EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0260

2005/260/EC: Decision No 2/2005 of the Joint Committee on Agriculture set up by the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation on trade in agricultural products of 1 March 2005 concerning the amendments to the Appendices to Annex 4

OJ L 78, 24.3.2005, p. 50–67 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/260/oj

22005D0260



Official Journal L 078 , 24/03/2005 P. 0050 - 0067


Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/265/PESK

tat- 23 ta’ Marzu 2005

li taħtar Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Moldova

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi

(1) Fl- 14 ta’ Ġunju 2004 il-Kunsill stqarr ir-rieda ta’ l-Unjoni Ewropea li jkollha rwol politiku aktar attiv fil-Moldova.

(2) Fit- 22 ta’ Frar 2005 l-UE u l-Moldova affermaw mill-ġdid ir-rieda tagħhom li jaħdmu flimkien b’mod sħiħ sabiex jisfruttaw l-opportunitajiet ġodda preżentati mill-Politika Ewropea tal-Ġirien (ENP) bażati fuq il-valuri komuni li jsejsu din il-politika.

(3) Hemm bżonn li tiġi żgurata l-kordinazzjoni u l-konsistenza ta’ l-azzjonijiet esterni ta’ l-UE fil-Moldova.

(4) Huwa għalhekk xieraq li jinħatar Rappreżentant Speċjali ta’ l-UE għall-Moldova.

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Is-Sur Adriaan JACOBOVITS de SZEGED qiegħed hawn jiġi maħtur Rappreżentant Speċjali ta’ l-UE (EUSR) għall-Moldova.

Artikolu 2

1. Il-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ibbażat fuq l-għanijiet tal-politika ta’ l-UE fil-Moldova. Dawn l-għanijiet jinkludu:

(a) li jikkontribwixxi għal soluzzjoni paċifika tal-kunflitt tat-Transnistrja u għall-implimentazzjoni ta’ tali soluzzjoni abbażi ta’ soluzzjoni vijabbli, waqt li tirrispetta is-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment;

(b) li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għaċ-ċittadini kollha tar-Repubblika tal-Moldova;

(ċ) li jippromwovi relazzjonijiet tajba u mill-qrib bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-UE abbażi ta’ valuri u interessi komuni kif stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-ENP;

(d) li jgħin fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u ta’ l-armi u oġġetti oħra ġejjin minn jew li jgħaddu mill-Moldova;

(e) li jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta’ l-istabbiltà u l-koperazzjoni fir-reġjun;

(f) li jkabbar l-effikaċja u l-viżibbiltà ta’ l-UE fir-Repubblika tal-Moldova u fir-reġjun.

2. L-EUSR għandu jappoġġja l-ħidma tar-Rappreżentant Għoli fir-Repubblika tal-Moldova u fir-reġjun, u jaħdem f’koperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza, il-Kapijiet tal-Missjonijiet ta’ l-UE, u l-Kummissjoni.

Artikolu 3

1. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika, il-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun li:

(a) Jsaħħaħ il-kontribut ta’ l-UE lejn ir-risoluzzjoni tal-kunflitt tat-Transnistrja skond l-għanijiet miftehma tal-politika ta’ l-UE u f’kordinazzjoni mill-qrib ma’ l-OSCE, billi jirrappreżenta lill-UE permezz tal-kanali xierqa u f’fora miftehma u billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib ma’ l-atturi kollha rilevanti;

(b) jgħin fit-tħejjija, kif xieraq, tal-kontributi ta’ l-UE għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni eventwali tal-kunflitt;

(ċ) jsegwi mill-qrib żviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Moldova, inkluż fir-reġjun Transnistrjan, billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova u atturi oħra domestiċi, u joffri kif xieraq il-parir u l-faċilitazzjoni ta’ l-UE;

(d) jassisti fl-iżvilupp ulterjuri tal-politika ta’ l-UE fir-rigward tar-Repubblika tal-Moldova u r-reġjun, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ kunflitti u s-soluzzjoni ta’ kunflitti.

2. Għall-finijiet tat-twettiq tal-mandat tiegħu, l-EUSR għandu jżomm idea ġenerali ta’ l-attivitajiet kollha ta’ l-UE, partikolarment fl-aspetti rilevanti tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ l-ENP.

Artikolu 4

1. L-EUSR għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operazzjonali tar-Rappreżentant Għoli. L-EUSR għandu jagħti rendikont ta’ kull infiq lill-Kummissjoni.

2. Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PSC) għandu jżomm kuntatt privileġġat ma’ l-EUSR u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju mal-Kunsill. Il-PSC għandu jipprovdi gwida strateġika u kontribut politiku lill-EUSR fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

1. L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-infiq relatat mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 278000.

2. In-nefqa finanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tiġi amministrata skond il-proċeduri u r-regoli tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-budget, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’ għandux jibqa’ proprjetà tal-Komunità.

3. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn l-EUSR u l-Kummissjoni. In-nefqa għandha tkun eleġibbli mid-data li fiha din l-Azzjoni Konġunta tidħol fis-seħħ.

4. Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 6

1. Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, l-EUSR għandu jkun responsabbli għall-formazzjoni tat-tim tiegħu b'konsultazzjoni mal-Presidenza, megħjun mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, u f'assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta' l-UE jistgħu jipproponu li persunal jiġi sekondat sabiex jaħdem ma’ l-EUSR. Il-ħlas tal-persunal li jista’ jiġi sekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni ta’ l-UE għall-EUSR għandu jiġi kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni ta’ l-UE kkonċernata rispettivament.

3. Il-karigi kollha tat-tip A li ma jimtlewx permezz ta' sekondament għandhom jiġu publiċiżżati kif xieraq mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u jiġu notifikati lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet sabiex jiġu mpjegati l-applikanti l-aktar kwalifikati.

4. Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni ta’ l-EUSR u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu definiti mal-partijiet. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-iskop.

Artikolu 7

Bħala regola, l-EUSR għandu jirrapporta personalment lir-Rappreżentant Għoli u lill-PSC u jista' jirrapporta wkoll lill-Grupp ta' Ħidma rilevanti. Rapporti regolari bil-miktub ser jiġu ċirkolati lir-Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Fuq rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli u tal-PSC, l-EUSR jista’ jirrapporta lill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni.

Artikolu 8

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-azzjoni esterna ta' l-UE, l-attivitajiet ta’ l-EUSR għandhom ikunu kordinati ma’ dawk tar-Rappreżentant Għoli, tal-Presidenza u tal-Kummissjoni. L-EUSRs għandhom jipprovdu aġġornamenti regolari lill-missjonijiet ta' l-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni. F'dan il-qasam, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, il-Kummissjoni u l-Kapijiet tal-Missjoni li għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lill-EUSR fl-implimentazzjoni tal-mandat. L-EUSR għandu wkoll jikkopera ma’ atturi internazzjonali u regjonali oħra f’dan il-qasam.

Artikolu 9

L-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-UE lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. L-EUSR għandu jippreżenta rapport komprensiv bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tal-mandat lir-Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni xahrejn qabel jiskadi l-mandat. Ir-rapport għandu jservi ta' bażi għall-evalwazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-Gruppi ta’ Ħidma rilevanti u mill-PSC. Fil-kuntest tal-prioritajiet globali għall-insedjament, ir-Rappreżentant Għoli għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-PSC fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendar jew it-tmiem tal-mandat.

Artikolu 10

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal- 31 ta’ Awwissu 2005.

Artikolu 11

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, nhar it- 23 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Asselborn

--------------------------------------------------

Top