This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22020D0168
Decision No 1/2020 of the EU-Republic of Moldova Association Committee in Trade Configuration of 23 January 2020 concerning the update of Annex XV (Elimination of customs duties) to the Association Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community and their Member States, of the one part, and the Republic of Moldova, of the other part [2020/168]
Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni Bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tat-23 ta’ Jannar 2020 dwar l-aġġornament tal-Anness XV (It-tneħħija ta’ dazji doganali) għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra [2020/168]
Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni Bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tat-23 ta’ Jannar 2020 dwar l-aġġornament tal-Anness XV (It-tneħħija ta’ dazji doganali) għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra [2020/168]
PUB/2020/48
ĠU L 34, 6.2.2020, p. 52–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/52 |
DEĊIŻJONI NRU 1/2020 TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ
tat-23 ta’ Jannar 2020
dwar l-aġġornament tal-Anness XV (It-tneħħija ta’ dazji doganali) għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra [2020/168]
IL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fis-27 ta’ Ġunju 2014, u b’mod partikolari l-Artikolu 147(4) u (5), l-Artikolu 148(5) u l-Artikolu 438(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016. |
(2) |
Wara konsultazzjonijiet, l-UE u r-Repubblika tal-Moldova qablu fuq bażi reċiproka, skont l-Artikolu 147 tal-Ftehim, li jżidu l-volum ta’ xi prodotti soġġetti għal kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju. |
(3) |
L-Unjoni Ewropea aċċettat li żżid il-volum tal-kwoti tariffarji (“TRQ”) għal oġġetti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Moldova fejn jidħlu l-għeneb tal-mejda u l-għajnbaqar, u li tintroduċi kwota tariffarja ġdida għaċ-ċiras. Ir-Repubblika tal-Moldova qablet li żżid gradwalment il-volum tat-TRQs għal prodotti li joriġinaw fl-UE għall-prodotti li ġejjin inklużi fl-iskeda ta’ konċessjonijiet (ir-Repubblika tal-Moldova) stabbiliti fl-Anness XV-D tal-Ftehim: il-majjal (“TRQ 1”), it-tjur (“TRQ 2”), il-prodotti tal-ħalib (“TRQ 3”) u z-zokkor (“TRQ 5”). |
(4) |
Wara talba li saret mir-Repubblika tal-Moldova skont l-Artikolu 148 ta’ dan il-Ftehim, l-Unjoni Ewropea aċċettat li żżid il-volum ta’ limitu fil-każ tal-qamħ (dqiq u gerbub), xgħir (dqiq u gerbub), qamħirrum (dqiq u gerbub) u ċereali pproċessati. |
(5) |
Fis-16 ta’ Diċembru 2014 il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, permezz tad-Deċiżjoni Nru 3/2014, iddelegat lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif imsemmi fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, is-setgħa li jaġġorna jew jemenda ċerti Annessi għall-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XV mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
(1) |
l-Anness XV-A huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni; |
(2) |
fl-Anness XV-B, fil-lista ta’ prodotti soġġetti għal prezz ta’ dħul, il-linja bil-kodiċi NM 2012 0809 29 00 u d-deskrizzjoni tal-prodott “Ċirasa (minbarra ċirasa qarsa), friska” għandha titħassar; |
(3) |
fl-Anness XV-C, il-volumi ta’ skattar għall-kategoriji ta’ prodotti li ġejjin għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
(4) |
fl-Anness XV-D, l-Iskeda ta’ Konċessjonijiet (ir-Repubblika tal-Moldova), ir-raba’ kolonna bit-Titolu “Kategorija” għandha tiġi emendata kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ
P. SOURMELIS
Il-President
A. FERNÁNDEZ DÍEZ C. CEBAN
Segretarji
ANNESS
“ANNESS XV-A
PRODOTTI SUĠĠETTI GĦAL KWOTI ANNWALI TA’ KWOTI TARIFFARJI MINGĦAJR DAZJU (L-UNJONI)
Nru tal-Ordni |
Kodiċi NM 2012 |
Deskrizzjoni tal-Prodott |
Volum (f’tunnellati) |
Rata ta’ dazju |
1 |
0702 00 00 |
Tadam, frisk jew imkessaħ |
2 000 |
xejn |
2 |
0703 20 00 |
Tewm, frisk jew imkessaħ |
220 |
xejn |
3 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda, frisk |
20 000 |
xejn |
4 |
0808 10 80 |
Tuffieħ, frisk (ħlief it-tuffieħ tas-sidru, fi kwantità, mis-16 ta’ Settembru sal-15 ta’ Diċembru) |
40 000 |
xejn |
5 |
0809 29 00 |
Ċirasa (imbarra ċ-ċirasa qarsa), friska |
1 500 |
xejn |
6 |
0809 40 05 |
Għanbaqar, frisk |
15 000 |
xejn |
7 |
2009 61 10 |
Meraq tal-għeneb, inkluż most tal-għeneb, mhux iffermentat, bil-valur Brix <= 30 f’temperatura ta’ 20 °C, valur ta’ > EUR 18 kull 100 kg, irrispettivament minn jekk fihx zokkor miżjud jew xi sustanza tal-ħlewwa oħra (minbarra jekk fih spirtu) |
500 |
xejn |
2009 69 19 |
Meraq tal-għeneb, inkluż għeneb magħsur qabel jeħmer, mhux iffermentat, b’valur Brix > 67 f’temperatura ta’ 20 °C, b’valur ta’ > EUR 22 għal kull 100 kg, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħti togħma ħelwa kif ukoll jekk le (ħlief jekk fih l-ispirtu) |
|||
2009 69 51 |
Meraq konċentrat tal-għeneb, inkluż most tal-għeneb, mhux iffermentat, bil-valur Brix > 30 iżda <= 67 f’temperatura ta’ 20 °C, valur ta’ > EUR 18 kull 100 kg, irrispettivament minn jekk fihx zokkor miżjud jew xi sustanza tal-ħlewwa oħra (minbarra jekk fih spirtu) |
|||
2009 69 59 |
Meraq tal-għeneb, inkluż most tal-għeneb, mhux iffermentat, bil-valur Brix > 30 iżda <= 67 f’temperatura ta’ 20 °C, valur ta’ > EUR 18 kull 100 kg, irrispettivament minn jekk fihx zokkor miżjud jew xi sustanza tal-ħlewwa oħra (minbarra konċentrat jew jekk fih spirtu) |