EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0022

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/22/KE tat-8 ta' Marzu 2001 li tistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju u 3-MCPD fl-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 77, 16.3.2001, p. 14–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 026 P. 201 - 208
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 026 P. 201 - 208
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 026 P. 201 - 208
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 026 P. 201 - 208
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 026 P. 201 - 208
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 026 P. 201 - 208
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 026 P. 201 - 208
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 026 P. 201 - 208
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 026 P. 201 - 208
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 030 P. 222 - 229
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 030 P. 222 - 229

No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2007; Imħassar b' 32007R0333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/22/oj

32001L0022

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/22/KE tat-8 ta' Marzu 2001 li tistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju u 3-MCPD fl-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Official Journal L 077 , 16/03/2001 P. 0014 - 0021
CS.ES Chapter 13 Volume 26 P. 201 - 208
ET.ES Chapter 13 Volume 26 P. 201 - 208
HU.ES Chapter 13 Volume 26 P. 201 - 208
LT.ES Chapter 13 Volume 26 P. 201 - 208
LV.ES Chapter 13 Volume 26 P. 201 - 208
MT.ES Chapter 13 Volume 26 P. 201 - 208
PL.ES Chapter 13 Volume 26 P. 201 - 208
SK.ES Chapter 13 Volume 26 P. 201 - 208
SL.ES Chapter 13 Volume 26 P. 201 - 208


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/22/KE

tat-8 ta' Marzu 2001

li tistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju u 3-MCPD fl-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 85/591/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-introduzzjoni ta' metodi Komunitarji ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għas-sorveljanza ta' ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-kontaminanti fl-ikel [2] jipprovdi li l-livelli massimi għandhom jiġu stabbiliti għal xi kontaminanti fl-ikel sabiex tiġi mħarsa is-saħħa pubblika.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 li jistabbilixxi livelli massimi għal xi kontaminanti fl-ikel [3] jistabbilixi, inter alia, livelli massimi għaċ-ċomb, kalċju, merkurju u 3-monochloropropane-1,2-diol (3-MCPD) fl-ikel u jagħmel riferenza għall-miżuri li jistabbilixxu l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u analiżi li għandhom jintużaw.

(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/397/KEE tal-14 ta' Ġunju 1989 dwar il-kontroll uffiċjali ta' l-ikel [4] tistabbilixxi l-prinċipju ġenerali għat-twettiq ta' kontroll ta' l-ikel. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/99/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 dwar miżuri addizzjonali għall-kontroll uffiċjali ta' l-ikel [5] tintroduċi sistema ta' standards ta kwalità għal laboratorji fdati mill-Istati Membri bil-kontroll uffiċjali ta' l-ikel.

(4) It-teħid ta' kampjuni għandu sehem kruċjali fil-kisba ta' riżultati rappreżentattivi għall-kalkolu tal-livelli tal-kontaminanti li jistgħu jiġu distribwiti b'mod eteroġenju f'lott.

(5) Id-Direttiva 85/591/KEE stabbiliet kriterji ġenerali għall-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi iżda f'xi każijiet huma meħtieġa kriterji aktar speċifiċi sabiex jiġi aċċertat illi l-laboratorji, inkarigati bil-kontroll, jużaw il-metodi ta' analiżi b'livelli ta' prestazzjoni komparabbli.

(6) Id-disposizzjonijet għat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi saru fuq il-bażi ta' l-għarfien preżenti u jistgħu jiġu adattati biex jitqiesu l-avvanzi fl-għarfien xjentifiku u teknoloġiku.

(7) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jaċċertaw li t-teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċomb, kalċju, merkurju u 3-MCPD fl-ikel jitwettaq skond il-metodi deskritti fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jaċċertaw li t-tħejjija tal-kampjuni u l-metodi ta' analiżi wżati għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċomb, kalċju, merkurju u 3MCPD fl-ikel jikkonformaw mal-kriterji deskritti fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mill-5 ta' April 2003, idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Għandhom minnufih javżaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn ta' l-aħħar għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew b'din ir-referenza fl-istess ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-riferenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni taghħa fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Marzu 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 50.

[2] ĠU L 37, tat-13.2.1993, p. 1.

[3] Ara ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1.

[4] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 23.

[5] ĠU L 290, ta' l-24.11.1993, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

METODI TA' TEĦID TA' KAMPJUNI GĦAL KONTROLL UFFIĊJALI TAL-LIVELLI TA' ĊOMB, KADMJU, MERKURJU U 3-MCPD FL-IKEL

1. GĦAN U FIRXA

It-teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta' ċomb, kalċju, merkurju u 3-MCPD li jinsabu fl-ikel għandhom jittieħdu skond il-metodi deskritti hawn taħt. It-total ta' kampjuni meħuda b'dan il-mod għandhom jitqiesu rappreżentatitivi tal-lottijiet jew sublottijiet li minnhom ittieħdu. Il-konformità mal-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 466/2001 għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-livelli stabbiliti fil-kampjuni tal-laboratorju.

2. DEFINIZZJONIJIET

Lott: | kwantità identifikabbli ta' ikel ikkunsinnat f'xi ħin u stabbilit mill-uffiċjali li għandu karatteristiċi komuni, bħal oriġini, varjetà, tip ta' pakkett, min ippakkjah, kunsinnjatur jew marki. Fil-każ ta' ħut, għandu jkun komparabbli wkoll id-daqs. |

Sublott: | parti indikata minn lott kbir sabiex jiġi applikat il-metodu ta' teħid ta' kampjuni fuq dik il-parti indikata. Kull sublott għandu jiġi mifrud fiżikament u identifikat. |

Kampjun inkrementali: | kwantità ta' materjal meħud minn post wieħed fil-lott jew sublott. |

Total tal-kampjun: | it-total magħqud tal-kampjuni kollha inkrementali meħuda mil-lott jew sublott. |

Kampjun tal-laboratorju: | kampjun maħsub għal-laboratorju. |

3. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

3.1. Ħaddiema

It-teħid ta' kampjuni għandu jitwettaq minn persuna awtorizzata kkwalifikata kif speċifikat mill-Istati Membri.

3.2. Materjal li minnu għandhom jittieħdu l-kampjuni

Għandhom jittieħdu kampjuni separati minn kull lott li jrid jiġi eżaminat.

3.3. Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu

Matul it-teħid ta' kampjuni u l-preparazzjoni tal-kampjuni tal-laboratorju, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet sabiex jiġu evitati bidliet li jistgħu jaffettwaw il-kontenut ta' ċomb, kadmju, merkurju u 3-MCPD, li jaffettwaw b'mod negattiv il-kalkolu analitiku jew jagħmlu t-total tal-kampjuni mhux rappreżentattivi.

3.4. Kampjuni inkrementali

Sa fejn ikun possibbli l-kampjuni inkrimentali għandhom jittieħdu f'diversi postijiet inqassma mal-lott jew sublott kollu. Jekk ikun hemm devjazzjoni minn din il-proċedura għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru li stabbilit taħt 3.8.

3.5. Tħejjija tat-total tal-kampjun

It-total tal-kampjun jinħadem billi jingħaqqdu l-kampjuni inkrementali kollha. Għandu jkun ta' mill-inqas 1 kg sakemm dan ikun prattiku, eż, meta jittieħed kampun ta' pakkett wieħed.

3.6. Suddiviżjoni tat-totali tal-kampjuni tal-laboratorju għall-iskopijiet ta' inforzar, difiża u referenza

Il-kampjuni tal-laboratorju ghall-iskopijiet ta' inforzar, kummerċ (difiża) u riferenza għandhom jittieħdu mit-tota tal-kampjun omoġenizzat sakemm dan ma jikkonfliġġix mar-regolamenti ta' l-Istati Membri dwar it-teħid ta' kampjuni. Id-daqs ta' kampjuni tal-laboratorju għall-inforzar għandhom ikunu biżżejjed biex jippermettu ta' mill-anqas analiżi doppji.

3.7. Ippakkjar u trażmissjoni ta' totali ta' kampjuni tal-laboratorju

Kull total ta' kampjuni tal-laboratorju għandu jitqiegħed f'kontenitur nadif u inert li joffri protezzjoni adegwata mill-kontaminazzjoni, minn telf ta' analiti bl-assorbiment għall-ħajt interjuri tal-kontenitur u kontra l-ħsara fit-tranżitu. Il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għandhom jittieħdu sabiex tiġi evitata bidla fil-kompożizzjoni tal-kampjuni aggregati u tal-laboratorju li jistgħu jsiru waqt it-trasport jew il-ħażna.

3.8. Siġill u ttikkettjar tat-total ta' kampjuni tal-laboratorju

Kull kampjun meħud għall-użu uffiċjali għandu jiġi ssiġillat fil-post tat-teħid ta' kampjuni u identifikat skond ir-regolamenti ta' l-Istati Membri. Għandu jinżamm reġistru ta' kull teħid ta' kampjuni, li jippermetti l-identifikazzjoni ta' kull lott mingħajr ambigwità u li tagħti d-data u l-post tat-teħid ta' kampjuni flimkien ma' informazzjoni oħra li x'aktarx tgħin lill-analist.

4. PJANIJIET TAT-TEĦID TA' KAMPJUNI

It-teħid ta' kampjuni għandu jsir idealment fil-punt meta l-komodità tidħol fil-katina ta' l-ikel u meta lott diskret isir identifikabbli. Il-metodu tat-teħid ta' kampjuni applikat għandu jaċċerta li l-kampjun aggregat huwa rappreżentativ tal-lott li għandu jiġi kkontrollat.

4.1. Numru ta' kampjuni inkrementali

Fil-każ ta' prodotti likwidi li għalihom tqassima omoġena għall-kontaminant inkwistjoni tista' tiġi assunta f'lott, huwa biżżejjed li jittieħed kampjun wieħed inkrementali għal kull lot li jifforma total ta' kampun aggregat. Għandha tingħata referenza għan-numru tal-lott. Prodotti likwidi li fihom proteini tal-ħaxix idrolizzati (HVP) jew zalza tas-soj likwida għandhom jitħalltu sew, jew jiġu omoġenizzati b'mezzi xierqa oħrajn, qabel ma jittieħed il-kampjun inkrementali.

Għal prodotti oħrajn, il-minimu ta' kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mill-lott għandu jkun kif stabbilit fit-Tabella 1. Il-kampjuni inkrementali għandhom ikunu ta' piż simili. Tluq minn din il-proċedura għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru stabbilit taħt 3.8.

Tabella 1: Minimu ta' kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott

Piż tal-lott (kg) | Minimu ta' kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu |

< 50 | 3 |

50 sa 500 | 5 |

> 500 | 10 |

Jekk il-lott jikkonsisti f'pakketti individwali, in-numru ta' pakketti li għandhom jittieħdu biex jiffurmaw it-total ta' kampjuni huwa mogħti fit-Tabella 2.

Tabella 2: Numru ta' pakketti (kampjuni inkrementali) li għandhom jittieħdu biex jiffurmaw il-total ta' kampjuni jekk il-lott jikkonsisti f'pakketti individwali

Numbru ta' pakketti jew unitajiet fil-lott | Numru ta' pakketti jew unitajiet li għandhom jittieħdu |

1 sa 25 | Pakkett wieħed jew unità waħda |

26 sa 100 | Xi 5 %, għall-inqas 2 pakketti jew unitajiet |

> 100 | Xi 5 %, massimu ta' 10 pakketti jew unitajiet |

5. KONFORMITÀ TAL-LOTT JEW SUBLOTT MA' L-ISPEĊIFIKAZZJONI

Il-laboratorju tal-kontroll għandu janaliżża l-kampjun tal-laboratorju għall-inforzar f'mhux inqas minn żewġ analiżi indipendenti, u jikkalkula l-medja tar-riżultati. Il-lott jiġi aċċettat jekk il-medja tikkonforma mal-livell massimu rispettiv kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 466/2001. Jiġi miċħud jekk il-medja teċċedi l-livell massimu rispettiv.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUNI U KRITERJI GĦALL-METODI TA' ANALIŻI UŻATI FIL-KONTROLL UFFIĊJALI TAL-LIVELLI TA' ĊOMB, KADMJU, MERKURJU U 3-MCPD F'XI IKEL

1. INTRODUZZJONI

Ir-rekwiżit bażiku huwa li jiġi akkwistat kampjun tal-laboratorju rappreżentant u omoġenu mingħajr introduzzjoni ta' kontaminazzjoni sekondarja.

2. PROĊEDURI GĦALL-PREPARAMENT TA' KAMPJUNI SPEĊIFIĊI GĦAĊ-ĊOMB, IL-KADMJU U L-MERKURJU

Hemm ħafna proċeduri ta' tħejjija tal-kampjuni sodisfaċenti li jistgħu jintużaw għall-prodotti inkonsiderazzjoni. Dawk deskritti fl-abbozz ta' l-Istandard ta' CEN "Foodstuffs — Determination of trace elements — Performance criteria and general consideration" instabu sodisfaċenti (a) iżda oħrajn jistgħu jkunu daqshekk ieħor validi.

Wieħed għandu jikkunsidra dawn il-punti kull meta tintuża kwalunkwe proċedura:

- il-molluski bivalvi, krustaċej u ħut żgħir: meta dawn normalment jittieklu sħaħ, il-vixxri għandhom jiġu inklużi fil-materjal li għandu jiġi analizzat,

- ħaxix: il-parti li tittiekel biss għandha tiġi ttestjata, b'nota meħuda tar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 466/2001.

3. METODU TA' ANALIŻI LI GĦANDU JINTUŻA MIL-LABORATORJU U REKWIŻITI TA' KONTROLL GĦAL-LABORATORJU

3.1. Definizzjonijiet

Numru ta' definizzjonijiet mill-aktar komuni li l-laboratorju huwa meħtieġ juża huma mogħtija hawn taħt:

r = | repetibbiltà, il-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn ir-riżultati ta' żewġ testijiet separati miksuba taħt kundizzjonijiet ta' repetibbiltà (i.e., l-istess kampjun, l-istess operatur, l-istess apparat, l-istess laboratorju, u interval ta' ħin qasir) huwa mistenni li jkun f'probabbiltà speċifika (tipikament 95 %) u għalhekk r = 2,8 × Sr. |

Sr = | devjazzjoni standard ikkalkulata mir-riżultati ġġenerati taħt kundizzjonijiet ta' repetibbiltà. |

RSDr = | devjazzjoni standard relattiva, stmata mir-riżultati ġġenerati taħt kundizzjonijiet ta' repetibbiltà sr/x– × 100, fejn x–hija l-medja tar-riżultati mill-laboratorji u l-kampjuni kollha. |

R = | riproduċibbiltà, il-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn ir-riżultati separati tat-test miksuba taħt kundizzjonijiet ta' riproduċibbiltà (i.e., fuq materjal identiku akkwistat minn operaturi f'laboratorji differenti, bl-użu tal-metodu tat-test standardizzat), jista' jiġi mistenni li jkun f'ċerta probabbiltà (tipikament 95 %); R = 2,8 × SR. |

SR = | devjazzjoni standard, stmata mir-riżultati taħt kundizzjonijiet ta' riproduċibbiltà. |

RSDR = | devjazzjoni standard relattiva, stmata mir-riżultati ġġenerati taħt kundizzjonijiet ta' riproduċibbiltà sR/x– × 100 |

HORRATr = | il-valur osservat RSDr diviż bil-valur RSDr stmat permezz ta' l-ekwazzjoni Horwitz bl-użu ta' l-assunzjoni r = 0,66R. |

HORRATR = | il-valur osservat RSDr diviż bil-valur RSDr stmat permezz ta' l-ekwazzjoni Horwitz (b). |

3.2. Rekwiżiti generali

Metodi ta' analiżi użati għall-iskopijiet ta' kontroll ta' l-ikel għandhom jikkonformaw fejn possibbli mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta' l-Anness tad-Direttiva 85/591/KEE.

Għall-analiżi taċ-ċomb fl-inbid, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 [1] li jistabbilixxi l-metodi Komunitarji għall-analiżi ta' l-inbejjed tistabbilixxi l-metodu li għandu jintuża fil-Kapitolu 35 ta' l-Anness tiegħu.

3.3. Rekwiżiti speċifiċi

3.3.1. Analiżi taċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju

Metodi speċifiċi għall-kalkolu tal-kontenut ta' taċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju mhumiex stabbiliti. Il-laboratorji għandhom jużaw metodu validat li jilħaq il-kriterji tal-prestazzjoni indikati fit-Tabella 3. Fejn ikun possibbli, il-validazzjoni għandha tinkludi materjal ta' riferenza ċċertifikat fil-materjali tat-test tal-prova kollaborattiv.

Tabella 3: Kriterji tal-prestazzjoni għal metodu għall-analiżi taċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju

Parametru | Valur/Kumment |

Applikabilità | Ikel speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 466/2001 |

Limitu ta' skoperta | Mhux aktar minn wieħed fuq għaxra tal-valur ta' l-ispeċifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 466/2001, ħlief jekk il-valur ta' l-ispeċifikazzjoni għaċ-ċomb huwa inqas minn 0,1 mg/kg. Għal dan ta' l-aħħar, mhux aktar minn wieħed fuq ħamsa mill-valur ta' l-ispeċifikazzjoni |

Limitu tal-kwantifikazjzoni | Mhux aktar minn wieħed fuq ħamsa tal-valur ta' l-ispeċifikazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 466/2001, ħlief jekk il-valur ta' l-ispeċifikazzjoni għaċ-ċomb huwa inqas minn 0,1 mg/kg. Għal dan ta' l-aħħar, mhux aktar minn tnejn fuq ħamsa mill-valur ta' l-ispeċifikazzjoni |

Preċiżjoni | Valuri ta' HORRATr jew HORRATR inqas minn 1,5 fil-prova ta' validazzjoni kollaborattiva |

Rkupru | 80-120 % (kif indikat fil-prova kollaborattiva) |

Speċifiċità | Libera minn riferenzi matriċi jew spettrali |

3.3.2. Analiżi ta' 3-MCPD

Metodi speċifiċi għall-kalkolu tal-kontenut ta' 3-MCPD mhumiex stabbiliti. Il-laboratorji għandhom jużaw metodu validat li jilħaq il-kriterji tal-prestazzjoni indikati fit-Tabella 4. Fejn possibbli, il-validazzjoni għandha tinkludi materjal ta' riferenza ċċertifikat fil-materjali tat-test tal-prova kollaborattiv. Metodu speċifiku ġie validat bi prova kollaborativa u ntwera li jilħaq ir-rekwiżiti tat-Tabella 4 (ċ).

Tabella 4: Kriterji tal-prestazzjoni għal metodu għall-analiżi 3-MCPD

Kriterju | Valur rakkmandat | Konċentrament |

Vojt fil-kamp | Inqas mil-limitu ta' skoperta | – |

Rkupru | 75-110 % | Kollha |

Limitu ta' kwantifikazzjoni | 10 (jew inqas) μg/kg fuq bażi ta' materja niexfa | – |

Devjazzjoni standard fis-sinjal ta' vojt fil-kamp | Inqas minn 4 μg/kg | – |

Stimi ta' preċiżjoni in-house — devjazzjonistandard ta' kejl replikat f' konċentramenti differenti | < 4 μg/kg | 20 μg/kg |

< 6 μg/kg | 30 μg/kg |

< 7 μg/kg | 40 μg/kg |

< 8 μg/kg | 50 μg/kg |

< 15 μg/kg | 100 μg/kg |

3.4. Stima ta' verità analitika u kalkoli ta' rkupru

Meta jkun possibbli, il-verità ta' l-analiżi għandha tiġi stmata bl-inklużjoni ta' materjali ta' riferenza ċċertifikati xierqa fil-prova analitika.

Il-"Harmonised Guidelines for the Use of Recovery Information in Analytical Measurement" [2] żviluppat taħt l-awspiċju ta' IUPAC/ISO/AOAC għandhom jiġu meqjusa.

Ir-riżultat analitiku għandu jiġi rrapportat, korrett jew le. Il-mod ta' rapportar u l-livell ta' rkupru għandhom jiġu rrapportati.

3.5. Standards ta' kwalità tal-laboratorju

Il-laboratorji għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 93/99/KEE.

3.6. Espressjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fl-istess unitajiet bħall-livelli massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 466/2001.

RIFERENZI

[3] [4] [5] [6]

[1] ĠU L 272, tat-3.10.1990, p. 1.

[2] ISO/AOAC/IUPAC Harmonised Guidelines for the Use of Recovery Information in Analytical Measurement. Editur Michael Thompson, Steven L R Ellison, Ales Fajgelj, Paul Willetts and Roger Wood, Pure Appl. Chem., 1999, Nru 71, 337-348

[3] Abbozz ta' l-istandard prEN 13804, "Foodstuffs — Determination of trace elements — Performance criteria and general consideration", CEN, Rue de Stassart 36, B-1050 Brussels.

[4] W Horwitz, "Evaluation of Analytical Methods for Regulation of Foods and Drugs" Anal. Chem., 1982, No 54, 67A-76A

[5] Metodu ta' analiżi biex tiġi stabbilita l-3-Monochloropropane-1,2-Diol fl-Ikel u Ingredjenti ta' l-Ikel bl-użu ta' Skoperta Spettrometrika Massa, sottomessa għal CEN TC 275 u AOAC Internazzjonali (disponibbli wkoll bħala "Report of the Scientific Cooperation task 3.2.6: Provision of validated methods to support the Scientific Committee on Food's recommendations regarding 3-MCPD in hydrolysed protein and other foods").

[6] ISO/AOAC/IUPAC Harmonised Guidelines for the Use of Recovery Information in Analytical Measurement. Editur Michael Thompson, Steven L R Ellison, Ales Fajgelj, Paul Willetts and Roger Wood, Pure Appl. Chem., 1999, Nru 71, 337-348

--------------------------------------------------

Top