frar 2004. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir referenza bħal dik għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni d-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 30

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE qiegħda b'dan tiġi mħassra b'effett mill-5 ta' Frar 2004.

Artikolu 31

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 32

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula l-Lussemburgu, fis-27 ta' Ġunju 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. Arias Cañete

[1] ĠU Ċ 120 E, ta' l- 24.4.2001, p. 67 uĠU Ċ 362 E, tat- 18.12.2001, p. 255.

[2] ĠU Ċ 221, tas- 7.8.2001, p. 54.

[3] ĠU Ċ 357, ta' l- 14.12.2001, p. 1.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Lulju 2001. (ĠU Ċ 53, 28.2.2002, p. 304), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 (ĠU Ċ 58, 05.3.2002, p. 14), u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta'l-10 ta' April 2002 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002.

[5] ĠU L 247, 5.10.1993, p. 19. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/74/KE (ĠU L 276, 13.10.1998, p. 7).

[6] ĠU Ċ 271, 7.10.1993, p. 1.

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[8] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 1.

[9] ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 19, tat-22.1.2002, p. 17).

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-LISTA TA' L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI NNOTIFIKATA

1. L-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skond l-Artikolu 4 - L-informazzjoni Ġenerali

(a) l-identifikazzjoni tal-bastiment (l-isem, is-sinjal tas-sejħa, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-IMO u numru ta' l-MMSI),

(b) il-port tad-destinazzjoni:

(ċ) il-ħin ikklakulat għall-wasla fil-port tad-destinazzjoni jew fi stazzjoni tal-pilota, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti, u l-ħin ikkalkulat għat-tluq minn dak il-port

(d) l-għadd totali ta' persuni abbord.

2. L-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skond l-Artikolu 12 - L-informazzjoni dwar merkanzija:

(a) l-ismijiet tekniċi korretti tal-merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis, in-numri tal-Ġnus Maqgħuda (UN), fejn jeżistu, il-klassijiet ta' perikolu ta' l-IMO skond il-Kodiċi IMDG, IBC u IGC u, fejn jgħodd, il-klassi tal-bastiment meħtieġa għall-merkanziji INF kif definiti fir-Regolament VII/14.2, il-kwantitajiet ta' dik il-merkanzija u, jekk ikunu qed jinġarru f'unitajiet merkantili ta' trasport minbarra f'tankijiet, in-numru ta' l-identifikazzjoni tagħhom;

(b) l-indirizz li minnu jista' jinkiseb l-informazzjoni dettaljat dwar il-merkanzija.

3. L-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata skond l-Artikolu 13:

A. L-informazzjoni ġenerali:

(a) l-identifikazzjoni tal-bastiment (l-isem, is-sinjal tas-sejħa, in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-IMO u numru tal-MMSI),

(b) il-port tad-destinazzjoni:

(ċ) fil-każ ta'bastiment ħiereġ minn port ta' Stat Membru: il-ħin ikkalkulat għall-ħruġ mill-port tat-tluq jew mill-istazzjoni tal-pilota, kif ikun meħtieġ mill-awtorità kompetenti, u l-ħin ikkalkulat għall-wasla fil-port tad-destinazzjoni;

(d) fil-każ ta' bastiment li jkun ġej minn port li jkun qiegħed barra l-Komunità u jkun sejjer lejn port fi Stat Membru: il-ħin ikkalkulat għall-wasla fil-port tad-destinazzjoni jew ta' stazzjoni tal-pilota, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti,

(e) l-għadd totali ta' persuni abbord.

B. L-informazzjoni dwar il-merkanzija:

(a) l-ismijiet tekniċi korretti tal-merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis, in-numri tal-Ġnus Maqgħuda (UN), fejn ikunu jeżistu, il-klassijiet ta' perikolu ta' l-IMO skond il-Kodiċi IMDG, IBC u IGC u, fejn ikun jgħodd, il-klassi tal-bastiment meħtieġa għall-merkanziji INF kif iddefiniti fir-Regolament VII/14.2, il-kwantitajiet ta' dik il-merkanzija u, jekk tkun qed tinġarr f'unitajiet merkantili ta' trasport minbarra f'tankijiet, in-numru ta' l-identifikazzjoni tagħhom;

(b) konferma li l-lista jew il-manifest jew il-pjan xieraq tat-tagħbija jkun jagħti dettalji tal-merkanzija perikoluża jew ta' tniġġis li tkun qed tinġarr u fejn tkun qiegħda fuq il-bastiment;

(ċ) l-indirizz li minnu jista' jinkiseb tagħif dettaljat dwar il-merkanzija.

4. L-informazzjoni imsemmi fl-Artikolu 5:

A. l-identifikazzjoni tal-bastiment (l-isem, is-sinjal tas-sejħa, in-numru ta' identifikazzjoni ta' l-IMO u numru tal-MMSI),

B. Id-data u l-ħin,

C jew D. il-pożizzjoni fil-latitudni u l-lonġitudni u l-pożizzjoni eżatta u d-distanza f'mili nawtiċi minn marka fuq l-art identifikata b'mod ċar,

E. ir-rotta,

F. il-velocità,

I. Il-port tad-destinazzjoni u l-ħin ikkalkulat għall-wasla,

P. Il-merkanzija u, jekk ikun hemm merkanzija perikoluża abbord, il-kwantità u l-klassi ta' l-IMO,

T. L-indirizz għal-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-merkanzija,

W. l-għadd totali ta' persuni abbord.

X. - il-karatteristiċi u l-kwantità stmata ta' karburant għall-bunker, fil-każ tal-bastimenti li jġorru aktar minn 5000 tunellata ta' karburant għall-bunker,

- l-istatus tan-navigazzjoni.

5. il-kaptan tal-bastiment għandu minnufih javża lill-awtorità kompetenti jew lill-awtorità tal-port ikkonċernat b'kull skambju fl-informazzjoni nnotifikata skond dan l-Anness.

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-PRESKRIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-APPARAT ABBORD

I. Is-sistemi awtomatiċi ta' l-identifikazzjoni (AIS)

1. Il-bastimenti tal-passiġġieri mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara din id-data,

Il-bastimenti tal-passiġġieri, irrispettivament mid-daqs, u l-bastimenti kollha ta' tunellaġġ gross ta' 300 jew aktar mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara din id-data li jidħlu f'port ta' Stat Membru tal-Komunità jkunu suġġetti għall-ħtieġa dwar il-ġarr kif stabbilit fl-Artikolu 6.

2. Il-bastimenti mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002

Il-bastimenti tal-passiġġieri, irrispettivament mid-daqs, u l-bastimenti kollha ta' tunellaġġ gross ta' 300 jew aktar mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002 li jidħlu f'port ta' Stat Membru tal-Komunità jkunu suġġetti għall-ħtieġa dwar il-ġarr kif stabbilit fl-Artikolu 6 skond il-programm li ġej:

(a) il-bastimenti tal-passiġġieri: mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2003

(b) bastimenti li jġorru ż-żejt: mhux aktar tard mill-ewwel stħarriġ dwar is-sigurtà ta' l-apparat wara l-1 ta' Lulju 2003;

(ċ) il-bastimenti, minbarra l-bastimenti tal-passiġġieri u l-bastimenti li jġorru ż-żejt, ta' tunellaġġ gross ta' 50000 jew aktar: mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2004

(d) il-bastimenti, minbarra l-bastimenti tal-passiġġieri u l-bastimenti li jġorru ż-żejt, ta' tunellaġġ gross ta' 10000 jew aktar iżda anqas minn tunellaġġ gross ta' 50000: mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2005 jew, fil-każ ta' bastimenti li jaħdmu fuq vjaġġi internazzjonali, kull data aktar kmieni deċiża fil-qafas ta' l-IMO;

(e) il-bastimenti, minbarra l-bastimenti tal-passiġġieri u bastimenti li jġorru ż-żejt, ta' tunellaġġ gross ta' 3000 jew aktar iżda anqas minn tunellaġġ gross ta' 10000: mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2006 jew, fir-rigward ta' bastimenti li jaħdmu fuq vjaġġi internazzjonali, kull data aktar kmieni deċiża fil-qafas ta' l-IMO;

(f) bastimenti, minbarra l-bastimenti tal-passiġġieri u l-bastimenti li jġorru ż-żejt, ta' tunellaġġ gross ta' 300 jew aktar iżda anqas minn tunellaġġ gross ta' 3000: mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2007 jew, fir-rigward ta bastimenti li jaħdmu fuq vjaġġi internazzjonali, kull data aktar kmieni deċiża fil-qafas ta' l-IMO;

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw bastimenti tal-passiġġieri ta' tunellaġġ gross taħt it-300 li jaħdmu fil-kummerċ domestiku mill-applikazzjoni tal-ħtiġiet dwar l-AIS kif stabbilit f'dan l-Anness.

II. Is-sistemi ta' l-irrekordjar tad-data dwar il-vjaġġ (VDR)

1. Il-bastimenti fil-klassijiet li ġejjin għandhom, peress li jżuru port ta' Stat Membru tal-Komunità, jiġu mgħammra b'sistema ta' rrekordjar tad-data dwar il-vjaġġ li tlaħħaq man-normi dwar il-funzjonament tar-Riżoluzzjoni IMO A.861(20) u n-normi dwar l-ittestjar stabbiliti bin-Norma Nru 61996 tal-Kummissjoni Elettronika Internazzjonali (IEC):

(a) il-bastimenti tal-passiġġieri mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara din id-data, iżda mhux wara l-1 ta' Lulju 2002;

(b) il-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002, mhux aktar tard mill-ewwel stħarriġ fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara din id-data,

(ċ) il-bastimenti tal-passiġġieri minbarra l-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro, mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002, iżda mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2004,

(d) il-bastimenti minbarra bastimenti tal-passiġġieri, ta' tunellaġġ gross ta' 3000 jew aktar mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara din id-data mhux aktar tard mill-5 ta' Awissu 2002.

2. Il-bastimenti fil-klassijiet li ġejjin, mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002 għandhom, peress li jżuru port ta' Stat Membru fil-Komunità, jkunu mgħammra b'sistema ta'rrekordjar tad-data tal-vjaġġ li tkun tikkonforma man-normi rilevanti ta' l-IMO:

(a) il-bastimenti tal-merkanzija ta' tunellaġġ gross ta' 20000 u aktar, mhux aktar tard mid-data ffissata mill-IMO jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-IMO, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007,

(b) il-bastimenti tal-merkanzija ta' tunellaġġ gross ta' 3000 u aktar iżda ta' anqas minn tunellaġġ gross ta' 20000, mhux aktar tard mid-data ffissata mill-IMO jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-IMO, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008,

3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-bastimenti tal-passiġġieri li jaħdmu biss fuq vjaġġi domestiċi f'żoni tal-baħar minbarra dawk koperti bil-klassi A, kif imsemmii fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta' Marzu 1998 dwar ir-regoli u n-normi tas-sigurtà għall-bastimenti tal-passiġġieri [1] mill-ħtiġiet tar-rekorder tad-data dwar il-vjaġġ stabiliti f'din id-Direttiva.

[1] ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS III

IL-MESSAĠĠI ELETTRONIĊI

1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jżommu l-infrastruttura meħtieġa biex jippermettu t-trasmissjoni, jirċievu u jikkonvertu d-data bejn sistemi li jużaw is-sintassi XML jew EDIFACT, ibbażati fuq l-Internet jew il-faċilitajiet tal-komunikazzjoni X.400.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u żżomm, b'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri, "Interface Control Document" li jfisser il-faċilitajiet tas-sistemi f'termini ta' l-aspett tal-messaġġ, il-funzjonijiet tal-messaġġ u r-relazzjoni bejn il-messaġġi. It-teħid tal-ħin u l-funzjonalità tal-messaġġi għandhom ikunu dettaljati, kif ukoll bħala protokolli u parametri għal skambji ta' l-informazzjoni. L-Interface Control Document għandu jispeċifika aktar fil-fond il-kontenut ta' l-funzjonijiet meħtieġa tal-messaġġ u jfisser dawk il-messaġġi.

3. Dawn il-proċeduri u din l-infrastruttura għandhom jinkorporaw, fejn ikun prattiku, l-obbligazzjonijiet tar-rapportaġġ u l-iskambju ta' l-informazzjoni li jirriżulta minn Direttvi oħra, bħad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet kif jiġi jinġabar fil-port l-iskart iġġenerat mill-bastimenti u l-fdalijiet tal-merkanzija [1].

[1] ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 81.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Il-miżuri disponbbli għall-Istati Membri fil-każ ta' theddida għas-sigurtà marittima u l-protezzjoni ta' l-ambjent

(skond l-Artikolu 19(1))

Fejn, wara inċident jew ċirkostanza tat-tip deskritta fl-Artikolu 17 li tolqot bastiment, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat tqis, fil-qafas tal-liġi internazzjonali, li jkun meħtieġ li tiġi evitata, imnaqqsa jew imneħħija theddida serja għall-kosta tiegħu u għal interessi rrelatati, is-sigurtà tal-bastimenti l-oħra u l-ekwipaġġi tagħhom u l-passiġġieri jew il-persuni fuq ix-xatt jew biex jiġi protett l-ambjent tal-baħar, dik l-awtorità tista' inter alia:

(a) tirrestrinġi ċ-ċaqliq ta' bastiment jew tidderiġih biex isegwi rotta speċjali. Din il-ħtieġa ma tolqotx ir-responsabbiltà tal-kaptan rigward is-sigurtà fl-immaniġġar tal-bastiment tiegħu;

(b) tagħti avviż uffiċjali lill-kaptan tal-bastiment biex itemm dik it-theddida għall-ambjent u għas-sigurtà marittima;

(ċ) tibgħat tim ta' valutazzjoni abbord il-bastiment biex jistma l-grad tar-riskju, jgħin lill-kaptan biex jirmedja s-sitwazzjoni u żżomm l-istazzjoni kostali kompetenti infurmat b'dan;

(d) tordna lill-kaptan biex jidħol f'post ta' kenn fil-każ ta' perikolu imminenti, jew iġġiegħel li l-bastiment jiġi ppilotat jew irmunkat.

--------------------------------------------------

Top