EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0676

Id-Deċiżjoni u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tal-parlament ewropew tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju)

OJ L 108, 24.4.2002, p. 1–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 029 P. 317 - 322
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 029 P. 317 - 322
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 029 P. 317 - 322
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 029 P. 317 - 322
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 029 P. 317 - 322
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 029 P. 317 - 322
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 029 P. 317 - 322
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 029 P. 317 - 322
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 029 P. 317 - 322
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 035 P. 163 - 168
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 035 P. 163 - 168
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 038 P. 63 - 68

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/04/2002

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/676(1)/oj

32002D0676



Official Journal L 108 , 24/04/2002 P. 0001 - 0006


Id-Deċiżjoni u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tal-parlament ewropew

tas-7 ta' Marzu 2002

dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara l-kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata f'Arikolu 251 tat-Trattat [3].

Billi:

(1) Fl-10 ta' Novembru 1999 il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni li tipproponi l-passi li jmiss fil-politika dwar l-ispettru tar-radju fuq il-bażi tar-riżultati tal-konsultazzjoni tal-Karta l-Ħadra dwar il-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-kuntest tal-politika tal-Komunità Ewropea bħal telekomunikazzjonijiet, xandir, trasport u riċerka u żvilupp (R & D). Din il-Komunikazzjoni kienet milqugħa mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tat-18 ta' Mejju 2000 [4]. Għandu jiġi emfasizzat li ċertu grad ta' aktar armonizzazzjoni fil-politika tal-Komunità dwar l-ispettri tar-radju huwa mixtieq għas-servizzi u l-applikazzjonijiet, b'mod partikolari għas-servizzi u l-applikazzjonijiet fil-Komunità dwar il-kopertura Ewropea, u li huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri għamlu applikabbli bil-mod meħtieġ ċerti deċiżjonijiet tal-Konferenza Ewropea dwar l-Amministrazzjonijiet Postali u t-Telekomunikazzjonijiet (CEPT).

(2) Politika u qafas legali huma għalhekk meħtieġa li jinħolqu fil-Komunità sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni ta' l-approċċi fil-politiki u, fejn xieraq, kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' l-ispettru tar-radju meħtieġ għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern f'żoni ta' politika tal-Komunità, bħal komunikazzjonijiet elettroniċi, it-trasport u l-R & D. L-approċċ tal-politika fir-rigward ta' l-użu ta' l-ispettru tar-radju għandu jiġi koordinat u, fejn japplika, armonizzat fil-livell tal-Komunità, sabiex jitwettqu l-miri tal-politika tal-Komunita b'mod effiċjenti. Il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-Komunità tista wkoll tgħin biex tinkiseb l-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni fl-użu ta' l-ispettru tar-radju f'livell globali f’ċerti każi. Fl-istess waqt, appoġġ tekniku adattat jista jiġi provdut fil-livell nazzjonali.

(3) Il-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità għandha tikkontribwixxi għal-libertà ta' l-espressjoni, inkluża l-libertà ta' l-opinjoni u l-libertà li tiġi riċevuta u mxerrda informazzjoni u ideat, irrispettivament mill-fruntieri, kif ukoll il-libertà u l-pluralità tal-media.

(4) Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq il-prinċipju li, fejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jkunu ftehmu fuq politika tal-Komunità li tiddependi fuq l-ispettru tar-radju, il-proċeduri tal-kumitat għandhom jintużaw għall-adozzjoni tal-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni li jakkumpanjaw. Il-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom speċifikament jindirizzaw l-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet fir-rigward tad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' l-ispettru tar-radju, kif ukoll id-disponibilità ta' l-informazzjoni relatata ma’ l-użu ta' l-ispettru tar-radju. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġi adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [5].

(5) Kull inizjattiva ġdida ta' politika tal-Komunità li tiddependi fuq l-ispettru tar-radju għandha tiġi miftehma bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kif xieraq, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' inizjattiva mill-Kummissjoni, din il-proposta għandha tinkludi, inter alia, informazzjoni dwar l-impatt tal-politika maħsuba għall-komunitajiet esiżtenti li jużaw l-ispettru kif ukoll bħala ndikazzjonijiet fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-frekwenza ġenerali tar-radju li din il-politika ġdida tenħtieġ.

(6) Għall-iżvilupp u l-adozzjoni tal-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni u bilħsieb ta' kontribuzzjoni lejn il-formazzjoni, tħejjija u implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità dwar l-ispettru tar-radju, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, li għandu jissejjaħ il-Kumitat dwar l-Ispettru tar-radju, magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Dan il-Kumitat għandu jikkonsidra l-proposti dwar il-miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma’ l-ispettru tar-radju. Jistgħu jiġu abbozzati fuq il-bażi ta' diskussjonijiet fil-Kumitat u jistgħu f'każi speċifiċi jeħtieġu xogħol tekniku preparatorju mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-ispettru tar-radju. Fejn il-proċeduri tal-kumitat jintużaw għall-adozzjoni tal-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni, il-Kumitat għandu wkoll jagħti kont ta' l-opinjoni ta' l-industrija u ta' l-utenti kollha nvoluti, kemm kummerċjali u mhux kummerċjali, kif ukoll tal-partijiet oħra nteressati, fl-iżviluppi teknoloġiċi, tas-suq u regolatorji li jistgħu jeffettwaw l-użu ta' l-ispettru tar-radju. L-utenti ta' l-ispettru tar-radju għandhom ikunu ġielsa li jipprovdu kull kontribuzzjoni li jaħsbu li tkun meħtieġa. Il-Kumitat jista jiddeċiedi li jisma’ r-rappreżentanti tal-komunitajiet ta' l-utenti ta' l-ispettru tar-radju fejn meħtieġ billi juru s-sitwazzjoni f'xi settur partikolari.

(7) Fejn huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri armonizzati għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità li jmorru ’l hinn mill-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni, l-Kummissjoni tista tibgħat lill-Parlament u lill-Kunsill proposta fuq il-bażi tat-Trattat.

(8) Il-politika dwar l-ispettru tar-radju ma titax tiġi bbażata biss fuq parametri tekniċi iżda wkoll teħtieġ li jingħata kont ta' konsiderazzjonijiet ekonomiċi, politiċi, kulturali, ta' saħħa u soċjali. B'żieda, t-talba dejjem tikber għall-provvista mhux infinita ta' spettru tar-radju disponibbli twassal għall-pressjonijiet konfliġġenti għall- akkommodazzjoni tal-ġruppi varji ta' utenti ta' l-ispettru tar-radju f'setturi bħal dawk ta' komunità ta' telekomunikazzjonijiet, xandir, trasport, infurzar tal-liġi, militari u xjentifiċi. Għalhekk, il-politika dwar l-ispettru tar-radju għandha tikkunsidra as-setturi kollha u tibbilanċja l-ħtiġiet rispettivi.

(9) Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-drittijiet d-drittijiet ta' l-Istati Memrbi li jimponi r-restrizzjonijiet meħtieġa għall-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika għall-għanijiet ta' difiża. Fejn mizuri teknika ta' implimentazzjoni teffettwa inter alia l-firxiet tal-frekwenza tar-radju wżati minn Stat Membru esklussivament u direttament għas-sigurtà pubblika tiegħu u għall-għanijiet ta' difiża, il-Kummissjoni tista’, jekk l-Istat Membru hekk jitlob fuq il-bażi ta' raġunijiet ġustifikati, jiftiehem għal perjodi transitorji u/jew mekkaniżmi ta' qsim, sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni sħiħa ta' dik il-miżura. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu wkoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-firxiet tal-frekwenzi nazzjonali tagħhom tar-radju wżati esklussivament u direttament biex isegwu s-sigurtà pubblika u l-għanijiet tad-difiża.

(10) Sabiex jingħata kont ta' l-opinjonijiet ta' l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Komunità, l-industrija u l-utenti kollha nvoluti, kemm kummerċjali u mhux kummerċjali, kif ukoll ta' partijiet oħra nteressati fl-iżviluppi teknoloġiċi, tas-suq u regolatorji li jistgħu jaffettwaw l-użu ta' l-ispettru tar-radju, il-Kummissjoni tista’ torganizza konsultazzjonijiet barra l-qafas ta' din id-Deċiżjoni.

(11) L-amministrazzjoni teknika ta' l-ispettru tar-radju tinkludi l-armonizzazzjoni u l-allokazzjoni ta' l-ispettru tar-radju. Dik l-armonizzazzjoni għandha tirrifletti l-ħtiġiet tal-prinċipji tal-politika ġenerali identifikati f'livell tal-Komunità. Iżda, l-amministrazzjoni teknika ta' l-ispettrutar-radju ma tkoprix l-assenjament u l-proċeduri ta' liċenzi, lanqas deċiżjoni jekk għandhom jintużaw proċeduri kompetittiva ta' għażla għall-assenjar tal-frekwenzi tar-radju.

(12) Bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni li jindirizzaw l-armonizzazzjoni ta' l-allokazzjoni tal-frekwenzi tar-radju u d-disponibilità ta' l-informazzjoni, il-Kumitat għandu jikkoopera ma’ l-esperti ta' l-ispettru tar-radju mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-amministrazzjoni ta' l-ispettru tar-radju. Waqt li jsir bini fuq l-esperjenza tal-proċeduri ta' mandati miksuba f'setturi speċifiċi, per eżempju bħala riżultat ta' l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 710/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Marzu 1997 dwar approċċ koordinat għall-awtorizzazzjoni fil-qasam tas-servizzi ta' komunikazzjoni personali bis-satellita fil-Komunità [6] u d-Deċiżjoni Nru 128/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 1998 dwar l-introduzzjoni koordinata ta' sistema mobbli u mingħajr fil ta' komunikazzjonijiet tat-tielet ġenerazzjoni (UMTS) fil-Komunità [7], miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati bħala riżultat tal-mandati tas-CEPT. Fejn huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri armonizzati għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità li ma jaqgħux fir-remissjoni tas-CEPT, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni bl-għajnuna tal-Kumitat ta' l-Ispettru tar-Radju.

(13) Is-CEPT tikkomprendi 44 pajjiż Ewropew. Tabbozza l-miżuri tekniċi ta' armonizzazzjoni bil-għan ta' l-armonizzazzjoni ta' l-użu ta' l-ispettru tar-radju ’l mill-fruntieri tal-Komunità fejn l-użu ta' l-ispettru tar-radju jista jiġi affettwat minn dak ta' non-Membri ta' l-UE tas-CEPT. Id-deċiżjoniiet u l-miżuri meħuda skond din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu kont tas-sitwazzjoni speċifika ta' l-Istati Membri bi fruntieri esterni. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tkun tista, tagħmel ir-riżultati tal-mandati maħruġa lis-CEPT obbligatorji għall-Istati Membri, u fejn ir-riżultati ta' dawk il-mandati ma jkunux disponibbli jew meqjusa mhux aċċettabbli, li tieħu azzjoni xierqaalternattiva. Dan għandu b'mod partikolari jipprovdi għall-armonizzazzjoni ta' l-użu tal-frekwenzi tar-radju matul il-Komunità, b'linja mad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas komuni regolatorji għan-networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi (Id-Direttiva Qafas) [8] u billi jingħata kont tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u servizzi (Id-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni) [9].

(14) Il-provvista koordinata u f'waqta lill-pubbliku tat-tagħrif xieraq li jikkonċerna l-allokazzjoni, d-disponibilità u l-użu ta' l-ispettru tar-radju fil-Komunità hija element essenzjali għall-investimenti u t-tagħmil tal-politika. L-istess huma l-iżviluppi teknoloġiċi li jagħti lok għall-allokazzjoni ġdida ta' spettru tar-radju u t-teknika ta' l-amministrazzjoni u l-metodi ta' assenjament tal-frekwenza tar-radju. L-iżvilupp ta' espetti strateġiċi fit-tul jeħtieġu l-ftehim xieraq ta' l-implikazzjonijiet ta' kif tevolvi t-teknoloġija. Dik l-informazzjoni għandha għalhekk tintgħamel aċċessibbli fil-Komunità, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tal-kummerċ kunfidenzjali u ta' l-informazzjoni personali taħt id-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-ipproċessar tat-tagħrif personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet [10]. L-implimentazzjoni tal-politika dwar l-ispettru tar-radju bejn is-setturi tagħmel id-disponibilità ta' l-informazzjoni dwar l-ispettru sħiħa tar-radju meħtieġa. Minħabba l-għan ġenerali ta' l-armonizzazzjoni ta' l-użu ta' l-ispettru tar-radju fil-Komunità u bnadi oħra fl-Ewropa, huwa meħtieġ li d-disponibilità ta' dik l-informazzjoni tiġi armonizzata fil-livell Ewropew b'mod aktar faċli għall-utent.

(15) Huwa għalhekk meħtieġ li l-ħtiġiet eżistenti fil-Komunità u dawk internazzjonali jiġu komplimentati għall-publikazzjoni ta' l-informazzjoni dwar l-użu ta' l-ispettru tar-radju. Fil-livell internazzjonali, d-dokument ta' referenza dwar il-prinċipji regolatorji negozjati fil-kuntest ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ mill-Grupp dwar it-Telekomunikazzjonijiet Bażiċi jeħtieġ ukoll li l-istat eżistenti ta' firxiet allokati ta' frekwenzi tar-radju jkun pubblikament disponibbli. Id-Direttiva tal-Kummisjoni 96/2/KE tas-16 ta' Jannar 1996 li temenda d-Direttiva 90/388/KEE fir-rigward tal-komunikazzjonijiet mobbli u personali [11] ħtieġet li l-Istati Mmebri jippubblikaw kull sena jew jagħmlu disponibbli fuq talba l-iskema għall-allokazzjoni ta' frekwenzi tar-radju, inklużi l-pjanijiet għall-estensjoni futura ta' dawk il-frekwenzi, iżda koperti biss b'servizzi mobbli u personali ta' komunikazzjonijiet. B'żieda, id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [12], kif ukoll id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistipula proċedura għall-provvista ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards tekniċi u regolamenti u tar-regoli dwar servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni [13], teħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni ta' l-interfaces li jkunu rregolaw sabiex jistmaw il-kompatibilità tagħhom mal-liġi tal-Komunità.

(16) Id-Direttiva 96/2/KE kienet oriġinarjament adottata bħala l-ewwel sett ta' miżuri mis-CEPT bħad-Deċiżjoni Ewropea tal-Kumitat tar-Radjukomunikazzjonijiet (ERC/DEC/(97)01) dwar il-pubblikazzjonijiet tat-tabelli nazzjonali ta' l-allokazzjonijiet ta' l-ispettru tar-radju. Huwa meħtieġ li jiġi assigurat li s-soluzzjonijiet CEPT jirriflettu l-ħtieġa tal-politika tal-Komunità u jingħataw il-bażi legali xieraq sabiex jiġu mplimentati fil-Komunita. Għal dak il-għan, miżuri speċifiċi għandhom jiġu adottati fil-Komunita kemm dwar il-proċedura u s-sustanza.

(17) L-intrapriżi tal-Komunità għandhom jiksbu trattament ġust u mhux diskriminatorju għall-aċċess ta' l-ispettru tar-radju f'pajiżi terzi. L-aċċess għall-ispettru tar-radju huwa fattur prinċipali għall-iżvilupp tal-kummerċ u attivitajiet ta' interess pubbliku, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li l-ħtiġiet tal-Komunità għall-ispettru tar-radju jiġu riflessi fl-ippjanar internazzjonali.

(18) L-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità tista’ teħtieġ koordinazzjoni fl-użu ta' l-ispettru tar-radju, b'mor partikolari fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet inklużi l-faċilitajiet tal-Komunità għal tifrix wiesgħa. B'żieda, ċerti tipi ta' użu ta' spettru tar-radju tinvolvi kopertura ġeografika li tmur l hinn mill-fruntieri ta' Stat Membru u tippermetti għal servizzi li jaqsmu l-fruntiera mingħajr il-ħtieġa tal-movement ta' persuni, bħal servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita. Il-Komunità għandha għalhekk tkun rappreżentata b'mod adegwat fl-attivitajiet relevanti kollha ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u konferenzi li jirrelataw ma’ kwistjonijiet ta' l-amministrazzjoni ta' l-ispettru tar-radju, bħal fi ħdan l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) u l-Konferenzi tagħha Dinjija tar-Radjukomunikazzjonijiet.

(19) Il-mekkaniżmi esiżtenti ta' preparazzjoni u ta' negozjati fil-Konferenzi Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni ta' l-ITU iġġeneraw riżultati eċċellenti minħabba l-kooperazzjoni volontarja fi ħdan is-CEPT, u ngħata kont ta' l-interessi tal-Komunità fil-preparazzjonijiet. Fin-negozjati internazzjonali, l-Istati Membri u l-Komunità għandhom jiżviluppaw azzjoni komuni u kooperazzjoni mill-qrib matul il-proċess kollu tan-negozjati bħala salvagward ta' l-unità tar-rappreżentazzjoni internazzjonali tal-Komunità b'linja mal-proċeduri li kien ġew miftiehma fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta' Frar 1992 għall-Konferenza Dinjija Amministrattiva tar-Radju u kif ikkonfermat mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 1997 u t-2 ta' Mejju 2000. Għal dawk in-negozjati internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk il-politika tal-Komunità hijiex affettwata, bil-ħsieb li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Kunsill dwar il-miri tal-politika tal-Komunità li għandhom jintlaħqu u l-pożizzjonijiet l-oħra li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri f'livell internazzjonali. Sabiex jiġi żgurat li dawk il-posizzjonijiet jindirizzaw ukoll b'mod adattat id-dimensjoni teknika relatata ma’ l-amministrazzjoni ta' l-ispettru tar-radju, il-Kummissjoni tista toħroġ mandati lis-CEPT għal dan il-għan. L-Istati Membri għandhom jakkumpanjaw kull att ta' aċċettazzjoni ta' kull ftehim jew regolament fi ħdan laqgħat internazzjonali inkarigati minn, jew konċernati ma’, l-amministrazzjoni ta' l-ispettru tar-radju b'dikjarazzjoni konġunta li tgħid li għandhom japplikaw dak il-ftehim jew regolament skond l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt it-Trattat.

(20) B'żieda man-negozjati nternazzjonali li speċifikament jindirizzaw l-ispettru tar-radju, hemm patti ta' ftehim oħra nternazzjonali li jinvolvu l-Komunità pajjiżi terzi li jistgħu jaffettwaw l-użu tal-firxa tal-frekwenzi tar-radju u l-qsim ta' pjanijiet li jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet bħal kummerċ u l-aċċess għas-suq, inkluż fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, iċ-ċirkolazzjoni libera u l-użu ta' tagħmir, is-sistemi ta' komunikazzjonijiet ta' kopertura reġjonali jew globali bħal satelliti, l-operazzjonijiet ta' siġurtà u ta' perikolu, is-sistemi ta' trasportazzjoni, it-teknoloġiji tax-xandir, u l-applikazzjonijiet ta' riċerka bħall-astronomija bir-radju u l-osservazzjoni tad-dinja. Huwa għalhekk importanti li tiġi żgurata kompatibilità bejn l-arranġamenti tal-Komunità għan-negozjati tal-kummerċ u kwistjonijiet dwar l-aċċess għas-suq bil-miri tal-politika dwar l-ispettru tar-radju li għandhom jiġu segwiti taħt din id-Deċiżjoni.

(21) Huwa meħtieġ, minħabba s-sensitività potenzjali kummerċjali ta' l-informazzjoni li tista’ tinkiseb mill-awtoritajiet nazzjonali fil-kors ta' l-azzjoni tagħhom li tirrelata mal-politika dwar l-ispettru tar-radju u l-amministrazzjoni, li l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw prinċipji komuni fil-qasam tal-kunfidenzjalità stipulati f'din id-Deċiżjoni.

(22) Minħabba li l-mira ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġi stabbilit qafas komuni għall-politika dwar l-sikala tar-radju, ma tistgħax suffiċjentement tinkiseb mill-Istati Membri u tista’ għalhekk, minħabba r-raġuni ta' l-ispettru u l-effetti ta' l-azzjoni, tinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat f’Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx l hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex tinkiseb dik il-mira.

(23) L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan il-qafas komuni għall-politika dwar l-ispettru tar-radju b'mod partikolari permezz ta' l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom u jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni relevanti meħtieġa għall-istima ta' l-implimentazzjoni tiegħu kif imiss mal-Komunita kollha, waqt li jingħata kont ta' l-obbligi tal-kummerċ internazzjonali fil-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

(24) Id-Deċiżjonijiet Nru 710/97/KE u Nru 128/1999/KE jibqgħu fis-seħħ.

(25) Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba taħt din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar azzjonijiet ippjanati fil-futur. Dan jista’ jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jesprimu l-appoġġ politiku tagħhom, fejn xieraq,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għan u l-qasam ta' l-applikazzjoni

1. L-għan ta' din id-Deċiżjoni huwa li tiġi stabbilita politika u qafas komuni fil-Komunità sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni u l-attitudni politika u, fejn xieraq, kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' l-ispettru tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern fiż-żoni tal-politika tal-Komunità bħal komunikazzjonijiet elettroniċi, trasport u riċerka u żvilupp (R & D).

2. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi proċeduri sabiex:

(a) tiffaċilita l-għamil tal-politika fir-rigward ta' l-ippjanar ta' l-istrateġija u l-armonizzazzjoni ta' l-użu ta' l-ispettru tar-radju fil-Komunità waqt li tingħata konsiderazzjoni inter alia ta' l-aspetti ekonomiċi, sigurtà, saħħa, interess pubbliku, libertà ta' l-espressjoni, aspetti kulturali, xjentifiċi, soċjali u tekniċi tal-politika tal-Komunità kif ukoll l-interessi varji tal-komunitajiet ta' l-utenti ta' l-ispettru tar-radju bil-għan li jiġi ottimizzat l-użu ta' l-ispettru tar-radju u li tiġi evitata interferenza ta' ħsara;

(b) li jassiguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-politika dwar l-spettru tar-radju fil-Komunità, u b'mod partikolari tistabbilixxi metodoloġija ġenerali biex jiġu żgurati kondizzjonijiet armonizzati għad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' l-ispettru tar-radju;

(ċ) li jassiġuraw il-provvista koordinata u f'waqta ta' l-informazzjoni li tikkonċerna l-allokazzjoni, d-disponibilità u l-użu ta' l-ispettru tar-radju fil-Komunità;

(d) li jassiguraw il-koordinazzjoni effettiva ta' l-interessi tal-Komunità fin-negozjati internazzjonali fejn l-użu ta' l-ispettru tar-radju taffettwa l-politika tal-Komunità.

3. L-attivitajiet segwiti taħt din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu kont debitu tax-xogħol ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li jirrelata ma’ l-amministrazzjoni ta' l-ispettru tar-radju, per eżempju l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) u l-Konferenza Ewropea ta' l-Amministrazzjonijiet Postali u Telekomunikazzjonijiet (CEPT).

4. Din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għall-miżuri meħuda fil-livell tal-Komunità u dak nazzjonali, b'konformità mal-liġi tal-Komunità, biex jiġu segwiti miri ta' interess ġenerali, b'mod partikolari li jirrelataw mal-politika tal-kontenut tar-regolament u dik awdjo-viżiva, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva1999/5/KE u għad-dritt ta' l-Istati Membri li jorganizzaw u jużaw l-ispettru tar-radju tagħhom għall-ordni pubbliku u għal għanijiet ta' sigurtà pubblika u difiża.

Artikolu 2

Tifsira

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, "spettru tar-radju" tinkludi sinjali tar-radju fil-frekwenzi bejn 9 kHz u 3000 GHz; sinjali tar-radju huma sinjali elettromanjetiċi propagati fl-ispazju mingħajr gwida artifiċjali.

Artikolu 3

Proċedura ta' kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat ("il-Kumitat dwar l-Ispettru tar-radju").

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 tagħha.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu li għalih jipprovdi Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għadu jiġi ffissat għal tlett xhur.

4. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċeduri.

Artikolu 4

Il-funzjoni tal-Kumitat ta' l-Ispettru tar-Radju

1. Sabiex tintlaħaq il-mira ffissata f'Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kumitat ta' l-Ispettru tar-radju, skond il-proċeduri stipulati f'dan l-Artikolu, miżuri tekniċi xierqa ta' implimentazzjoni bil-ħsieb li jiġu żgurati kondizzjonijiet armonizzati għad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' l-ispettru tar-radju, kif ukoll għad-disponibilità ta' l-informazzjoni relatata ma’ l-użu ta' l-ispettru tar-radju, kif imsemmi fil-paragrafu 5.

2. Għall-iżvilupp tal-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1li jaqgħu fl-isfera tas-CEPT, bħall-armonizzazzjoni ta' l-allokazzjoni tal-frekwenza tar-radju u tad-disponibilità ta' l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ mandati lis-CEPT, u tindika x-xogħol li għandu jitwettaq u l-limitu ta' żmien għalih. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 3(2).

3. Fuq il-bażi tax-xogħol imlesti skond il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tideċiedi jekk ir-riżultati tax-xogħol imwettaq skond il-mandati għandhomx japplika wfil-Komunità u l-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri. Dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għall-għan ta' dan il-paragrafu l-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 3(3).

4. Minkejja l-paragrafu 3, jekk il-Kummissjoni jew xi Stat Membru jqis li x-xogħol imwettaq fuq il-bażi tal-mandat maħruġ skond il-paragrafu 2 mhux qed jipprogressa b'mod sodisfaċjenti wara li jingħata kont tal-limitu ffissat jew jekk ir-riżultati tal-mandat ma’ jkunux aċċettabbli, il-Kummissjoni tista tadotta waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 3(3), miżuri biex jinkisbu l-miri tal-mandat.

5. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 3 u 4 jistgħu, fejn xieraq, jipprovdu għall-possibbiltà ta' perjodi trasitorji u/jew arranġamenti ta' qsim ta' l-ispettru tar-radju fi Stat membru li jiġi approvat mill-Kummissjoni, fejn ġustifikat, waqt li jingħata kont tas-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru, fuq il-bażi ta' talba raġonata mill-Istat Membru konċernat u sakemm dik l-eċċezzjoni ma tiddiferixxix indebitament l-implimentazzjoni jew toħloq differenzi żejda fil-kompetittività jew sitwazzjonijiet regolatorji bejn l-Istati Membri.

6. Biex tintlaħaq il-mira stipulata f'Artikolu 1, il-Kummissjoni tista’ wkoll tadotta l-miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li m'humiex koperti bil-paragrafu 2, waqt li tagġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 3(3).

7. Bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-formulazzjoni, tħejjija u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità dwar l-ispettru tar-radju, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat ta' l-Ispettru tar-radju perjodikament dwar kwistjonijiet koperti b'Artikolu 1.

Artikolu 5

Disponibilità ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tabella ta' l-allokazzjoni nazzjonali tagħhom tal-frekwenza tar-radju u l-informazzjoni dwar id-drittijiet, kondizzjonijiet, proċeduri mposti u tariffi li jikkonċernaw l-użu ta' l-ispettru tar-radju, għandha tiġi ppublikata jekk relevanti sabiex tintlaħaq il-mira stipulata f'Artikolu 1. Għandhom iżommu din l-informazzjoni aġġornata u għandhom jieħdu miżuri biex jiżviluppaw databases sabiex dik l-informazzjoni tintgħamel disponibbli lill-pubbliku, fejn japplika skond il-miżuri relevanti ta' armonizzazjoni meħuda taħt Artikolu 4.

Artikolu 6

Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1. Il-kummissjoni għandha tissorvelja l-iżviluppi fir-rigward ta' l-ispettru tar-radju f'pajjiżi terzi f'organizzazzjonijiet internazzjonali li jista’ jkollhom implikazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull diffikultajiet li jinħolqu, de jure jew de facto, minn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment dwar ir-riżultati ta' l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tista’ tipproponi miżuri bil-ħsieb li tassigura l-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-miri ta' din id-Deċiżjoni, fejn xieraq. Fejn meħtieġ biex tintlaħaq il-mira stipulata f'Artikolu 1, il-miri komuni tal-politika għandhom jiġu miftiehma biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni tal-Komunità bejn l-Istati Membri.

4. Il-miżuri meħuda skond dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-Komunità u ta' l-Istati Membri taħt patti ta' ftehim relevanti nternazzjonali.

Artikolu 7

Notifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni t-tagħrif kollu meħtieġ bl-għan li tkun tista’ tiġi verifikata l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-mandati skond Artikolu 4(3).

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

1. L-Istati Membri m'għandhomx jikxfu t-tagħrif kopert bl-obbligazzjonijiet tal-kunfidenzjalità tal-kummerċ, b'mod partikolari informazzjoni dwar intrapriżi, ir-relazzjonijiet tagħhom tan-negozju u l-komponenti tan-nefqa.

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-awtoritajiet relavanti li jwettqu kxif meta dan ikun essenzjali għall-għanijiet tat-twettieq tad-dmirijiet tagħhom, f'liema każ dak il-kxif għandu jkun proporzjonat u għandu jagħti kont ta' l-interessi leġittimi ta' l-intrapriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

3. Il-paragrafu 1 m'għandux jipprekludi l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni fuq kondizzjonijiet marbuta ma’ l-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' l-ispettru tar-radju li ma tinkludix informazzjoni ta' natura konfidenzjali.

Artikolu 9

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta fuq bażi ta' kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet żviluppati u l-miżuri adottati skond din id-Deċiżjoni, kif ukoll dwar azzjonijiet futuri maħsuba skond din id-Deċiżjoni.

Artikolu 10

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, bil-liġijiet regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-miżuri kollha li jirriżultaw.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 12

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Marzu 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

J. C. Aparicio

[1] ĠU Ċ 365 E, tad- 19.12.2000, p. 256 u ĠU C 25 E, tad-29.1.2002, p. 468.

[2] ĠU Ċ 123, tal- 25.4.2001, p. 61.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2001 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2001 (ĠU Ċ 9, tal- 11.1.2002, p. 7) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2001 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Frar 2002.

[4] ĠU Ċ 59, tat- 23.2.2001, p. 245.

[5] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23

[6] ĠU L 105, tat-23.4.1997, p. 4. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 1215/2000/KE (ĠU L 139, ta' l-10.6.2000, p. 1).

[7] ĠU L 17, tat-22.1.1999, p. 1.

[8] Ara paġna 33 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[9] Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[10] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 1.

[11] ĠU L 20, tas-26.1.1996, p. 59.

[12] ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10.

[13] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

--------------------------------------------------

Top