Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0008

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/8/KE tat-8 ta' Frar 2001 li tbiddel l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE dwar il-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' sustanzi użati fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotopiċi.

    ĠU L 39, 9.2.2001, p. 31–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2003; Impliċitament imħassar minn 32003L0101

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/8/oj

    32001L0008



    Official Journal L 039 , 09/02/2001 P. 0031 - 0032


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/8/KE

    tat-8 ta' Frar 2001

    li tbiddel l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE dwar il-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' sustanzi użati fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotopiċi.

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITA EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE tal-14 ta' Diċembru 1992 dwar il-manifattura u t-tpoġġija fis-suq ta' ċerti sustanzi li jintużaw fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [1], hekk kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/46/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

    Billi:

    (1) Huwa,eħtieġ li jingħata effett lid-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Drogi Narkotiċi ta' Marzu 2000 biex tkun inkluża s-sustanza norephedrine fit-Tabella I ta' l-Anness tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988.

    (2) Huwa meħtieġ li tkun emendata l-Kategorija 1 ta' l-Anness I għad-Direttiva bażika biex tkun konformi ma' dan.

    (3) L-inklużjoni bħal din tkompli l-proċess li tqarreb id-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 tat-13 ta' Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-miżuri biex tiskoraġġixxi d-devjazzjoni ta' ċerti sustanzi li jintużaw fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [3], hekk kif implimentata u l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3769/92 [4].

    (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 3677/90,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Direttiva 92/109/KEE għandu jkun mibdul bl-Anness ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom idaħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2001. Huma għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni dwar dan.

    Meta adottati mill-Istati Membri, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikollhom refernza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha tkun magħmula tali referenza.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunita Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Frar 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Erkki Liikanen

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 370, tad-19.12.1992, p. 76.

    [2] ĠU L 159, ta' l-1.7.1993, p. 134.

    [3] ĠU L 357, ta' l-20.12.1990, p. 1.

    [4] ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 17.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    "

    L-ANNESS I

    KATEGORIJA 1 [1]

    Sustanzi | Designazzjoni NM (Jekk differenti) | Kodiċi NM |

    1-Phenyl-2-propanone | Phenylacetone | 29143100 |

    Aċidu N-acetylanthranilic | Aċidu 2-Acetamidobenzoic | 29242200 |

    Isosafrol (cis + trans) | | 29329100 |

    3,4-Methylenedioxypnenylpropane-2-one | 1-(1,3-Benzodioxol-5-yl)propan-2-one | 29329200 |

    Piperonal | | 29329300 |

    Safrole | | 29329400 |

    Ephedrine | | 29394100 |

    Pseudophedrine | | 29394200 |

    Norephedrin | | ex29394900 |

    Ergometrine | | 29396100 |

    Ergotamine | | 29396200 |

    Aċisu Lysergic | | 29396300 |

    Sustanzi | Designazzjoni NM (Jekk differenti) | Kodiċi NM |

    Acetic anhydride | | 29152400 |

    Aċidu Phenylacetic | | 29153400 |

    Acidu Anthranilic | | 29224300 |

    Pipereridine | | 29333200 |

    Sustanzi | Designazzjoni NM (Jekk differenti) | Kodiċi NM |

    Aċidu idrokloriku | Klorit ta' l-idroġenu | 28061000 |

    Aċidu sulfuriku | | 28070010 |

    Permanginat tal-puntassa | | 28416100 |

    Toluene | | 29023010 (90) |

    Eteru etilku | Eteru dietiliku | 29091100 |

    Aċetone | | 29141100 |

    Methylethylketone (MEK) | Butanone | 29141200 |

    "

    --------------------------------------------------

    Top