EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31980L0891

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 1980 dwar il-metodu ta’ analiżi tal-Komunità sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ aċidu erukiku fi żjut u f’xaħmijiet maħsuba sabiex jiġu użati bħala tali għal konsum mill-bnedmin u f’oġġetti ta’ l-ikel li fihom żjut u xaħmijiet miżjuda

OJ L 254, 27.9.1980, p. 35–41 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)
Greek special edition: Chapter 13 Volume 011 P. 7 - 13
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 011 P. 76 - 82
Portuguese special edition: Chapter 13 Volume 011 P. 76 - 82
Special edition in Finnish: Chapter 13 Volume 011 P. 8 - 14
Special edition in Swedish: Chapter 13 Volume 011 P. 8 - 14
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 006 P. 65 - 71
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 006 P. 65 - 71
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 006 P. 65 - 71
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 006 P. 65 - 71
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 006 P. 65 - 71
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 006 P. 65 - 71
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 006 P. 65 - 71
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 006 P. 65 - 71
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 006 P. 65 - 71
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 005 P. 127 - 133
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 005 P. 127 - 133
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 028 P. 16 - 22

No longer in force, Date of end of validity: 21/05/2015; Imħassar b' 32015R0705

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/891/oj

31980L0891



Official Journal L 254 , 27/09/1980 P. 0035 - 0041
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0008
Greek special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0007
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0008
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 11 P. 0076
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 11 P. 0076


Id-Direttiva tal-Kummissjoni

tal-25 ta’ Lulju 1980

dwar il-metodu ta’ analiżi tal-Komunità sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ aċidu erukiku fi żjut u f’xaħmijiet maħsuba sabiex jiġu użati bħala tali għal konsum mill-bnedmin u f’oġġetti ta’ l-ikel li fihom żjut u xaħmijiet miżjuda

(80/891/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/621/KEE ta’ l-20 ta’ Lulju 1976 dwar l-iffissar tal-livell massimu ta’ aċidu erukiku fi żjut u f’xaħmijiet maħsuba sabiex jiġu użati bħala tali għal konsum mill-bnedmin u f’affarijiet ta’ l-ikel li fihom żjut u xaħmijiet [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi l-Artikolu 2 tad-Direttiva 76/621/KEE jipprovdi li, mill-1 ta’ Lulju 1979, il-kontenut ta’ l-aċidu erukiku tal-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 ta’ dik id-Direttiva, ikkalkulat fuq il-livell totali ta’ aċidi grassi fil-komponent ta’ xaħam, ma jistax ikun aktar minn 5 %;

Billi l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/621/KEE jipprovdi li l-kontenut ta’ l-aċidu erukiku għandu jiġi stabbilit b’metodu ta’ analiżi tal-Komunità;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1470/68 tat-23 ta’ Settembru 1968 dwar it-teħid u tnaqqis ta’ kampjuni u l-kalkolazzjoni tal-kontenut ta’ żejt, impuritajiet u umdità fi żrieragħ taż-żejt [2], jistabbilixxi fl-Anness VI, kif introdott bir-Regolament (KEE) Nru 72/77 [3], metodu ta’ analiżi li jistabbilixxi l-kontenut ta’ aċidu erukiku ta’ żrieragħ tal-kolza u tal-lift; billi dan il-metodu għandu jiġi użat bħala metodu ta’ screening;

Billi ma huwiex possibbli, meta l-kostitwent ta’ aċidi grassi ta’ żjut u ta’ xaħmijiet jiġi analizzat permezz ta’ kromotografija ta’ gass-likwidu taħt kondizzjonijiet normali, li l-aċidu erukiku jintgħaraf minn isomeri oħra ta’ aċidu dokosenojku bħal aċidu ċetolejku;

Billi huwa neċessarju li jiġi stabbilit il-livell ta’ aċidu erukiku fi żjut u xaħmijiet, kif ukoll f’oġġetti ta’ l-ikel li magħhom ikunu ġew miżjuda żjut jew xaħmijiet, li jistgħu jkun fihom aċidu ċetolejku u isomeri oħra ta’ aċidu dokosenojku;

Billi ma hemmx bżonn li jiġi stabbilit il-livell ta’ aċidu erukiku fi żjut u xaħmijiet u f’oġġetti ta’ l-ikel li magħhom ikunu ġew miżjuda żjut jew xaħmijiet meta, wara li jiġu użati l-metodi ta’ analiżi ta’ screening, ikunu nstabu li ma kienx fihom aktar minn 5 % ta’ l-aċidi dokosenojċi totali jew aċidi ċis-dokosenoiċi;

Billi, sakemm jiġi introdott metodu ta’ analiżi mtejjeb sabiex jiġi stabbilit l-aċidu erukiku, dan il-metodu ta’ analiżi jiġi kkunsidrat bħala li l-aktar wieħed adatt fil-preżent;

Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta’ l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-analiżi meħtieġa sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ aċidu erukiku tal-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 76/621/KEE issir kif stipulat fl-Artikolu 2.

L-Artikolu 2

1. Għal għanijiet ta’ screening għandu jiġi stabbilit wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) il-kontenut ta’ aċidu dokosenojku totali ta’ prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 bl-użu tal-metodu stipulat fl-Anness VI għal Regolament (KEE) Nru 1470/68; jew

(b) il-kontenut ta’ aċidu ċis-dokosenojku totali ta’ prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, bil-metodu stipulat fl-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 1470/68 bl-użu ta’ kromotografija ta’ gass-likwidu f’kondizzjonijiet li bihom iċ-ċis-isomeri u t-trans-isomeri ta’ aċidi dokosenojċi jiġu sseparati, fażijiet stazzjonarji adattati għal dan il-għan huma, bħala eżempju, il-cyanopropylpolysiloxanes jew kristalli likwidi.

2. Jekk il-kontenut totali ta’ jew:

(a) aċidi dokosenojċi, stabbilit skond il-paragrafu 1 (a), jew

(b) aċidi ċis-dokosenojċi, stabbilit skond il-paragrafu 1 (b),

tal-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, kalkulati fuq il-kontenut ta’ aċidu grass totali fil-komponent ta’ xaħam, ma jaqbiżx 5 %, ma għandha tkun meħtieġa l-ebda kalkolazzjoni oħra. Inkella, il-kontenut ta’ aċidu erukiku għandu jiġi stabbilit bil-metodu stipulat fl-Anness ma’ dan.

L-Artikolu 3

Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar 1982. Għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni b’dan.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 1980.

Għall-Kummissjoni

Étienne davignon

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 202, tat-28.7.1976, p. 35.

[2] ĠU L 239, tat-28.9.1968, p. 2.

[3] ĠU L 12, tal-15.1.1977, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-KALKOLAZZJONI TAL-KONTENUT TA’ AĊIDU ERUKIKU FI ŻJUT U XAĦMIJIET MAĦSUBA SABIEX JIĠU UŻATI BĦALA TALI GĦALL-KONSUM MILL-BNEDMIN U FIL-KOMPONENT TA’ XAĦAM JEW ŻEJT TA’ OĠĠETTI TA’ L-IKEL LI MAGĦHOM IKUNU ĠEW MIŻJUDA XAĦMIJIET JEW ŻJUT

I. INTRODUZZJONI

1. PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUN

1.1. Ġenerali

Il-massa tal-kampjun ippreżentat lil-laboratorju għall-analiżi għandha normalment tkun 50 g sakemm ma tkunx meħtieġa kwantità akbar.

1.2. Preparazzjoni tal-kampjun għal analiżi fil-laboratorju

Il-kampjun għandu jiġi omoġenizzat qabel ma jiġi analizzat.

1.3. Reċipjenti

Kampjun imħejji b’dan il-mod għandu jiġi miżmum f’reċipjent li ma tgħaddix arja u umdità minnu.

2. REAĠENTI

2.1. Ilma

2.1.1. Fejn ikun meħtieġ l-ilma bħala solvent, dilwent jew għall-ħasil, għandu jiġi użat ilma ddistillat jew ilma mingħajr minerali ta’ purità li tkun għallinqas ekwivalenti.

2.1.2. Fejn tkun imsemmija "soluzzjoni" jew "dilwizzjoni" mingħajr ma jiġi speċifikat ebda reaġent ieħor, wieħed ikun qiegħed jirreferi għal soluzzjoni jew dilwizzjoni milwiema.

2.2. Kimiċi

Il-kimiċi kollha użati għandhom ikunu ta’ kwalità analitika rikonoxxuta minbarra fejn ikun speċifikat b’mod ieħor.

3. APPARAT

3.1. Lista ta’ apparat

Din il-lista fiha biss dawk l-oġġetti b’użu speċjalizzat u bi speċifikazzjoni.

3.2. Bilanċ analitiku

"Bilanċ analitiku" tfisser bilanċ b’sensittività ta’ 0·1 mg jew aħjar.

4. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

4.1. Riżultati

Ir-riżultat li hemm referenza għalih fir-rapport ta’ analiżi uffiċjali għandu jkun il-valur medju miksub minn mhux inqas minn żewġ kalkolazzjonijiet, li r-ripetibbilità tagħhom tkun sodisfaċenti.

4.2. Kalkolazzjoni tal-persentaġġ

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-riżultati għandhom jiġu mfissra bħala persentaġġi (m/m) ta’ l-aċidi grassi totali fil-kampjun kif riċevut mil-laboratorju.

4.3. Numru ta’ ċifri sinifikanti

In-numru ta’ ċifri sinifikanti fir-riżultat hekk imfisser għandu jkun irregolat permezz tal-preċiżjoni tal-metodu.

II. KALKOLAZZJONI TA’ L-AĊIDU ERUKIKU

1. KAMP U QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Il-metodu jistabbilixxi l-kontenut ta’ aċidu erukiku ta’:

(i) żjut u xaħmijiet li fihom aċidu ċetolejku (ċis-isomeru partikolari ta’ aċidu dokosenojku li jinsab fi żjut tal-ħut), u

(ii) żjut u xaħmijiet idroġenati li fihom trans u ċis-isomeri ta’ aċidu dokosenojku.

2. DEFINIZZJONI

Kontenut ta’ aċidu erukiku: il-kontenut ta’ aċidu erukiku kif stabbilit bil-metodu speċifikat.

3. PRINĊIPJU

L-esteri tal-metil tal-komponent ta’ aċidi grassi taż-żejt jew xaħam jiġu separati permezz ta’ kromatografija ta’ saff irqiq ta’ arġentazzjoni ta’ temperatura baxxa u jiġu stabbiliti b’mod kwantitattiv permezz ta’ kromatografija gass-likwidu.

4. REAĠENTI

4.1. Diethyl ether iddistillat frisk ħieles mill-perossidu.

4.2. n-hexane.

4.3. Ġel tas-silika G, għal kromatografija ta’ saff irqiq.

4.4. Ġel tas-silika, għal kromatografija tal-kolonna.

4.5. Soluzzjoni ta’ nitrat tal-fidda, 200 g/litru. Dewweb 24 g nitrat tal-fidda f’ilma u imla sa 120 ml bl-ilma.

4.6. Soluzzjoni ta’ methylerucate 5 mg/ml. Dewweb 50 mg ta’ methyl erucate fi ftit ml ta’ n-hexane u iddilwa sa 10 ml b’n-hexane.

4.7. Methyl tetracosanoate, soluzzjoni standard interna, 0·25 mg/ml. Dewweb 25 mg ta’ methyl tetracosanoate fi ftit ml ta’ n-hexane (bħal 4.6) u iddilwa sa 100 ml b’n-hexane.

4.8. Solvent ta’ żvilupp. Toluene: n-hexane 90: 10 (v/v).

4.9. 2,7 Soluzzjoni ta’ Dichlorofluorescein 0.5 g/litru. Dewweb b’tisħin u tidwir 50 mg ta’ 2,7 dichlorofluorescein f’100 ml ta’ 50 % metanol milwiem.

5. APPARAT

5.1. Apparat għal kromatografija ta’ saff irqiq sabiex jinkludi, b’mod partikolari:

5.1.1. Unit ta’ deep-freeze, li tkun tista’ żżomm tank ta’ żvilupp u l-kontenut f’temperatura ta’ bejn 20 taħt iż-żero u 25 ºĊ taħt iż-żero.

5.1.2. Pjanċi tal-ħġieġ, 200 × 200 mm.

5.1.3. Lampa ultra-violet.

5.1.4. Kolonni tal-ħġieġ, ta’ tul ta’ bejn wieħed u ieħor ta’ 200 mm, dijametru minn ġewwa ta’ madwar 10 mm b’filtru ta’ glass wool jew ħġieġ sintered. Inkella, njiebet żgħar b’filtri tal-ħġieġ sintered.

5.1.5. Applikatur, sabiex jiġu ddepożitati soluzzjonijiet fil-forma ta’ faxxa jew strixxa dejqa fuq pjanċi TLC.

5.2. Kromatografija ta’ gass-likwidu, flimkien ma’ integratur elettroniku, kif deskritt fit-Taqsima III ta’l-Anness VI għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 72/77.

6. PROĊEDURA

6.1. Preparazzjoni ta’ esteri tal-metil ta’ aċidu grass

Ħu madwar 400 mg tal-komponent ta’ żejt jew ta’ xaħam tal-kampjun sabiex jiġi analizzat u ħejji soluzzjoni li jkun fiha 20 sa 50 mg/ml ta’ l-esteri tal-metil ta’ l-aċidu grass f’n hexane permezz tal-metodu deskritt fit-Taqsima II.3 ta’l-Anness VI mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 72/77.

6.2. Kromatografija ta’ saff irqiq

6.2.1. Preparazzjoni tal-pjanċi

Qiegħed 60 g ta’ ġel silika (4.3) fi flixkun bil-qiegħ tond ta’ 500 ml, żid 120 ml ta’ soluzzjoni ta’ nitrat tal-fidda (4.5) u ħawwad għal minuta sabiex tinkiseb taħlita ta’ silika omoġenja għal kollox. Ifrex it-taħlita bil-metodu tas-soltu fuq il-pjanċi; il-ħxuna tas-saff għandha tkun ta’ bejn wieħed u ieħor 0·5 mm. Din il-kwantità tat-taħlita tkun biżżejjed għall-preparazzjoni ta’ ħames pjanċi ta’ 200 x 200 mm.

Ħalli l-pjanċi jinxfu parzjalment bl-arja (preferibbilment billi jitħallew fid-dlam għal madwar 30 minuta). Nixxef għal kollox u attiva l-pjanċi billi tpoġġihom f’forn, miżmum f’100 ºC, għal sagħtejn u 30 minuta. Uża l-pjanċi kemm jista’ jkun malajr wara l-attivazzjoni jew erfagħhom b’attenzjoni f’cabinet mudlam u mbagħad attivahom mill-ġdid qabel l-użu. (Nota: attivazzjoni f’110 °C għal siegħa tista’ tkun biżżejjed sakemm il-pjanċi ma jiġux skurati b’konsegwenza). Obrox linji fuq il-kisja 10 mm mill-ġnub u l-wiċċ ta’ kull pjanċa qabel l-użu sabiex inaqqsu l-effetti tat-truf matul l-iżvilupp.

6.2.2. Applikazzjoni ta’ esteri tal-metil

Permezz ta’ applikatur (5.1.5) poġġi 50 μl tas-soluzzjoni ta’ esteri tal-metil (6.1) imħejjija mill-kampjun fi strixxa dejqa ta’ madwar 50 mm, għallinqas 40 mm mill-ġenb tal-pjanċa u 10 mm mill-qiegħ. Applika b’mod simili 100 μl ta’ soluzzjoni li jkun fiha volumi ndaqs tas-soluzzjoni mħejjija ta’ esteri tal-metil (6.1) u s-soluzzjoni ta’ erucate tal-metil (4.6). Agħti attenzjoni partikolari matul l-applikazzjoni tas-soluzzjonijiet minħabba n-natura fraġli tal-kisja. (Nota: jekk ikun mixtieq, jista’ jiġi applikat 50 μl tas-soluzzjonijiet ta’ erucate tal-metil (4.6) fuq il-pjanċa sabiex jgħin fl-identifikazzjoni tal-faxxa ta’ erucate tal-metil wara l-iżvilupp: ara figura). Wara l-applikazzjoni ta’ l-esteri tal-metil poġġi t-tarf tal-qiegħ tal-pjanċa f’diethyl ether sakemm l-ether jogħla għal madwar 5 mm fuq l-area ta’ applikazzjoni tal-kampjun. Dan jikkonċentra l-esteri tal-metil f’faxxa dejqa.

6.2.3. Żvilupp tal-pjanċi

Ferra’ s-solvent ta’ żvilupp (4.8) f’tank għal għoli ta’ madwar 5 mm u poġġi t-tank, bl-għatu b’kollox, f’cabinet tad-deep freeze (5.1.1) miżmum f’25 ºC taħt iż-żero, jew kemm jista’ jkun possibbli viċin din it-temperatura. (F’ċerti każijiet jista’ jkun ta’ vantaġġ li tiksi t-tank minn ġewwa). Wara sagħtejn, poġġi l-pjanċa b’attenzjoni fit-tank u ħalli s-solvent jogħla għal madwar nofs għal żewġ terzi ta’ l-għoli tal-pjanċa. Neħħi l-pjanċa u evapora s-solvent bil-mod minnu fi fluss ta’ nitroġenu. Ibdel il-pjanċa fit-tank u ħalli s-solvent jogħla sa fuq nett tal-pjanċa. Neħħi l-pjanċa u kif spjegat qabel nixxef fi fluss ta’ nitroġenu u mbagħad sprejja b’attenzjoni b’soluzzjoni ta’ 2,7 dichlorofluorescein (4.9).

Ħares lejn il-pjanċa taħt dawl ultra-violet u sib il-pożizzjoni tal-faxxa li jkun fiha methyl erucate fil-kampjun b’referenza għall-faxxa intensifikata fil-kampjun li magħha jkun ġie miżjud il-methyl erucate (ara l-istampa).

6.2.4. Separazzjoni tal-frazzjonijiet ta’ esteri tal-metil

Obrox il-faxxa tal-methyl erucate miksuba mill-kampjun f’reċipjent ta’ 50 ml filwaqt li tingħata attenzjoni sabiex ma jkunx hemm telf. Ittrasferixxi l-ġel tas-silika li jkun jinsab fuq u taħt il-faxxa tal-methyl erucate f’reċipjent ta’ 50 ml, b’mod simili. Din il-faxxa ikun fiha l-frazzjonijiet l-oħra kollha ta’ esteri tal-metil ta’ aċidi grassi. Żid 1.0 ml tas-soluzzjoni standard ta’ metil ta’ tetracosanoate (4.7) u 10 ml ta’ diethyl ether (4.1) f’kull reċipjent. Ħawwad, u ttrasferixxi l-kontenut tar-reċipjenti f’kolonni u njiebet separati (5.1.4) li kull wieħed minnhom ikun fih 1 g ta’ ġel tas-silika (4.4); neħħi bl-elużjoni l-esteri tal-metil bl-użu ta’ tliet porzjonijiet jew erba’ ta’ diethyl ether. Iġbor il-filtrati fi fliexken żgħar. Evapora kull filtrat għal volum żgħir billi jintuża fluss ħafif ta’ nitroġenu u ttrasferixxi l-esteri tal-metil f’tubi tal-ħġieġ żgħar bil-qiegħ ġej għall-ponta. Neħħi s-solvent kollu permezz ta’ evaporazzjoni bi fluss ta’ nitroġenu b’tali mod li l-esteri tal-metil jiġu kkonċentrati fil-qiegħ tat-tubi. Ħoll l-esteri tal-metil f’madwar 25 sa 50 μl ta’ n-hexane (4.2).

6.3. Kromatografija ta’ gass-likwida

6.3.1. Wettaq il-proċedura deskritta fit-Taqsima III ta’l-Anness VI għal Regolament tal-Kummissjoni 72/77/KEE u analizza 1 sa 2 μl tas-soluzzjonijiet ta’ esteri tal-metil miksuba minn (i) il-frazzjoni li jkun fiha methylerucate, u (ii) il-frazzjonijiet li jkun fihom il-bqija ta’ l-aċidi grassi methylated.

6.3.2. Ikseb mill-integratur elettroniku l-ogħla partijiet li ġejjin:

(i) mill-kromatogramma tal-frazzjoni li jkun fiha l-methyl erucate:

(a) methyl erucate [E]

(b) standard intern [L1]

(ċ) l-ogħla partijiet ta’ esteri tal-metil totali minbarra l-istandard intern [EF]

(ii) mill-kromatogramma tal-frazzjonijiet li jkun fihom il-bqija ta’ l-esteri tal-metil ta’ l-aċidi grassi

(a) l-ogħla partijiet ta’ l-esteri tal-metil minbarra l-istandard intern [RF]

(b) standard intern [L2]

7. ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

7.1. Metodu ta’ kalkolazzjoni u formula

7.1.1. Il-kontenut ta’ aċidu erukiku tal-kampjun, espress f’termini ta’ l-esteri tal-metil tiegħu bħala persentaġġ ta’ l-esteri tal-metil totali ta’ l-aċidi grassi mħejjija mill-kampjun, jingħata permezz ta’:

L

EF

RF

× 100

fejn

E, EF, RF, L1 u L2 huma l-ogħla partijiet li hemm referenza għalihom f’6.3.2, ikkoreġuti skond il-ħtieġa bl-użu ta’ fatturi ta’ kalibrar.

Għal għanijiet prattiċi, il-valur għal erucate tal-metil mogħti permezz tal-formula ta’ fuq huwa ekwivalenti għal-livell ta’ aċidu erukiku mfisser bħala persentaġġ tal-livell totali ta’ aċidi grassi fil-kampjun.

7.1.2. Jekk l-ogħla partijiet jiġu miksubin f’persentaġġi il-valuri EF u RF jistgħu jiġu kkalkolati kif segwit:

EF = 100 - L1

RF = 100 - L2

7.1.3. Il-metodu ta’ kalkolazzjoni (7.1.1) jassumi li l-livell ta’ aċidu tetracosanoic fil-kampjun huwa negliġibbli. Jekk jidher li jkunu preżenti ammonti sinifikanti ta’ dan il-aċidu l-valur ta’ aċidu tetracosanoic (L2) miksub mill-kromatogramma tal-frazzjonijiet li jkun fihom il-bqija ta’ l-esteri tal-metil ta’ aċidi grassi għandu jitnaqqas għal:

L2 - T2

fejn

T

=

T

P

P

u

T2 = l-ogħla parti ta’ methyl tetracosanoate miksuba mill-kampjun u li tifforma parti mill-akbar arja attribwita għall-istandard intern fil-kromatogramma tal-bqija tal-frazzjoni ta’ esters ta’ metil ta’ aċidu grass;

P2 = l-ogħla parti ta’ palmitate tal-metil miksuba mill-kromatogramma tal-bqija tal-frazzjoni

T0 = l-ogħla parti ta’ tetracosanoate tal-metil miksuba mill-kromatogramma ta’ l-esteri tal-metil ta’ l-aċidi grassi totali kif stabbilit permezz ta’ l-analiżi li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva

P0 = l-ogħla parti ta’ palmitate tal-metil miksuba mill-kromatogramma ta’ l-esteri tal-metil ta’ l-aċidi grassi totali kif stabbilit permezz ta’ l-analiżi li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva.

7.1.4. Derivazzjoni tal-formula

Il-proporzjon ta’ aċidi grassi fil-frazzjoni li fiha l-erucate tal-metil, imfissra bħala persentaġġ ta’ l-aċidi grassi totali fil-kampjun, huwa mogħti permezz ta’:

EFL1EFL1 + RFL2 × 100 | jew | EFL1EFL1 + RFL2 × 100 |

Il-proporzjon ta’ aċidu erukiku fil-frazzjoni li tikkontjeni il-methyl erucate, jingħata permezz ta’:

EEF

Għalhekk il-kontenut ta’ l-aċidu erukiku tal-kampjun, espress bħala perċentaġġ ta’ l-aċidu xaħmi totali, jingħata bi:

EFL1EFL1 + RFL2 ×EEF × 100 | jew | EL1EFL1 + RFL2 × 100 |

7.1.5. Ripetibbilità

Id-differenza bejn il-valuri taż-żewġ kalkolazzjonijiet meta mwettqa simultanjament jew f’suċċessjoni mgħaġġla ta’ l-istess kampjun, mill-istess analizzatur taħt l-istess kondizzjonijiet, ma għandhomx jaqbżu 10 % tar-riżultat jew 0.5 g għal kull 100 g tal-kampjun, filwaqt li jittieħed l-akbar valur.

+++++ TIFF +++++

Kromatogramma tipika ta' saff irqiq li turi s-separazzjoni ta' l-esteri tal-metil ta' acidu erukiku, acidu etolejku u trans-isomeri ta' acidu dekonosejku

--------------------------------------------------

Top