EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0058

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE ta' l-24 ta'Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta' sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa' Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

OJ L 245, 26.8.1992, p. 23–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 05 Volume 005 P. 182 - 201
Special edition in Swedish: Chapter 05 Volume 005 P. 182 - 201
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 002 P. 89 - 109
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 002 P. 89 - 109
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 002 P. 89 - 109
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 002 P. 89 - 109
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 002 P. 89 - 109
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 002 P. 89 - 109
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 002 P. 89 - 109
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 002 P. 89 - 109
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 002 P. 89 - 109
Special edition in Bulgarian: Chapter 05 Volume 002 P. 254 - 274
Special edition in Romanian: Chapter 05 Volume 002 P. 254 - 274
Special edition in Croatian: Chapter 05 Volume 003 P. 71 - 90

In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/07/2019

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/58/oj

31992L0058



Official Journal L 245 , 26/08/1992 P. 0023 - 0042
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0182
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0182


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE

ta' l-24 ta'Ġunju 1992

dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta' sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa' Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 118a,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1], sottomessa wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Konsultazzjoni dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

B'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Artikolu 118a tat-Trattat jipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta, permezz ta' direttivi, ħtiġijiet minimi li jinkoraġġixxu titjib, speċjalment fl-ambjent tal-post tax-xogħol, fis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema;

Billi, taħt it-termini ta' dak l-Artikolu, dawn id-Direttivi għandhom jevitaw li jimponu limiti amministrattivi, finanzjari u legali li jista' jżomm lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

Billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-program tagħha li jikkonċerna s-sigurtà, l-iġjene u saħħa fuq il-post tax-xogħol [4] tipprovdi għal reviżjoni u estensjoni ta' l-iskop tad-Direttiva tal-Kunsill 77/576/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri relatati mal-provvista ta' sinjali tas-sigurtà fuq ix-xogħol [5];

Billi, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta'Diċembru 1987 dwar is-sigurtà, l-iġjene, u s-saħħa fuq ix-xogħol [6], il-Kunsill ħa nota ta' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tissottometti lilu fi żmien qasir proposta li tirrevedi u testendi d-Direttiva msemmija hawn fuq;

Billi d-Direttiva 77/576/KEE għandha tiġi sostitwita b'din id-Direttiva biex tkun konsistenti u ċara;

Billi din id-Direttiva hija Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta'Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri li jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u fis-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol [7]; billi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE huma għalhekk applikabbli kollha kemm huma għall-provvedimenti tas-sinjali tas-sigurtà u tas-saħħa fuq ix-xogħol, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet iktar iebsa u/jew speċifiċi inklużi f'din id-Direttiva;

Billi regoli eżistenti Komunitarji għandhom x'jaqsmu l-iżjed mas-sinjali tas-sigurtà u ma' l-immarkar ta' l-ostakli u postijiet perikolużi, u huma għalhekk ristretti għal numru limitat ta' tipi ta' sinjali;

Billi l-effett ta' din ir-restrizzjoni hu li certi perikli mhumiex immarkati tajjeb; billi tipi ta' sinjali ġodda għandhom għalhekk jiġu introdotti sabiex dawk li jimpjegaw u l-ħaddiema jkunu jistgħu jidentifikaw u jevitaw riskji għas-sigurtà u/jew saħħa fuq ix-xogħol;

Billi s-sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa għandhom jiġu pprovduti meta l-perikli ma jistgħux jitnaqqsu b'mod adegwat b'tekniċi ta' protezzjoni kollettiva jew b'miżuri, metodi jew proċeduri użati fl-organizzazzjoni tax-xogħol;

Billi l-ħafna varjazzjonijiet bejn is-sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa użati bħalissa fl-Istati Membri jwasslu għal inċertezza, u dan jista' jinxtered aktar bil-moviment liberu tal-ħaddiema fis-suq intern;

Billi l-użu tas-sinjali standardizzati fuq ix-xogħol, inġenerali, x'aktarx inaqqas il-perikli li jistgħu jinqalgħu minn differenzi lingwistiċi u kulturali bejn il-ħaddiema;

Billi din id-Direttiva tikkostitwixxi pass konkret lejn l-iżvilupp tad-dimensjoni soċjali tas-suq intern;

Billi, skond id-Deċiżjoni 74/325/KEE [8], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, il-Kumitat Kunsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għandu jkun ikkonsultat mill-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-proposti f'dan il-qasam,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

IT-TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Artikolu 1

L-Oġġettiv

1. Din id-Direttiva, li hija d-disa' Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi ħtiġiet minimi għall-provvista tas-sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għas-sinjali għall-introduzzjoni fis-suq ta' sustanzi u preparati, prodotti u/jew tagħmir perikolużi, kemm-il darba dispożizzjonijiet Komunitarji oħra ma jagħmlux referenza speċifika għaliha.

3. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għas-sinjali użati biex jirregolaw it-trasport fit-toroq, bil-ferrovija, fil-kanali interni, fuq il-baħar jew it-trasport bl-ajru.

4. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/391/KEE għandhom japplikaw kollha kemm huma għall-qasam kollu msemmi fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet iktar iebsa jew speċifiċi f'din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

(a) sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa tfisser sinjali li jirreferu għall-skop, attività jew sitwazzjoni speċifika u li jipprovdi informazzjoni jew istruzzjonijiet dwar is-sigurtà u/jew saħħa fuq ix-xogħol permezz ta' tabella, kulur, sinjal illuminat jew sinjal akustiku, komunikazzjoni verbali jew sinjal bl-idejn, skond il-każ;

(b) sinjal ta' projbizzjoni tfisser sinjal li jipprojbixxi mġieba li x'aktarx tinvolvi jew li tikkawża perikolu;

(ċ) sinjal ta' twissija jfisser sinjal li jagħti twissija ta'sogru jew perikolu;

(d) sinjal mandatorju jfisser sinjal li jippreskrivi aġir speċifiku;

(e) ħruġ ta' emergenza jew ta' l-ewwel għajnuna tfisser sinjal li jagħti informazzjoni dwar ħruġ ta' emergenza jew faċilitajiet ta' l-ewwel għajnuna jew ta' salvataġġ;

(f) sinjal ta' informazzjoni ifisser sinjal li jipprovdi informazzjoni barra minn dak imsemmi fil-(b) sa (e);

(g) tabella tfisser sinjal li jipprovdi informazzjoni speċifika b'tgħaqqid ta' forom ġeometriċi, kuluri u simboli jew pittogrammi u li jkunu murija b'dawl ta' intensità suffiċjenti;

(h) tabella supplimentari tfisser tabella użata flimkien ma' waħda mis-sinjali deskritti taħt (g), li tipprovdi informazzjoni supplimentari;

(i) kulur ta' sigurtà tfisser kulur li għalih tingħata tifsira speċifika;

(j) simbolu jew pittogramma tfisser figura li tiddeskrivi sitwazzjoni jew tippreskrivi aġir speċifiku u li hi użata fuq tabella jew superfiċi illuminata;

(k) sinjal illuminat ifisser sinjal prodott bi strument magħmul minn materjali trasparenti jew trasluċenti li huma mdawla minn ġewwa jew minn wara b' tali mod li jagħtu d-dehra ta' wiċċ illuminat;

(l) sinjal akustiku jfisser sinjal ta' ħoss ikkodifikat li jinħareġ u hu trasmess bi strument intenzjonat għal dak l-iskop, mingħajr l-użu ta' vuċi umana jew artifiċjali;

(m) komunikazzjoni verbali tfisser messaġġ irreġistrat bil-vuċi tal-bniedem jew b'vuċi artifiċjali;

(n) sinjal bl-idejn: moviment u/jew posizzjoni ta' l-idejn u/jew ta' l-id, permezz ta' forma kkodifikata, biex tiggwida persuni li qed jagħmlu manuvri li jikkostitwixxu sogru jew perikolu għall-ħaddiema.

IT-TAQSIMA II

OBBLIGI TA' MIN IĦADDEM

L-Artikolu 3

Regoli ġenerali

1. Min jimpjega għandu jipprovdi sinjali ta' sigurtà u/jew ta' saħħa kif stabbiliti f'din id-Direttiva meta s-sogru ma jistax jiġi evitat jew imnaqqas adegwatament b'metodi tekniċi għall-protezzjoni kollettiva jew miżuri, metodi jew proċeduri użati fl-organizzazzjoni tax-xogħol, jew jiżgura li dawn is-sinjali ikunu f'posthom.

Min iħaddem għandu jieħu kont ta' kull stima ta' riskju skond l-Artikolu 6(3)(a) tad-Direttiva 89/391/KEE.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Anness V, is-sinjali użati għat-trasport fit-toroq, bil-ferrovija, fil-kanali interni, fuq il-baħar u bl-ajru għandhom ikunu mqiegħda, fejn hu xieraq għal dan it-tip ta' trasport, fl-impriżi u/jew l-ażjendi.

L-Artikolu 4

Sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa użati għall-ewwel darba

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, sinjal tas-sigurtà u/jew tas-saħħa użat fuq ix-xogħol għall-ewwel darba fid-data msemmija fl-Artikolu 11(1) l-ewwel sotto-paragrafu jew wara għandu jissodisfa l-ħtiġijiet minimi stabbiliti fl-anness I sa IX.

L-Artikolu 5

Sinjali tas-sigurtà u/jew saħħa diġà użati

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, is-sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa li huma diġà użati fuq ix-xogħol qabel id-data msemmija fl-Artikolu 11(1) l-ewwel sotto-paragrafu għandu jissodisfa l-ħtiġijiet minimi stabbiliti fl-anness I sa IX mhux iktar tard min tmintax-il xahar wara dik id-data.

L-Artikolu 6

L-Eżenzjonijiet

1. Kont tenut tat-tipi ta' attivitajiet u/jew tad-daqs ta' l-impriżi kkonċernati, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw kategoriji ta' mpriżi li għandhom il-permess jissostitwixxu kompletament, parzjalment jew temporanjament, is-sinjali illuminati, u/jew sinjali akustiċi previsti f' din id-Direttiva permezz ta' miżuri alternattivi li jagħtu l-istess livell ta' protezzjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw, wara li jikkonsultaw iż-żewġ naħat ta' l-industrija, mill-applikazzjoni ta' l-Anness VIII, it-Taqsima 2 u/jew l-Anness IX, it-Taqsima 3, waqt li jistabbilixxu miżuri alternattivi li jiggarantixxu l-istess livell ta' protezzjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw, skond il-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali, organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u ta' ħaddiema meta jimplimentaw il-paragrafu 1.

L-Artikolu 7

Informazzjoni u istruzzjonijiet għall-ħaddiema

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tad-Direttiva 89/391/KEE, ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu infurmati bil-miżuri kollha li għandhom jittieħdu dwar is-sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa użati fuq ix-xogħol.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 tad-Direttiva 89/391/KEE, il-ħaddiema għandhom jingħataw istruzzjonijiet xierqa, b'mod partikolari fil-forma ta' direzzjonijiet speċifiċi dwar is-sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa użati fuq ix-xogħol.

B'mod partikolari, l-istruzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkopri t-tifsira tas-sinjali, speċjalment is-sinjali li jinkorporaw kliem, u l-aġir ġenerali u speċifiku li għandu jiġi segwit.

L-Artikolu 8

Il-konsultazzjoni tal-ħaddiema u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-Konsulatazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom isiru skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE dwar kwistjonijiet koperti b'din id-Direttiva, inklużi l-Annessi I sa IX.

IT-TAQSIMA III

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

L-Artikolu 9

L-Adattament ta' l-Annessi

L-adattamenti ta' natura teknika ta' l-Annessi I sa IX għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri previsti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 89/391/KEE, fid-dawl ta':

- l-adozzjoni tad-direttivi dwar l-armonizzazzjoni teknika u l-istandardizzazzjoni f'dak li jikkonċerna id-disinn u l-manifattura tas-sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa jew mezzi tax-xogħol,

- il-progress tekniku, bidliet fir-regoli internazzjonali jew speċifikazzjonijiet u avvanzi fit-tagħrif fil-qasam tas-sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq xogħol.

L-Artikolu 10

1. Id-Direttiva 77/576/KEE għandha titħassar fid-data msemmija fl-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu.

Madankollu, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5, dik id-Direttiva għandha tibqa' tapplika għal-perjodu massimu ta' tmintax-il xahar wara dik id-data.

2. Kull referenza għad-Direttiva mħassra għandha tinftiehem li tirreferi għad-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 11

Dispożizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill-24 ta'Ġunju 1994.

Għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

2. Meta Stat Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva u għandu jkollhom magħhom din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma diġà adottaw jew ser jadottaw fil-qasam li jaqa' taħt din id-Direttiva.

4. L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw lill-Kumissjoni kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Derettiva, u jindikaw l-opinjonijiet ta' min iħaddem u l-ħaddiema.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol b'dan.

5. Il-Kummissjoni għandha tibgħat kull tant żmien lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, kont tenut tal-paragrafi 1 sa 4.

L-Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-24 ta'Ġunju 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

José da Silva Peneda

[1] ĠU C 53, tat-28.2.1991, p. 46 u ĠU C 279, tas-26.10.1991, p. 13

[2] ĠU C 240, tas-16.9.1991, p.102 and ĠU C 150, tal-15 6.1992

[3] ĠU C 159, tas-17.6.1991, p. 9.

[4] ĠU C 28, tat-3.2.1988, p. 3.

[5] ĠU L 229, tas-7.9.1977, p. 12. Emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 79/640/KEE (ĠU L 183, tad-19.7.1979, p. 11.)

[6] ĠU C 28, tat-3.2.1989, p. 1

[7] ĠU L 183, tad-29.6.1989, p. 1

[8] ĠU L 185, tad-9.7.1974, p. 15. (ĠU L 183, tad-19.7.1979, p. 15)

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

ĦTIĠIJIET MINIMI GĦAS-SINJALI TAS-SIGURTÀ U/JEW TAS-SAĦĦA FUQ IX-XOGĦOL

1. Rimarki preliminari

1.1. Meta s-sinjali tas-saħħa u/jew tas-sigurtà huma meħtieġa mir-regola ġenerali ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva, huma għandhom jikkonformaw mal-ħtiġijiet speċifiċi fl-Annessi II sa IX.

1.2. Dan l-Anness jintroduċi dawn il-ħtiġijiet, jiddeskrivi l-użi differenti tas-sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa, u jagħti regoli ġenerali dwar l-iskambju u l-kombinazzjoni tas-sinjali.

1.3. Is-sinjali tas-saħħa u/jew tas-sigurtà għandhom jiġu użati biss biex jagħtu l-messaġġ jew l-informazzjoni speċifikata fid-Direttiva.

2. It-Tipi ta' sinjali

2.1. Sinjali permanenti

2.1.1. Tabelli permanenti għandhom jiġu użati għal sinjali relatati ma' projbizzjonijiet, twissijiet u ħtiġijiet mandatorji u l-post u l-identifikazzjoni tar-rotot ta' ħruġ ta' l-emerġenza u tal-faċilitajiet ta' l-ewwel għajnuna.

Tabelli u/jew kuluri tas-sigurtà għandhom jiġu użati biex jimmarkaw b'mod permanenti il-post u l-identifikazzjoni tat-tagħmir tat-tifi tan-nar.

2.1.2. Id-tabelli fuq kontenituri u pajpijiet għandhom jitqiegħdu kif stabbilit fl-Anness III.

2.1.3. Il-postijiet fejn hemm riskju ta' kolliżjoni ma' ostakli jew ta' waqgħa għandhom jiġu mmarkati b'mod permanenti b'kulur tas-sigurtà u/jew b'tabelli.

2.1.4. Ir-rotot tat-traffiku għandhom jiġu mmarkati b'mod permanenti b'kulur tas-sigurtà.

2.2. Sinjali li għandhom jintużaw meta hemm bżonn

2.2.1. Sinjali illuminati, sinjali akustiċi, u/jew komunikazzjonijiet verbali għandhom jintużaw meta hemm bżonn, kont tenut tal-possibilitajiet ta' l-iskambji u l-kombinazzjoni tas-sinjali stabbiliti fit-Taqsima 3, biex jissenjalaw perikolu, biex jikkmandaw persuni biex jieħdu azzjoni speċifika u għall-evakwazzjoni b'emerġenza tal-persuni.

2.2.2. Sinjali ta' l-id u/jew komunikazzjonijiet verbali għandhom jintużaw meta hemm bżonn, biex jiggwidaw persuni li qed iwettqu manuvri riskjużi u perikolużi.

3. Skambju u kombinazzjoni ta' sinjali

3.1. Kwalunkwe minn dawn li ġejjin jista' jiġi użat jekk għandu l-istess effett:

- kulur tas-sigurtà jew tabella biex timmarka postijiet fejn hemm ostaklu jew dislivell,

- sinjali illuminati, sinjali akustiċi jew komunikazzjonijiet verbali,

- sinjali bl-idejn jew komunikazzjoni verbali.

3.2. Ċerti tipi ta' sinjali jistgħu jintużaw flimkien:

- sinjali illuminati u sinjali akustiċi,

- sinjali illuminati u komunikazzjonijiet verbali,

- sinjali bl-idejn u komunikazzjonijiet verbali.

4. L-istruzzjonijiet fit-tabella t'hawn taħt japplikaw għas-sinjali kollha li jinkorporaw kulur ta' sigurtà:

Kulur | Tifsira jew skop | Istruzzjonijiet u Informazzjoni |

Aħmar | Sinjali ta' projibizzjoni | Imġieba perikoluża |

Allarm ta' perikolu | Waqfien, għeluq, tagħmir għall-qtugħ f'emerġenza Evakwazzjoni |

Tagħmir għat-tifi tan-nar | Identifikazzjoni u post |

Isfar jew Ambra | Sinjal ta' twissija | Attenzjoni, ħu prekawzjonijiet Eżamina |

Blu | Sinjali mandatorji | Aġir jew azzjoni speċifika Ilbes apparat għall-protezzjoni personali |

Aħdar | Ħruġ ta' emerġenza, sinjal ta' l-ewwel għajnuna | Bibien, ħruġ, rotot, tagħmir, faċilitajiet |

Bla perikolu | Lura għan-normal |

5. L-effikaċja ta' sinjal m'għandhiex tintlaqat ħażin mill-:

5.1. preżenza ta' fonti oħra li ma jħalluhx jidher jew jinstama' sewwa; għalhekk, b'mod partikolari,

5.1.1. għandu jiġi evitat it-tqegħid ta' diversi sinjali qrib wisq ta' xulxin;

5.1.2. żewġ sinjali illuminati li x'aktarx jitħawwdu m'għandhomx jintużaw fl-istess ħin;

5.1.3. sinjal illuminat m'għandux jintuża qrib fonti simili illuminati oħra;

5.1.4. żewġ sinjali akustiċi m'għandhomx jintużaw fl-istess ħin;

5.1.5. sinjal akustiku m'għandhux jintuża jekk ikun hemm ambjent storbjuż wisq;

5.2. disinn ħażin, numru insuffiċjenti, pożizzjoni mhux tajba, manutenzjoni ħażina jew funzjonament inkorrett tas-sinjali jew l-istrumenti ta' senjalazzjoni.

6. Skond il-ħtieġa, is-sinjali u l-mezzi ta' sinjali għandhom ikunu mnaddfa, miżmuma, ikkontrollati, imsewwija, u jekk neċessarju mibdulin fuq bażi regolari biex jiġi żgurat li jżommu l-kwalitajiet intrinsiċi u/jew funzjonali tagħhom.

7. In-numru u l-pożizzjoni tas-sinjali jew mezzi ta' senjalazzjoni li għandhom jiġu installati jiddependu fuq l-għadd ta' riskji jew perikoli jew il-medda taż-żona li għandha tkun koperta.

8. Sinjali li jeħtieġu xi forma ta' elettriku għandhom jiġu pprovduti bi provista garantita ta' emerġenza fil-każ ta' qtugħ ta' l-elettriku, kemm-il darba r-riskji ma jkunux ġew eliminati.

9. Is-sinjal illuminat u/ jew is-sinjal akustiku jindika meta l-azzjoni għandha tibda, u s-sinjal għandu jkompli sakemm tispiċċa l-azzjoni.

Is-sinjali illuminati u is-sinjali akustiċi għandhom ikunu riattivati immedjatament wara li jiġu użati.

10. Is-Sinjali illuminati u s-sinjali akustiċi għandhom jiġu kkontrollati biex jiġi żgurat li jaħdmu tajjeb u li huma effettivi qabel ma jintużaw u sussegwentament f'intervalli frekwenti biżżejjed.

11. Jekk is-smigħ jew l-vista tal-ħaddiema kkonċernati huma llimitati, inkluża limitazzjoni ikkawżata mill-ilbies ta' tagħmir ta' protezzjoni personali, għandhom jittieħdu miżuri biex jissupplimentaw jew jissostitwixxu is-sinjali kkonċernati.

12. Iż-żoni, il-kmamar jew l-ispazju magħluq għall-ħażna ta' kwantitajiet imdaqqsa ta' sostanzi jew preparati perikolużi għandhom ikunu indikati b'sinjal xieraq ta' twissija mit-taqsima 3.2. ta' l-Anness II, jew immarkat kif imsemmi fit-taqsima 1 ta' l-Anness III, kemm-il darba it-tikkettar tal-pakketti individwali jew tal-kontenituri ma jkunx tajjeb għal dan l-iskop.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

ĦTIĠIJIET MINIMI ĠENERALI GĦAT-TABELLI

1. Karatteristiċi intrinsiċi

1.1. Il-forma u l-kuluri tat-tabelli stabbiliti fit-taqsima 3, skond l-għan speċifiku tagħhom (it-tabelli li jindikaw projbizzjoni, twissija, azzjoni mandatorja, rotta ta' ħruġ, salvataġġ jew tagħmir tat-tifi tan-nar).

1.2. Il-pittogrammi għandhom ikunu sempliċi kemm jista' jkun u jkollhom biss id-dettalji essenzjali.

1.3. Il-pittogramma użata tista' tkun kemm kemm differenti jew aktar dettaljata minn dawk li jidhru fit-taqsima 3, sakemm jagħtul-istess tifsira u ebda differenza jew adattament ma jgħatti t-tifsira.

1.4. It-tabelli għandhom ikunu magħmula minn materjal li jirreżisti kemm għad-daqqiet u kemm għall-ambjent ta' madwarhom.

1.5. Il-karatteristiċi ta' dimensjoni u kolorimetriċi u fotometriċi tat-tabelli għandhom ikunu tali li jidhru u jinftehmu faċilment.

2. Il-kondizzjonijiet ta' l-użu

2.1. It-tabelli għandhom bħala prinċipju jiġu installati f'għoli xieraq u f'pożizzjoni approprjata biex tidher faċilment, kont tenut ta' kull ostaklu, kemm fil-punt ta' aċċess għal post f'każ ta' riskju ġenerali, jew fil-viċinanza immedjata ta' riskju jew oġġett speċifiku u f'post imdawwal tajjeb u aċċessibbli faċilment u viżibbli.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/654/KEE, il-kuluri fosforixxenti, il-materjali riflettivi u dawl artifiċjali għandhom jintużaw meta l-livell ta' dawl naturali huwa baxx.

2.2. It-tabella għandha titneħħa meta s-sitwazzjoni li tirreferi għaliha ma tibqax teżisti.

3. It-tabelli li għandhom jiġu użati

3.1. Sinjali projbittivi

Karatteristiċi intrinsiċi:

- forma tonda

- pittogramma sewda fuq sfond abjad, b'tarf aħmar u linja djagonali (il-parti l-ħamra għandha tokkupa għallinqas 35 % ta' l-ispazju tas-sinjal).

Is-Sinjali li għandhom jintużaw,

+++++ TIFF +++++

Ma tistax tpejjep

+++++ TIFF +++++

Tipjip u nar mikxuf ipprojbiti

+++++ TIFF +++++

Ma hemmx aċċess għan-nies

+++++ TIFF +++++

Titfix bl-ilma

+++++ TIFF +++++

Mhux tajjeb għax-xorb

+++++ TIFF +++++

Mhux aċċessibli għal persuni li mhumiex awtorizzati

+++++ TIFF +++++

Ma hemmx aċċess għal vetturi industrijali

+++++ TIFF +++++

Tmissx

3.2. Sinjali tat-twissija

Karatteristiċi intrinsiċi:

- forma trijangolari

- pittogramma sewda fuq sfond isfar, bi truf suwed (il-parti s-safra għandha tieħu mill-inqas 50 % ta' l-ispazju tas-sinjal).

+++++ TIFF +++++

Materjal infjammabbli jew temperatura għolja [1]

+++++ TIFF +++++

Materjal esplożiv

+++++ TIFF +++++

Materjal tossiku

+++++ TIFF +++++

Materjal korrożiv

+++++ TIFF +++++

Materjal radjuattiv

+++++ TIFF +++++

Tagħbija fil-għoli

+++++ TIFF +++++

Vetturi ta' l-industrija

+++++ TIFF +++++

Perikolu: elettriku

+++++ TIFF +++++

Perikolu ġenerali

+++++ TIFF +++++

Raġġ ta' lażer

+++++ TIFF +++++

Materjal ossidant

+++++ TIFF +++++

Radjazzjoni non-jonizzanti

+++++ TIFF +++++

Qawwa manjetika b'saħħitha

+++++ TIFF +++++

Ostakoli

+++++ TIFF +++++

Diżlivell

+++++ TIFF +++++

Riskji bijoloġiċi [2]

+++++ TIFF +++++

Temperatura baxxa

+++++ TIFF +++++

Materjali li jagħmlu l-ħsara jew li jirritaw [3]

3.3. Sinjali mandatorji

Karatteristiċi intrinsiċi:

- forma tonda

- pittogramma bajda fuq sfond blu (il-parti l-blu tieħu għallinqas 50 % ta' l-ispazju tas-sinjal).

+++++ TIFF +++++

Għandha tintlibes protezzjoni għall-għajnejn

+++++ TIFF +++++

Għandu jintlibes elmu ta' protezzjoni

+++++ TIFF +++++

Għandha tintlibes protezzjoni għall-widnejn

+++++ TIFF +++++

Għandu jintlibes apparat respiratorju

+++++ TIFF +++++

Għandhom jintlibsu żraben ta' protezzjoni

+++++ TIFF +++++

Għandhom jintlibsu ingwanti ta' protezzjoni

+++++ TIFF +++++

Għandhom jintlibsu fradal ta' protezzjoni

+++++ TIFF +++++

Għandha tintlibes protezzjoni għall-wiċċ

+++++ TIFF +++++

Għandu jintlibes arneż ta' protezzjoni

+++++ TIFF +++++

In-nies għandhom jużaw din ir-rotta

+++++ TIFF +++++

Sinjal ġenerali mandatorju (li jkollu miegħu meta neċessarju, sinjal ieħor)

3.4 Ħruġ ta' emerġenza jew sinjal ta' l-ewwel għajnuna

Karatteristiċi intrinsiċi:

- forma rettangolari jew kwadra

- pittogramma bajda fuq sfond aħdar (il-parti l-ħadra għandha tieħu mill-inqas 50 % ta' l-ispazju tas-sinjal).

+++++ TIFF +++++

Ħruġ ta' emerġenza/ Rotta biex taħrab

+++++ TIFF +++++

Din id-direzzjoni (sinjali ta' informazzjoni supplimentari)

+++++ TIFF +++++

Servizz ta' l-ewwel għajnuna

+++++ TIFF +++++

Streċer

+++++ TIFF +++++

Doċċa tas-sigurtà

+++++ TIFF +++++

Ħasil ta' l-għajnejn

+++++ TIFF +++++

Telefon ta' l-emerġenza għall-ewwel għajnuna jew għall-ħarba

3.5. Sinjali tat-tifi tan-nar

Karatteristiċi intrinsiċi:

- forma rettangolari jew kwadra

- pittogramma bajda fuq sfond aħmar (il-parti l-ħamra għandha tieħu mill-inqas 50 % ta' l-ispazju tas-sinjal).

+++++ TIFF +++++

Manka tan-nar

+++++ TIFF +++++

Sellum

+++++ TIFF +++++

Pompa għat-tifi tan-nar

+++++ TIFF +++++

Telefon ta' l-emergenza għan-nar

+++++ TIFF +++++

Din id-Direzzjoni (sinjal ta' informazzjoni supplimentari)

[1] Fin-nuqqas ta' sinjal speċifiku għal-temperaturi għoljin

[2] Il-pittogramm stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/679/ KEE tas-26 ta' Novembru 1990 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskju li għandu x'jaqsam ma' espożizzjoni għal aġenti bijoloġiki fuq ix-xogħol (Is-Seba' Direttiva individwali fis-sens ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/ KEE) / ĠU L 374, tal-31.12.1990, p. 1.

[3] L-isfond ta' dan is-sinjal jista' eċċezzjonalment ikun ambra jekk iġġustifikat sabiex ikun iddifferenzjat minn sinjal simili tas-sigurtà tat-triq

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

ĦTIĠIJIET MINIMI GĦAL SINJALI FUQ KONTENITURI U PAJPIJIET

1. Il-kontenituri li jintużaw fuq ix-xogħol għal-sustanzi jew ippreparati perikolużi definiti fid-Direttivi 67/548/KEE [1] u 88/379/KEE [2] u kontenituri għall-ħażna ta' sustanzi jew preparati perikolużi, flimkien ma pajpijiet viżibbli li jkollhom jew li jittrasportaw sustanzi u preparati perikolużi, għandhom ikunu ttikkettati (pittogramma jew simbolu fuq sfond ikkulurit) skond dawk id-Direttivi.

Il-paragrafu 1 ma japplikax la għal kontenituri li jintużaw fuq ix-xogħol għal-perijodi qosra u lanqas għal kontenituri fejn il-kontenut jinbidel ta' sikwit, sakemm jittieħdu miżuri alternattivi adegwati, partikolarment għall-informazzjoni u/jew għat-taħriġ, li jiggarantixxu l-istess livell ta' protezzjoni.

It-tikketti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu:

- mibdula b'sinjali ta' twissija kif previst fl-Anness II, bl-użu ta' l-istess pittogrammi jew simboli,

- miżjuda b'informazzjoni addizzjonali, bħall-isem u/jew il-formula tas-sustanza jew preparat perikoluż u dettalji tas-sogru,

- għat-trasport ta' kontenituri fuq il-post tax-xogħol, miżjuda jew mibdula b'sinjali applikabbli fil-Komunità kollha għat-trasport ta' sustanzi jew preparati perikolużi.

2. Is-sinjali għandhom jitwaħħlu kif ġej:

- fuq in-naħa jew inħawi viżibbli,

- f'forma li ma tistax tintlewa, li titwaħħal weħidha jew miżbugħa.

3. Fejn xieraq, is-sinjali msemmija fit-taqsima 1 ta' dan l-Anness għandhom ikollhom il-karatteristiċi intrinsiċi imsemmija fit-taqsima 1.4. ta' l-Anness II u għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' l-użu tat-tabelli stabbiliti fit-taqsima 2 ta' l-Anness II.

4. Mingħajr preġudizzju għat-taqsimiet 1, 2 u 3, it-tikketti użati fuq il-pajpijiet għandhom jitqiegħdu b'mod li jidhru viċin l-iktar postijiet perikolużi, bħall-valvuli u konġunturi, u f'intervalli xierqa.

5. Żoni, kmamar jew spazji magħluqa użati għall-ħażna ta' kwantitajiet sostanzjali ta' sustanzi jew preparati perikolużi għandhom ikunu indikati bi twissija xierqa b'sinjal meħud mit-taqsima 3.2. ta' l-Anness II, jew immarkati kif previst fit-taqsima 1 ta' l-Anness III, għajr jekk it-tikkettar tal-pakketti individwali jew tal-kontenituri jkun adegwat għal dan l-iskop, kont tenut ta' l-Anness II, punt 1.5 skond id-dimensjonijiet.

Ħażniet ta' numri ta' sustanzi jew preparati perikolużi jistgħu jiġu indikati b'sinjali ta' twissija għall-perikolu ġenerali.

Is-sinjali jew it-tikketti msemmija hawn fuq għandhom ikunu mqiegħda, kif xieraq, viċin il-post tal-ħażna jew fuq il-bieb li jwassal fil-kamra tal-ħażna.

[1] ĠU L 196, tas-16.8 1967, p. 1.

[2] ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

ĦTIĠIJIET MINIMI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI U L-LOKALIZZAZZJONI TAT-TAGĦMIR TAT-TIFI TAN-NAR

1. Rimarka preliminari

Dan l-Anness japplika għat-tagħmir użat esklużivament għal skopijiet tat-tifi tan-nar.

2. It-Tagħmir tat-tifi tan-nar għandu jkun identifikat billi jintuża kulur speċifikat għat-tagħmir u t-tqegħid ta' tabella tal-lokalità, u/jew billi jintuża kulur speċifiku għall-postijiet fejn tagħmir bħal dan huwa merfugħ, jew il-punti għall-aċċess għalihom.

3. Il-kulur li jidentifika dan it-tagħmir huwa l-aħmar.

Il-parti l-ħamra għandha tkun kbira biżżejjed biex it-tagħmir jista' jiġi identifikat faċilment.

4. It-tabelli previsti fit-taqsima 3.5 ta' l-Anness II għandhom jintużaw biex jimmarkaw il-lokalizzazzjoni ta' dan it-tagħmir.

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

ĦTIĠIJIET MINIMI GĦAS-SINJALI LI JINTUŻAW GĦALL-OSTAKLI U POSTIJIET PERIKOLUŻI, U GĦALL-IMMARKAR TAR-ROTOT TAT-TRAFFIKU

1. Sinjali għall-ostakli u l-postijiet perikolużi

1.1. Postijiet fejn hemm riskju ta' kolliżjoni ma' ostakli, ta' waqgħa, jew ta' oġġetti li jaqgħu, għandhom ikunu mmarkati bi strixxi alternati sofor u suwed, jew ħomor u bojod f'żoni mibnija fl-impriża li għandhom aċċess għaliha l-ħaddiema waqt ix-xogħol tagħhom.

1.2. Id-dimensjonijiet għall-marki għandhom ikunu fil-proporzjoni mad-daqs ta' l-ostaklu jew tal-post tal-perikolu inkwistjoni.

1.3. L-istrixxi sofor u suwed jew ħomor u bojod għandhom ikunu f'angolu ta' bejn wieħed u ieħor 45o u bejn wieħed u ieħor ta' l-istess daqs.

1.4. Eżempju:

+++++ TIFF +++++

2. Il-Marki tar-rotot tat-traffiku

2.1. Meta l-użu u t-tagħmir tal-kmamar jeħtieġ dan għall-protezzjoni tal-ħaddiema, ir-rotot tat-traffiku għall-vetturi għandhom ikunu identifikati bi strixxi kontinwi f'kulur li jidher ċar, preferibbilment bl-abjad jew l-isfar, meta jitqies il-kulur ta' l-art.

2.2. L-istrixxi għandhom ikunu imqiegħda biex jindikaw id-distanza ta' sigurtà neċessarja bejn il-vetturi u kull oġġett li jista' jkun fil-qrib, u bejn nies u vetturi.

2.3. Ir-rotot tat-traffiku permanenti f'żoni mibnija fil-beraħ għandhom, sakemm huwa prattikabli, ikunu mmarkati bl-istess mod, kemm-il darba ma jkunux provduti b' barrieri jew b' bankini tajba.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VI

ĦTIĠIJIET MINIMI GĦAL SINJALI MDAWLA

1. Karatteristiċi intrinsiċi :

1.1. Id-dawl li jagħti sinjal għandu jipproduċi kuntrast imdawwal approprjat għall-ambjent, skond il-kondizzjonijiet maħsuba għall-użu tas-sinjal, imma mingħajr ma jagħmel dija jew inaqqas il-viżibilità minħabba nuqqas ta' dawl.

1.2. L-erja mdawla li tagħti sinjal tista' tkun ta' kulur wieħed jew ikollha pittogramma fuq sfond speċifiku.

1.3. Il-kulur waħdieni għandu jikkorrispondi mat-tabella tal-kuluri u t-tifsiriet tagħhom stabbiliti fit-taqsima 4 ta' l-Anness I.

1.4. Bl-istess mod, meta s-sinjal ikollu pittogramma, din ta' l-aħħar għandha tkun konformi mar-regoli kollha relevanti stabbiliti fl-Anness II.

2. Regoli speċifikati li jirregolaw l-użu

2.1. Jekk l-apparat jista' jarmi kemm sinjali kontinwi kif ukoll sinjali intermittenti, is-sinjal intermittenti għandu jkun użat biex jindika livell iktar għoli ta' perikolu jew ta' bżonn iktar urġenti għall-intervent jew l-azzjoni mitluba/imposta milli indikat bis-sinjal kontinwu.

Id-dewmien ta' kull leħħa u l-frekwenza tagħhom fil-każ ta' sinjal ta' dawl intermittenti għandhom ikunu tali li

- jiżguraw li l-messaġġ jiġi pperċepit tajjeb, u

- jevitaw kull konfużjoni jew bejn is-sinjali mdawla differenti jew ma' sinjal kontinwu mdawwal.

2.2. Jekk sinjal li jleħħ huwa użat minflok — jew flimkien ma' — is-sinjal akustiku, għandhom jiġu użati kodiċi identiċi.

2.3. L-apparat li jagħti sinjali li jleħħu fil-każ ta' perikolu gravi għandu jkun taħt sorveljanza speċjali jew ikollu fanal awżiljarju.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VII

ĦTIĠIJIET MINIMI GĦAL SINJALI AKUSTIĊI

1. Karatteristiċi intrinsiċi :

1.1. Is-sinjali akustiċi għandu:

(a) jkollhom livell ta' ħoss li hu konsiderevolment ogħla mill-livell tal-ħoss ambjentali, sabiex jinstama' mingħajr ma jkun eċċessiv jew iweġġa';

(b) ikunu rikonoxxibbli faċilment, fis-sens tat-tul tal-pulsazzjoni u l-intervalli bejn pulsazzjonijiet jew gruppi ta' pulsazzjonijiet, u jintgħarfu b'mod distint minn kull sinjal akustiku ieħor u mill-ħsejjes ambjentali.

1.2. Jekk apparat jista' jagħti sinjal akustiku fi frekwenzi varjabbli jew kostanti, il-frekwenza varjabbli għandha tintuża biex tindika livell ogħla ta' perikolu jew bżonn iktar urġenti għall-intervent jew azzjoni mitluba jew imposta ma' fejn għandha x'taqsam il-frekwenza stabbli.

2. Il-Kodiċi

Is-sinjal għall-evakwazzjoni għandu jkun kontinwu.

--------------------------------------------------

L-ANNESS VIII

ĦTIĠIJIET MINIMI GĦALL-KOMUNIKAZZJONI VERBALI

1. Karatteristiċi intrinsiċi

1.1. Il-komunikazzjoni verbali bejn min jitkellem jew strument emittenti u persuna jew iktar li jisimgħu għandha tieħu il-forma (xi kultant kodifikata) ta' testi qosra, frażijiet, gruppi ta' kliem u/jew kliem individwali.

1.2. Messaġġi mitkellma għandhom ikunu qosra, sempliċi u ċari kemm jista' jkun; il-ħila verbali ta' min jitkellem u kapaċità ta' smigħ ta' minn jisma' għandhom ikunu tali li jirrendu l-komunikazzjoni verbali affidabbli.

1.3. Il-komunikazzjoni verbali hija diretta (permezz tal-vuċi umana) jew indiretta (permezz ta' vuċi umana jew vuċi artifiċjali li hija mxandra b'kull mezz li huwa approprjat).

2. Ir-regoli speċifiċi dwar l-użu

2.1. Il-persuni involuti għandu jkollhom tagħrif tajjeb tal-lingwa użata biex hekk ikunu jistgħu jippronunzjaw u jifhmu l-messaġġ mitkellem b'mod korrett u konsegwentement jaġixxu b'mod xieraq għas-saħħa u/jew għas-sigurtà.

2.2. Jekk il-komunikazzjoni verbali hija użata minflok — jew flimkien ma' — ġesti, għandu jintuża kliem kodifikat bħal:

— ibda | biex jindika l-bidu ta' kmand |

— ieqaf | biex jinterrompi jew iwaqqaf moviment |

— spiċċa | biex titwaqqaf l-operazzjoni |

— erfa' | biex tintrafa' tagħbija |

— baxxi | biex titniżżel tagħbija |

— 'il quddiem | għandhom ikunu kkoordinati mas-sinjali korrispondenti bl-idejn |

— lura |

— lejn il-lemin |

— lejn ix-xellug |

— perikolu | għal waqfien ta' l-emergenza |

— malajr | biex jitħaffef moviment għar-raġunijiet ta' sigurtà. |

--------------------------------------------------

L-ANNESS IX

ĦTIĠIJIET MINIMI GĦAS-SINJALI BL-IDEJN

1. Karatteristiċi

Is-Sinjali bl-idejn għandhom ikunu preċiżi, sempliċi, espansivi, magħmula faċilment u distinti minn sinjali oħra.

Meta ż-żewġ dirgħajn huma użati fl-istess ħin, għandhom ikunu mċaqalqa simetrikament u biex jagħtu sinjal wieħed biss.

Sakemm jissodisfaw il-kondizzjonijiet mogħtija hawn fuq, is-sinjali użati jistgħu jvarjaw kemm kemm jew ikunu iktar iddettaljati minn dawk li jidhru fit-taqsima 3; iżda għandhom, madanakollu, ikollhom l-istess tifsira u jinftehmu bl-istess mod.

2. Regoli speċifiċi li jirregolaw l-użu

2.1. Il-persuna li tagħti sinjali, minn hawn 'il quddiem imsemmija 'is-sinjalatur'', tuża movimenti tad-dirgħajn/idejn biex tagħti istruzzjonijiet ta' manuvra lil persuna li tirċievi s-sinjali, minn hawn 'il quddiem imsemmija l-operatur.

2.2. Is-sinjalatur għandu jkun kapaċi jsegwi il-manuvri kollha b'għajnejh mingħajr ma jkun fil-perikolu.

2.3. Ix-xogħol tas-sinjalatur għandu jikkonsisti esklużivament fid-direzzjoni ta' manuvri u f'li jiżgura is-sigurtà tal-ħaddiema fil-viċinanza.

2.4. Jekk il-kondizzjonijiet deskritti fil-punt 2.2 ma jiġux sodisfatti, sinjalatur ieħor jew iktar għandhom jintużaw.

2.5. L-operatur għandu jinterrompi l-manuvra li qed issir sabiex jitlob istruzzjonijiet ġodda meta ma jistax iwettaq l-ordnijiet li hu rċieva biċ-ċertezza ta' sigurtà neċessarji.

2.6. Aċċessorji:

L-operatur għandu jkun kapaċi jagħraf is-sinjalatur mingħajr diffikultà.

Is-sinjalatur għandu jilbes b'mod distintiv xieraq, e.ż. b'ġakketta, b'elmu, bi kmiem jew b'faxxi ta' l-idejn, jew iġorr pali.

L-oġġetti distintivi li jiddistingwuh għandhom ikollhom kuluri brillanti, preferibilment kollha ta' l-istess kulur għall-użu esklussiv tas-sinjalaturi.

3. Is-sinjali kodifikati li għandhom jintużaw

Rimarka preliminari

Il-sett li ġej ta' sinjali kodifikati hu mingħajr preġudizzju għall-kodiċi oħra applikabli fuq il-livell Komunitarju, użati għall-istess manuvri f'ċerti setturi:

Tifsira | Deskrizzjoni | Illustrazzjoni |

A. Sinjali ġenerali |

+++++ TIFF +++++

IBDA Attenzjoni Bidu tal-kmand | ż-żewġ dirgħajn huma miftuħa b'mod orizzontali bil-pali jħarsu faċċata | |

+++++ TIFF +++++

IEQAF Interruzzjoni Tmiem tal-moviment | id-driegħ tal-lemin tippunta 'l fuq bil-pala tħares faċċata | |

+++++ TIFF +++++

TMIEM ta' l-operazzjoni | ż-żewġ idejn huma magħqudin quddiem is-sider | |

B. Movimenti vertikali |

+++++ TIFF +++++

GĦOLLI | id-driegħ il-leminija tippunta 'l fuq bil-pala faċċata miftuħa u tagħmel ċirku bil-mod | |

+++++ TIFF +++++

BAXXI | id-driegħ tal-lemin jippunta 'l isfel u bil-pala tħares 'il ġewwa u tagħmel ċirku bil-mod | |

+++++ TIFF +++++

DISTANZA VERTIKALI | l-idejn jindikaw id-distanza relevanti | |

Ċ. Movimenti Orizzontali |

+++++ TIFF +++++

IMXI ‘L QUDDIEM | iż-żewġ dirgħajn huma milwija bil-pala tħares 'il fuq, u l-parti tal-quddiem tad-dirgħajn tagħmel movimenti bil-mod lejn il-ġisem | |

+++++ TIFF +++++

IMXI LURA | iż-żewġ dirgħajn huma milwija bil-palmi jħarsu 'l isfel, u l-parti ta' quddiem tad-dirgħajn tagħmel movimenti bil-mod ‘l bogħod mill-ġisem | |

+++++ TIFF +++++

LEMIN għas-sinjalatur | id-driegħ tal-lemin hija estiża bejn wieħed u ieħor orizzontalment bil-pala tħares 'l isfel u bil-mod tagħmel movimenti żgħar lejn il-lemin | |

+++++ TIFF +++++

XELLUG għas-sinjalatur | id-driegħ tax-xellug huwa maħruġ bejn wieħed u ieħor orizzontalment bil-pala tħares 'l isfel u bil-mod tagħmel movimenti żgħar lejn ix-xellug | |

+++++ TIFF +++++

DISTANZA ORIZZONTALI | l-idejn jindikaw id-distanza rilevanti | |

D. Perikolu |

+++++ TIFF +++++

PERIKOLU Waqfien ta' emerġenza | iż-żewġ dirgħajn jippuntaw 'l fuq bil-pali miftuħa faċċata | |

MALAJR | il-movimenti kollha iktar mgħaġġla | |

BIL-MOD | il-movimenti kollha iktar bil-mod | |

--------------------------------------------------

Top