Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31989L0556

    Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat

    ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Revokat u sostitwit bi 32016R0429

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1989/556/oj

    31989L0556



    Official Journal L 302 , 19/10/1989 P. 0001 - 0011
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0166
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0166


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tal-25 ta' Settembru 1989

    dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat

    (89/556/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 dwar dan,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-fehma tal-Parlament Ewropew [2],

    Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

    Billi l-użu ta' embrijoni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat hija parti minn politika ta' tnissil effiċjenti li twassal għal produttività akbar u żieda fil-marġini f'dan is-settur; billi, magħduda ma' dan, il-moviment ħieles ta' embrijoni bħal dawn għandu jinkoraġġixxi kull żvilupp razzjonali billi jittieħed akkont ta' l-użu ta' l-aħjar fatturi tal-produzzjoni;

    Billi d-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-problemi ta' saħħa ta' l-annimali fil-kummerċ intra-Komunitarju f'annimali ta' l-ifrat u qżieqeż jidhru fid-Direttiva 64/432/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/360/KEE [5]; billi b'żieda, Direttiva 72/462/KEE [6], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/227/KEE [7] hemm fiha disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-problemi ta' spezzjoni veterinarja ma' l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat u qżieqeż minn pajjiżi terzi;

    Billi d-disposizzjonijiet imsemmija hawn fuq kienu assiguraw, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kummerċ intra-Komunitarju u importazzjonijiet fil-Komunità ta' annimali ta' l-ifrat u qżieqeż minn pajjiżi terzi, li l-pajjiż tal-provenjenza jiggarantixxi li l-kriterja ta' saħħa ta' l-annimal tkun ġiet eżawrita, hekk li r-riskju ta' tixrid ta' mard ta' l-annimali jkun ġie virtwalment eliminat; billi hemm b'madanakollu ċertu riskju tat-tixrid ta' mard bħal dan il-mard fil-każ ta' kummerċ fl-embrijoni;

    Billi fil-kuntest ta' l-istrateġija tal-politika tal-Komunità fuq l-armonizzar ta' disposizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'annimali u prodotti ta' l-annimali, issa huwa meħtieġ li tinħoloq kull sistema armonizzata għal kummerċ intra-Komunitarju u importazzjoni fil-Komunità ta' embrijoni ta' annimali bovini;

    Billi, fil-kuntest ta' kummerċ intra-Komunitarju ta' embrijoni, l-Istati Membri fejn l-embrijoni jiġu miġbura għandhom ikunu taħt kull obligazzjoni li jassiguraw li embrijoni bħal dawn ikunu ġew miġbura u pproċessati minn skwadri approvati ta' kolletturi ta' embrijoni taħt superviżjoni, li jkunu ġew miksuba minn annimali li l-istat tas-saħħa tagħhom ikun tali li jassigura li r-riskju tat-tixrid ta' mard ta' l-annimali jkun eliminat, jkunu ġew miġbura, ipproċessati, maħżuna u trasportati b'mod konformi mar-regoli li jippreservaw l-istat tas-saħħa tagħhom u li jkunu akkumpanjati matul it-trasport lejn il-pajjiż ta' destinazzjoni b'kull ċertifikat ta' saħħa ta' l-annimal sabiex tiġi assigurata li din l-obligazzjoni tkun ġiet imwettqa;

    Billi d-differenzi fil-politika mħaddna fil-Komunità f'dak li jirrigwarda l-vaċċinazzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer jiġġustifika ż-żamma, għal embrijoni friski, ta' derogi, limitati fiż-żmien, li jawtorizzaw il-ħtieġa mill-Istati Membri, ta' protezzjoni addizzjonali kontra dak il-mard;

    Billi kull lista ta' pajjiżi terzi għandha tkun imħejjija, li tieħu akkont tal-kriterji ta' saħħa ta' l-annimali, li minnhom embrijoni jistgħu jkunu impurtati fil-Komunità; billi mingħajr preġudizzju għal lista bħal din l-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw importazzjoni kemm-il darba l-embrijoni jkunu ġew miġbura, ipproċessati u maħżuna minn skwadri ta' kolleturi ta' embrijoni li jilħqu ċertu standards u li jkollhom superviżjoni uffiċjali; billi, magħduda ma' dan, fir-rigward ta' pajjiżi f'dik il-lista, kondizzjonijiet speċifiċi ta' saħħa ta' l-annimali għandhom ikunu stabbiliti skond iċ-ċirkostanzi; billi verifiki fuq il-lok jistgħu jitwettqu sabiex jivverifikaw il-konformità ma' dawk l-istandards;

    Billi sabiex ikun hemm prevenzjoni tat-trasmissjoni ta' ċertu mard kontaġġuż, kontrolli fuq l-importazzjoni għandhom jitwettqu meta kull konsenja ta' embrijoni tasal fit-territorju tal-Komunità, ħlief fil-każ ta' transitu estern;

    Billi, fil-kaz ta' transitu intern, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri wara dawn il-kontrolli għandhom ikunu definiti;

    Billi l-Kummissjoni għandha tkun fdata bit-teħid ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva; billi għal dan l-għan, proċeduri għandhom ikunu stabbiliti għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri;

    Billi din id-Direttiva m'għandhiex taffetwa l-kummerċ ta' embrijoni qabel id-data li fiha l-Istati Membri għandhom ikunu konformi magħha.

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    KAPITOLU I

    Disposizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva tiddeffinixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni friski u ffriżati ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat.

    2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal embrijoni li jirriżultaw minn fertilizzazzjoni in vitro l-anqas għal embrijoni suġġetti għal għażla tas-sess, qsim (ġemellaġġ), ikklonjar (cloning) jew kull manipulazzjoni li tinterferixxi ma' l-integrità taż- 'żona pellucida'.

    Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill, qabel l-1 ta' Jannat 1992, kull rapport, flimkien ma' kull proposta, dwar il-kondizzjonijiet għat-twassil ta' embrijoni bħal dawn fl-iskop ta' din id-Direttiva.

    Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawn il-proposti b'kull maġġoranza kkwalifikata.

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 64/432/KEE u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 72/462/KEE għandhom japplikaw kif meħtieġ.

    Aktar minn hekk:

    (a) 'embrijon' ifisser l-istadju inizjali ta' żvilupp ta' kull annimal domestiku ta' l-ispeċi ta' l-ifrat waqt li jkun kapaċi li jista' jkun trasferit lejn kull omm riċevitur;

    (b) 'skwadra ta' ġbir ta' embrijoni' tfisser kull grupp uffiċjalment approvat ta' tekniċi jew struttura taħt is-superviżjoni ta' kull grupp ta' veterinarji kompetenti li jwettqu l-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta' embrijoni b'mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A;

    (ċ) 'veterinarju ta' l-iskwadra' jfisser il-veterinarju responsabbli għas-superviżjoni ta' kull skwadra ta' ġbir ta' embrijoni b'mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness A;

    (d) 'konsenja ta' embrijoni' tfisser kull kwantità ta' embrijoni mneħħija f'operazzjoni waħda minn donatur wieħed u kopert b'ċertifikat wieħed;

    (e) 'pajjiż tal-ġbir' ifisser l-Istat Membru jew pajjiż terz li fih l-embrijoni huma prodotti, miġbura, ipproċessati u, fejn meħtieġ, maħżuna, u li minnfejn huma jintbagħtu lejn kull Stat Membru;

    (f) 'laboratorju dijanjostiku approvat' tfisser kull laboratorju li jinstab fit-territorju ta' kull Stat Membru jew pajjiż terz approvat mill-awtorità veterinarja kompetenti biex iwettaq provi dijanjostiċi stabbiliti f'din id-Direttiva.

    KAPITOLU II

    Regoli għal kummerċ intra-Komunitarju

    Artikolu 3

    Kull Stat Membru għandu jassigura li embrijoni ma jkunux mibgħuta mit-territorju tiegħu lejn Stat Membru ieħor kemm-il darba dawn ikunu jilħqu l-kondizzjonijiet segwenti:

    (a) għandhom ikunu ġew konċeputi bħala kull riżultat ta' inseminazzjoni artifiċjali b'semen minn kull missier donatur li jkun jinstab f'kull ċentru ta' ġbir ta' semen kif definit fl-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva 88/407/KEE [8].

    B'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, il-Kummissjoni tista' tawtorizza kummerċ f'embrijoni ta' ċertu speċi speċifiċi kkonċeputi bħala kull riżultat ta' servizz naturali minn barrin li l-istatus ta' saħħa tagħhom ikun konformi ma' Anness B ta' dik id-Direttiva;

    (b) iridu jkunu ġew miġbura minn annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat li l-istat ta' saħħa tagħhom ikun konformi ma' l-Anness B ta' din id-Direttiva;

    (ċ) iridu jkunu ġew miġbura, ipproċessati u maħżuna minn kull skwadra ta' ġbir ta' embrijoni approvati b'mod konformi ma' l-Artikolu 5 (1);

    (d) iridu jkunu ġew miġbura, ipproċessati u maħżuna mill-skwadra ta' kolleturi ta' embrijoni b'mod konformi ma' l-Anness A ta' din id-Direttiva;

    (e) iridu jkunu akkumpanjati, matul it-trasport lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni, b'kull ċertifikat ta' saħħa ta' l-annimali li jkun konformi ma' Artikolu 6 (1).

    Artikolu 4

    1. Stati Membri li ma jipprattikawx vaċċinazzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer jistgħu, sal-31 ta' Diċembru 1992:

    - jipprojbixxu l-introduzjoni fit-territorju tagħhom ta' embrijoni friski minn Stati Membri fejn il-vaċċinazzjoni hija pprattikata, u

    - jinħtieġu, fil-każ ta' importazzjoni ta' embrijoni ffriżati minn Stati Membri fejn il-vaċċinazzjoni hija pprattikata, b'żieda, li:

    (i) l-annimali donaturi jkunu ġejjin minn kull azjenda:

    - li fiha l-ebda annimal ma jkun ingħata l-vaċċinazzjoni kontra l-marda ta' l-ilsein u d-dwiefer matul it-30 jum li jipproċedu bil-ġbir,

    - li ma jkunu suġġetti għal miżuri ta' projbizzjoni jew ta' kwarantina kif previst bid-Direttiva 64/432/KEE.

    (ii) l-embrijoni għandhom ikunu ġew maħżuna taħt kondizzjonijiet approvati tul kull perjodu minimu ta' 30 jum qabel il-konsenja.

    2. Qabel l-1 ta' Jannar 1992, il-Kunsill għandu jirrevedi dan l-Artikolu fuq il-bażi ta' kull rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat b'kull proposta.

    Artikolu 5

    1. L-approvazzjoni ta' kull skwadra ta' ġbir ta' embrijoni kif hemm previst għaliha fl-Artikolu 3 (ċ) għandha tingħata biss meta d-disposizzjonijiet ta' Anness A, Kapitolu 1 ikunu osservati u meta l-grupp ta' skwadri ta' kolletturi ta' embrijoni jkun jista' jissodisfa d-disposizzjonijiet l-oħra ta' din id-Direttiva.

    Kull kambju kbir fl-organizzazzjoni ta' l-iskwadra għandu jkun innotifikat lill-awtorità kompetenti.

    L-approvazzjoni ta' l-iskwadra għandha tkun imġedda kull meta l-veterinarju tal-grupp ikun mibdul jew kull meta kull tibdil kbir iseħħ fl-organizzazzjoni tagħha jew fil-laboratorji jew tagħmir għad-disposizzjoni tagħha.

    Il-veterinarju uffiċjali għandu jagħmel superviżjoni ta' osservanza tad-disposizzjonijiet stipulati hawn fuq. L-approvazzjoni għandha tkun irtirata meta waħda jew aktar mid-disposizzjonijiet ma jkunux aktar osservati.

    2. Kull skwadra approvata ta' kolletturi ta' embrijoni għandha tkun rreġistrata mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat, kull skwadra tingħata kull numru ta' reġistrazzjoni veterinarja. Kull lista ta' skwadri ta' kolletturi ta' embrijoni u n-numri tar-reġistrazzjoni veterinarji tagħhom għandha tintbagħat minn kull Stat Membru lejn l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, li għandha wkoll tkun innotifikata b'kull emenda magħmula għal-lista.

    Meta kull Stat Membru jikkonsidra li d-dispozzjonijiet li jirregolaw l-approvazzjoni ma jkunux, jew ma jkunux aktar, osservati minn kull skwadra ta' kolletturi ta' embrijoni fi Stat Membru ieħor, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat. Dan ta' l-aħħar għandu mbagħad jieħu kull miżura meħtieġa u jinnotifika lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor bid-deċiżjoni meħuda u r-raġunijiet għal dawn.

    Jekk dak l-Istat Membru l-ieħor jibża' li l-miżuri meħtieġa ma jkunux ittieħdu jew li huma inadegwati, għandu b'hekk jinforma lill-Kummissjoni, li għandha tfittex il-fehma ta' wieħed jew aktar esperti veterinarji. Fid-dawl ta' dik il-fehma, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, li temporanjament jipprojbixxu d-dħul fit-territorju tagħha ta' embrijoni li jkunu ġew miġbura mill-iskwadra f'dak il-każ.

    Awtorizzazzjoni bħal din tista' tkun irtirata b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 fid-dawl ta' fehma ġdida mogħtija minn wieħed jew aktar esperti veterinarji.

    L-esperti veterinarji għandhom ikunu ċittadini ta' kull Stat Membru apparti minn dawk involuti fil-kwistjoni.

    3. Regoli dettaljati għat-twettieq ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura kif stabbilita fl-Artikolu 18.

    Artikolu 6

    1. Kull ċertifikat ta' saħħa ta' l-annimali mħejji minn kull veterinarju uffiċjali ta' l-Istat Membru tal-ġbir fuq kull formula li tkun konformi mal-mudell fl-Anness Ċ għandu jakkumpanja kull konsenja ta' embrijoni. Kull ċertifikat separat għandu jkun maħruġ għal kull konsenja.

    2. Iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali għandu:

    (a) jikkonsisti f'kull formula waħda u mħejjija f'mill-anqas il-lingwa(/i) uffiċjali ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni;

    (b) ikun magħmul għal kull riċevitur;

    (ċ) jakkompanja l-konsenja ta' embrijoni lejn id-distinazzjoni fl-għamla oriġinali tiegħu.

    KAPITOLU III

    Regoli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi

    Artikolu 7

    1. Embrijoni għandhom ikunu impurtati biss minn dawk il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li jidhru fuq kull lista mħejjija b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18. Dik il-lista tista' tkun issupplimentata jew emendata skond l-istess proċedura.

    2. Fid-deċiżjoni jekk kull pajjiż terz jew partijiet minnu jkunx jista' jidher fuq il-lista li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1, akkont partikolari għandu jittieħed ta':

    (a) l-istat tas-saħħa tal-bhejjem, annimali domestiċi oħra u annimali ferjali fil-pajjiż terz, b'referenza partikolari għal mard eżotiku ta' l-annimali, u s-sitwazzjoni fis-saħħa ambjentali f'dak il-pajjiż, li tista' tipperikola s-saħħa ta' l-annimali fl-Istati Membri;

    (b) ir-regolarità u l-ħeffa ta' l-informazzjoni fornuta mill-pajjiż terz li tikkonċerna l-eżistenza tal-mard li jittieħed ta' l-annimali fit-territorju tiegħu, partikolarment dak il-mard imsemmi fil-lista A u B ta' l-Uffiċċju Internazzjonali ta' Mard Epiżootiku;

    (ċ) ir-regoli ta' dak il-pajjiż terz dwar prevenzjoni u kontroll ta' mard ta' annimali;

    (d) l-istruttura tas-servizzi veterinarji fil-pajjiż terz u l-poteri tagħhom;

    (e) l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri li jipprojbixxu u jikkontrollaw mard kontaġġuz ta' l-annimali; u

    (f) il-garanziji li l-pajjiż terz ikun jista' jagħti fir-rigward tal-konformità mar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.

    3. Il-lista li għaliha hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 u l-emendi kollha għaliha għandhom ikunu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 8

    1. B'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, kull lista għandha tkun imħejjija minn skwadri ta' kolletturi ta' embrijoni li huma awtorizzati li jiġbru, jipproċessaw jew jaħżnu f'pajjiżi terzi embrijoni li huma ddestinati għall-Istati Membri. Il-lista tista' tkun emendata jew issupplimentata skond l-istess proċedura.

    2. Fid-deċiżjoni dwar jekk il-grupp ta' ġbir ta' embrijoni f'pajjiż terz ikunx jista' jidher fil-lista li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1, akkont partikolari għandu jittieħed tas-superviżjoni veterinarja tas-sistema tal-ġbir ta' embrijoni f'dak il-pajjiż, il-poteri tas-servizzi veterinarji u s-superviżjoni li għaliha ċ-ċentri ta' ġbir ta' embrijoni jkunu suġġetti.

    3. Kull skwadra ta' kolletturi ta' embrijoni tista' tidher fil-lista li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1 biss jekk:

    (a) twettaq l-attivitajiet tagħha f'wieħed mill-pajjiżi jew partijiet minnu fil-lista li hemm riferenza dwarha f'Artikolu 7 (1);

    (b) twettaq il-ħtiġiet ta' l-Anness A;

    (ċ) tkun ġiet uffiċjalment approvata għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji tal-pajjiż terz ikkonċernat; u

    (d) tkun soġġetta għal spezzjonijiet ta' mill-anqas darbtejn fis-sena minn kull veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ikkonċernat.

    Artikolu 9

    1. L-importazzjoni ta' embrijoni mit-territorju ta' kull pajjiż terż jew parti minnu fil-lista mħejjija b'mod konformi ma' l-Artikolu 7 (1) għandu jseħħ biss jekk l-embrijoni:

    (a) ikunu ġejjin minn annimali donaturi li, immedjatament qabel il-ġbir ta' l-embrijoni tagħhom, ikunu baqgħu għal mill-anqas sitt xhur fit-territorju tal-pajjiż terz ikkonċernat, u f'massimu ta' żewġ merħliet li jkunu konformi mill-anqas mal-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafu 2;

    (b) ikunu konformi mal-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali adottati b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 għall-importazzjoni ta' embrijoni minn dak il-pajjiż.

    Fl-adozzjoni tal-ħtiġiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel sub-paragrafu preċedenti, konsiderazzjoni għandha tingħata għal:

    (a) is-sitwazzjoni tas-saħħa fiż-żona ta' madwar il-post tal-ġbir ta' embrijoni, b'referenza partikolari għall-mard li jidher fil-lista A ta' l-Uffiċċju Internazzjonali ta' Mard Epiżootiku;

    (b) l-istat tas-saħħa tal-merħla kkonċernata fil-ġbir ta' l-embrijoni, inklużi l-ħtiġiet ta' provi;

    (ċ) l-istat ta' saħħa ta' l-annimal donatur u l-ħtiġiet ta' provi;

    (d) il-ħtiġiet ta' ġbir, ipproċessar u ħażna b'relazzjoni ma' embrijoni.

    2. Il-bażi ta' referenza biex ikunu stabbiliti l-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimal b'mod konformi ma' paragrafu 1 rigward tuberkolożi, bovina, brucellosi bovina u lukożi bovina enżootika għandhom ikunu l-istandards stabbiliti fl-Annessi A u G ta' Direttiva 64/432/KEE. Skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 18 u fuq il-bażi ta' każ b'każ, derogazzjonijiet minn dawk id-disposizzjonijiet jistgħu jkunu deċiżi meta pajjiż terz interessat jipprovdi garanziji bħal dawn u mill-anqas ekwivalenti mar-referenza tas-saħħa ta' l-annimali.

    3. L-Artikoli 4 għandu japplika mutatis mutandis.

    Artikolu 10

    1. L-importazzjoni ta' embrijoni tista' tiġi awtorizzata biss fuq kull preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimal imħejji u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz tal-ġbir.

    Dan iċ-ċertifikat għandu:

    (a) ikun imħejji f'mill-anqas il-lingwa jew il-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn il-kontroll ta' l-importazzjoni kif previst għalih fl-Artikolu 11 ikun imwettaq;

    (b) ikun magħmul għal riċevitur wieħed;

    (ċ) jakkumpanja l-embrijoni fl-oriġinal;

    2. Iċ-ċertifikat ta' saħħa ta' l-annimal għandu jkun fuq formula li tikkorrispondi mal-mudell imħejji skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

    Artikolu 11

    1. Kull konsenja ta' embrijoni li tidħol fit-territorju tal-Komunità għandha tkun suġġetta għal kontroll qabel ma titqiegħed f'ċirkolazzjoni ħielsa jew li tkun imqiegħda taħt proċedura doganali.

    Id-dħul ta' embrijoni bħal dawn fil-Komunità għandu jkun ipprojbit jekk il-kontroll ta' importazzjoni mal-wasla jiżvela li:

    - l-embrijoni ma jkunux ġew mit-territorju ta' kull pajjiż terz jew parti minn dan mil-lista mħejjija b'mod konformi ma' Artikolu 7 (1),

    - l-embrijoni ma kinux ġew miġbura, ipproċessati u maħżuna minn skwadri ta' kolletturi ta' embrijoni fil-lista prevista fl-Artikolu 8 (1),

    - l-embrijoni jkunu ġejjin mit-territorju ta' kull pajjiż terz jew partijiet minnu li minnhom l-importazzjoni hija pprojbita b'mod konformi ma' l-Artikolu 14 (2),

    - iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimal li jakkumpanja l-embrijoni ma jkunx b'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 u stabbiliti permezz ta' dan.

    Dan il-paragrafu m'għandux japplika għal konsenji ta' embrijoni li jidħlu fit-territorju doganali tal-Komunità u li huma mqiegħda taħt proċedura transita doganali għal konsenja lejn kull destinazzjoni li tinsab 'il barra minn dak it-territorju.

    Madanakollu, għandu jkun japplika meta t-transitu doganali jkun imwarrab matul it-trasport minn fuq it-territorju tal-Komunità.

    2. Miżuri meħtieġa jistgħu jittieħdu mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, inkluż il-ħażna fi kwarantina, sabiex tiġi akkwistata prova definittiva f'każi meta l-embrijoni jkunu susspettati li jkunu kkontaminata b'organiżmi patoġeniċi.

    3. Jekk l-importazzjoni ta' embrijoni tkun ġiet ipprojbita fuq kull bażi kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 u l-pajjiż terz li jesporta ma jkunx fi żmien 30 jum awtorizza r-ritorn ta' l-embrijoni, l-awtorità kompetenti veterinarja ta' l-Istat Membru tad-destinazzjoni tista' tordna li dawn ikunu meqruda.

    Artikolu 12

    Kull konsenja ta' embrijoni awtorizzata għall-introduzzjoni fil-Komunità minn kull Stat Membru fuq il-bażi tal-kontroll li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 11 (1) għandha, meta tinbagħat lejn it-territorju ta' Stat Membru ieħor, tkun akkumpanjata biċ-ċertifikat oriġinali jew kopja awtorizzata tiegħu, iffirmata kif meħtieġ, f'kull każ, mill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli għall-kontroll imwettaq b'mod konformi ma' l-Artikolu 11.

    Artikolu 13

    Kull spiża li tiġi mill-implimentazzjoni ta' miżuri previsti fl-Artikolu 11 (2) u (3) għandha tiġi imposta fuq il-fornitur, ir-riċevitur jew l-aġent tiegħu, mingħajr kumpens mill-Istati Membri.

    KAPITOLU IV

    Regoli dwar miżuri ta' ħarsien u kontroll

    Artikolu 14

    1. Jekk kull mard kontaġġuż li jista' jinġarr minn embrijoni joħroġ jew jinxtered jew għal kull raġuni oħra konness mas-saħħa ta' l-annimali jista' jipperikola s-saħħa ta' merħliet fl-Istati Membri hekk jiġġustifikaw u meta:

    - it-territorju ta' kull Stat Membru kkonċernat, il-miżuri ta' ħarsien stabbiliti fl-Artikolu 9 ta' Direttiva 64/432/KEE jista' jiġi applikat,

    - it-territorju kollu jew parti minnu ta' kull pajjiż terz ikkonċernat, l-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jipprojbixxi l-importazzjoni ta' dawk l-embrijoni sew jekk importati direttament jew indirettament permezz ta' Stat Membru ieħor, jew mill-pajjiż terz kollu jew minn parti biss tat-territorju tiegħu.

    2. Miżuri meħuda mill-Istati Membri fuq il-bażi ta' paragrafu 1 u t-tneħħija ta' miżuri bħal dawk għandhom ikunu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għal miżuri bħal dawk.

    B'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, jista' jiġi deċiż li dawk il-miżuri għandhom ikunu emendati, b'mod partikolari sabiex jiġu kkordinati ma' miżuri adottati minn Stati Membri oħra, jew li jiġu mħassra.

    3. Jekk is-sitwazzjoni maħsuba fil-paragrafu 1 tinħoloq u jekk ikun meħtieġ li l-Istati Membri l-oħra wkoll japplikaw il-miżuri meħuda permezz ta' dak il-paragrafu, emendati fejn meħtieġ b'mod konformi ma' paragrafu 2, passi xierqa għandhom jittieħdu b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17. Il-bidu mill-ġdid ta' importazzjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat għandu jkun awtorizzat skond l-istess proċedura.

    Artikolu 15

    1. Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, b'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, iwettqu verifiki fuq il-lok sa kemm dawn ikunu indispensabbli biex jiżguraw applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva.

    Il-pajjiż tal-ġbir li fit-territorju tiegħu kull verifika tkun imwettqa għandu jagħti kull għajnuna meħtieġa lill-esperti biex iwettqu d-doveri tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiż tal-ġbir ikkonċernat bir-riżultati ta' l-investigazzjoni.

    Il-pajjiż tal-ġbir ikkonċernat għandu jieħu kull miżura li tista' tkun meħtieġa biex jieħu akkont tar-riżultati ta' l-investigazzjoni. Jekk il-pajjiż tal-ġbir ma jieħux dawk il-miżuri, il-Kummissjoni tista', wara li s-sitwazzjoni tkun ġiet eżaminata mill-Kumitat Veterinarju Imwaqqaf, tawtorizza Stati Membri li jirrifjutaw id-dħul fit-territorju tagħhom ta' embrijoni miksuba, ipproċessati jew maħżuna mill-iskwadra ta' ġbir f'dak il-każ jew jew tirtira l-approvazzjoni fil-każ ta' pajjiżi terzi.

    2. Id-disposizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-frekwenza u l-metodu tat-twettieq tal-verifiki li għalihom hemm referenza fl-ewwel sub-paragrafu ta' paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura mfassla fl-Artikolu 18.

    KAPITOLU V

    Disposizzjonijiet Finali

    Artikolu 16

    Emendi għall-Annessi, b'mod partikolari biex jiġu adattati għal avvanzi fit-teknoloġija, għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

    Artikolu 17

    1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu tkun sejra tintuża, il-President għandu jirreferi l-materja minnufih lejn il-kumitat jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta' kull Stat Membru.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lil Kumitat kull abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-fehma tiegħu fuq l-abbozz f'kull żmien limitat li l-president jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. Il-fehma għandha tkun mogħtija mill-maġġoranza kif stabbilita fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta dwar kull proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu mwieżna skond kif imniżżel f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu skond il-fehma tal-kumitat.

    4. Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond il-fehma tal-kumitat, jew jekk l-ebda fehma ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill kull proposta marbuta mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'kull maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, fi żmien 15-il jum mid-data li fiha jkun ġie rreferut lejn il-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

    Artikolu 18

    1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-President għandu jirreferi l-materja mingħajr dewmien lill-Kumitat jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta' kull Stat Membru.

    2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lil Kumitat kull abbozz tal-miżuri li għandhom jittiehdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-fehma tiegħu fuq l-abbozz f'kull żmien limitat li l-president jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. Il-fehma għandha tkun mogħtija mill-maġġoranza kif stabbilit fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta dwar kull proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu mwieżna skond kif imniżżel f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu skond il-fehma tal-kumitat.

    4. Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond il-fehma tal-kumitat, jew jekk l-ebda fehma ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, bla ebda dewmien, tissottometti lill-Kunsill kull proposta maħsuba mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'kull maġġoranza kwalifikata.

    Jekk, fi żmien tliet xhur mid-data li fiha jkun ġie rreferut lejn il-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

    Artikolu 19

    1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal embrijoni miġbura, ipproċessati u maħżuna f'kull Stat Membru qabel l-1 ta' Jannar 1991.

    2. Sad-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet adottati bis-saħħa ta' l-Artikoli 7, 8 u 9, l-Istati Membri m'għandhomx japplikaw għall-importazzjoni ta' embrijoni minn pajjiżi terzi kondizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk li jirriżultaw mill-applikar ta' Kapitolu II.

    Artikolu 20

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex dawn ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1991. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    Artikolu 21

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, il-25 ta' Settembru 1989.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Nallet

    [1] ĠU Nru C 76, tat-28. 3. 1989, pġ. 1.

    [2] ĠU Nru C 120, tas-16. 5. 1989, pġ. 313.

    [3] ĠU Nru C 139, tal-5. 6. 1989, pġ. 56.

    [4] ĠU Nru 121, tad-29. 7. 1964, pġ. 1977/64.

    [5] ĠU Nru L 153, tas-6. 6. 1989, pġ. 29.

    [6] ĠU Nru L 302, tal-31. 12. 1972, pġ. 28.

    [7] ĠU Nru L 93, ta’ l-4. 6. 1989, pġ. 25.

    [8] ĠU Nru L 194, tat-22. 7. 1988, pġ. 10.

    --------------------------------------------------

    ANNESS A

    KAPITOLU I

    Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' l-iskwadra ta' ġbir ta' embrijoni

    Sabiex jingħata approvazzjoni kull grupp ta' kolletturi ta' embrijoni għandu jwettaq il-ħtiġiet segwenti:

    (a) il-ġbir, l-ipproċessar u ħa żna ta' embrijoni għandu jitwettaq jew minn veterinarju tal-grupp jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn tekniku wieħed jew aktar li huma kompetenti u mħarrġa mill-veterinarju ta' l-iskwadra f'metodi u teknika ta' l-iġene;

    (b) għandu jkun imqiegħed taħt is-supervi żjoni u l-awtorità ġenerali tal-veterinarju uffiċjali;

    (ċ) għandu jkollu għad-disposizzjoni tiegħu faċilitajiet ta' laboratorju permanenti jew mobbli fejn l-embrijoni jkunu jistgħu jiġu e żaminati, ipproċessati u ppakjati, li jikkonsisti mill-anqas wiċċ ta' mejda għax-xogħol, mikroskopju u apparat ċiroġeniku;

    (d) fil-ka żta' laboratorju fuq sit permanenti, dan għandu jkollu disponibbli:

    - kamra fejn l-embrijoni jkunu jistgħu jiġu mmanipulati li tkun biswit imma fi żikament separata miż-żona u żata għall-immaniġġjar ta' l-annimali donaturi waqt il-ġbir,

    - kamra jew żona mgħammra għat-tindif u l-isterilizzar ta' strumenti u apparat u żat fil-ġbir u manipulazzjoni ta' embrijoni;

    (e) għandu jkun għad-disposizzjoni tiegħu fil-ka żta' laboratorju mobbli parti speċifikament mgħammra tal-vettura li tikkonsisti f'żewġ sezzjonijiet separati,

    - waħda għall-e żaminazzjoni u l-manipulazzjoni ta' embrijoni li għandha tkun sezzjoni nadifa, u

    - l-oħra għall-akkomodazzjoni ta' apparat u materjali u żati f'kuntatt ma' l-annimali donaturi.

    Laboratorju mobbli għandu dejjem ikun f'kuntatt ma' laboratorju fuq sit permanenti biex jassigura l-isterilizzazzjoni ta' l-appart tiegħu u l-provvista ta' fluwidi u prodotti oħra meħtieġa għall-ġbir u l-manipulazzjoni ta' embrijoni.

    KAPITOLU II

    Kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-ġbir, ipproċessar, ħa żna u trasport ta' embrijoni mill-grupp approvat tal-ġbir ta' embrijoni.

    1. Ġbir u proċessar

    (a) Embrijoni għandhom ikunu miġbura u pproċessati minn skwadra approvata ta' kolleturi, mingħajr ma jiġu f'kuntatt ma' kull konsenja oħra ta' embrijoni li ma jilħqux il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

    (b) Embrijoni għandhom ikunu miġbura f'post li jkun i żolat minn partijiet oħra tal-bini jew il-qasam u li għandu jkun fi stat tajjeb u faċli biex ikun imnaddaf u ddisinfettat.

    (ċ) Embrijoni għandhom ikunu pproċessati (e żaminati, maħsula, trattati u mqiegħda f'kontenituri identifikabbli u sterili) jew f'faċilità ta' laboratorju permanenti jew f'faċilità ta' laboratorju mobbli, li ma jkunx jinsab f'żona li hija suġġetta għal mi żuri ta' projbizzjoni jew kwarantina.

    (d) L-għodda kollha li tiġi f'kuntatt ma' l-embrijoni jew ma' l-annimal donatur matul il-ġbir u l-proċessar għandha tkun tat-tip disponibbli jew inkella tiġi ddisinfettata sew jew sterilizzata qabel l-u żu;

    (e) Prodotti ta' oriġini mill-annimali u żati waqt il-ġbir ta' l-embrijoni u waqt il-vjaġġ għandhom ikunu miksuba minn sorsi li ma jippre żentaw l-ebda riskju għas-saħħa ta' l-annimali jew li jkunu hekk ittrattati qabel l-u żu li riskju bħal dan ma jkunx jista' jseħħ.

    (f) Va żetti tal-ħa żna u va żetti tal-vjaġġ għandhom jiġu ddisinfettati u sterilizzati sew qabel il-bidu ta' kull ħidma ta' mili.

    (g) L-aġent krijoġeniku u żat ma jridx ikun ġie u żat qabel għal kull prodott ieħor ta' oriġini minn annimali.

    (h) Kull kontenitur ta' l-embrijoni u l-kontenituri li fihom ikunu maħ żuna u trasportati għandu jkun immarkat b'mod ċar b'kodiċi b'tali mod li d-data tal-ġbir ta' l-embrijoni u r-razza u l-identifikazzjoni tal-missier donatur u l-omm donatriċi, kif ukoll in-numru tar-reġistrazzjoni ta' l-iskwadra jkunu jistgħu jiġu stabbiliti mingħajr tbatija. Il-karatteristiċi u l-għamla ta' dawn il-marki ta' kodiċi għandhom ikunu stabbiliti b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.

    (i) Kull embrijon għandu jkun maħsul mill-anqas 10 darbiet f'likwidu speċjali għall-embrijoni li għandu jkun mibdul kull darba u li, sa kemm ma jkunx deċi ż mod ieħor permezz ta' punt (m), għandu jkun fih trypsin, b'mod konformi ma' proċeduri rikonoxxuti internazzjonalment. Kull ħasla għandha tkun dilwita b'kull 100 mill-ħasla preċedenti u kull mikropipetta sterili għandha tkun u żata għat-trasferiment ta' l-embrijoni f'kull okka żjoni.

    (j) Wara l-aħħar ħasla kull embrijon għandu jkun suġġett għal e żaminazzjoni mikroskopika fuq il-wiċċ kollu tiegħu biex ikun stabbilit li 'zona pelluċida' tkun intatta u tkun ħielsa minn kull materjal imwaħħal magħha.

    (k) Kull konsenja ta' embrijoni li tkun għaddiet b'suċċess l-e żaminazzjoni li hemm previst dwara f'(j) għandha tiġi mqiegħda f'kull kontenitur sterili immarkat b'mod konformi ma' (h) u li għandu jkun issiġillat minnufih.

    (l) Kull embrijon għandu, fejn xieraq, ikun iffri żat malajr kemm jista' jkun possibbli u maħ żun f'kull lok li jkun taħt il-kontroll tal-veterinarju tal-grupp u li jkun suġġett għal spezzjonijiet regolari minn veterinarju uffiċjali.

    (m) B'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 kull protokoll għandu jkun imħejji qabel id-data prevista fl-Artikolu 20 rigward likwidi ta' tlaħliħ u ħasil awtorizzati, teknika tal-ħasil u, meta meħtieġ, trattamenti en żimatiċi flimkien ma' medja ta' trasport awtorizzati.

    Sa kemm isseħħ l-adozzjoni ta' kull protokoll dwar it-trattamenti en żimatiċi, ir-regoli nazzjonali dwar l-u żu ta' trypsin għandhom jibqgħu fis-seħħ, b'konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat,

    (n) Kull skwadra ta' kolleturi għandha tissottometti kampjuni ta' likwidi ta' tlaħliħ kull tant żmien, likwidi ta' ħasil, embrijoni di żintegrati, ova mhux fertilizzati, eċċ., li jirri żultaw mill-attivitajiet tagħha għal e żaminazzjoni uffiċjali dwar kontaminazzjoni batterjoloġika u virali. Il-proċedura għal ġbir ta' kampjuni, twettieq ta' e żaminazzjonijiet bħal dawn, flimkien man-normi li għandhom ikunu milħuqa, għandhom ikunu deċi żi b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18. Jekk l-istandards stabbiliti ma jkunux milħuqa, l-awtorità kompetenti li tagħti l-approvazzjoni uffiċjali lill-grupp, għandha tneħħi dik l-approvazzjoni.

    (o) Kull skwadra ta' kolleturi għandha ż żomm reġistru ta' l-attivitajiet tagħha fir-rigward ta' ġbir ta' embrijoni għal tul it-12-il xahar preċedenti u t-12-il xahar ta' wara l-ħa żna, inklu ż:

    - ir-razza, l-età u l-identifikazzjoni ta' l-annimali donaturi kkonċernati,

    - il-lok tal-ġbir, l-ipproċessar u l-ħa żna ta' l-embrijoni miġbura mill-iskwadra,

    - l-identifikazzjoni ta' l-embrijoni flimkien ma' dettalji tad-destinazzjoni tagħhom jekk magħrufa.

    2. Ħa żna

    Kull grupp ta' kolleturi ta' embrijoni għandu ji żgura li l-embrijoni jkunu maħ żuna f'temperaturi adatti f'bini approvat għall-iskop mill-awtorità kompetenti.

    Sabiex ikun approvat dan il-bini għandu:

    (i) jkun fih mill-anqas kamra waħda li tissakkar maħsuba biss għal ħa żna ta' embrijoni;

    (ii) tkun faċli biex titnaddaf u tiġi sterilizzata;

    (iii) jkollha reġistri permanenti tal-movimenti kollha tad-dħul u l-ħruġ ta' l-embrijoni. Id-destinazzjoni finali ta' l-embrijoni għandha b'mod partikolari tkun speċifikata f'dawn ir-reġistri;

    (iv) ikun suġġett għal spezzjoni mill-veterinarju uffiċjali.

    L-awtorità uffiċjali tista' tawtorizza l-ħa żna ta' sperma li twettaq il-ħtiġiet tad-Direttiva 88/407/KEE fil-bini approvat tal-ħa żna.

    3. Vjaġġar

    Embrijoni għal kummerċ għandhom ikunu ttrasportati f'kondizzjonijiet iġeniċi sodisfaċenti f'kontenituri ssiġillati mill-bini approvat tal-ħa żna sal-wasla fid-destinazzjoni tagħhom.

    Il-kontenituri għandhom ikunu mmarkati b'tali mod li n-numru jkun jaqbel man-numru fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali.

    --------------------------------------------------

    ANNESS B

    Kondizzjonijiet li japplikaw għal annimali donaturi

    1. Għal l-iskop ta' ġbir ta' embrijoni, annimali għandhom jilħqu il-ħtiġiet segwenti:

    (a) għandhom ikunu għaddew is-sitt xhur preċedenti fit-territorju tal-Komunità jew f'kull pajjiż terz tal-ġbir f'mill-anqas merħla waħda:

    - għandhom ikunu uffiċjalment ħielsa mit-tuberkoloż i, u

    - għandhom ikunu uffiċjalment ħielsa mill-bruċelloż i jew liberi mill-bruċelloż i.

    - li huma ħielsa mil-leukoż i enż ootika ta' l-ifrat jew li, matul it-tliet snin preċedenti, ma jkunu wrew l-ebda sinjali kliniċi ta' leukosi enż otika ta' l-ifrat;

    - li, matul is-sena preċedenti, ma jkunu wrew l-ebda sinjali kliniċi ta' infezzjonar ta' l-ifrat ta' rhinotracheitis/pustular vulvo-vaginitis infettuż a;

    (b) matul it-sitt xhur li jippreċedu l-ġbir ta' embrijoni, il-baqar donaturi jkunu għaddew perjodi suċċessivi f'massimu ta' ż ewġ merħliet differenti li jilħqu l-ħtiġiet stabbiliti hawn fuq.

    2. Fil-jum tal-ġbir ta' l-embrijoni l-baqra donatriċi:

    (a) għandha tkun residenti f'qasam li ma tkunx suġġetta għal kull projbizzjoni veterinarja jew miż uri ta' kwarantina.

    (b) m'għandha turi l-ebda sinjali kliniċi ta' mard.

    --------------------------------------------------

    ANNESS Ċ

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top