This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31993L0046
Commission Directive 93/46/EEC of 22 June 1993 replacing and modifying the Annexes to Council Directive 92/109/EEC on the manufacture and placing on the market of certain substances used in the illicit manufacture of narcotic drugs and psychotropic substances
Id-direttiva tal-kummissjoni 93/46/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1993 li tibdel u timmodifika l-Annessi lid-Direttiva tal-Kunisll 92/109/KEE dwar il-manifattura u t-tpoġġija fis-suq ta’ ċertu sustanzi użati fil-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
Id-direttiva tal-kummissjoni 93/46/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1993 li tibdel u timmodifika l-Annessi lid-Direttiva tal-Kunisll 92/109/KEE dwar il-manifattura u t-tpoġġija fis-suq ta’ ċertu sustanzi użati fil-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi
ĠU L 159, 1.7.1993, p. 134–136
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 23/11/2003; Impliċitament imħassar minn 32003L0101
Official Journal L 159 , 01/07/1993 P. 0134 - 0136
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0204
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0204
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/46/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1993 li tibdel u timmodifika l-Annessi lid-Direttiva tal-Kunisll 92/109/KEE dwar il-manifattura u t-tpoġġija fis-suq ta’ ċertu sustanzi użati fil-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidraw id-Direttiva tal-Kunsill 92/109/KEE ta’ l-14 ta’ Diċembru 1992 dwar il-manifattura u t-tpoġġija fis-suq ta’ ċertu sustanzi użati fil-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha, Billi huwa meħtieġ li jingħata effett lid-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drogi Narkotiċi f’April 1992 sabiex tinkludi s-sustanzi sagfrole, piperonal u isosafrole fil-Werrej 1 ta’ l-Anness lill-Konvenzjoni tal-UN ta’ l-1988 u billi s-sustanzi msemmijin jiġu trasferiti mill-kategorija 3 għall-kategorija 1 fl-Anness I tad-Direttiva, u billi jitneħħew mill-Anness II; Billi dan it-trasferiment iqiegħed lid-Direttiva fi ftehim mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3677/90 [2] tat-13 ta’ Diċembru 1990 li jistabbilixxi miżuri li jiskoraġġixxu d-diverżjoni ta’ ċerti sustanzi lejn il-manifattura illegali ta’ drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 900/92 [3], u implimentat u emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3769/92 [4], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 L-Annessi I u II lid-Direttiva 92/109/KEE għandhom jinbidlu bl-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva. L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġ sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1993. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jikkontienu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal tali referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fit-22 ta’ Ġunju 1993. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 370, tad-19.12.1992, p. 76. [2] ĠU L 357, ta’ l-20.12.1990, p. 1. [3] ĠU L 96, ta’ l-10.4.1992, p. 1. [4] ĠU L 383, tad-29.12.1992, p. 17. -------------------------------------------------- L-ANNESS I IL-KATEGORIJA 1 L-imluħa tas-sustanzi mniżżlin f’din il-Kategorija mekta l-eżistenza ta’ dawn l-imluħa hija possibbli. Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi NM | Ephedrine | | 29394010 | Ergometrine | | 29396010 | Ergotamine | | 29396030 | Lysergic acid | | 29396050 | 1-Pheny 2-Propanone | Phenylacetone | 29143010 | Pseudoephedrine | | 29394030 | Acetylanthranilic acid | 2-Acetemidobenzoic acid | 29242950 | 3,4-Methylenedioxyphenylpropan-2-one | | 29329077 | Isosafrole (cis + trans) | | 29329073 | Piperanol | | 29329075 | Safrole | | 29329071 | IL-KATEGORIJA 2 L-imluħa tas-sustanzi mniżżlin f’din il-Kategorija me kta l-eżistenza ta’ dawn l-imluħa hija possibbli. Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi NM | Acetic anhydride | | 29142400 | Anthranilic acid | | 29224950 | Phenylacetic acid | | 29163300 | Piperidine | | 29333930 | IL-KATEGORIJA 3 Sustanza | Denominazzjoni NM (jekk differenti) | Kodiċi NM | Acetone | | 29141100 | Ethyl ether | Diethyl ether | 29091100 | Methylethylketone (MEK) | Butanone | 29141200 | Taluene | | 29023010 (90) | Potassium permanganate | | 28416010 | Sulphuric acid | | 28070010 | Hydrochloric acid | Hydrogen chloride | 28061000 | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Sustanza | Threshold | Acetic anhydride | 20 l | Anthranilic u l-imluħa tiegħu | 1 kg | Phenylacetic acid u l-imluħa tiegħu | 1 kg | Piperidine u l-imluħa tiegħu | 0,5 kg | --------------------------------------------------