EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1348

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

OJ L 160, 30.6.2000, p. 37–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 001 P. 227 - 242
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 001 P. 227 - 242
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 001 P. 227 - 242
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 001 P. 227 - 242
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 001 P. 227 - 242
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 001 P. 227 - 242
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 001 P. 227 - 242
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 001 P. 227 - 242
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 001 P. 227 - 242
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 001 P. 161 - 176
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 001 P. 161 - 176

No longer in force, Date of end of validity: 12/11/2008; Imħassar b' 32007R1393

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1348/oj

32000R1348



Official Journal L 160 , 30/06/2000 P. 0037 - 0052


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000

tad-29 ta' Mejju 2000

dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 61(ċ) u l-Artikolu 67(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) L-Unjoni tat lilha nnifisha l-objettiv tal-manteniment u l-iżvilupp ta' l-Unjoni bħala żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu ta' persuni huwa assigurat. Biex tkun stabbilita żona bħal dik, il-Komunità għandha tadotta, fost oħrajn, il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili meħtieġa għal funzjonament xieraq tas-suq intern.

(2) Il-funzjonament xieraq fis-suq intern jenħtieġ il-bżonn li jkunu mtejba u mħaffa t-trażmissjoni ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għal servizz bejn l-Istati Membri.

(3) Dan huwa suġġett li issa jidħol fl-ambitu ta' l-Artikolu 65 tat-Trattat.

(4) Skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif preskritti fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux ikunu milħuqa biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu ikunu milħuqa aħjar mill-Komunità. Dan ir-Regolament ma jmurx aktar lil hinn milli minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(5) Il-Kunsill, b'Att bid-data tas-26 ta' Mejju 1997 [4], ipprepara Konvenzjoni dwar is-servizzi fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali u rrakkomandha għall-adozzjoni mill-Istati Membri bi qbil mar-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom. Dik il-Konvenzjoni ma daħlitx fis-seħħ. Kontinwità fir-riżultati tan-negozjar għal konklużjoni tal-Konvenzjoni għandhom ikunu assigurati. Il-kontenut prinċipali f'dan ir-Regolament huwa sostanzjalment meħud minnha.

(6) L-effiċjenza u l-ħeffa fi proċeduri ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili tfisser li t-trażmissjoni ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji issir direttament u b'mezzi mħaffa bejn korpi lokali innominati mill-Istati Membri. Iżda, l-Istati Membri jistgħu jindikaw l-intenzjoni tagħhom li jinnominaw aġenzija waħda biss biex tittrażmetti jew tirċievi jew aġenzija waħda biss biex twettaq iż-żewġ funzjonijiet għal perijodu ta' ħames snin. Din in-nomina tista', iżda, tkun imġedda kull ħames snin.

(7) Ħeffa fit-trażmissjoni tenħtieġ l-użu tal-mezzi kollha xierqa, basta li ċerti kondizzjonijiet rigward il-leġibilità u l-kwalità tad-dokumenti li jkunu waslu tkun osservata. Sigurezza fit-trażmissjoni tenħtieġ li d-dokument li għandu jkun trażmess ikun akkumpanjat minn formola stampata minn qabel, biex tkun mimlija fil-lingwa tal-post fejn is-servizz irid ikun effetwat, jew f'xi lingwa oħra aċċettata mill-Istat Membru f'dak il-każ.

(8) Biex tkun assigurata l-effettività ta' dan ir-Regolament, il-possibbilità ta' rifjut tas-servizz ta' dokumenti huwa limitat għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali.

(9) Il-ħeffa tat-trażmissjoni tippermetti li d-dokumenti jkunu notifikati fi ftit ġranet mill-wasla tad-dokument. B'dana kollu, jekk ma ssirx in-notifika wara li jkun għadda xahar, l-aġenzija li tirċievi għandha tinforma lill-aġenzija li tittrażmetti. L-iskadenza ta' dan il-perijodu m'għandhiex timplika li t-talba tkun mibugħta lura lill-aġemzija li tittrażmetti meta jkun ċar li n-notifika hija fattibbli f'perjodu raġjonevoli.

(10) Għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' min ikun indirizzat, in-notifika għandha ssir fil-lingwa uffiċjali ta' waħda mill-lingwi uffiċjali tal-post fejn għandha ssir jew fl-lingwa oħra ta' l-Istat Membru li joriġina li min ikun indirizzat ikun jifhem.

(11) Minħabba d-differenzi bejn l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli tal-proċedura, id-data materjali għall-iskopijiet tas-servizz tvarja minn Stat Membru għall-ieħor. Ikkunsidrati s-sitwazzjonijiet bħal dawn u d-diffikultajiet possibbli li jistgħu jinqalgħu, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal sistema fejn tkun il-liġi ta' l-Istat Membru li jirċievi li tiddetermina d-data tan-notifika. Iżda, jekk id-dokumenti relevanti fil-kuntest ta' proċeduri li għandhom jinġiebu jew li jkunu pendenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini għandhom ikunu notifikati fil-perjodu speċifikat, id-data li għandha titqies f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikant għandha tkun dik iddeterminata skond il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini. Stat Membru huwa, iżda, awtorizzat li jidderoga mid-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq għal perjodu tranżitorji ta' ħames snin, għal raġunijiet xierqa. Deroga bħal din għandha tiġġedded minn Stat Membru f'intervalli ta' ħames snin skond is-sistema legali tiegħu.

(12) Dan ir-Regolament jipprevali fuq id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi ftehim bilaterali jew multi-laterali jew arranġamenti li jkollhom l-istess skop, iffinalizzati mill-Istati Membru, u partikolarment il-Protokoll anness mal-Konvenzjoni ta' Brussel tas-27 ta' Settembru 1968 [5] u l-Konvenzjoni ta' Hague tal-15 ta' Novembru 1965 fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri li huma partijiet tagħhom. Dan ir-Regolament ma jipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jiffinalizzaw ftehim jew arranġamenti biex iħaffu jew jissimplifikaw it-trażmissjoni ta' dokumenti, sakemm dawn ikunu kompatibbli mar-Regolament.

(13) L-informazzjoni trażmessa bis-saħħa ta' dan ir-Regolament għandha tgawdi protezzjoni xierqa. Din il-materja tidħol fl-iskop tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' dettalji personali u tal-moviment liberu ta' data bħal dawk [6], u tad-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-ipproċessar ta' data personali u ta' protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet [7].

(14) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jeżiġi l-proċeduri għal eżerċizju ta' poteri ta' l-implementazzjoni mgħotija lill-Kummissjoni [8].

(15) Dawn il-miżuri jinkludu wkoll it-tħejjija u l-aġġornament tal-manwali billi jintużaw mezzi xierqa u moderni.

(16) Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni tiegħu u tipproponi dawk l-emendi li jistgħu jidhru meħtieġa.

(17) Ir-Renju Unit u l-Irlanda, skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, taw notifika tax-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(18) Id-Danimarka, skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, mhix tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għalhekk mhix marbuta minnu jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali meta dokument ġudizzjarju jew extra-ġuizzjarju ikun irid jiġi trażmess minn Stat Membru wieħed lejn ieħor għal servizz hemmhekk.

2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika meta l-indirizz tal-persuna li għandha tkun notifikata bid-dokument ma jkunx magħruf.

Artikolu 2

Aġenziji ta' trażmissjoni u li jirċievu

1. Kull Stat Membru għandu jinnomina uffiċjali pubbliċi, awtoritajiet jew persuni oħra, minn hawn 'il quddiem msejħa bħala "aġenziji li jittrażmettu", kompetenti għat-trażmissjoni ta' dokumenti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji li għandhom ikunu notifikati fi Stat Membru ieħor.

2. Kull Stat Membru għandu jinnomina uffiċjali pubbliċi, awtoritajiet jew persuni oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala "aġenziji li jirċievu", kompetenti biex jirċievu id-dokumenti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji minn Stat Membru ieħor.

3. Stat Membru jista' jiddelega aġenzija li tittrażmetti waħda u aġenzija li tirċievi waħda jew aġenzija biex twettaq iż-żewġ funzjonijiet. Stat federali, Stat li fih huma applikabbli diversi sistemi legali jew Stat b'unitajiet territorjali awtonomi għandu jkun liberu li jiddelega aktar minn waħda minn dawn l-aġenziji. In-nomina għandha jkollha effett għal ħames snin u tista' terġa tkun imġedda f'intervalli ta' ħames snin.

4. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'din l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-aġenziji li jirċievu li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3;

(b) iż-żoni ġeografiċi li fihom ikollhom il-ġurisdizzjoni;

(ċ) il-mezzi disponibbli għalihom biex jirċievu d-dokumenti; u

(d) il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola normali fl-Anness.

Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Komunità b'kull bidla sussegwenti għal din l-informazzjoni.

Artikolu 3

Korp ċentrali

Kull Stat Membru għandu jinnomina korp ċentrali li jkun responsabbli għal:

(a) forniment ta' informazzjoni lill-aġenziji li jittrażmettu;

(b) tfittxija ta' soluzzjonijiet għal xi diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu matul it-trażmissjoni ta' dokumenti għan-notifika;

(ċ) twassil, f'każi eċċezzjonali, fuq it-talba ta' l-aġenzija li tittrażmetti, tat-talba għan-notifika lill-aġenzija kompetenti li tirċievi.

Stat federali, Stat li fih diversi sistemi legali huma applikabbli, jew Stat b'unitajiet territorjali awtonomi għandu jkun liberu li jinnomina aktar minn korp ċentrali wieħed.

KAPITOLU II

DOKUMENTI ĠUDIZZJARJI

Sezzjoni 1

Trażmissjoni u notifika ta' dokumenti ġudizzjarji

Artikolu 4

Trażmissjoni ta' dokumenti

1. Dokumenti ġudizzjarji għandhom ikunu trażmessi direttament u malajr kemm jista' jkun possibbli bejn l-aġenziji innominati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 2.

2. It-trażmissjoni tad-dokumenti, it-talbiet, il-konfermi, l-irċevuti, iċ-ċertifikati u xi karti oħra bejn l-aġenziji li jittrażmettu u l-aġenziji li jirċievu tista' tittwettaq b'kull mezz xieraq, basta li l-kontenut tad-dokument imwassal ikun veru u ġenwin għal dak id-dokument mgħoddi u li l-informazzjoni kollha tkun leġibbli mingħajr tbatija.

3. Id-dokument li se jkun trażmess għandu jkun akkumpanjat b'talba imħejjija bl-użu tal-formola normali fl-Anness. Il-formola għandha tkun mimlija bil-lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru indirizzat jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f'dak l-Istat Membru, il-lingwa uffiċjali jew waħda mill-lingwi uffiċjali ta' dak il-post fejn in-notifika sejra issir, jew f'xi lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun indika li jista' jaċċetta. Kull Stat Membru għandu jindika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea li ma jkunux tiegħu stess li huma aċċettabli fil-mili tal-formola.

4. Id-dokumenti u l-karti kollha li jkunu trażmessi għandhom ikun eżentati mil-leġiżlazzjoni jew xi formalità ekwivalenti.

5. Meta l-aġenzija li tittrażmetti tixtieq kopja tad-dokument li tkun mibgħuta lura flimkien maċ-ċertifikat li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 10, hi għandha tibgħat żewġ kopji tad-dokument.

Artikolu 5

Traduzzjoni tad-dokumenti

1. L-applikant għandu jkun avżat mill-aġenzija li tittrażmetti li lilha hu jew hi jgħaddu d-dokument għat-trażmissjoni li dak indirizzat jista' jiċħad li jaċċettah jekk ma jkunx b'waħda mil-lingwi li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 8.

2. L-applikant għandu jerfa' l-ispejjeż tat-traduzzjoni qabel it-trażmissjoni tad-dokument, mingħajr preġudizzju għal xi deċiżjoni sussegwenti possibbli mill-qorti jew awtorità kompetenti dwar ir-responsabbilità ta' dawk l-ispejjeż.

Artikolu 6

Wasla tad-dokumenti għand l-aġenzija li tirċievi

1. Mal-wasla ta' dokument, aġenzija li tirċievi għandha, malajr kemm jista' jkun possibbli u fi kwalunkwe każ fi żmien seba' ġranet mill-wasla, tagħti riċevuta lill-aġenzija li titrażmetti bil-mezzi l-aktar ħfief possibbli ta' trażmissjoni billi tuża l-formola normali fl-Anness.

2. Meta t-talba għan-notifika ma tkunx tista' tiġi mwettqa fuq il-bażi ta' l-informazzjoni jew dokumenti trażmessi, l-aġenzija li tirċievi għandha tikkuntattja lill-aġenzija li tittrażmetti bil-mezzi l-aktar ħfief possibbli sabiex takkwista l-informazzjoni nieqsa jew id-dokumenti.

3. Jekk it-talba għal notifika tkun manifestament 'il barra mill-iskop ta' dan ir-Regolament jew ma tkunx skond il-kondizzjonijiet formali meħtieġa biex in-notifika tkun possibbli, it-talba u d-dokumenti trażmessi għandhom jintbgħatu lura, mal-wasla, lill-aġenzija li tittrażmetti, flimkien ma avviż ta' ritorn bil-formola normali fl-Anness.

4. Aġenzija li tirċievi, li tkun irċeviet dokument għan-notifika imma li ma jkollhiex il-ġurisdizzjoni territorjali biex tinnotifikah, għandha tgħaddih, kif ukoll it-talba, lill-aġenzija li tirċievi li jkollha l-ġurisdizzjoni territorjali fl-istess Stat Membru jekk it-talba tkun konformi mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 4(3) u għandha tinforma lill-aġenzija li tistrażmetti b'dan, billi tuża il-formola normali fl-Anness. Dik l-aġenzija li tirċievi għandha tinforma lill-aġenzija li tittrażmetti meta tkun irċeviet id-dokument bil-mod provdut fil-paragrafu 1.

Artikolu 7

Notifika ta' dokumenti

1. L-aġenzija li tirċievi għandha hija stess tinnotifika d-dokument jew tara li jkun notifikat, jew bi qbil mal-liġijiet ta' l-Istat Membru indirizzat jew b'formola partikolari mitluba mill-aġenzija li titrażmetti, sakemm metodu bħal dan ma jkunx inkompatibbli mal-liġi ta' dak l-Istat Membru.

2. Il-passi kollha meħtieġa għan-notifika tad-dokument għandhom ikunu effettwati malajr kemm jista' jkun possibbli. F'kull każ, jekk ma jkunx possibbli li ssir in-notifika fi żmien xahar mill-wasla tiegħu, l-aġenzija li tirċievi għandha tinforma lill-aġenzija li tittrażmetti permezz ta' ċertifikat fil-formola normali fl-Anness, li hi għandha tħejji permezz tal-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 10(2). Il-perjodu għandu jkun ikkalkulat bi qbil mal-liġi ta' l-Istat Membru indirizzat.

Artikolu 8

Rifjut ta' aċċettazzjoni ta' dokument

1. L-aġenzija li tirċievi għandha tinforma lill-indirizzat li hu jew hi jistgħu jirrifjutaw li jaċċettaw id-dokument li għandu jkun notifikat jekk dan ikun b'xi lingwa oħra apparti minn waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin:

(a) il-lingwa uffiċjali ta' l-Istat Membru indirizzat jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f'dak l-Istat Membru, il-lingwa uffiċjali jew waħda mill-lingwi uffiċjali tal-post fejn in-notifika għandha issir; jew

(b) il-lingwa ta' l-Istat Membru tat-trażmissjoni li l-indirizzat ikun jifhem.

2. Meta l-aġenzija li tirċievi tkun infurmata li l-indirizzat jirrifjuta li jaċċetta d-dokument bi qbil mal-paragrafu 1, hi għandha immedjatament tinforma lill-aġenzija li tittrażmetti permezz taċ-ċertifikat li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 10 u tibgħat lura t-talba u d-dokumenti li tkun mitluba t-traduzjoni tagħhom.

Artikolu 9

Data tan-notifika

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, id-data tan-notifika tad-dokument permezz ta' l-Artikolu 7 għandha tkun id-data li fiha jkun nnotifikat skond il-liġi ta' l-Istat Membru indirizzat.

2. Iżda, meta dokument ikun innotifikat matul perjodu partikolari fil-kuntest tal-proċeduri li għandhom jinġiebu jew li jkunu pendenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini, id-data li għadha titqies fir-rigward ta' l-applikant għandha tkun stabbilita bil-liġi ta' dak l-Istat Membru.

3. Stat Membru għandu jkun awtorizzat li jidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għal perjodu tranżitorju ta' ħames snin, għal raġunijiet xierqa.

Dan il-perjodu tranżitorju jista' jiġġedded minn Stat Membru f'intervalli ta' ħames snin skond is-sistema legali tiegħu. Dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-kontenut ta' deroga bħal dik u għaċ-ċirkostanzi ta' dak il-każ.

Artikolu 10

Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument li jkun innotifikat

1. Meta l-formalitajiet li jikkonċernaw in-notifika tad-dokument ikunu tlestew, ċertifikat ta' tlestija ta' dawk il-formalitajiet għandu jitħejja fuq il-formola normali fl-Anness u jkun indirizzat lill-aġenzija li titrażmetti, flimkien ma', meta l-Artikolu 4(5) japplika, kopja tad-dokument innotifikat.

2. Iċ-ċertifikat għandu jimtela' fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' oriġini jew f'lingwa oħra li l-Istat Membru ta' l-oriġini jkun indika li hu jista' jaċċetta. Kull Stat Membru għandu jindika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea li ma tkunx tiegħu stess li huma aċċettabli fil-mili tal-formola.

Artikolu 11

Spejjeż tan-notifika

1. In-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji li jkunu ġejjin minn Stat Membru m'għandhomx jagħtu bidu għal xi pagament jew ħlas lura ta' taxxi jew spejjeż għas-servizz reżi mill-Istat Membru indirizzat.

2. L-applikant għandu jħallas jew jirrifondi l-ispejjeż ikkaġunati minn:

(a) l-impieg ta' uffiċjal ġudizzjarju jew ta' persuna kompetenti skond il-liġi ta' l-Istat Membru indirizzat;

(b) l-użu tal-metodu partikolari tan-notifika.

Sezzjoni 2

Mezzi oħra ta' trażmissjoni u notifika ta' dokumenti ġudizzjaji

Artikolu 12

Trażmissjoni b'mezzi konsulari jew diplomatiċi

Kull Stat Membru għandu jkun liberu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, li juża l-mezzi konsulari jew diplomatiċi biex iwassal dokumenti ġudizzjarji, għall-iskop ta' notifika, lil dawk l-aġenziji ta' Stat Membru ieħor li jkunu innominati permezz ta' l-Artikolu 2 jew 3.

Artikolu 13

Notifika b'aġenti diplomatiċi jew konsulari

1. Kull Stat Membru għandu jkun liberu li jagħmel notifika ta' dokumenti ġudizzjarji fuq persuni li jabitaw fi Stat Membru ieħor, mingħajr l-applikazzjoni ta' xi obbligazzjoni, direttament permezz ta' l-aġenti tiegħu diplomatiċi jew konsulari.

2. Xi Stat Membru jista' jgħarraf, bi qbil ma' l-Artikolu 23(1), li hu jopponi għal dik in-notifika fit-territorju tiegħu, sakemm id-dokumenti għandhom ikunu nnotifikati lil ċittadini ta' l-Istat Membru li minnu d-dokumenti joriġinaw.

Artikolu 14

Notifika bil-posta

1. Kull Stat Membru għandu jkun liberu li jagħmel notifika ta' dokumenti ġudizzjarji direttament bil-posta lill-persuni li jabitaw fi Stat Membru ieħor.

2. Xi Stat Membru jista' jispeċifika, bi qbil ma' l-Artikolu 23(1), il-kondizzjonijiet li bihom hu jaċċetta notifika ta' dokumenti uffiċjali bil-posta.

Artikolu 15

Notifika diretta

1. Dan ir-Regolament m'għandux ifixkel il-libertà ta' xi persuna interessata fi proċeduri ġudizzjarji li tagħmel notifika ta' dokumenti ġudizzjarji direttament permezz ta' uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni oħra kompetenti ta' l-Istat Membru indirizzat.

2. Kull Stat Membru jista' jgħarraf li, skond l-Artikolu 23(1), li hu jopponi n-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji fit-terittorju tiegħu bis-saħħa tal-paragrafu 1.

KAPITOLU III

DOKUMENTI EXTRA-ĠUDIZJARJI

Artikolu 16

Trażmissjoni

Dokumenti extra-ġudizzjarji jistgħu ikunu trażmessi għan-notifika fi Stat Membru ieħor bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Regoli ta' implementazzjoni

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet li hemm referenza dwarhom hawn taħt għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 18(2):

(a) it-tħejjija u l-aġġornament annwali ta' manwal li jkun fih l-informazzjoni ipprovduta minn Stat Membru bi qbil ma' l-Artikolu 2(4);

(b) it-tħejjija ta' glossarju fil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ta' dokumenti li ma jistgħux ikunu nnotifikati permezz ta' dan ir-Regolament;

(ċ) l-aġġornament jew it-tħejjija ta' emendi tekniċi għal formoli normali preskritti fl-Anness.

Artikolu 18

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 ta' Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tapplika.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Artikolu 19

Konvenut li ma jidhirx

1. Meta ċitazzjoni jew dokument ekwivalenti kellu jkun trażmess lil Stat Membru ieħor għall-iskop ta' notifika, permezz tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u l-konvenut ma jkunx deher, m'għandhiex tingħata s-sentenza sakemm ikun stabbilit li:

(a) id-dokument kien nnotifikat b'metodu preskritt bil-liġi internazzjonali ta' l-Istat Membru indirizzat għan-notifika ta' dokumenti f'azzjonijiet domestiċi fuq persuni li jkunu fit-territorju tiegħu; jew

(b) id-dokument ikun attwalment imwassal lill-konvenut jew fir-residenza tiegħu permezz ta' metodu ieħor provdut f'dan ir-Regolament;

u li f'xi wieħed minn dawn il-każi n-notifika jew il-konsenja ssir fi żmien suffiċjenti sabiex il-konvenut ikunu jista' jiddefendi lilu nnifsu.

2. Kull Stat Membru għandu jkun liberu li jgħarraf, skond l-Artikolu 23(1), li l-imħallef, independentament mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, jista' jagħti s-sentenza wkoll jekk l-ebda ċertifikat ta' notifika jew ta' konsenja ma jkun irċevut, jekk dawn il-kondizzjonijiet ikunu mwettqa:

(a) id-dokument kien trażmess b'wieħed mill-metodi li hemm dispożizzjoni dwarhom f'dan ir-Regolament;

(b) perjodu ta' żmien ta' mhux anqas minn sitt xhur, meqjus adegwat mill-imħallef fil-każ partikolari, ikun għadda mid-data tat-trażmissjoni tad-dokument;

(ċ) l-ebda ċertifkat ta' kull tip ma jkun irċevut, għalkemm kull sforz raġonevoli ikun sar biex ikun akkwistat permezz ta' l-awtoritajiet jew korpi kompetenti ta' l-Istat Membru indirizzat.

3. Indipendentament mill-paragrafi 1 u 2, l-imħallef jista' jordna, f'każ ta' urġenza, kull miżuri proviżorji jew protettivi.

4. Meta ċitazzjoni jew dokument ekwivalenti kellu jkun trażmess lill-Stat Membru ieħor għall-iskop ta' notifika, permezz tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u tkun ġiet reġistrata sentenza kontra l-konvenut li ma jkunx deher, l-imħallef għandu jkollu l-poter li jeħles lill-konvenut minn l-effetti ta' l-iskadenza tat-terminu ta' l-appell mis-sentenza jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mwettqa:

(a) il-konvenut, mingħajr ħtija minn naħa tiegħu, ma kienx jaf bid-dokument fi żmien suffiċjenti biex jiddefendi, jew ma kellux għarfien tas-sentenza fi żmien suffiċjenti biex jappella; u

(b) il-konvenut ikun skopra difiża prima facie fl-azzjoni dwar il-merti.

Talba għal ħelsien tista' tkun ippreżentata fi żmien raġonevoli wara li l-konvenut ikollu għarfien tas-sentenza.

Kull Stat Membru jista' jgħarraf, skond l-Artikolu 23(1), li talba bħal dik ma tkunx aċċettata jekk tkun ippreżentata wara li jiskadi ż-żmien li għandu jkun mistqarr minnu f'dik il-komunikazzjoni, imma li f'kull każ m'għandux ikun anqas minn sena waħda wara d-data tal-ġudizzju.

5. Il-Paragrafu 4 m'għandhux ikun applikabbli għal sentenzi li jkopru l-istat jew il-kapaċità ta' persuni.

Artikolu 20

Relazzjonijiet ma' ftehim jew arranġamenti li magħhom Stati Membri huma Partijiet

1. Dan ir-Regolament għandu, fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom huwa applikabbli, jipprevali fuq dispożizzjonijiet oħra li jkunu jinstabu fi ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi mill-Istati Membri, u partikolarment l-Artikolu IV tal-Protokoll tal-Konvenzjoni ta' Brussel ta' l-1968 u l-Konvenzjoni tal-Hague tal-15 ta' Novembru 1965.

2. Dan ir-Regolament m'għandux jipprekludi Stati Membri individwali milli jżommu jew jiffinaliżżaw ftehim jew arranġamenti biex iħaffu jew jissimplifikaw it-trażmissjoni ta' dokumenti, sakemm dawn ikunu kumpatibbli ma' dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a) kopja tal-ftehim jew arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2 konklużi bejn l-Istati Membri kif ukoll abbozzi ta' ftehim jew arranġamenti bħal dawk li huma jkollhom l-intenzjoni li jadottaw;

u

(b) xi denunzji ta', jew emendi għal, dawn il-ftehim jew arranġamenti.

Artikolu 21

Għajnuna legali

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni dwar il-Proċedura Ċivili tas-17 ta' Lulju 1905, l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni dwar il-Proċedura Ċivili ta' l-1 ta' Marzu 1954 jew l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar Aċċess Internazzjonali għal Ġustizja tal-25 t'Ottubru 1980 bejn l-Istati Membri Partijiet f'dawn il-Konvenzjonijiet.

Artikolu 22

Protezzjoni ta' informazzjoni trażmessa

1. Informazzjoni, inkluż dettalji personali partikolari, trażmessi permezz ta' dan ir-Regolament għandhom jintuzaw biss mill-aġenzija li tirċievi għall-ikop li għaliħ ikunu trażmessi.

2. Aġenziji li jirċievu għandhom jassiguraw il-kunfidenzalità ta' l-informazzjoni bħal dik, skond il-liġi nazzjonali tagħhom.

3. Il-Paragrafi 1 u 2 m'għandhom jaffettwaw il-liġijiet nazzjonali li jippermettu lis-soġġetti tad-data li jkunu informati bl-użu li sar ta' l-informazzjoni trażmessa permezz ta' dan ir-Regolament.

4. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 95/46/KE u 97/66/KE.

Artikolu 23

Komunikazzjoni u pubblikazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikoli 2, 3, 4, 9, 10, 13, 14, 15, 17 (a) u 19.

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1.

Artikolu 24

Reviżjoni

Mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2004, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, waqt li tingħata attenzjoni speċjali għall-effettività tal-korpi innominati bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 u għall-applikazzjoni prattika tal-punt (ċ) ta' l-Artikolu 3 u l-Artikolu 9. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat jekk jenħtieġ minn proposti għal adattament ta' dan ir-Regolament skond l-evoluzjoni tas-sistemi ta' notifika.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta' Mejju 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Costa

[1] ĠU C 247 E, tal-31.8.1999, p. 11.

[2] L-opinjoni tas-17 ta' Novembru 1999 (li għanha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 368, ta' l-20.12.1999, p. 47.

[4] ĠU C 261, tas-27.8.1997, p. 1. Fl-istess jum li l-Konvenzjoni tħejjiet, il-Kunsill ħa nota tar-rapport spjegattiv dwar il-Konvenzjoni li huwa provdut f'paġna 26 tal-Ġurnal Uffiċjali msemmi qabel.

[5] Il-Konvenzjoni ta' Brussel tas-27 ta' Settembru 1968 dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali (ĠU L 299, tat-13.12.1972, p. 32; verżjoni ikkonsolidatata, ĠU C 27, tas-26.1.1998, p. 1).

[6] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

[7] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 1.

[8] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS

TALBA GĦAL NOTIFIKA TA' DOKUMENTI

(Artikolu 4(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjail [1]

Numru ta' Referenza:…

1. AĠENZIJA LI TITTRAŻMETTI

1.1. Identità:

1.2. Indirizz:

1.2.1. Triq u numri/Kaxxa Postali:

1.2.2. Lokalità u kodiċi:

1.2.3. Pajjiż

1.3. Tel.

1.4. Fax [2]:

1.5. E-mail [3]:

2. AĠENZIJA LI TIRĊIEVI

2.1. Identità:

2.2. Indirizz:

2.2.1. Triq u numru/Kaxxa Postali:

2.2.2. Lokalità u kodiċi

2.2.3. Pajjiż

2.3. Tel.

2.4. Fax [4]:

2.5. E-mail [5]

3. APPLIKANT

3.1. Identità

3.2. Indirizz

3.2.1. Triq u numbru/Kaxxa Postali

3.2.2. Lokalità u kodiċi

3.2.3. Pajjiz

3.3. Tel. [6]

3.4. Fax [7]

3.5. E-mail [8]

4. L-INDIRIZZAT

4.1. Identità:

4.2. Indirizz:

4.2.1. Triq u numbru/Kaxxa Postali

4.2.2. Lokalità u kodiċi

4.2.3. Pajjiż

4.3. Tel [9]:

4.4. Fax [10]:

4.5. E-mail [11]:

4.6. Numru ta' identifikazzjoni/numru ta' sigurtà soċjail/numru ta' organizzazzjoni/jew ekwivalenti [12]:

5. METODU TA' NOTIFIKA

5.1. Skond il-liġi ta' l-Istat Membru indirizzat

5.2. B'dan il-metodu li ġej partikolari

5.2.1. Jekk dan il-metodu ma jkunx kumpatibbli mal-liġi ta' l-Istat Membru indirizzat, id-dokument(i) għandhom ikunu nnotifikati skond il-liġi.

5.2.2.1. Iva

5.2.2.2. Le

6. DOKUMENTI LI GĦANDHOM IKUNU NNOTIFIKATI

(a) 6.1. Natura tad-dokument

6.1.1. ġudizzjarju

6.1.1.1. ċitazzjoni

6.1.1.2. sentenza

6.1.1.3. appell

6.1.1.4. oħrajn

6.1.2. extra-ġudizzjarji

(b) 6.2. Data u limitu ta' żmien iddikjarat fid-dokument:

(ċ) 6.3. Lingwa tad-dokument

6.3.1. oriġinal DE, EN, DK, EL, FI, FR, GR, IT, NL, PT, SV, oħrajn:

6.3.2. traduzzjoni [13] DE, EN, DK, ES, FI, FR, EL, IT, NL, PT, SV, oħrajn:

6.4. Numru ta' dokumenti:

7. KOPJA TA' DOKUMENT LI GĦANDHA TINTBAGĦAT LURA MAĊ-ĊERTIFIKAT TA' NOTIFIKA (L-Artikolu 4(5) tar-Regolament)

7.1. Iva (f'dan il-każ ibgħat żewġ kopji tad-dokument li għandu jkun notifikat)

7.2. Le

1. Inti meħtieġ bl-Artikolu 7(2) tar-Regolament li tieħu l-passi kollha meħtieġa għan-notifika tad-dokument malajr kemm jista' jkun possibbli. F'kull każ, jekk ma jkunx possibbli għalik li tagħmel in-notifika fi żmien xahar mill-irċevuta, inti għandek tinforma lil din l-aġenzija permezz taċ-ċertifikat kif hemm provdut fil-punt 13.

2. Jekk ma tistax twettaq din it-talba fuq il-bażi ta' l-informazzjoni jew dokumenti trażmessi, inti mitlub bl-Artikolu 6(2) tar-Regolament li tikkuntattja lil din l-aġenzija bl-aktar mod mgħaġġel possibbli sabiex takkwista l-informazzjoni jew dokument neqsin.

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru

Nru ta' referenza ta' l-aġenzija li tirċievi:

KONFERMA TA' L-IRĊEVUTA

(Artikolu 6(1) ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000)

Din il-konferma għandha tintbagħat bil-mezzi ta' trażmissjoni bl-aktar mod mgħaġġel possibbli wara l-wasla tad-dokument u fi kwalunkwe każ fi żmien sebat ijiem mill-wasla.

8. DATA TA' L-IRĊEVUTA:

Magħmul fi

Data

Firma u/jew timbru

AVVIŻ TA' RITORN TA' TALBA U DOKUMENT

(Artikolu 6(3) ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000)

It-talba u d-dokument għandhom jintbagħatu lura mal-wasla.

9. RAĠUNI GĦAR-RITORN

9.1. It-talba hija bla dubju 'il barra mill-iskop ta' dan ir-Regolament:

9.1.1. id-dokument mhux ċivili jew kummerċjail

9.1.2. in-notifika mhux minn xi Stat Membru lejn Stat Membru ieħor

9.2. Mhux konformi mal-kondizzjonijiet formali meħtieġa biex in-notifika tkun possibbli

9.2.1. id-dokument mhux faċilment leġibbli

9.2.2. il-lingwa użata fil-mili tad-dokument mhix korretta

9.2.3. id-dokument imwassal mhux kopja vera u awtentika

9.2.4. oħrajn (mitlub li tagħti dettalji):

9.3. Dan il-metodu ta' notifika mhux kompatibbli mal-liġi ta' l-Istat Membru (Artikolu 7(1) tar-Regolament)

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru

AVVIŻ TAT-TRAŻMISSJONI TA' TALBA U DOKUMENT LILL-AĠENZIJA LI TIRĊIEVI APPLIKABBLI

(Artikolu 6(4) ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000)

Din it-taba u document kienu mwassla lil din l-aġenzija li tircievi, li għandha ġurisdizzjoni territorjali biex tagħmel in-notifika.

10.1 Identità:

10.2 Indirizz

10.2.1. Triq u numru/Kaxxa Postali:

10.2.2. Lokalità u kodiċi

10.2.3. Pajjiż

10.3 Tel.

10.4 Fax [14]

10.5 E-mail [15]

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru

Nru ta' Referenza ta' l-aġenzija li tirċievi applikabbli;

AVVIŻ TAL-WASLA GĦAND L-AĠENZIJA LI TIRĊIEVI APPLIKABBLI LI GĦANDHA L-ĠURISDIZZJONI TERRITORJALI LILL-AĠENZIJA LI TITRAŻMETTI

(Artikolu 6(4) ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Mru 1348/2000)

Dan l-avviż għandu jintbgħat bil-mezzi ta' trażmissjoni bl-aktar mod mgħaġġel possibbli wara l-wasla tad-dokumenti u fi kwalunkwe każ fi żmien sebat ijiem mill-wasla

11. DATA TAL-WASLA

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru:

ĊERTIFIKAT TA' NOTIFIKA JEW NUQQAS TA' NOTIFIKA TA' DOKUMENTI

(Artikolu 10 ta' Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000)

In-notifika għandha ssir malajr kemm jista' jkun. Fil-każ li ma jkunx possibbli li ssir in-notifika fi żmien xahar mill-wasla, l-aġenzija li tirċievi għandha tinforma lill-aġenzija li tittrażmetti (skond l-Artikolu 7(2) ta'r-Regolament)

12. TWETTIEQ TAN-NOTIFIKA

(a) 12.1. Data u indirizz tan-notifika:

(b) 12.2. Id-dokument kien

(A) 12.2.1. notifikat skond il-liġi ta' l-Istat Membru indirizzat, jiġifieri

12.2.1.1. imwassal lil

12.2.1.1.1. l-indirizz tal-persuna

12.2.1.1.2. persuna oħra

12.2.1.1.2.1. Isem

12.2.1.1.2.2. Indirizz:

12.2.1.1.2.2.1. triq u numru/kaxxa postali

12.2.1.1.2.2.2. Lokalità u kodiċi

12.2.1.1.2.2.3. Pajjiż

12.2.1.1.2.3. Relazzjoni ma' l-indirizzat:

Familja

impjegat

oħrajn

12.2.1.1.3. l-indirizz ta' l-indirizzat

12.2.1.2. innotifikat bil-posta

12.2.1.2.1. mingħajr konferma ta' l-irċevuta

12.2.1.2.2. bid-dokumenti inklużi ta' l-irċevuta

12.2.1.2.2.1. mill-indirizzat

12.2.1.2.2.2. persuna oħra

12.2.1.2.2.2.1. Isem

12.2.1.2.2.2.2. Indirizz

12.2.1.2.2.2.2.1. Triq u numru/kaxxa postali

12.2.1.2.2.2.2.2. Lokalità u kodiċi

12.2.1.2.2.2.2.3. Pajjiż

12.2.1.2.2.2.3. Relazzjoni ma' l-indirizzat

Familja

impjegat

oħrajn

12.2.1.3. metodu ieħor (mitlub tindika kif)

(B) 12.2.2. nnotifikat b'dan il-metodu partikolari (mitlub tgħid kif)

(ċ) 12.3. L-indirizzat bid-dokument kien infurmat (verbalment) (bil-kitba) li hu jew hi jistgħu jiċħdu li jaċċettaw id-dokument jekk ma kienx f'lingwa uffiċjali tal-post tan-notifika jew f'lingwa uffiċjali ta' l-Istat tat-trażmissjoni li hu jew hi jifhmu.

13. INFORMAZZJONI SKOND L-ARTIKOLU 7(2)

Ma kienx possibbli li ssir in-notifika fi żmien xahar mill-wasla

14. ĊAĦDA TAD-DOKUMENT

L-indirizzat ċaħad li jaċċetta d-dokument minħabba l-lingwa użata. Id-dokumenti huma annessi ma dan iċ-ċertifikat.

15. RAĠUNI GĦAN-NUQQAS TA' NOTIFIKA TA' DOKUMENT

15.1. Indirizz mhux magħruf

15.2. Indirizz ma jistax jinstab

15.3. Dokument ma setgħax ikun nnotifikat qabel id-data jew limitu ta' żmien mistqarr fil-punt 6.2.

15.4. Oħrajn (mitlub tispeċifika):

Id-dokumenti huma annessi ma' dan iċ-ċertifikat.

Magħmul fi:

Data:

Firma u/jew timbru:

[1] ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 37

[2] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[3] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[4] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[5] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[6] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[7] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[8] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[9] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[10] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[11] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[12] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[13] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[14] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

[15] Din l-informazzjoni mhix obbligatorja

--------------------------------------------------

Top