EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0808-20200713

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/808/2020-07-13

02014R0808 — MT — 13.07.2020 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 808/2014

tas-17 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

(ĠU L 227 31.7.2014, p. 18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/669 tat-28 ta' April 2016

  L 115

33

29.4.2016

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1997 tal-15 ta' Novembru 2016

  L 308

5

16.11.2016

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1077 tat-30 ta' Lulju 2018

  L 194

44

31.7.2018

►M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/936 tas-6 ta' Ġunju 2019

  L 149

58

7.6.2019

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1009 tal-10 ta’ Lulju 2020

  L 224

1

13.7.2020




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 808/2014

tas-17 ta’ Lulju 2014

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ programmi tal-iżvilupp rurali, proċeduri u skedi ta’ żmien għall-approvazzjoni u l-emenda ta’ programmi tal-iżvilupp rurali u oqfsa nazzjonali, il-kontenut tal-oqfsa nazzjonali, l-informazzjoni u l-pubbliċità għall-programmi tal-iżvilupp rurali, l-implimentazzjoni ta’ ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u r-rapportar.

Artikolu 2

Il-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-oqfsa nazzjonali

Il-preżentazzjoni tal-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali kif inhu stipulat fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, tal-programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti għal garanziji u titolizzazzjoni bla limitu li jipprovdu solliev kapitali implimentati mill-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) kif hemm referenza fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tal-oqfsa nazzjonali kif hemm referenza fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għandha tiġi stabbilita skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-adozzjoni ta’ oqfsa nazzjonali

L-oqfsa nazzjonali kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom jiġu adottati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 4

Emendi tal-programmi tal-iżvilupp rurali

1.  Il-proposti biex jiġu emendati l-programmi tal-iżvilupp rurali u l-programmi speċifiċi għat-twaqqif u l-operat ta’ netwerks rurali nazzjonali għandhom jinkludu, b’mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

it-tip ta’ emenda li qed tiġi proposta;

(b) 

ir-raġunijiet u/jew il-problemi fl-implimentazzjoni li jiġġustifikaw l-emenda;

(c) 

l-effetti mistennija tal-emenda;

(d) 

l-impatt tal-bidla fuq l-indikaturi;

(e) 

ir-relazzjoni bejn il-bidla u l-Ftehim ta’ Sħubija li hemm referenza għalih fil-Kapitolu II tat-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

▼M2

2.  L-emendi fil-programm tat-tip imsemmi fl-Artikolu 11(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ma jistgħux jiġu proposti aktar minn tliet darbiet tul il-perjodu ta' programmazzjoni.

Għat-tipi l-oħrajn kollha ta' emendi kkombinati:

(a) 

tista' tiġi sottomessa proposta waħda għal emenda kull sena kalendarja u għal kull programm, bl-eċċezzjoni tas-sena 2023 f'liema sena tista' tiġi sottomessa aktar minn proposta waħda għall-emendi li jikkonċernaw b'mod esklussiv l-adattament tal-pjan ta' finanzjament, inkluż kwalunkwe tibdil li jirriżulta fil-pjan indikatur;

(b) 

jistgħu jiġu sottomessi tliet proposti addizzjonali għal emenda għal kull programm tul il-perjodu ta' programmazzjoni.

L-għadd massimu ta' emendi msemmi fl-ewwel u t-tieni sottoparagrafi ma japplikax:

▼M5

(a) 

f’każ li jridu jittieħdu miżuri ta’ emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi rikonoxxuti formalment mill-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti, jew minħabba bidla sinifikanti u għal għarrieda fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew reġjun, inkluż bidliet demografiċi sinifikanti u għal għarrieda li jirriżultaw minn migrazzjoni jew riċeviment ta’ refuġjati. Meta emenda tal-programm tal-iżvilupp rurali b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 tingħaqad ma’ emendi mhux marbuta mal-kriżi, dan is-subparagrafu għandu japplika għall-emendi kkombinati kollha, diment li l-proposta għal emenda tal-programm tal-iżvilupp rurali tintbagħat lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2021;

▼M2

(b) 

f'każ li hija meħtieġa emenda wara bidla fil-qafas legali tal-Unjoni;

(c) 

wara l-analiżi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(d) 

f'każ ta' bidla fil-kontribuzzjoni ppjanata tal-FAEŻR għal kull sena msemmija fl-Artikolu 8(1)(h)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li tirriżulta minn żviluppi marbuta mat-tqassim annwali ta' kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 58(7) ta' dak ir-Regolament; l-emendi proposti jistgħu jinkludu bidliet konsegwenzjali fid-deskrizzjoni tal-miżuri;

(e) 

f'każ ta' bidliet marbuta mal-introduzzjoni ta' strumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013; jew

(f) 

f'każ ta' bidliet marbuta mal-introduzzjoni tad-delimitazzjoni l-ġdida msemmija fl-Artikolu 32(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-aħħar emenda tal-programm tagħhom tat-tip imsemmi fl-Artikolu 11(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2020.

Tipi oħra ta’ emendi ta’ programmi għandhom jitressqu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2023.

4.  Meta emenda fil-programm tibdel kwalunkwe parti mid-dejta li tkun inkluża fit-tabella tal-qafas nazzjonali msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-approvazzjoni tal-emenda tal-programm għandha tikkostitwixxi approvazzjoni tar-reviżjoni korrispondenti ta’ dik it-tabella.

Artikolu 5

Emenda tal-oqfsa nazzjonali

1.  L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Artikolu 4(1)(b) u (c) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-emendi tal-oqfsa nazzjonali.

2.  L-Istati Membri li għażlu li jissottomettu oqfsa nazzjonali li jinkludu t-tabella msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jistgħu jissottomettu emendi tal-qafas nazzjonali li jikkonċernaw dik it-tabella lill-Kummissjoni, filwaqt li jqisu l-livell ta’ implimentazzjoni tad-diversi programmi tagħhom.

3.  Wara li tapprova l-emendi msemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tadatta l-pjanijiet ta’ finanzjament msemmijin fl-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-programmi kkonċernati mat-tabella riveduta, diment li:

(a) 

ma tinbidilx il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull programm tul il-perjodu kollu ta’ programmazzjoni;

(b) 

ma tinbidilx l-allokazzjoni totali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat;

(c) 

ma jinbidilx it-tqassim annwali tal-programm għas-snin ta’ qabel is-sena ta’ reviżjoni;

(d) 

tiġi rispettata l-allokazzjoni annwali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat;

(e) 

it-total ta’ finanzjament mill-FAEŻR għal miżuri relatati mal-ambjent u l-klima kif stipulat fl-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huwa rrispettat.

▼M2

4.  Ħlief f'każijiet ta' miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi formalment rikonoxxuti mill-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti, jew minħabba bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew reġjun, inkluż bidliet demografiċi sinifikanti u f'daqqa li jirriżultaw minn migrazzjoni jew riċeviment ta' refuġjati, bidliet fil-qafas legali, jew bidliet li jirriżultaw mill-analiżi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, it-talbiet għall-emenda tal-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu sottomessi darba biss għal kull sena kalendarja qabel l-1 ta' April. Permezz ta' deroga mit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 4(2), bidliet fil-programmi li jirriżultaw minn reviżjoni ta' dan it-tip jistgħu jsiru b'żieda mal-proposti għal emenda sottomessi f'konformità ma' dak is-sottoparagrafu.

▼B

5.  L-att ta’ implimentazzjoni li japprova l-emenda għandu jiġi adottat fil-waqt propizju biex ikunu jistgħu jsiru l-emendi fil-baġit rispettiv qabel tmiem is-sena li fiha tkun ġiet sottomessa r-reviżjoni.

Artikolu 6

Transferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni

1.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-possibbiltà li jkopru n-nefqa marbuta mal-kostijiet tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż għal kull jum tal-parteċipanti fit-trasferiment tal-għarfien u l-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kif ukoll il-kostijiet relatati għas-sostituzzjoni tal-bdiewa permezz ta’ sistema ta’ kupuni jew sistemi oħra b’effett ekwivalenti.

2.  B’rabta mas-sistemi msemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistipulaw li:

(a) 

il-perjodu ta’ validità tal-kupuni jew l-ekwivalenti ma jistax jaqbeż is-sena;

(b) 

ir-regoli biex jinkisbu l-kupuni jew l-ekwivalenti, b’mod partikolari, għandhom ikunu marbutin ma’ azzjoni speċifika;

(c) 

id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom il-kupuni jistgħu jiġu rimburżati lil min jipprovdi azzjoni ta’ taħriġ jew trasferiment ta’ għarfien u informazzjoni.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 8

Pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju

▼M3 —————

▼B

2.  Fil-każ ta’ appoġġ skont l-Artikolu 19(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li fih il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jirreferi għall-użu ta’ miżuri oħrajn ta’ żvilupp rurali skont dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-approvazzjoni tal-applikazzjoni għall-appoġġ tagħti wkoll aċċess għall-appoġġ skont dawk il-miżuri. Meta Stat Membru jagħmel użu minn dik il-possibbiltà, għandu jistipula li l-applikazzjoni għall-appoġġ tforni l-informazzjoni neċessarja biex l-eliġibbiltà tiġi vvalutata skont dawk il-miżuri.

▼M1

Artikolu 9

1.  Meta l-impenji skont l-Artikoli 28, 29 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ikunu jirreferu għal unitajiet tal-bhejjem, għandhom japplikaw ir-rati tal-konverżjoni tal-bosta kategoriji tal-annimali għal unitajiet tal-bhejjem kif stabbiliti fl-Anness II.

2.  Meta l-impenji skont l-Artikoli 28, 29 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu espressi f'unitajiet differenti minn dawk stipulati fl-Anness II ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw il-pagamenti abbażi ta' dawk l-unitajiet l-oħra. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mal-ammonti massimi fis-sena eliġibbli għall-appoġġ tal-FAEŻR kif stipulati f'dak l-Anness.

3.  Ħlief għall-pagamenti għall-impenji tat-trobbija ta' razez lokali f'perikolu li jinqerdu mill-biedja msemmijin fl-Artikolu 28(10)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-pagamenti skont l-Artikoli 28, 29 u 34 ta' dak ir-Regolament ma jistgħux jingħataw skont l-unità tal-bhejjem.

▼B

Artikolu 10

Suppożizzjoni standard tal-kostijiet addizzjoni u tad-dħul mitluf

1.  L-Istati Membri jistgħu jiffissaw l-ammont tal-pagamenti għall-miżuri jew it-tipi ta’ operazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikoli minn 28 sa 31 u fl-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 abbażi tas-suppożizzjonijiet standard tal-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli u l-pagamenti korrispondenti msemmijin fil-paragrafu 1:

(a) 

jinkludu biss elementi li jkunu verifikabbli;

(b) 

ikunu bbażati fuq ċifri stabbiliti permezz tal-kompetenzi xierqa;

(c) 

jindikaw b’mod ċar is-sors taċ-ċifri użati;

(d) 

ikunu diffrenzjati biex jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-siti reġjonali jew lokali u l-użu proprju tal-art, fejn dan ikun applikabbli;

(e) 

ma jinkludux elementi marbutin mal-kostijiet tal-investimenti.

Artikolu 11

Kombinament ta’ impenji u kombinament ta’ miżuri

1.  Diversi impenji agroambjentali klimatiċi skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-impenji marbutin mal-biedja organika skont l-Artikolu 29 ta’ dak ir-Regolament, l-impenji marbutin mat-trattament xieraq tal-annimali skont l-Artikolu 33 ta’ dak ir-Regolament u l-impenji forestali ambjentali u klimatiċi skont l-Artikolu 34 ta’ dak ir-Regolament jistgħu jistgħu jiġu kkombinati diment li dawn ikunu komplementari u kompatibbli. L-Istati Membri għandhom jehmżu l-lista ta’ kombinamenti permissibbli mal-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom.

2.  Meta miżuri jew impenji differenti taħt l-istess miżuri jew miżuri differenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 jiġu kkombinati biex jiġi determinat il-livell ta’ appoġġ, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw id-dħul mitluf speċifiku u l-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-kombinament.

3.  Meta operazzjoni taqa’ taħt żewġ miżuri jew iktar jew taħt żewġ tipi ta’ operazzjonijiet differenti jew aktar, l-Istati Membri jistgħu jattribwixxu n-nefqa għall-miżura dominanti jew għat-tip ta’ operazzjoni dominanti. Għandha tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni speċifika tal-miżura dominanti jew tat-tip ta’ operazzjoni dominanti

Artikolu 12

Netwerk rurali nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw l-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-bidu tal-pjan ta’ azzjoni tiegħu sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-programm tal-żvilupp rurali jew il-programm speċifiku għal-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali, kif applikabbli.

2.  L-istruttura meħtieġa għall-operat tan-netwerk rurali nazzjonali għandha tkun stabbilita jew mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew reġjonali jew inkella b’mod estern, b’għażla permezz ta’ proċeduri ta’ offerti jew kombinament tat-tnejn. Bħala minimu dik l-istruttura għandha tkun tista’ twettaq l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 54(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

3.  Meta Stat Membru jkun għażel programm speċifiku għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali, dak il-programm għandu jinkludi l-elementi msemmijin fil-Parti 3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Informazzjoni u pubbliċità

1.  L-Awtorità Maniġerjali għandha tissottometti strateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità, kif ukoll kull emenda tagħha lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ għall-informazzjoni. L-istrateġija ma għandhiex tkun sottomessa aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni tal-programm tal-iżvilupp rurali. L-Awtorità Maniġerjali għandha tgħarraf lill-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-inqas darba f’sena dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-informazzjoni u l-pubbliċità u dwar l-analiżi tagħha tar-riżultati, kif ukoll dwar l-informazzjoni u l-pubbliċità ppjanati li jridu jitwettqu fis-sena ta’ wara.

2.  Fl-Anness III hemm stipulati regoli dettaljati dwar ir-responsabbiltajiet tal-Awtorità Maniġerjali u l-benefiċjarji li jikkonċernaw informazzjoni u pubbliċità.

Artikolu 14

Sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  Is-sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

loġika ta’ intervent li turi l-interazzjonijiet bejn il-prijoritajiet, l-oqsma ta’ fokus u l-miżuri;

(b) 

sett ta’ indikaturi komuni tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni, inklużi l-indikaturi li għandhom jintużaw għat-twaqqif ta’ miri kwantifikati b’rabta ma’ oqsma ta’ fokus tal-iżvilupp rurali u sett ta’ indikaturi predefiniti għall-analiżi tal-prestazzjoni;

(c) 

kwistjonijiet komuni ta’ evalwazzjoni, kif stipulat fl-Anness V;

(d) 

il-ġbir, il-ħżin u t-trażmissjoni tad-dejta;

(e) 

rapportar regolari dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni;

(f) 

il-pjan ta’ evalwazzjoni;

(g) 

l-evalwazzjonijiet ex ante u ex post u l-attivitajiet l-oħrajn kollha ta’ evalwazzjoni marbuta mal-programm tal-iżvilupp rurali, inklużi dawk meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti miżjudin tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-2017 u l-2019 li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 50(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 75(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(h) 

appoġġ li jippermetti l-atturi kollha responsabbli mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

2.  Is-sett komuni ta’ indikaturi tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni għall-politika tal-iżvilupp rurali huwa stipulat fl-Anness IV. Dak l-Anness jidentifika wkoll l-indikaturi li ser jintużaw għat-tfassil ta’ miri kwantifikati b’rabta mal-oqsma ta’ fokus tal-iżvilupp rurali. Sabiex jiġu stabbiliti l-kisbiet u l-miri ewlenin tal-qafas tal-prestazzjoni msemmijin fil-punt 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Istat Membru għandu jew juża indikaturi tal-prestazzjoni predefiniti stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jew jissostitwixxi u/jew iżid dawn l-indikaturi b’indikaturi tal-prestazzjoni relevanti oħrajn definiti fil-programm tal-iżvilupp rurali.

3.  Id-dokumenti ta’ appoġġ tekniku li huma stipulati fl-Anness VI għandhom jiffurmaw parti mis-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

▼M5

4.  Għal tipi ta’ operazzjonijiet meta tiġi identifikata kontribuzzjoni potenzjali għall-fokus tal-oqsma msemmija fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (2)(a), fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punti (5)(a) sa (d), u fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, għat-tipi ta’ operazzjonijiet meta tiġi identifikata kontribuzzjoni potenzjali għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jew għal tipi ta’ operazzjonijiet li jappoġġaw il-mitigazzjoni tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u l-azzjonijiet ta’ rkupru, ir-reġistrazzjoni elettronika tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandha tinkludi marka/i biex jiġu identifikati dawk il-każijiet meta l-operazzjoni għandha komponent li jikkontribwixxi għal wieħed jew aktar minn dawk l-oqsma ta’ fokus jew l-għanijiet.

▼B

Artikolu 15

Rapport annwali ta’ implimentazzjoni

Il-preżentazzjoni tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 hija stabbilita fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Pjan ta’ Evalwazzjoni

Ir-rekwiżiti minimi għall-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huma stipulati fil-punt 9 tal-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

PARTI 1

Preżentazzjoni tal-kontenut tal-programmi tal-iżvilupp rurali

1.    Titlu tal-programm tal-iżvilupp rurali (PŻR)

2.    Stat Membru jew reġjun amministrattiv

(a) 

Żona ġeografika koperta mill-programm.

(b) 

Klassifikazzjoni tar-reġjun.

3.    Evalwazzjoni ex ante

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(a) 

Deskrizzjoni tal-proċess, inklużi t-twaqqit tal-avvenimenti prinċipali u r-rapporti intermedjarji b’rabta mal-istadji ewlenin tal-iżvilupp tal-PŻR.

(b) 

Tabella strutturata li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex ante u kif dawn ġew indirizzati.

(c) 

Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex ante komplut (inklużi r-rekwiżiti tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (“SEA” - Strategic Environmental Assessment) għandu jinhemeż mal-PŻR.

4.    Preġji, dgħufijiet, opportunitajiet u theddid (“SWOT” - Strengths, weaknesses, opportunities and threats) u identifikazzjoni tal-bżonnijiet

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(a) 

Analiżi SWOT li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

(i) 

deskrizzjoni ġenerali komprensiva tas-sitwazzjoni attwali tal-qasam ta’ programmazzjoni, ibbażata fuq indikaturi tal-kuntest komuni u speċifiku għall-programmi u fuq informazzjoni kwalitattiva aġġornata oħra;

(ii) 

il-preġji identifikati fil-qasam ta’ programmazzjoni;

(iii) 

id-dgħufijiet identifikati fil-qasam ta’ programmazzjoni;

(iv) 

l-opportunitajiet identifikati fil-qasam ta’ programmazzjoni;

(v) 

it-theddid identifikat fil-qasam ta’ programmazzjoni;

(vi) 

tabella strutturata li tinkludi d-dejta għall-indikaturi tal-kuntest komuni u speċifiku għall-programmi.

(b) 

Valutazzjoni tal-bżonnijiet, ibbażata fuq evidenza mill-analiżi SWOT, għal kull prijorità tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali (minn hawn ‘il quddiem “prijorità”) u qasam ta’ fokus u t-tliet objettivi trasversali (l-ambjent, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ta’ Natura 2000 skont il-Qafas ta’ Azzjoni Prijoritizzat ( 1 ), il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, l-innovazzjoni).

5.    Deskrizzjoni tal-istrateġija

(a) 

Ġustifikazzjoni tal-bżonnijiet magħżulin biex jiġu indirizzati mill-PŻR, u l-għażla ta’ objettivi, prijoritajiet, oqsma ta’ fokus u t-twaqqif tal-miri abbażi ta’ evidenza mill-analiżi SWOT u mill-valutazzjoni tal-bżonnijiet. Fejn ikun relevanti, għandu jkun hemm ġustifikazzjoni tas-sottoprogrammi tematiċi inklużi fil-programm. Il-ġustifikazzjoni għandha turi b’mod partikolari li jkunu ntlaħqu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(1)(c)(i) u (iv) tar-Regolament (EU) Nru 1305/2013.

(b) 

Il-kombinament u l-ġustifikazzjoni tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għal kull qasam ta’ fokus, inkluża l-ġustifikazzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-miżuri u l-adegwatezza tar-riżorsi finanzjarji meta mqabblin mal-miri stabbiliti, kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-kombinament tal-miżuri inklużi fil-loġika ta’ intervent għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza mill-analiżi SWOT u l-ġustifikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-bżonnijiet imsemmijin fil-punt (a).

(c) 

Deskrizzjoni ta’ kif ikunu ser jiġu indirizzati l-objettivi trasversali, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi stipulati fl-Artikolu 8(1)(c)(v) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(d) 

Tabella ta’ sommarju tal-loġika ta’ intervent li turi l-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus magħżulin għall-PŻR, il-miri kkwantifikati, u t-taħlit tal-miżuri li għandhom jintużaw biex jintlaħqu, inkluża n-nefqa ppjanata. It-tabella ta’ sommarju għandha tiġi ġġenerata b’mod awtomatiku mill-informazzjoni mogħtija fil-punt 5(b) u l-punt 11, bl-użu tal-karatteristiċi tas-sistema elettronika tal-iskambju tad-dejta (“SFC2014”) imsemmija fl-Artikolu 4(a) u (b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 ( 2 ).

(e) 

Deskrizzjoni tal-kapaċità konsultattiva biex jiġi żgurat li jingħataw pariri u appoġġ adegwati għar-rekwiżiti regolatorji u għall-azzjonijiet marbutin mal-innovazzjoni biex jintwerew il-miżuri meħudin kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

6.

Valutazzjoni tal-kundizzjonalitajiet ex ante li jinkludu t-tabelli strutturati li ġejjin:

(a) 

Informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-applikabbiltà tal-kundizzjonalitajiet ex ante.

(b) 

Għal kull kundizzjonalità applikabbli ex ante ġenerali u marbuta mal-prijoritajiet, f’tabella waħda:

(i) 

valutazzjoni ta’ jekk intlaħqitx u;

(ii) 

lista ta’ prijoritajiet/oqsma ta’ fokus u miżuri li għalihom tapplika l-kundizzjonalità. Lista indikattiva tal-prijoritajiet/oqsma ta’ fokus u l-miżuri ta’ relevanza partikolari għal kull kundizzjonalità ex ante hija stipulata fil-Parti 4;

(iii) 

lista tal-kriterji relevanti, kif ukoll valutazzjoni ta’ jekk dawn intlaħqux;

(iv) 

referenzi għall-istrateġiji, l-atti legali jew dokumenti relevanti oħra, inklużi referenzi għat-taqsimiet relevanti, l-artikli li jiddokumentaw it-twettiq ta’ kriterju partikolari.

(c) 

Żewġ tabelli separati, waħda għall-kundizzjonalitajiet ex ante applikabbli ġenerali u l-oħra għal dawk marbutin mal-prijoritajiet li totalment ma ġewx issodisfati jew li ma ġewx issodisfati parzjalment, u dawn iż-żewġ tabelli jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

(i) 

identifikazzjoni tal-kriterji mhux milħuqin;

(ii) 

l-azzjonijiet li jridu jittieħdu biex jintlaħaq kull wieħed minn dawk il-kriterji;

(iii) 

l-iskadenzi għal dawn l-azzjonijiet; u

(iv) 

il-korpi responsabbli biex dawn jintlaħqu.

7.

Deskrizzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għall-istrumenti konġunti implimentati mill-BEI msemmijin fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(a) 

Fejn ikun relevanti, informazzjoni dwar l-għażla tal-indikaturi kif inhu stipulat fl-Artikolu 14(2), tal-kisbiet ewlenin, tal-istadji prinċipali tal-implimentazzjoni, kif ukoll tal-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni. It-tfassil tal-miri għandu jiġi ġġustifikat mill-istrateġija, skont il-punt 5(a).

(b) 

Tabella li għal kull prijorità tistabbilixxi l-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni, u għal kull indikatur:

(i) 

il-miri għall-2023. Il-miri ma għandhomx iqisu l-finanzjament nazzjonali addizzjonali, kif imsemmi fil-punt 12, u l-għajnuna mill-istat fil-forma ta’ finanzjament addizzjonali nazzjonali, kif imsemmi fil-punt 13;

(ii) 

il-kisbiet ewlenin għall-2018 ibbażati fuq il-miri.

F’każ li l-ammont totali tal-ammont tal-FAEŻR allokat għar-riżerva ta’ prestazzjoni jkun differenti mid-distribuzzjoni prorata ( 3 ) tal-allokazzjoni nazzjonali totali tar-riżerva ta’ prestazzjoni tal-FAEŻR fil-ftehim ta’ sħubija għall-programmi nazzjonali u reġjonali kollha, bl-eċċezzjoni tal-programmi nazzjonali ddedikati għall-istrumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u programmi speċifiċi għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fit-tieni sottoparagrafu tal-artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ġustifikazzjoni tal-ammont tal-allokazzjoni għar-riżerva ta’ prestazzjoni.

8.

Deskrizzjoni tal-miżuri magħżulin

(1) Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali applikati għal aktar minn miżura waħda inklużi, meta jkun relevanti, definizzjoni ta’ żona rurali, xenarji ta’ referenza, kundizzjonalità, użu previst għall-istrumenti finanzjarji, użu previst għall-avvanzi u dispożizzjonijiet komuni għall-investimenti, inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Fejn relevanti, il-lista ta’ taħlitiet permessi ta’ impenji msemmijin fl-Artikolu 11(1) għandha tkun mehmuża mal-PŻR.

(2) Deskrizzjoni skont il-miżura li tinkludi:

(a) 

bażi legali.

(b) 

deskrizzjoni ġenerali tal-miżura li tinkludi l-loġika ta’ intervent tagħha u l-kontribut għall-oqsma ta’ fokus u l-objettivi trasversali.

▼M3

(c) 

il-kamp ta' applikazzjoni, il-livell ta' appoġġ, il-benefiċjarji eliġibbli, u meta rilevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont jew ir-rata tal-appoġġ maqsuma skont is-submiżura u/jew it-tip ta' operazzjoni meta meħtieġ. Għal kull tip ta' operazzjoni jiġu speċifikati l-ispejjeż eliġibbli, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, l-ammonti applikabbli, u r-rati tal-appoġġ u l-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla. Meta l-appoġġ jingħata għal strument finanzjarju implimentat skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, deskrizzjoni tat-tip ta' strument finanzjarju, il-kategoriji ġenerali tal-benefiċjarji finali, il-kategoriji ġenerali tal-ispejjeż eliġibbli u l-livell massimu ta' appoġġ.

▼B

(d) 

deskrizzjoni tal-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri u/jew tat-tipi ta’ operazzjonijiet:

(i) 

ir-riskju/i fl-implimentazzjoni tal-miżuri u/jew it-tip ta’ operazzjonijiet;

(ii) 

l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni;

(iii) 

il-valutazzjoni ġenerali tal-miżura u/jew it-tip ta’ operazzjonijiet.

Għall-miżura skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. id-deskrizzjoni għandha tinkludi tabella li turi r-relazzjoni bejn l-impenji agroambjentali klimatiċi u l-metodi tal-verifika u l-kontroll tagħhom.

(e) 

deskrizzjoni speċifika għal kull miżura u/jew tip ta’ operazzjoni kif jidher hawn taħt:

1.    Azzjonijiet ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni (Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
definizzjoni tal-kapaċitajiet xierqa tal-korpi li jipprovdu servizzi ta’ trasferiment tal-għarfien biex iwettqu l-kompiti tagħhom f’forma ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari;
— 
definizzjoni tat-tul taż-żmien u l-kontenut ta’ skemi ta’ skambju tal-farms u tal-foresti u taż-żjarat kif stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014.

2.    Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-farms u servizzi ta’ solliev għall-farms (Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
prinċipji ġenerali biex jiġu żgurati riżorsi xierqa fil-forma ta’ persunal imħarreġ regolarment u kkwalifikat u esperjenza konsultattiva u affidabbiltà fir-rigward tal-qasam tal-konsulenza. Identifikazzjoni tal-elementi li l-konsulenza tkun ser tkopri.

3.    Skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
indikazzjoni ta’ skemi ta’ kwalità eliġibbli, inklużi skemi ta’ ċertifikazzjoni tal-farms, għall-prodotti agrikoli, il-qoton u l-oġġetti tal-ikel rikonoxxuti fil-livell nazzjonali u konferma li dawn l-iskemi ta’ kwalità ikunu qed jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
— 
indikazzjoni ta’ skemi fakultattivi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli eliġibbli li huma rikonoxxuti mill-Istati Membri li jissodisfaw il-linji gwida tal-Unjoni dwar l-aħjar prattika.

4.    Investmenti f’assi fiżiċi (Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
definizzjoni ta’ investimenti mhux produttiviti;
— 
definizzjoni ta’ investimenti kollettivi;
— 
definizzjoni ta’ proġetti integrati;
— 
definizzjoni u identifikazzjoni tas-siti eliġibbli ta’ Natura 2000 u żoni eliġibbli oħrajn ta’ valur naturali għoli;
— 
deskrizzjoni tal-appoġġ immirat lejn l-farms f’konformità mal-analiżi SWOT imwettqa b’rabta mal-prijorità stipulata fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
— 
lista ta’ rekwiżiti ġodda imposti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li jekk jintlaħqu jingħata appoġġ skont l-Artikolu 17(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
— 
fejn relevanti, l-istandards minimi għall-effiċjenza enerġetika msemija fl-Artikolu 13(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014;
— 
fejn relevanti, definizzjoni tal-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 13(e) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014.

▼M3

5.    Żvilupp tal-ażjendi agrikoli u tan-negozji (l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
definizzjoni ta' farm żgħir imsemmi fl-Artikolu 19(1)(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
— 
definizzjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-punt(i) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (“data ta' stabbiliment”);
— 
definizzjoni tal-livelli limiti superjuri u inferjuri kif stipulat fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
— 
kundizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ għal bdiewa żgħażagħ meta ma jkunux qed iwaqqfu n-negozju bħala kapijiet waħedhom ta' azjenda f'konformità mal-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014;
— 
informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-perjodu tal-grazzja kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 807/2014;
— 
sommarju tar-rekwiżiti tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju;
— 
użu tal-possibbiltà li miżuri differenti jintużaw flimkien permezz tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju biex il-bidwi żgħażugħ jingħata aċċess għal dawk il-miżuri;
— 
l-oqsma tad-diversifikazzjoni koperti.

▼B

6.    Servizzi bażiċi u żvelar tal-irħula f’żoni rurali (Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
Definizzjoni ta’ infrastruttura fuq skala żgħira, inkluża infrastruttura tat-turiżmu fuq skala żgħira kif imsemmi fl-Artikolu 20(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
— 
jekk tkun applikabbli, deroga speċifika li tippermetti li jingħata appoġġ lil infrastruttura fuq skala akbar għal investiment fil-broadband u l-enerġija rinnovabbli;
— 
l-istandards minimi għall-effiċjenza enerġetika kif inhu stipulat fl-Artikolu 13(c) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014;
— 
definizzjoni tal-livelli limitu stipulati fl-Artikolu 13(e) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014.

7.    Investimenti fl-iżviupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti (Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
definizzjoni u ġustifikazzjoni tad-daqs tal-azjenda li meta jinqabeż l-appoġġ ser isir kundizzjonali għas-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti skont il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti;
— 
definizzjoni ta’ “strument ekwivalenti”.

Tisġir u ħolqien ta’ msaġar

— 
Identifikazzjoni tal-ispeċijiet, iż-żoni u l-metodi li għandhom jintużaw sabiex jiġi evitat tisġir mhux xieraq kif stipulat fl-Artikolu 6(a) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014, inkluża d-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żoni li fihom huwa previst tisġir kif stipulat fl-Artikolu 6(b) ta’ dak ir-Regolament;
— 
definizzjoni tar-rekwiżiti ambjentali minimi kif stipulat fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru Nru 807/2014.

Twaqqif ta’ sistemi agroforestali

— 
Speċifikazzjoni tan-numru minimu u massimu ta’ siġar li għandhom jitħawlu u, meta jkunu maturi, li jridu jinżammu, għal kull ettaru u l-ispeċijiet forestali li jridu jintużaw kif imsemmi fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
— 
indikazzjoni tal-benefiċċji ambjentali mistennija tas-sistemi appoġġjati.

Prevenzjoni u restawr ta’ ħsara kkawżata minn nirien forestali u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi

— 
Fejn ikun relevanti, lista tal-ispeċijiet ta’ organiżmi dannużi għall-pjanti li jistgħu jikkawżaw diżastru;
— 
identifikazzjoni taż-żoni forestali klassifikati li huma f’riskju medju sa għoli ta’ nirien forestali skont il-pjan relevanti ta’ protezzjoni tal-foresti;
— 
f’każ ta’ azzjonijiet preventivi li jikkonċernaw il-pesti u l-mard, deskrizzjoni ta’ okkorrenza ta’ diżastru relevanti, appoġġjata minn evidenza xjentifika, inklużi, fejn xierqa, rakkomandazzjonijiet fuq l-indirizzar ta’ pesti u mard mingħand organizzazzjonijiet xjentifiċi.

Investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali

— 
Definizzjoni tat-tipi ta’ investimenti eliġibbli u r-riżultat ambjentali mistenni tagħhom u/jew il-valur tal-kumdità pubblika.

8.    Twaqqif ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi (Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
Deskrizzjoni tal-proċedura uffiċjali għar-rikonoxximent tal-gruppi u l-organizzazzjonijiet.

9.    Agrikoltura-ambjent-klima (Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
Identifikazzjoni u definizzjoni tal-elementi tax-xenarju ta’ referenza relevanti; dan għandu jinkludi l-istandards obbligatorji relevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), il-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi stabbiliti skont l-Artikolu 4(1) (c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), ir-rekwiżiti minimi relevanti għall-użu tal-fertilizzanti u tal-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti, u r-rekwiżiti obbligatorji relevanti oħrajn stabbiliti bil-liġi nazzjonali;
— 
ir-rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti jridu jinkludu, fost l-oħrajn, il-Kodiċijiet ta’ Prattika Tajba introdotti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE ( 6 ) għall-farms li jkunu barra żoni vulnerabbli għan-nitrat, u r-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tniġġis mill-fosfru; ir-rekwiżiti minimi għall-użu ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti jridu jinkludu, fost l-oħrajn, prinċipji ġenerali għall-ġestjoni integrata tal-pesti mdaħħlin bid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), rekwiżiti li jkollok liċenzja biex tuża l-prodotti u tilħaq l-obbligi tat-taħriġ, rekwiżiti dwar il-ħżin sikur, l-iċċekkjar tal-makkinarju ta’ applikazzjoni u regoli dwar l-użu ta’ pestiċidi qrib l-ilma u siti sensittivi oħrajn, stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali,
— 
tabella li turi r-relazzjoni bejn l-impenji agroambjentali klimatiċi u l-prattiki tal-biedja relevanti tas-soltu, u l-elementi relevanti tal-livell ta’ referenza (elementi tal-linja bażi), jiġifieri kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin u rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni, rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-pestiċidi, rekwiżiti nazzjonali/reġjonali relevanti oħrajn, u attivitajiet minimi.
— 
lista ta’ razez lokali li huma f’periklu li jinqerdu mill-biedja u tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti li huma mheddin mill-erożjoni ġenetika;
— 
deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri agronomiċi inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza kif imsemmi fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn użat bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali, id-dħul predefinit li jirriżulta mill-impenn li jkun sar u l-livell tal-kostijiet tat-tranżazzjoni; fejn ikun relevanti, dik il-metodoloġija għandha tqis l-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, inkluż il-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju; fejn ikun xieraq, il-metodu ta’ konverżjoni użat għal unitajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

10.    Biedja organika (Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
Identifikazzjoni u definizzjoni tal-elementi ta’ xenarju ta’ referenza relevanti; dan għandu jinkludi l-istandards obbligatorji relevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi stipulati skont l-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ir-rekwiżiti minimi relevanti għall-użu tal-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti, u r-rekwiżiti obbligatorji relevanti oħrajn stabbiliti bil-liġi nazzjonali;
— 
Deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri agronomiċi inkluża deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn, użati bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali, id-dħul mitluf li jirriżulta mill-impenn meħud u l-livell tal-kostijiet tat-tranżazzjoni; fejn ikun relevanti, dik il-metodoloġija għandha tqis l-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, inkluż il-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju; fejn ikun xieraq, il-metodu ta’ konverżjoni użat għal unitajiet oħrajn f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

11.    Pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (Water Framework Directive - “WFD”) (Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
għal Natura 2000: iż-żoni magħżulin biex jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 8 ) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-obbligi għall-bdiewa li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ ġestjoni nazzjonali u/jew reġjonali korrispondenti;
— 
f’każ li żoni ta’ protezzjoni tan-natura delimitati oħrajn b’restrizzjonijiet ambjentali jingħażlu sabiex jingħataw appoġġ fi ħdan din il-miżura, speċifikazzjoni tas-siti u l-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE;
— 
għall-pagamenti tad-WFD: definizzjoni tal-bidliet ewlenin fit-tip ta’ użu tal-art u deskrizzjoni tar-rabtiet mal-programmi ta’ miżuri tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċir tax-xmara msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) (“WFD”);
— 
identifikazzjoni u definizzjoni tal-elementi ta’ bażi; għall-pagamenti ta’ Natura 2000, dan għandu jinkludi l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 94 u fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi stipulati fl-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; għall-pagamenti tad-WFD dan għandu jinkludi standards obbligatorji stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji relevanti u l-attivitajiet minimi kif stabbilit skont l-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;
— 
indikazzjoni tar-rabta bejn l-implimentazzjoni tal-miżura u l-Qafas ta’ Azzjoni Prijoritizzata (Art 8(4) tad-Direttiva 92/43/KEE);
— 
identifikazzjoni tar-restrizzjonijiet/żvantaġġi li abbażi tagħhom jistgħu jingħataw il-pagamenti u indikazzjoni tal-prattiki obbligatorji;
— 
id-deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet agronomiċi, inkluża deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE u fl-Artikolu 30(4) ta’ dak ir-Regolament għad-Direttiva WFD użati bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżultaw mill-iżvantaġġi fiż-żoni kkonċernati relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u tal-WFD; fejn ikun relevanti, dik il-metodoloġija għandha tikkunsidra l-pagament għall-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent mogħtijin skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sabiex jiġi eskluż il-finanzjament doppju.

12.    Pagamenti għal żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi (Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
definizzjoni tal-livell ta’ limitu massimu ta’ erja għal kull azjenda li abbażi tagħha l-Istat Membru jikkalkola d-degressività tal-pagamenti;

Deżinjazzjoni ta’ żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u oħrajn speċifiċi

— 
deskrizzjoni tal-livell tal-unitajiet lokali applikat għad-deżinjazzjoni taż-żoni;
— 
deskizzjoni tal-applikazzjoni tal-metodu, inklużi l-kriterji msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għad-delimitazzjoni tat-tliet kategoriji għaż-żoni msemmijin f’dak l-Artikolu, inklużi d-deskrizzjoni u r-riżultati tal-eżerċizzju għall-irfinar għal żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u oħrajn speċifiċi, barra miż-żoni muntanjużi.

13.    It-trattament xieraq tal-annimali (Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
definizzjoni u identifikazzjoni tar-rekwiżiti nazzjonali u tal-Unjoni li jikkorrispondu għall-istandards obbligatorji stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;
— 
deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri agronomiċi/żootekniċi, inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn, użata bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali u d-dħul predeterminat li jirriżulta mill-impenn li jsir.

14.    Servizzi forestaliambjentali u klimatiċi u konservazzjoni tal-foresti (Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
Definizzjoni u ġustifikazzjoni tad-daqs tal-azjenda li meta jinqabeż l-appoġġ ikun kundizzjonali fuq is-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti;
— 
definizzjoni ta’ “strument ekwivalenti”;
— 
identifikazzjoni tar-rekwiżiti obbligatorji relevanti stabbiliti bl-att dwar il-foresti nazzjonali jew leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti oħra;
— 
deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet u l-parametri, inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti ta’ xenarju ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li huma relevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn, użati bħala referenza għall-kalkoli li jiġġustifikaw il-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżulta mill-impenn li jsir.

15.    Kooperazzjoni (Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
Speċifikazzjoni tal-karatteristiċi tal-proġetti pilota, ir-raggruppamenti, in-netwerks, il-ktajjen tal-provvista qosra u s-swieq lokali.

▼M3

16.    Ġestjoni tar-riskju (l-Artikoli 36 sa 39a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

▼B

— 
Deskrizzjoni tal-mekkaniżmi biex jiġi żgurat li ma jingħatax kumpens żejjed.

Assigurazzjoni tal-għelejjel, l-annimali u l-pjanti

— 
Id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet biex il-kuntratti ta’ assigurazzjoni jkunu eliġibbli għall-appoġġ, għandha tinkludi tal-inqas:
(a) 

ir-riskji partikolari koperti mill-assigurazzjoni,

(b) 

it-telf ekonomiku partikolari kopert;

— 
ir-regoli li għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit il-kalkolu tal-proporzjon tal-produzzjoni annwali medja ta’ bidwi li tkun inqerdet.

Fondi mutwi għall-avvenimenti klimatiċi avversi, il-mard tal-annimali u tal-pjanti, l-infestazzjonijiet ta’ pesti u għall-inċidenti ambjentali

— 
Prinċipji għall-arranġamenti tal-finanzjament, il-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwatarji, li għandhom jinkludu b’mod partikolari:
(a) 

il-lista ta’ avvenimenti klimatiċi ħżiena, mard tal-pjanti jew tal-annimali, infestazzjonijiet tal-pesti jew inċidenti ambjentali li jistgħu jirriżultaw f’pagament ta’ kumpens lill-bdiewa, inkluż l-ambitu ġeografiku fejn dan ikun xieraq,

(b) 

il-kriterji biex jiġi vvalutat jekk avveniment partikolari jkunx ser jirriżulta f’pagament ta’ kumpens lill-bdiewa,

(c) 

il-metodi biex jiġu kkalkolati l-kostijiet addizzjonali li jikkostitwixxu telf ekonomiku,

(d) 

il-kalkolu tal-kostijiet amministrattivi,

(e) 

il-metodu li għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-kalkolu tal-proporzjon tal-produzzjoni annwali medja ta’ bidwi li tkun inqerdet,

(f) 

kwalunkwe limitu għall-kostijiet li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja;

— 
fejn is-sors tal-kumpens finanzjarju li jkollu jitħallas mill-fond mutwu jkun self kummerċjali, it-tul ta’ żmien massimu u minimu tas-self kummerċjali.

Għodda ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul

— 
Il-prinċipji għall-arranġamenti tal-finanzjament, il-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, biex jingħataw pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa, li għandhom jinkludu b’mod partikolari:
(g) 

il-kalkolu tal-kostijiet amministrattivi,

(h) 

ir-regoli li jridu jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-kalkolu tat-tnaqqis fid-dħul,

(i) 

kwalunkwe limitu għall-kostijiet li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja;

— 
fejn is-sors tal-kumpens finanzjarju li jkollu jitħallas mill-fond mutwu jkun self kummerċjali, it-tul ta’ żmien minimu u massimu tas-self kummerċjali.

17.    Żvilupp lokali bl-inzjattiva tal-Komunità (LEADER) (Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, Artikoli 43 u 44 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

— 
deskrizzjoni tal-iżvilupp lokali obbligatorju mmexxi mill-komunità (minn hawn ‘il quddiem “CLLD” - “community-led local development”) li elementi minnu jikkostitwixxu l-miżura LEADER: appoġġ preparatorju, implimentazzjoni tal-operazzjonijiet skont l-istrateġija ta’ CLLD, preparazzjoni u implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali (minn hawn ‘il quddiem: local action group - “LAG”), il-kostijiet operazzjonali u l-animazzjoni, stipulati fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
— 
deskrizzjoni tal-użu tal-kitt ta’ bidu LEADER kif stipulat fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 bħala tip speċifiku ta’ appoġġ preparatorju, jekk ikun relevanti;
— 
deskrizzjoni tas-sistema għall-applikazzjoni kontinwa tal-proġetti ta’ kooperazzjoni LEADER kif inhu stipulat fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;
— 
il-proċedura u l-iskeda taż-żmien sabiex jintgħażlu strateġiji ta’ żvilupp lokali;
— 
ġustifikazzjoni tal-għażla taż-żoni ġeografiċi għall-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ żvilupp lokali li l-popolazzjoni tagħhom taqbeż il-limiti stipulati fl-Artikolu 33(6) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
— 
koordinazzjoni ma’ Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment oħrajn (minn hawn ‘il quddiem “ESI” - “European Structural and Investment”) fir-rigward tas-CLLD, inkluża soluzzjoni possibbli applikata fir-rigward tal-użu tal-għażla tal-fond prinċipali, u kwalunkwe komplimentarjetà globali bejn il-Fondi tal-ESI fil-finanzjament tal-appoġġ preparatorju;
— 
il-possibbiltà li jitħallsu jew ma jitħallsux avvanzi;
— 
definizzjoni tal-kompiti tal-Awtorità Maniġerjali, l-aġenzija tal-pagamenti u l-LAGs skont LEADER, partikolarment fir-rigward ta’ proċedura tal-għażla nondiskriminatorja u trasparenti u kriterji oġġettivi għall-għażla tal-operazzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 34(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;
— 
deskrizzjoni tal-mekkaniżmi kkoordinati previsti u l-komplimentaritajiet żgurati b’operazzjonijiet appoġġjati permezz ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali oħrajn, partikolarment fir-rigward ta’:
— 
investimenti f’attivitajiet mhux agrikoli u għajnuna għal negozji fil-bidu tagħhom skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013,
— 
investimenti skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u
— 
kooperazzjoni skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, partikolarment l-implimentazzjoni ta’ strateġiji għall-iżvilupp lokali minn sħubijiet pubbliċi privati.

9.

Pjan ta’ evalwazzjoni, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(1)   Objettivi u skop

Dikjarazzjoni tal-objettivi u l-iskop tal-pjan ta’ evalwazzjoni, ibbażat fuq l-iżgurar li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta’ evalwazzjoni xierqa, b’mod partikolari biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tal-programmi, għar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni fl-2017 u fl-2019 u l-evalwazzjoni ex-post, u biex jiġi żgurat li d-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni PŻR tkun disponibbli.

(2)   Governanza u koordinazzjoni

Deskrizzjoni fil-qosor tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-PŻR, b’identifikazzjoni tal-korpi prinċipali involuti u r-responsabbiltajiet tagħhom. Spjegazzjoni dwar kif l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni huma marbutin mal-implimentazzjoni tal-PŻR f’termini ta’ kontenut u twaqqit.

(3)   Suġġetti u attivitajiet ta’ evalwazzjoni

Deskrizzjoni indikattiva tas-suġġetti u l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni antiċipati inkluż, iżda mhux limitat, għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din għandha tkopri:

(a) 

l-attivitajiet prinċipali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kontribuzzjoni ta’ kull prijorità tal-PŻR tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għall-objettivi tal-iżvilupp stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament, valutazzjoni tal-valuri indikattivi tar-riżultati u tal-impatti, analiżi tal-effetti netti, kwistjonijiet tematiċi, inklużi sottoprogrammi, kwistjonijiet trasversali, netwerk rurali nazzjonali, kontribut tal-istrateġiji CLLD;

(b) 

appoġġ ippjanat għal evalwazzjoni fil-livell tal-LAGs;

(c) 

elementi speċifiċi għall-programmi bħax-xogħol meħtieġ biex jiġu żviluppati l-metodoloġiji jew biex jiġu indirizzati oqsma politiċi speċifiċi.

(4)   Dejta u informazzjoni

Deskrizzjoni qasira tas-sistema li tirreġistra, iżżomm, tiġġestixxi u tirrapporta informazzjoni statistika dwar l-implimentazzjoni tal-PŻR u l-għoti ta’ dejta ta’ monitoraġġ għall-evalwazzjoni. Identifikazzjoni tas-sorsi tad-dejta li għandhom jintużaw, il-lakuni fid-dejta, il-kwistjonijiet istituzzjonali potenzjali marbutin mal-għoti tad-dejta u s-soluzzjonijiet proposti. Din it-taqsima għandha turi li sistemi xierqa ta’ ġestjoni tad-dejta ser ikunu qed jiffunzjonaw fil-ħin propizju.

(5)   Skeda ta’ żmien

Punti prinċipali tal-perjodu ta’ programmazzjoni, u skeda indikattiva taż-żmien meħtieġ sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu disponibbli fil-waqt propizju.

(6)   Komunikazzjoni

Deskrizzjoni ta’ kif is-sejbiet mill-evalwazzjoni ser jitqassmu lir-riċevituri fil-mira, inkluża deskrizzjoni tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex ikun hemm segwitu tal-użu tar-riżultati ta’ evalwazzjoni.

(7)   Riżorsi

Deskrizzjoni tar-riżorsi meħtieġa u previsti biex jiġi implimentat il-pjan ta’ evalwazzjoni, inkluża indikazzjoni tal-kapaċità amministrattiva, id-dejta, ir-riżorsi finanzjarji u l-bżonnijiet tal-IT. Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ kapaċità tal-bini previsti sabiex jiġi żgurat li l-pjan ta’ evalwazzjoni jkun jista’ jiġi implimentat kompletament.

10.

Pjan ta’ finanzjament, li jinkludi fih tabelli strutturati separati li jistabbilixxu:

(a)    Il-kontribuzzjoni annwali tal-FAEŻR

(i) 

għat-tipi kollha ta’ reġjuni stipulati fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013,

(ii) 

għall-ammonti stipulati fl-Artikolu 59(4)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u l-fondi ttrasferiti għall-FAEŻR, kif inhu stipulat fl-Artikolu 58(6) ta’ dak ir-Regolament,

(iii) 

għar-riżorsi allokati għar-riżerva ta’ prestazzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(b)

Ir-rata ta’ kontribuzzjoni unika tal-FAEŻR għall-miżuri kollha mqassmin skont it-tip ta’ reġjun kif stipulat fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(c)

It-tqassim skont il-miżura jew it-tip ta’ operazzjoni b’rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR speċifika:

(i) 

kontribuzzjoni totali tal-Unjoni, rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR, u tqassim indikattiv tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni skont il-qasam ta’ fokus ( 10 ),

(ii) 

għall-miżuri msemmijin fl-Artikoli 17 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni riżervata għall-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 59(6) ta’ dak ir-Regolament,

(iii) 

għall-assistenza teknika, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR użata skont l-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013,

(iv) 

għan-nefqa relatata mal-impenji legali mal-benefiċjarji mġarrbin skont il-miżuri tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li ma għandhomx korrispondenza fil-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ bejn l-2014 u l-2020, il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR,

▼M3

(v) 

għall-operazzjonijiet implimentati skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fejn il-limitu minimu ta' telf huwa stabbilit għal 20 % u għal operazzjonijiet implimentati skont l-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 l-indikattiv tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata tal-kontribuzzjoni indikattiva.

▼M4

Meta miżura jew tip ta' operazzjoni b'rata speċifika ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR tikkontribwixxi għall-istrumenti finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 38(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, it-tabella għandha tindika b'mod separat ir-rati ta' kontribuzzjoni għall-istrumenti finanzjarji u għal operazzjonijiet oħrajn u ammont indikattiv tal-FAEŻR li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni ppjanata għall-istrument finanzjarju.

▼B

Għall-miżura mesmmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR riżervata għall-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 59(6) tar-Regolament tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ dak ir-Regolament.

▼M3

Minħabba l-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-pagament tal-bilanċ imsemmi fl-Artikolu 37, u l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 51 ta' dak ir-Regolament, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR li titħallas fir-rigward tan-nefqiet pubbliċi eliġibbli tal-programm ikkonċernat għandha tiġi rispettata fil-livell tal-miżura;

▼B

(d)

Għal kull sottoprogramm, tqassim indikattiv skont il-miżura tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni skont il-miżura.

11.

Pjan ta’ indikazzjoni, li jinkludi fih tabelli strutturati separati li jistabbilixxu:

(a) 

il-miri kkwantifikati, skont il-qasam ta’ fokus, flimkien mar-riżultati ppjanati u n-nefqa pubblika totali ppjanata tal-miżuri magħżulin biex jindirizzaw il-qasam ta’ fokus;

(b) 

għall-agrikoltura u l-forestrija, il-kalkolu ddettaljat tal-miri tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 5(5)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(c) 

kwalitattivament il-kontribuzzjoni addizzjonali tal-miżuri lejn oqsma ta’ fokus oħrajn

12.

Finanzjament nazzjonali addizzjonali:

Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura skont l-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inklużi l-ammonti għal kull miżura u l-indikazzjoni tal-konformità mal-kriterji f’dak ir-Regolament.

13.

Elementi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għajuna mill-Istat:

Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, it-tabella tal-iskemi ta’ għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż it-titlu tal-iskema ta’ għajnuna, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR, il-kofinanzjament nazzjonali u l-finanzjament nazzjonali addizzjonali. Għandha tiġi żgurata kompatibbiltà mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat tul il-programm kollu.

It-tabella għandha tkun akkumpanjata minn impenn mill-Istat Membru li, meta jkun meħtieġ skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jew skont kundizzjonijiet speċifiċi f’deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, miżuri bħal dawn jiġu nnotifikati individwalment skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

14.

Informazzjoni dwar il-komplimentarjetà li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

(1) Deskrizzjoni tal-mezzi għall-komplimentarjetà u l-koerenza ma’:

— 
strumenti oħrajn tal-Unjoni u, b’mod partikolari mal-Fondi tal-ESI u l-Pilastru 1, inkluża l-ekoloġizzazzjoni, u strumenti oħrajn tal-politika agrikola komuni;
— 
fejn Stat Membru jkun għażel li jissottometti programm nazzjonali u sett ta’ programmi reġjonali kif inhu stipulat fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ta’ bejniethom.

(2) Fejn ikun relevanti, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni, inkluża LIFE ( 11 ).

15.

Arranġamenti ta’ implimentazzjoni tal-programmi, li jinkludu t-taqsimiet li ġejjin:

Għall-programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 japplikaw biss il-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-punt

(a) 

id-deżinjazzjoni mill-Istat Membru tal-awtoritajiet kollha msemmijin fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u deskrizzjoni fil-qosor tal-istruttura ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm imsemmi fl-Artikolu 8(1)(m)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-arranġamenti skont l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b) 

il-kompożizzjoni prevista tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ;

(c) 

dispożizzjonijiet biex jiżguraw li l-programm ikun ippubbliċizzat, inkluż permezz tan-netwerk rurali nazzjonali, b’referenza għall-istrateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità msemmija fl-Artikolu 13;

(d) 

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi biex tiġi żgurata l-koerenza fir-rigward tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali implimentati bħala parti minn LEADER, l-attivitajiet previsti fil-miżura ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, is-servizzi bażiċi u t-tiġdid tal-irħula fil-miżura dwar iż-żoni rurali stipulata fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament, u fondi oħrajn tal-ESI;

(e) 

deskrizzjoni tal-azzjonijiet biex jinkiseb tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-benefiċjarji msemmi fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(f) 

deskrizzjoni tal-użu tal-assistenza teknika inklużi azzjonijiet marbutin mat-tħejjija, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, l-informazzjoni u l-kontroll tal-programm u l-implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll l-attivitajiet li jirrigwardaw il-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti jew sussegwenti kif stipulat fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

16.

L-azzjonijiet meħudin biex jiġu involuti l-imsieħba

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Lista ta’ azzjonijiet meħudin biex jiġu involuti l-imsieħba, is-suġġett u s-sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet korrispondenti.

17.

Netwerk rurali nazzjonali

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Deskrizzjoni ta’:

(a) 

il-proċedura u l-iskeda taż-żmien għat-twaqqif ta’ netwerk rurali nazzjonali (minn hawn ‘il quddiem “NRN”);

(b) 

l-organizzazzjoni ppjanata tan-NRN, jiġifieri l-mod ta’ kif l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali, inklużi l-imsieħba, kif inhu stipulat fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ser ikunu involuti u kif l-attivitajiet ta’ netwerking ser ikunu ffaċilitati;

(c) 

deskrizzjoni fil-qosor tal-kategoriji prinċipali tal-attività li għandha titwettaq min-NRN skont l-objettivi tal-programm;

(d) 

ir-riżorsi disponibbli għat-twaqqif u l-operat tan-NRN.

18.

Valutazzjoni ex ante tal-verifikabbiltà, il-kontrollabbiltà u r-riskju ta’ żbalji

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

— 
dikjarazzjoni mill-Awtorità Maniġerjali u l-aġenzija tal-pagamenti dwar il-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri appoġġjati mill-PŻR;
— 
dikjarazzjoni mill-korp funzjonalment indipendenti msemmi fl-Artikolu 62(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li tikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli tal-kostijiet standard, il-kostijiet addizzjonali u d-dħul mitluf.

19.

Arranġamenti tranżizzjonali

Mhux applikabbli għal programmi nazzjonali ddedikati għal strumenti konġunti implimentati mill-BEI kif inhu stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

— 
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tranżizzjonali skont il-miżura;
— 
tabella indikattiva ta’ riport.

20.

Sottoprogrammi tematiċi

20.1.    Analiżi SWOT u identifikazzjoni tal-bżonnijiet

(a) 

Analiżi bbażata fuq il-metodoloġija SWOT li tinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

(i) 

deskrizzjoni ġenerali komprensiva tat-tema tas-sottoprogramm bl-użu ta’ indikaturi tal-kuntest komuni u speċifiku għall-programmi u informazzjoni kwalitattiva;

(ii) 

preġji identifikati fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;

(iii) 

dgħufijiet fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;

(iv) 

opportunitajiet fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;

(v) 

theddidet fir-rigward tat-tema tas-sottoprogramm;

(b) 

valutazzjoni tal-bżonnijiet, ibbażata fuq l-analiżi SWOT, għal kull prijorità u qasam ta’ fokus u t-tliet objettivi trasversali (ambjent, mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima, innovazzjoni) li għalihom jikkontribwixxi s-sottoprogramm tematiku.

20.2.    Deskrizzjoni tal-istrateġija

(a) 

Fejn mhux il-bżonnijiet kollha identifikati fil-punt 20(1)(b) jkunu jistgħu jiġu indirizzati mis-sottoprogramm tematiku, ġustifikazzjoni tal-bżonnijiet magħżulin biex jiġu indirizzati u l-għażla tal-objettivi, il-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus abbażi tal-evidenza mill-analiżi SWOT u l-valutazzjoni tal-bżonnijiet;

(b) 

il-kombinament u l-ġustifikazzjoni tal-miżuri tal-iżvilupp rurali għal kull qasam ta’ fokus li għalih jikkontribwixxi s-sottoprogramm tematiku, inkluża l-ġustifikazzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-miżuri u l-adegwatezza tar-riżorsi finanzjarji bil-miri stabbiliti kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-kombinament tal-miżuri inklużi fil-loġika ta’ intervent għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza mill-analiżi SWOT u, fejn ikun relevanti, ġustifikazzjoni u prijoritizzazzjoni tal-bżonnijiet fil-punt (a);

(c) 

deskrizzjoni ta’ kif it-temi trasversali jkunu ser jiġu indirizzati, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi msemmija fl-Artikolu 8(1)(c)(v) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(d) 

tabella ta’ sommarju tal-loġika ta’ intervent li turi l-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus magħżulin għas-sottoprogramm, il-miri kkwantifikati, u l-kombinament tal-miżuri li jkunu ser jintużaw biex jinkisbu, inkluża n-nefqa ppjanata. It-tabella ta’ sommarju għandha tkun iġġenerata awtomatikament mill-informazzjoni mogħtija fil-punt 5(b) u l-punt 11, bl-użu tal-karatteristiċi tal-SFC2014.

20.3.

Pjan ta’ indikazzjoni, li jinkludi tabelli strutturati separati li jistabbilixxu:

(a) 

Skont il-qasam ta’ fokus, miri kkwantifikati akkumpanjati minn riżultati ppjanati u n-nefqa pubblika totali ppjanata tal-miżuri magħżulin biex jindirizzaw il-qasam ta’ fokus;

(b) 

għall-agrikoltura u l-forestrija: il-kalkolu ddettaljat tal-miri tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 5(5)(d) u (e) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

PARTI 2

Preżentazzjoni tal-kontenut tal-oqfsa nazzjonali

1.    Titlu tal-qafas nazzjonali

2.    Stat Membru

(a) Żona ġeografika koperta mill-qafas;

(b) Klassifikazzjoni tar-reġjuni.

3.    Preżentazzjoni ġenerali tar-relazzjonijiet bejn il-qafas nazzjonali, il-ftehim ta’ sħubija u l-PŻR

4.    Tabella ta’ sommarju, skont ir-reġjun u s-sena, il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Istat Membru għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu

5.    Deskrizzjoni tal-miżuri

(1) Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali applikati għal aktar minn miżura waħda inkluż, fejn ikun relevanti, definizzjoni ta’ żona rurali, xenarji ta’ referenza, kundizzjonalità, l-użu maħsub tal-istrumenti finanzjarji, l-użu maħsub tal-avvanzi.

(2) Deskrizzjoni skont il-miżura inklużi:

(a) 

Bażi legali.

(b) 

Deskrizzjoni ġenerali tal-miżura inklużi l-prinċipji ġenerali għal-loġika ta’ intervent tagħha u l-kontribuzzjoni għall-oqsma ta’ fokus u l-objettivi trasversali.

▼M1

(c) 

Il-kamp ta' applikazzjoni, il-livell ta' appoġġ, il-benefiċjarji eliġibbli, u meta rilevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont jew ir-rata tal-appoġġ maqsuma skont is-submiżura u/jew it-tip ta' operazzjoni meta meħtieġ. Għal kull tip ta' operazzjoni jiġu speċifikati l-ispejjeż eliġibbli, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà, l-ammonti applikabbli, u r-rati tal-appoġġ u l-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla. Meta l-appoġġ jingħata għal strument finanzjarju implimentat skont il-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, issir deskrizzjoni tat-tip ta' strument finanzjarju, il-kategoriji ġenerali tal-benefiċjarji finali, il-kategoriji ġenerali tal-ispejjeż eliġibbli, il-livell massimu ta' appoġġ u l-prinċipji għall-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla.

▼B

(d) 

Prinċipji ġenerali għall-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri u, fejn tkun relevanti, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont ta’ appoġġ.

(e) 

Fejn ikun relevanti, deskrizzjoni speċifika għal kull miżura msemmija fil-punt 8(2) tal-Parti 1.

6.    Fejn relevanti, finanzjament nazzjonali addizzjonali:

Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura f’konformità mal-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inluża indikazzjoni tal-konformità mal-kriterji stipulati f’dak ir-Regolament.

7.    Fejn ikunu relevanti, l-elementi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat:

Għall-miżuri u l-operazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat it-tabella tal-iskemi tal-għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 81(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programmi, inklużi t-titlu u r-referenzi tal-iskema tal-għajnuna, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR, il-kofinanzjament nazzjonali u l-finanzjament nazzjonali addizzjonali. Għandha tiġi żgurata kumpatibbiltà mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat tul il-programmi kollha kkonċernati.

It-tabella għandha tkun akkumpanjata minn impenn mill-Istat Membru li, jekk ikun meħtieġ mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jew skont il-kundizzjonijiet speċifiċi f’deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, miżuri bħal dawn jiġu nnotifikati individwalment skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

Dikjarazzjoni dwar jekk il-miżura/l-operazzjoni għandhiex kopertura tal-għajnuna mill-Istat skont il-qafas nazzjonali jew skont il-programmi ta żvilupp rurali kkonċernati.

PARTI 3

Preżentazzjoni tal-kontenut tal-programm NRN

1.    Titlu tal-programm NRN speċifiku

2.    Stat Membru jew reġjun amministrattiv

(a) 

iż-żona ġeografika koperta mill-programm.

(b) 

klassifikazzjoni tar-reġjun.

3.    Evalwazzjoni ex ante

(a) deskrizzjoni tal-proċess, inkluż it-twaqqit tal-avvenimenti prinċipali, ir-rapporti intermedji, b’rabta mal-istadji prinċipali tal-iżvilupp tal-programm NRN.

(b) Tabella strutturata li tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex ante u kif dawn ġew indirizzati.

(c) Ir-rapport komplet ta’ evalwazzjoni ex ante għandu jiġi mehmuż mal-programm NRN.

4.    Pjan ta’ evalwazzjoni, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin

(1)   Objettivi u skop

Dikjarazzjoni tal-objettivi u l-iskop tal-pjan ta’ evalwazzjoni, ibbażata fuq l-iżgurar li jitwettqu biżżejjed attivitajiet ta’ evalwazzjoni xierqa, b’mod partikolari biex tingħata informazzjoni meħtieġa għat-tmexxija tal-programmi, għar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni fl-2017 u fl-2019 u l-evalwazzjoni ex-post, u biex jiġi żgurat li tkun disponibbli d-dejta meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-programm NRN.

(2)   Governanza u koordinazzjoni

Deskrizzjoni fil-qosor tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-programm NRN, li tidentifika l-korpi prinċipali involuti u r-responsabbiltajiet tagħhom. Spjegazzjoni dwar kif l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni huma marbutin mal-implimentazzjoni tal-programm NRN f’termini ta’ kontenut u twaqqit.

(3)   Suġġetti u attivitajiet ta’ evalwazzjoni

Deskrizzjoni indikattiva tas-suġġetti ta’ evalwazzjoni relatati man-NRN u l-attivitajiet antiċipati, inkulżi iżda mhux limitati, għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti ta’ evalwazzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Din għandha tkopri l-attivitajiet meħtieġa biex tiġi evalwata l-kontribuzzjoni li l-programm jagħti lejn l-objettivi NRN, valutazzjoni tal-valuri li jindikaw ir-riżultati, analiżi tal-effetti netti. Elementi speċifiċi għall-programmi, bħax-xogħol meħtieġ biex jiġu żviluppati metodoloġiji jew biex jiġu indirizzati oqsma politiċi speċifiċi.

(4)   Dejta u informazzjoni

Deskrizzjoni qasira tas-sistema li tirreġistra, iżżomm, timmaniġġja u tirrapporta informazzjoni statistika dwar l-implimentazzjoni tal-programm NRN u l-forniment ta’ dejta ta’ monitoraġġ għall-evalwazzjoni. Identifikazzjoni tas-sorsi tad-dejta li għandhom jintużaw, il-lakuni fid-dejta, il-kwistjonijiet istituzzjonali potenzjali marbutin mal-għoti tad-dejta u s-soluzzjonijiet proposti. Din it-taqsima għandha turi li sistemi xierqa ta’ ġestjoni tad-dejta ser ikunu qed jiffunzjonaw fiż-żmien debitu.

(5)   Skeda taż-żmien

Kisbiet prinċipali tal-perjodu ta’ programmazzjoni, u skeda indikattiva taż-żmien meħtieġ sabiex jiġi żgurat li r-riżultati jkunu disponibbli fil-ħin.

(6)   Komunikazzjoni

Deskrizzjoni ta’ kif is-sejbiet mill-evalwazzjoni ser jitqassmu lir-riċevituri fil-mira, inkluża deskrizzjoni tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex jingħata segwitu għall-użu tar-riżultati tal-evalwazzjoni.

(7)   Riżorsi

Deskrizzjoni tar-riżorsi meħtieġa u previsti biex jiġi implimentat il-pjan ta’ evalwazzjoni, inkluża indikazzjoni tal-kapaċità amministrattiva, id-dejta, ir-riżorsi finanzjarji u l-bżonnijiet tal-IT. Deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-bini ta’ kapaċità previsti sabiex jiġi żgurat li l-pjan ta’ evalwazzjoni jkun jista’ jiġi implimentat kollu.

5.

Pjan ta’ finanzjament, li jistabbilixxi:

(a) 

Il-kontribuzzjoni annwali tal-FAEŻR;

(b) 

il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni u r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR.

6.

Programm li jimplimenta l-arranġamenti, li jinkludi t-taqsimiet li ġejjin:

(a) 

Id-deżinjazzjoni mill-Istat Membru tal-awtoritajiet kollha msemmijin fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u deskrizzjoni qasira tal-istruttura ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm imsemmija fl-Artikolu 8(1)(m)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-arranġamenti skont l-Artikolu 74(3) tiegħu tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b) 

il-kompożizzjoni prevista tal-Kumitat ta’ Tmexxija;

(c) 

deskrizzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

7.

NRN

Deskrizzjoni ta’:

(a) 

il-proċedura u l-iskeda taż-żmien għat-twaqqif tan-NRN;

(b) 

it-twaqqif u l-operat ippjanati tan-NRN, jiġifieri l-mod ta’ kif l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali, inkluża s-sħubija msemmija fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ser ikunu involuti u kif l-attivitajiet ta’ netwerking ser ikunu ffaċilitati.

Fejn Stat Membru jkun għażel li jappoġġja lin-NRN mill-programm speċifiku għan-NRN u l-programmi reġjonali, informazzjoni dwar il-komplimentarjetà ta’ bejniethom;

(c) 

deskrizzjoni qasira tal-kategoriji prinċipali tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu min-NRN skont l-objettivi tal-programm;

(d) 

ir-riżorsi disponibbli għat-twaqqif u l-operat tan-NRN.

PARTI 4

Lista indikattiva tal-prijoritajiet/oqsma ta’ fokus u tal-miżuri ta’ relevanza partikolari għall-kundizzjonalitajiet ex ante (żvilupp rurali marbut mal-prijoritajiet u ġenerali) kif stipulat fil-punt 6(b)(ii) tal-Parti 1



1.  KUNDIZZJONALITAJIET EX ANTE SPEĊIFIĊI GĦALL-IŻVILUPP RURALI

Prijorità tal-Unjoni għall-RD/CPR: objettiv tematiku (OT)

Kundizzjonalità ex ante

Kriterji li għandhom jintlaħqu

Applikabbiltà għall-oqsma ta’ fokus, miżuri

Kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Kif inhu stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Prijorità RD 3: promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-ktajjen tal-ikel, inklużi l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskji fl-agrikoltura

OT 5: promozzjoni ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji

3.1.  Prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji: l-eżistenza ta’ valutazzjonijiet tar-riskji nazzjonali jew reġjonali għall-ġestjoni tad-diżastri b’kunsiderazzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima

—  Għandu jkun hemm fis-seħħ valutazzjoni tar-riskji nazzjonali jew reġjonali bl-elementi li ġejjin:

— Deskrizzjoni tal-proċess, tal-metodoloġija, tal-metodi u dejta mhix sensittiva użati għall-valutazzjoni tar-riskji, kif ukoll tal-kriterji bbażati fuq ir-riksju għall-prijoritizzazzjoni tal-investiment;

— Deskrizzjoni ta’ xenarji b’riskju uniku jew multiplu;

— Kunsiderazzjoni, fejn ikun xieraq, tal-istrateġiji nazzjonali ta’ adattament għat-tibdil fil-klima.

Qasam ta’ fokus: 3B

Miżuri skont l-Artikoli 18, 24 u 36 sa 39 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Prijorità RD 4: restawr, preservazzjoni u titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija

OT 5: promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji

OT 6: Preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi

4.1.  Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin (KAAT): l-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art kif stipulat fil-Kapitoli I tat-Titolu VI tar-Regolament (EU) Nru 1306/2013 huma stabbiliti fil-livell nazzjonali

—  l-istandards tal-KAAT huma ddefiniti fil-liġi nazzjonali u speċifikati fil-programmi

Qasam/Oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C

Miżuri skont l-Artikoli 28, 29 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

4.2.  Rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti: ir-rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti stipulati fl-Artikolu 28 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jiġu ddefiniti fil-livell nazzjonali

—  ir-rekwiżti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti msemmijin fil-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 huma speċifikati fil-programmi

Qasam/oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C

Miżuri skont l-Artikoli 28, 29 u 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

4.3.  Standards nazzjonali relevanti oħrajn: l-istandards nazzjonali obbligatorji relevanti huma ddefiniti għall-finijiet tal-Artikolu 28 tal-Kapitolu I tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

—  l-istandards nazzjonali obbligatorji relevanti huma speċifikati fil-programmi

Qasam/oqsma ta’ fokus: 4 A, 4B, 4C

Miżuri skont l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Prijorità RD 5: promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima fis-settur agrikolu u alimentari u fis-settur forestali

OT 4: appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fis-setturi kollha

OT 6: Preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi

5.1.  Effiċjenza fl-użu tal-enerġija: Twettqu azzjonijiet biex jiġi promoss it-titjib kosteffettiv tal-effiċjenza tal-użu aħħari tal-enerġija u investiment kosteffettiv fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija waqt il-kostruzzjoni jew ir-rinnovazzjoni ta’ bini.

—  L-azzjonijiet huma:

— Miżuri biex jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti minimi marbutin mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija b’konsistenza mal-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

— Miżuri neċessarji biex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija b’konsistenza mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE;

— Miżuri biex jiżguraw l-ippjanar strateġiku dwar l-effiċjenza enerġetika, b’konsistenza mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

— Miżuri konsistenti mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-effiċjenza fl-użu aħħari tal-enerġija u s-servizzi tal-enerġija biex jiġi żgurat li l-konsumatur finali jingħata arloġġ individwali, diment li dan ikun teknikament possibbli, raġonevoli finanzjarjament u proporzjonat fid-dawl tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija.

Qasam/oqsma ta’ fokus: 5B

Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

5.2.  Is-settur tal-ilma: L-eżistenza ta’ a) politika għall-ipprezzar tal-ilma li tipprovdi inċentivi adegwati biex l-utenti jużaw ir-riżorsi tal-ilma b’mod effiċjenti u b) kontribut adegwat tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-kostijiet tas-servizzi tal-ilma b’rata ddeterminata fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar għall-investiment appoġġjat mill-programmi.

Fis-setturi appoġġjati mill-FAEŻR, Stat Membru żgura kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-kostijiet tas-servizzi tal-ilma skont is-settur b’konsistenza mal-Artikolu 9, l-ewwel inċiż tal-paragrafu 1 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma b’kunsiderazzjoni, fejn xieraq, tal-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru, kif ukoll tal-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun jew ir-reġjuni affettwati.

Qasam ta’ fokus: 5 A

Miżuri skont l-Artikoli 17 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

5.3.  L-enerġija rinnovabbli: Twettqu azzjonijiet biex jiġu promossi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (4).

— Skemi ta’ appoġġ trasparenti, prijorità fl-aċċess għall-grilja jew aċċess garantit u prijorità fid-dispaċċ, kif ukoll regoli standard relatati mat-tiġrib u l-kondiviżjoni tal-kostijiet tal-adattamenti tekniċi li saru pubbliċi, huma fis-seħħ b’mod konsistenti mal-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 16(2) u (3) tad-Direttiva 2009/28/KE;

— Stat Membru adotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli konsistenti mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE.

Qasam ta’ fokus: 5C

Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Prijorità RD 6: promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali

OT 2: Titjib tal-aċċess għal, u l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (Mira tal-broadband)

6.1.  Infrastruttura tan-Netwerk tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NĠN): L-eżistenza ta’ Pjanijiet tan-NĠN nazzjonali jew reġjonali li jikkunsidraw l-azzjonijiet reġjonali sabiex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni ta’ aċċess għal Internet b’veloċità għolja, b’fokus fuq l-oqsma fejn is-suq jonqos milli jipprovdi infrastruttura miftuħa bi prezz affordabbli u bi kwalità skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għajnuna mill-Istat u biex jiġu pprovduti servizzi aċċessibbli għall-gruppi vulnerabbli

—  Ikun hemm fis-seħħ pjan nazzjonali jew reġjonali tan-NĠN li jinkludi:

— pjan ta’ investimenti fl-infrastruttura bbażat fuq analiżi ekonomika, b’kunsiderazzjoni ta’ infrastrutturi eżistenti pubbliċi u privati u l-investimenti ppjanati;

— mudelli ta’ investimenti sostenibbli li jsaħħu l-kompetizzjoni u jipprovdu aċċess għal servizzi u infrastruttura miftuħa, affordabbli, ta’ kwalità u li jantiċipaw il-futur;

— miżuri li jistimolaw l-investiment privat.

Qasam ta’ fokus: 6C

Miżuri skont l-Artikoli 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

(1)   Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(2)   Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, u li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(3)   Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id- Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64).

(4)   Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).



2.  KUNDIZZJONALITAJIET ĠENERALI EX ANTE

Kundizzjonalità ex ante

Kriterji li għandhom jintlaħqu

Applikabbiltà għall-oqsma ta’ fokus, il-miżuri

Kif stipulat fil-Parti II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Kif stipulat fil-Parti II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

1.  Kontra d-diskriminazzjoni

L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi u l-politika tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-qasam tal-Fondi tal-ESI.

Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-involviment tal-korpi responsabbli mill-promozzjoni tat-trattament indaqs tal-persuni kollha tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar l-ugwaljanza fl-attivitajiet marbutin mal-Fondi tal-ESI;

— Arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi tal-ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika tal-Unjoni kontra d-diskriminazzjoni.

Qasam ta’ fokus: 6B

Miżuri skont l-Artikoli 14, 15 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER

2.  Ugwaljanza bejn is-sessi

L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tal-Fondi tal-ESI.

Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-involviment tal-korpi responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż l-għoti ta’ pariri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f’attivitajiet relatati mal-Fondi tal-ESI;

— Arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi tal-ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll dwar l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi.

Qasam/oqsma ta’ fokus: 6 A, 6B

Miżuri skont l-Artikoli 14, 15, 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER

3.  Diżabbiltà

L-eżistenza ta’ kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltajiet (UNCRPD) fil-qasam tal-Fondi tal-ESI skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE (1).

Arranġamenti skont il-qafas istituzzjonali u legali tal-Istati Membri għall-konsultazzjoni u l-involviment tal-korpi responsabbli mill-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltajiet jew organizzazzjonijiet rappreżentanti ta’ persuni b’diżabbiltajiet u partijiet interessati oħrajn tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi;

Arranġamenti għat-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet involuti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-Fondi tal-ESI fl-oqsma tal-liġi u l-politika applikabbli tal-Unjoni dwar id-diżabbiltà, inklużi l-aċċessibbiltà u l-applikazzjoni prattika tal-Artikolu 9 tal-UNCRPD kif inhu rifless fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali, kif ikun xieraq;

— Arranġamenti li jiżguraw il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-UNCRPD b’rabta mal-Fondi tal-ESI tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi.

Qasam/oqsma ta’ fokus: 6 A, 6B

Miżuri skont l-Artikoli 19, 20 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER

4.  Akkwist pubbliku

L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni fil-qasam tal-Fondi tal-ESI.

Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku permezz ta’ mekkaniżmi xierqa;

Arranġamenti li jiżguraw proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti trasparenti;

Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni fost il-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-ESI;

— Arranġamenti li jiżguraw kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku.

Qasam/oqsma ta’ fokus: 2 A, 5 A, 5B, 5C, 6B

Miżuri skont l-Artikoli 14, 15, 17, 19, 20, l-Artikolu 21(e) u l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, LEADER

5.  Għajnuna mill-Istat

L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-Fondi tal-ESI.

Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat;

Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni fost il-persunal involut fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-ESI;

— Arranġamenti li jiżguraw kapaċità amministrattiva għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-oqsma ta’ fokus u l-miżuri kollha, sakemm l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat

6.  Leġiżlazzjoni ambjentali marbuta mal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u, Valutazzjoni Strateġika Ambjentali (SEA - Strategic Environmental Assessment)

L-eżistenza ta’ arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni marbuta mal-VIA u s-SEA.

Arranġamenti għall-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (VIA) u tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (SEA);

Arranġamenti għat-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni għall-persunal involut fl-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-VIA u s-SEA;

— Arranġanamenti li jiżguraw kapaċità amministrattiva suffiċjenti.

Qasam/oqsma ta’ fokus: 2 A, 3 A, 4 A, 4B, 4C, 5 A, 5B, 5C, 5D, 5E, 6 A, 6C

Miżuri skont l-Artikoli 17, 19, 20, 21, u l-Artikoli 28 sa 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

7.  Sistemi statistiċi u indikaturi tar-riżultati

L-eżistenza ta’ bażi statistika neċessarja biex jitwettqu evalwazzjonijiet tal-effettività u tal-impatt tal-programmi.

L-eżistenza ta’ sistema ta’ indikaturi tar-riżultati neċessarji biex jintgħażlu azzjonijiet, li jikkontribwixxu bl-aktar mod effettiv għar-riżultati mixteqin, biex jiġi mmonitorjat il-progress lejn ir-riżultati u biex titwettaq evalwazzjoni tal-impatt.

Arranġamenti għall-ġbir f’waqtu u l-aggregazzjoni tad-dejta statistika bl-elementi li ġejjin fis-seħħ:

l-identifikazzjoni ta’ sorsi u mekkaniżmi li jiżguraw il-validazzjoni statistika;

arranġamenti għall-pubblikazzjoni u d-disponibbiltà pubblika tad-dejta aggregata:

Sistema effettiva ta’ indikaturi ta’ riżultati inklużi:

l-għażla ta’ indikaturi tar-riżultati għal kull programm li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-motivazzjoni tal-għażla tal-azzjonijiet politiċi ffinanzjati mill-programm;

it-twaqqif ta’ miri għal dawn l-indikaturi;

il-konsistenza ta’ kull indikatur mar-rekwiżiti li ġejjin: robustezza u validazzjoni statistika, ċarezza tal-interpretazzjoni normattiva, livell ta’ rispons għall-politika, ġbir f’waqtu tad-dejta;

— Proċeduri fis-seħħ li jiżguraw li l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-programm jadottaw sistema effettiva ta’ indikaturi.

Applikabbli imma diġà ntlaqħu, Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMES - Common Monitoring and Evaluation System)

(1)   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2009 li tikkonċerna l-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltajiet, (ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35).

(2)   Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(3)   Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjani u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

PARTI 5



Kodiċijiet tal-miżuri u s-sottomiżuri

Miżura skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Kodiċi tal-miżura skont dan ir-Regolament

Sottomiżura għall-finijiet tal-programmazzjoni

Kodiċi tas-sottomiżura skont dan ir-Regolament

L-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

azzjonijiet ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni

1

appoġġ għat-taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet favur l-akkwist tal-ħiliet

1.1

appoġġ għall-attivitajiet ta’ wiri u azzjonijiet ta’ informazzjoni

1.2

appoġġ għall-iskambju għal żmien qasir tal-ġestjoni tal-farms u tal-foresti, kif ukoll żjajjar f’farms u foresti

1.3

L-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

servizzi ta’ konsultazzjoni, servizzi ta’ ġestjoni tal-farms u ta’ solliev tal-farms

2

appoġġ li jgħin biex wieħed jibbenefika mill-użu tas-servizzi ta’ konsultazzjoni

2.1

appoġġ għat-twaqqif ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-farms, ta’ solliev tal-farms u ta’ konsultazzjoni mal-farms, kif ukoll servizzi ta’ konsultazzjoni forestali

2.2

appoġġ għat-taħriġ tal-konsulenti

2.3

L-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

skemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

3

appoġġ għal parteċipazzjoni ġdida fi skemi ta’ kwalità

3.1

appoġġ għall-attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni implimentati minn gruppi ta’ produtturi fis-suq intern

3.2

L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

investmenti f’assi fiżiċi

4

appoġġ għall-investimenti f’azjendi agrikoli

4.1

appoġġ għall-investimenti fl-ipproċessar/il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli

4.2

appoġġ għall-investimenti fl-infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-agrikoltura u l-forestrija

4.3

appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbutin mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali klimatiċi

4.4

L-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

restawr tal-produzzjoni agrikola potenzjali li ġarrbet ħsara minħabba diżastri naturali u introduzzjoni ta’ prevenzjoni xierqa

5

appoġġ għal investimenti f’azzjonijiet preventivi mmirati lejn it-tnaqqis tal-konsegwenzi ta’ diżastri naturali probabbli, avvenimenti klimatiċi ħżiena u avvenimenti katastrofiċi

5.1

appoġġ għall-investimenti għar-restawr tal-art agrikola u l-potenzjal tal-produzzjoni li jsirlu ħsara minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi ħżiena u avvenimenti katastrofiċi

5.2

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

żvilupp tal-farms u tan-negozji

6

għajnuna biex tibda negozju għall-bdiewa żgħażagħ

6.1

għajnuna biex tibda negozju għal attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali

6.2

għajnuna biex tibda negozju għall-iżvilupp ta’ farms żgħar

6.3

appoġġ għall-investimenti fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli

6.4

pagamenti lill-bdiewa li jkunu eliġibbli għall-iskema tal-bdiewa żgħar li jittrasferixxu l-azjenda tagħhom għand bidwi ieħor b’mod permanenti

6.5

L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali

7

appoġġ għat-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet għall-iżvilupp ta’ muniċipalitajiet u rħula f’żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom u tal-pjanijiet ta’ protezzjoni u ġestjoni marbutin mas-siti ta’ Natura 2000 ta’ valur naturali għoli

7.1

appoġġ għall-investimenti fil-ħolqien, it-titjib jew l-espansjoni tat-tipi kollha ta’ infrastrutturi fuq skala żgħira, inklużi investimenti fl-enerġija rinnovabbli u fl-iffrankar tal-enerġija

7.2

appoġġ għall-infrastruttura tal-broadband, inklużi l-ħolqien, it-titjib u l-espansjoni tagħha, infrastruttura tal-broadband passiva u għoti ta’ aċċess għall-broadband u l-gvern elettroniku pubbliku

7.3

appoġġ għall-investimenti fit-twaqqif, it-titjib jew l-espansjoni ta’ servizzi bażiċi lokali għall-popolazzjoni rurali inklużi l-ħin liberu u l-kultura, u l-infrastruttura relatata

7.4

appoġġ għall-investimenti għall-użu pubbliku fl-infrastruttura rikreattiva, l-informazzjoni turistika u infrastruttura turistika fuq skala żgħira

7.5

appoġġ għall-istudji/l-investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali tal-irħula, il-pajsaġġi rurali u siti ta’ valur naturali għoli inklużi aspetti soċjoekonomiċi relatati, kif ukoll azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni ambjentali

7.6

appoġġ għall-investimenti li għandhom fil-mira r-rilokazzjoni tal-attivitajiet u l-konverżjoni tal-bini jew ta’ faċilitajiet oħrajn li jinsabu f’insedjamenti rurali jew qrib tagħhom, bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja jew isaħħu l-prestazzjoni ambjentali tal-insedjament

7.7

oħrajn

7.8

L-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

8

appoġġ għat-tisġir/il-ħolqien tal-imsaġar

8.1

appoġġ għat-twaqqif u l-manutenzjoni ta’ sistemi agroforestali

8.2

appoġġ għall-prevenzjoni ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u minn diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi

8.3

appoġġ għar-restawr ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi

8.4

appoġġ għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi forestali

8.5

appoġġ għall-investimenti fit-teknoloġiji forestali u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti forestali

8.6

L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

twaqqif ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet

9

twaqqif ta’ gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija

9

L-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

klima agroambjentali

10

pagament għall-impenji agroambjentali klimatiċi

10.1

appoġġ għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura

10.2

L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

biedja organika

11

pagament biex ikun hemm bidla għal prattiki u metodi ta’ biedja organika

11.1

pagament biex jinżammu l-prattiki u l-metodi tal-biedja organika

11.2

L-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

Pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

12

pagament ta’ kumpens għaż-żoni agrikoli ta’ Natura 2000

12.1

pagament ta’ kumpens għaż-żoni forestali ta’ Natura 2000

12.2

pagament ta’ kumpens għaż-żoni agrikoli inlużi fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar

12.3

L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

pagamenti għal żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi

13

pagament ta’ kumpens fiż-żoni muntanjużi

13.1

pagament ta’ kumpens għal żoni oħrajn li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti

13.2

pagament ta’ kumpens għal żoni oħrajn affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi

13.3

L-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

it-trattament xieraq tal-annimali

14

pagament għat-trattament xieraq tal-annimali

14

L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

servizzi forestaliambjentali u klimatiċi u konservazzjoni tal-foresti

15

pagament għal impenji forestaliambjentali u klimatiċi

15.1

appoġġ għall-konservazzjoni u l-promozzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi forestali

15.2

L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

kooperazzjoni

16

appoġġ għat-twaqqif u l-operat ta’ gruppi operazzjonali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola

16.1

appoġġ għall-proġetti pilota u għall-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda

16.2

kooperazzjoni fost l-operaturi żgħar fl-organizzazzjoni ta’ proċessi ta’ ħidma konġunta u fil-kondiviżjoni tal-faċilitajiet u r-riżorsi, u għall-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tat-turiżmu

16.3

appoġġ għall-kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi tal-ktajjen tal-provvista għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali u għall-attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali marbut mal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u s-swieq lokali

16.4

appoġġ għal azzjoni konġunta mwettqa bl-għan li jkun hemm mitigazzjoni jew adattament għat-tibdil fil-klima u għall-approċċi konġunti lejn il-proġetti ambjentali u l-prattiki ambjentali kontinwi

16.5

appoġġ għall-kooperazzjoni fost l-atturi tal-ktajjen tal-provvista għall-forniment sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel u l-enerġija u fil-proċessi industrijali

16.6

appoġġ għall-istrateġiji mhux CLLD

16.7

appoġġ għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti

16.8

appoġġ għad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja f’attivitajiet li jikkonċernaw il-kura tas-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, l-agrikoltura appoġġjata mill-komunità u l-edukazzjoni dwar l-ambjent u l-ikel

16.9

oħrajn

16.10

L-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

ġestjoni tar-riskji

17

primjum tal-assigurazzjoni tal-għelejjel, l-annimali u l-pjanti

17.1

fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi ħżiena, għall-mard tal-annimali u l-pjanti, għall-infestazzjonijiet tal-pesti u l-inċidenti ambjentali

17.2

għodda ta’ stabbilizzazzjoni tad-dħul

17.3

L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplimentari għall-Kroazja

18

finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplimentari għall-Kroazja

18

L-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

appoġġ għall-iżvilupp lokali ta’ LEADER (CLLD)

19

appoġġ preparatorju

19.1

appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ ħidmiet skont l-istrateġija tas-CLLD

19.2

tħejjija u implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp ta’ azzjoni lokali

19.3

appoġġ għall-kostijiet operazzjonali u l-animazzjoni

19.4

L-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

assistenza teknika

20

Appoġġ għall-assistenza teknika (barra n-NRN)

20.1

appoġġ għat-twaqqif u l-operat tan-NRN

20.2

▼M5

L-Artikolu 39b tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs b’mod partikolari dawk affettwati mill-kriżi tal-COVID-19

21

appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs b’mod partikolari dawk affettwati mill-kriżi tal-COVID-19

21

▼B

PARTI 6



Prijoritajiet tal-Unjoni għall-kodiċijiet tal-iżvilupp rurali u l-oqsma ta’ fokus

Prijorità

Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013/kodiċi tal-qasam ta’ fokus

Qasam ta’ fokus

Priorità 1: Trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija, u ż-żoni rurali

l-Artikolu 5(1)(a) = qasam ta’ fokus 1 A

Trawwim tal-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali

l-Artikolu 5(1)(b) = qasam ta’ fokus 1B

Tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-finijiet ta’ ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejbin

l-Artikolu 5(1)(c) = qasam ta’ fokus 1C

Trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u tat-taħriġ vokazzjonali fis-setturi agrikoli u forestali

Prijorità 2: Tisħiħ tal-vijabbiltà u l-kompetittività tal-farms tat-tipi kollha ta’ agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi tal-farms u ġestjoni sostenibbli tal-foresti

l-Artikolu 5(2) (a) = qasam ta’ fokus 2 A

Titjib tal-prestazzjoni ekonomika tal-farms kollha u ffaċilitar tar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-farms, speċjalment bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq u l-orjentazzjoni lejn is-suq, kif ukoll id-diversifikazzjoni agrikola

l-Artikolu 5(2) (b) = qasam ta’ fokus 2B

Iffaċilitar tad-dħul tal-bdiewa bil-ħiliet xierqa fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, tat-tiġdid ġenerazzjonali

Prijorità 3: Promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina alimentari, inklużi l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riski fl-agrikoltura

l-Artikolu 5(3) (a) = qasam ta’ fokus 3 A

Titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji billi jiġu integrati aħjar fil-katina agroalimentari permezz ta’ skemi ta’ kwalità, żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, promozzjoni fis-swieq lokali u ċirkwiti ta’ provvista qosra, gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet u organizzazzjonijiet interprofessjonali

l-Artikolu 5(3) (b) = qasam ta’ fokus 3B

Appoġġ tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-farms

Prijorità 4: Restawr, preservazzjoni u titjib tal-ekosistemi marbutin mal-agrikoltura u l-forestrija

l-Artikolu 5(4) (a) = qasam ta’ fokus 4 A

Restawr, preservazzjoni u titjib tal-bijodiversità, inkluż fiż-żoni ta’ Natura 2000, u f’żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi, u biedja ta’ valur naturali għoli, kif ukoll l-istat tal-pajsaġġi Ewropej

l-Artikolu 5(4) (b) = qasam ta’ fokus 4B

Titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża ġestjoni tal-fertilizzanti u tal-pestiċidi

l-Artikolu 5(4) (c) = qasam ta’ fokus 4C

Prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija

Prijorità 5: Promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, l-ikel u l-forestrija

l-Artikolu 5(5) (a) = qasam ta’ fokus 5 A

Żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma mill-agrikoltura

l-Artikolu 5(5) (b) = qasam ta’ fokus 5B

Żieda fl-użu effiċjenti tal-enerġija fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel

l-Artikolu 5(5) (c) = qasam ta’ fokus 5C

Iffaċilitar tal-provvista u l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, tal-prodotti sekondarji, l-iskart u r-residwi u ta’ materja mhux maħduma oħra li mhix ikel, għall-finijiet tal-bijoekonomija

l-Artikolu 5(5) (d) = qasam ta’ fokus 5D

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-ammonijaka mill-agrikoltura

l-Artikolu 5(5) (e) = qasam ta’ fokus 5E

Trawwim tal-konservazzjoni u s-sekwestru tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija

Prijorità 6: Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali

l-Artikolu 5(6) (a) = qasam ta’ fokus 6 A

Iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar, kif ukoll tal-ħolqien tal-impjiegi

l-Artikolu 5(6) (b) = qasam ta’ fokus 6B

Trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali

l-Artikolu 5(6) (c) = qasam ta’ fokus 6C

Titjib tal-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fiż-żoni rurali

▼M1




ANNESS II



Ir-rata tal-konverżjoni tal-annimali għal unitajiet tal-bhejjem (“LU”) imsemmija fl-Artikolu 9(1) u (2).

(1)  Barrin, baqar u annimali bovini oħra li jaqbżu s-sentejn, u annimali ekwini li jaqbżu s-sitt xhur

1,0 LU

(2)  Annimali bovini minn sitt xhur sa sentejn

0,6 LU

(3)  Annimali bovini taħt is-sitt xhur

0,4 LU

(4)  Nagħaġ u mogħoż

0,15 LU

(5)  Majjali nisa għat-tgħammir > 50Kg

0,5 LU

(6)  Ħnieżer oħra

0,3 LU

(7)  Tiġieġ għall-bajd

0,014 LU

(8)  Tjur tal-irziezet ieħor

0,03 LU

Għall-kategoriji jew għas-sottokategoriji tal-annimali f'din it-tabella, ir-rati tal-konverżjoni jistgħu jiġu miżjuda jew imnaqqsa b'mod eċċezzjonali, filwaqt li titqies l-evidenza xjentifika li għandha tiġi spjegata u ġġustifikata kif jixraq fil-programmi tal-iżvilupp rurali.

B'mod eċċezzjonali jistgħu jiżdiedu kategoriji oħrajn tal-annimali. Ir-rati tal-konverżjoni għal kategoriji bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari u l-evidenza xjentifika li għandha tiġi spjegata u ġġustifikata kif jixraq fil-programmi tal-iżvilupp rurali.

▼B




ANNESS III

Informazzjoni u pubbliċità msemmijin fl-Artikolu 13

PARTI 1

Azzjonijiet ta’ informazzjoni u pubbliċità

1.    Responsabbiltajiet tal-Awtorità Maniġerjali

1.1.    Strateġija ta’ informazzjoni u pubbliċità

L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li l-azzjonijiet ta’ pubbliċità u ta’ informazzjoni jiġu implimentati f’konformità mal-istrateġija ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità tagħha li għandha tkopri tal-inqas dan li ġej:

(a) 

il-miri tal-istrateġija u l-gruppi fil-mira tagħha;

(b) 

deskrizzjoni tal-kontenut tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità;

(c) 

il-baġit indikattiv tal-istrateġija;

(d) 

deskrizzjoni tal-korpi amministrattivi, inklużi r-riżorsi tal-persunal, responsabbli mill-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità;

(e) 

deskrizzjoni tar-rwol tan-NRN u kif il-pjan ta’ komunikazzjoni tiegħu stipulat fl-Artikolu 54(3)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ser jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija;

(f) 

deskrizzjoni ta’ kif l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità għandhom jiġu vvalutati f’termini ta’ viżibbiltà u għarfien tal-qafas politiku, il-programmi u l-operazzjonijiet, u r-rwol tal-FAEŻR u tal-Unjoni;

(g) 

aġġornament annwali li jippreżenta l-attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità li jkunu ser isiru fis-sena ta’ wara.

1.2.    Informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali

L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti, inkluża informazzjoni aġġornata fejn dan ikun neċessarju, b’kunsiderazzjoni tal-aċċessibbiltà tas-servizzi elettroniċi jew servizzi oħrajn ta’ komunikazzjoni għal ċerti benefiċjarji potenzjali, tal-inqas dwar dan li ġej:

(a) 

l-opportunitajiet ta’ finanzjament u t-tnedija tas-sejħiet skont il-PŻR;

(b) 

il-proċeduri amministrattivi li għandhom jiġu segwiti sabiex jikkwalifikaw għall-finanzjament skont PŻR;

(c) 

il-proċeduri għall-analiżi tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament;

(d) 

il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u/jew il-kriterji għall-għażla u l-evalwazzjoni tal-proġetti li jkunu ser jiġu ffinanzjati;

(e) 

l-ismijiet ta’ persuni jew kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jispjegaw kif jaħdmu l-PŻR u l-kriterji għall-għażla u l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet;

(f) 

ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji li jgħarrfu lill-pubbliku dwar il-mira tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-FAEŻR għall-operazzjoni skont it-taqsima 2 tal-Parti 1. L-Awtorità Maniġerjali tista’ titlob lill-benefiċjarji potenzjali biex jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni indikattivi, li jkunu proporzjonali għad-daqs tal-operazzjoni, fl-applikazzjonijiet;

(g) 

il-proċeduri għall-analiżi tal-ilmenti skont l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

1.3.    Informazzjoni għall-pubbliku ġenerali

L-Awtorità Maniġerjali għandha tgħarraf lill-pubbliku bil-kontenut tal-PŻR, l-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni u l-aġġornamenti tiegħu, il-kisbiet ewlenin fl-implimentazzjoni tal-programm u l-għeluq tiegħu, kif ukoll il-kontribuzzjoni tiegħu għall-ilħuq tal-prijoritajiet tal-Unjoni kif stipulat fil-Ftehim ta’ Sħubija.

L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura t-twaqqif ta’ websajt unika jew portal tal-websajt uniku li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punti 1.1 u 1.2, u l-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt. It-twaqqif ta’ websajt unika ma għandux ifixkel l-implimentazzjoni bla xkiel tal-FAEŻR u ma għandux jirrestrinġi l-aċċess għall-benefiċjarji potenzjali u l-partijiet interessati għall-informazzjoni. L-azzjonijiet biex jiġi infurmat il-pubbliku għandhom jinkludu l-elementi stipulati fil-punt 1 tal-Parti 2.

1.4.    Involviment tal-korpi li jaġixxu bħala rilej

L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura, inkluż permezz tan-NRN, li l-korpi li jkunu jistgħu jaġixxu ta’ rilej ikunu involuti fl-azzjonijiet ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali, u b’mod partikolari bħala:

(a) 

imsieħba kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b) 

ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif ukoll uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni, u uffiċċji ta’ Informazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri;

(c) 

istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka.

1.5.    Notifika tal-għoti tal-appoġġ

L-Awtorità Maniġerjali għandha tiżgura li n-notifika tal-għoti tal-appoġġ tgħarraf lill-benefiċjarji li l-azzjoni tkun qed tiġi ffinanzjata minn programm li jkun iffinanzjat parzjalment mill-FAEŻR u bil-miżura u l-prijorità tal-PŻR ikkonċernat.

2.    Responsabbiltajiet tal-benefiċjarji

2.1.

L-azzjonijiet kollha ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni tal-benefiċjarju għandhom jirrikonoxxu l-appoġġ mill-FAEŻR għall-operazzjoni billi juru:

(a) 

l-emblema tal-Unjoni;

(b) 

referenza għall-appoġġ mill-FAEŻR.

Fejn azzjoni ta’ informazzjoni jew ta’ pubbliċità tkun relatata ma’ operazzjoni jew ma’ diversi operazzjonijiet ikkofinanzjati minn aktar minn Fond wieħed, ir-referenza prevista fil-punt (b) tista’ tiġi ssostitwita minn referenza għall-Fondi tal-ESI.

2.2.

Matul l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jgħarraf lill-pubbliku bl-appoġġ mogħti mill-FAEŻR billi:

(a) 

jipprovdi, fuq il-websajt tal-benefiċjarju għal użu professjonali, jekk ikun hemm websajt bħal din, deskrizzjoni qasira tal-operat fejn tista’ tiġi stabbilita rabta bejn l-iskop tal-websajt u l-appoġġ ipprovdut lill-operazzjoni, b’mod proporzjonat għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-miri u r-riżultati tagħha u fejn ikun enfasizzat l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;

▼M1

(b) 

għall-operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c), l-appoġġ pubbliku totali li jkun jaqbeż il-EUR 50 000 , tal-inqas iqiegħed powster (mhux iżgħar minn A3) jew plakka b'informazzjoni dwar il-proġett, li tenfasizza l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, u f'post fejn il-pubbliku jkun jista' jaqraha. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan ir-rekwiżit ma japplikax għal operazzjonijiet skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1) (li jikkonċerna d-dħul mitluf u l-ispejjeż tal-manutenzjoni) u l-Artikoli 28 sa 31, 33, 34 u 40 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jew jistgħu jiddeċiedu li għal dawk l-operazzjonijiet, dak il-livell limitu għandu jiżdied. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għal operazzjonijiet oħra li ma jirriżultawx f'investiment meta, minħabba n-natura tal-operazzjoni ffinanzjata, ma jkunx jista' jiġi identifikat post xieraq għall-powster jew għall-plakka, jew jistgħu jiddeċiedu li għal dawk l-operazzjonijiet, dak il-livell limitu għandu jiżdied. Il-plakka spjegatorja għandha titqiegħed fil-binja tal-gruppi għall-azzjoni lokali ffinanzjati mil-LEADER;

▼B

(c) 

itella’, f’post faċilment viżibbli mill-pubbliku, billboard temporanju ta’ daqs sinifikanti għal kull operazzjoni li tikkonsisti mill-finanzjament tal-infrastruttura jew l-operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni li għalihom l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000 .

Mhux aktar tard minn tliet xhur wara li titlesta operazzjoni, il-benefiċjarju għandu jpoġġi plakka jew billboard temporanju ta’ daqs sinifikanti f’post li jkun viżibbli faċilment mill-pubbliku għal kull operazzjoni li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(i) 

l-appoġġ pubbliku totali għall-operazzjoni jaqbeż il-EUR 500 000 ;

(ii) 

l-operazzjoni tikkonsisti fix-xiri ta’ oġġett fiżiku jew mill-finanzjament tal-infrastruttura jew tal-operazzjonijiet ta’ kostruzzjoni.

Dan il-billboard għandu juri l-isem u l-objettiv prinċipali tal-operazzjoni, u tenfasizza l-appoġġ finanzjarju mogħti mill-Unjoni.

Il-billborads, il-kartelluni, il-plakek u l-websajts għandu jkollhom deskrizzjoni tal-proġett/l-operazzjoni u l-elementi msemmijin fil-punt 1 tal-Parti 2. Dik l-informazzjoni għandha tokkupa tal-inqas kwart mill-billboard, il-plakka jew il-websajt.

PARTI 2

Karatteristiċi tekniċi tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità

1.    Logo u slogan

Kull azzjoni ta’ informazzjoni u pubbliċità għandha turi dawn l-elementi:

(a) 

l-emblema tal-Unjoni f’konformità mal-istandards grafiċi kif inhuma ppreżentati fuq http://europa.eu/abc/symbols/emblem/download_en.htm, flimkien ma’ spjegazzjoni tar-rwol tal-Unjoni, permezz tad-dikjarazzjoni li ġejja:

“Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: l-Ewropa tinvesti f’żoni rurali”.

▼M2

(b) 

għall-azzjonijiet u l-miżuri ffinanzjati minn LEADER, il-logo ta' LEADER:

image

▼B

2.    Materjal ta’ informazzjoni u komunikazzjoni

Il-pubblikazzjonijiet (bħal kotba żgħar, fuljetti u bullettini) u l-kartelluni dwar il-miżuri u l-azzjonijiet ikkofinanzjati mill-FAEŻR għandhom jinkludu indikazzjoni ċara fuq l-ewwel paġna tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll l-emblema tal-Unjoni jekk tintuża emblema nazzjonali jew reġjonali wkoll. Il-pubblikazzjonijiet għandhom jinkludu referenzi għall-korp responsabbli mill-kontenut u għall-Awtorità Maniġerjali maħtura biex timplimenta l-assistenza tal-FAEŻR u/jew dik nazzjonali inkwistjoni.

F’każ ta’ informazzjoni li titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi (websajts, bażijiet ta’ dejta għall-benefiċjarji potenzjali) jew bħala materjal awdjoviżiv, b’analoġija għandu japplika l-ewwel paragrafu.

Il-websajts li jikkonċernaw il-FAEŻR għandhom:

(a) 

jirreferu għall-kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-inqas fuq il-paġna prinċipali;

(b) 

jinkludu hyperlink għall-websajt tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-FAEŻR.




ANNESS IV

Sett komuni ta’ indikaturi tal-kuntest, tar-riżultati u tal-prestazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 14(2)

1.    Indikaturi tal-kuntest

C1.

Popolazzjoni

C2.

Struttura tal-etajiet

C3.

Territorju

C4.

Densità tal-popolazzjoni

C5.

Rata ta’ impjieg ( *1 )

C6.

Rata ta’ impjieg indipendenti

C7.

Rata tal-qgħad

C8.

PDG per capita (*1) 

C9.

Rata ta’ faqar (*1) 

C10.

Struttura tal-ekonomija

C11.

Struttura tal-impjieg

C12.

Produttività tal-ħaddiema skont is-settur ekonomiku

C13.

Impjieg skont l-attività ekonomika

C14.

Produttività tal-ħaddiema fl-agrikoltura

C15.

Produttività tal-ħaddiema fil-forestrija

C16.

Produttività tal-ħaddiema fl-industrija tal-ikel

C17.

Azjendi agrikoli (farms)

C18.

Żona agrikola

C19.

Żona agrikola li taqa’ taħt il-biedja organika

C20.

Raba’ saqwi

C21.

Unitajiet ta’ annimali tal-farms

C22.

Forza tax-xogħol tal-farms

C23.

Struttura tal-etajiet tal-maniġers tal-farms

C24.

Taħriġ agrikolu tal-maniġers tal-farms

C25.

Dħul minn fattur agrikolu (*1) 

C26.

Dħul mill-intraprenditorija agrikola (*1) 

C27.

Produttività tal-fatturi totali fl-agrikoltura (*1) 

C28.

Formazzjoni tal-kapital fiss gross fl-agrikoltura

C29.

Foresti u artijiet oħrajn bl-imsaġar (FOWL - Forest and other wooded land)

C30.

Infrastruttura turistika

C31.

Kopertura tal-art

▼M2

C32.

Żoni li qed jaffaċċaw limitazzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi

▼B

C33.

Intensità tal-biedja

C34.

Żoni ta’ Natura 2000

C35.

Indiċi tal-għasafar li jbidu fil-farms (FBI - Farmland birds index) (*1) 

C36.

L-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats agrikoli (bwar)

C37.

Biedja ta’ valur naturali għoli (HNV - high nature value) (*1) 

C38.

Foresta protetta

C39.

Estrazzjoni tal-ilma fl-agrikoltura (*1) 

C40.

Kwalità tal-ilma (*1) 

C41.

Materja organika tal-ħamrija f’artijiet li jinħadmu (*1) 

C42.

Erożjoni tal-ħamrija minħabba l-ilma (*1) 

C43.

Produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija

C44.

Użu tal-enerġija fl-agrikoltura, il-forestrija u l-industrija tal-ikel

C45.

Emissjonijiet mill-agrikoltura (*1) 

2.    Indikaturi tar-riżultati

R1

:

perċentwal tal-azjendi agrikoli b’appoġġ mill-PŻR għal investimenti fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A)

R2

:

Bidla fil-prestazzjoni Agrikola fil-farms appoġġjati/AWU (Annual Work Unit – Unità tax-Xogħol Annwali) (qasam ta’ fokus 2 A) ( *2 )

R3

:

perċentwal ta’ azjendi agrikoli bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investimenti għall-bdiewa żgħażagħ appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 2B)

R4

:

perċentwal tal-azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għax jipparteċipaw fi skemi tal-kwalità, swieq lokali u ċirkwiti tal-provvista qosra, u gruppi/organizzazzjonijiet ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A)

R5

:

perċentwal ta’ farms li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskju (qasam ta’ fokus 3B)

R6

:

perċentwal ta’ foresti jew żoni oħrajn bl-imsaġar li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A)

R7

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità u/jew il-pjasaġġi (qasam ta’ fokus 4 A)

R8

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt il-kuntratti ta’ ġestjoni tal-art biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B)

R9

:

perċentwal ta’ art tal-foresti li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B)

R10

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ħamrija u/jew tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C)

R11

:

perċentwal ta’ art tal-foresti li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-ħamrija u/jew tiġi evitata l-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C)

R12

:

perċentwal ta’ raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistemi ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti (qasam ta’ fokus 5 A)

R13

:

Żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma fl-agrikoltura fi proġetti appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 5 A) (*2) 

R14

:

Żieda fl-effiċjenza enerġetika fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel fi proġetti appoġġjati mill-PŻR (qasam ta’ fokus 5B) (*2) 

R15

:

Enerġija rinnovabbli prodotta minn proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 5C) (*2) 

R16

:

perċentwal ta’ LU (Live-stock Unit – Unità ta’ annimali tal-farms) ikkonċernati mill-investimenti fil-ġestjoni tal-annimali tal-farms fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG (Green House Gas – Gass Serra) u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D)

R17

:

perċentwal ta’ artijiet agrikoli li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D)

R18

:

Emissjonijiet imnaqqsin tal-metan u tal-ossidu nitruż (qasam ta’ fokus 5D) (*2) 

R19

:

Emissjonijiet imnaqqsin tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) (*2) 

R20

:

perċentwal ta’ art agrikola u forestali li taqa’ taħt il-kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għas-sekwestru jew il-konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E)

R21

:

Impjiegi maħluqin fi proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 6 A)

R22

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali koperta mill-istrateġiji ta’ żvilupp lokali (qasam ta’ fokus 6B)

R23

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (qasam ta’ fokus 6B)

R24

:

Impjiegi maħluqa fi ħdan proġetti appoġġjati (Leader) (qasam ta’ fokus 6B)

R25

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenfika minn servizzi/infrastruttura ġodda jew imtejbin (Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni - ICT) (qasam ta’ fokus 6C)

L-indikaturi bil-korsiv huma wkoll indikaturi tal-mira kif inhu elenkat fil-Punt 4.

3.    Indikaturi tal-prestazzjoni RD



Numru

Indikaturi tal-prestazzjoni

Kodiċijiet tal-miżuri (l-Artikoli tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jew tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.1

Nefqa pubblika totali (*1)

Il-miżuri kollha

O.2

Investiment totali

4 (l-Artikolu 17), 5 (l-Artikolu 18), 6.4 (l-Artikolu 19), 7.2 sa 7.8 (l-Artikolu 20), 8.5 u 8.6 (l-Artikolu 21) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.3

Numru ta’ azzjonijiet/operazzjonijiet appoġġjati

1 (l-Artikolu 14), 2 (l-Artikolu 15), 4 (l-Artikolu 17), 7 (l-Artikolu 20), 8.5 u 8.6 (l-Artikolu 21), 9 (l-Artikolu 27), 17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

▼M5

O.4

Għadd ta’ azjendi/benefiċjarji appoġġati

3 (l-Artikolu 16), 4.1 (l-Artikolu 17), 5 (l-Artikolu 18), 6 (l-Artikolu 19), 8.1 sa 8.4 (l-Artikolu 21), 11 (l-Artikolu 29), 12 (l-Artikolu 30), 13 (l-Artikolu 31), 14 (l-Artikolu 33), 17.1 (l-Artikolu 36), 21 (l-Artikolu 39b) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

▼B

O.5

Żona totali (ha)

4 (l-Artikolu 17), 8.1 sa 8.5 (l-Artikolu 21), 10 (l-Artikolu 28), 11 (l-Artikolu 29), 12 (l-Artikolu 30), 13 (l-Artikolu 31), 15 (l-Artikolu 34) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.6

Żona fiżika appoġġjata (ha)

10 (l-Artikolu 28) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.7

Numru ta’ kuntratti appoġġjati

10 (l-Artikolu 28), 15 (l-Artikolu 34) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.8

Numru ta’ Unitajiet ta’ Annimali tal-Farms appoġġjati (LU)

14 (l-Artikolu 33), 4 (l-Artikolu 17) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.9

Numru ta’ azjendi parteċipanti fl-iskemi appoġġjati

9 (l-Artikolu 27), 16.4 (l-Artikolu 35), 17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.10

Numru ta’ bdiewa li jibbenefikaw mill-pagamenti

17.2 u 17.3 (l-Artikolu 36) (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.11

Numru ta’ ġranet ta’ taħriġ mogħtija

1 (l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.12

Numru ta’ parteċipanti fit-taħriġ

1 (l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.13

Numru ta’ benefiċjarji mogħtijin pariri

2 (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.14

Numru ta’ konsulenti mħarrġin

2 (l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.15

Il-popolazzjoni li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (ta’ IT jew oħrajn)

7 (l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.16

Numru ta’ gruppi EIP appoġġjati, numri ta’ operazzjonijiet EIP appoġġjati u n-numru u t-tip ta’ msieħba fil-gruppi EIP

16 (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.17

Numru ta’ operazzjonijiet ta’ kooperazzjoni appoġġjati (barra mill-EIP)

16 (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.18

Il-popolazzjoni koperta mil-LAG

19 (l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.19

Numru ta’ LAGs magħżulin

19 (l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.20

Numru ta’ proġetti LEADER appoġġjati

19 (l-Artikolu 35(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.21

Numru ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni appoġġjati

19 (l-Artikolu 35(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.22

In-numru u t-tip ta’ promoturi tal-proġetti

19 (l-Artikolu 35(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.23

Numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-LAG involut fi proġett ta’ kooperazzjoni

19 (l-Artikolu 35(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

O.24

Numru ta’ skambji tematiċi u analitiċi mwaqqfin bl-appoġġ tan-NRN

Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.25

Numru tal-għodod ta’ komunikazzjoni tan-NRN

Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

O.26

Numru ta’ attivitajiet tal-ENRD li fihom ikun ipparteċipa n-NRN

Netwerking (l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

(*1)   Dan l-indikatur jikkorrispondi għall-indikatur tal-Qafas tal-Prestazzjoni stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta’ kategoriji ta’ intervent għall-Fondi ta’ Investiment Strutturali Ewropej (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).

4.    Indikaturi tal-miri

T1

:

perċentwal tan-nefqa skont l-Artikoli 14, 15 u 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 b’rabta man-nefqa totali għall-PŻR (qasam ta’ fokus 1 A)

T2

:

Numru totali ta’ operazzjonijiet ta’ kooperazzjoni appoġġjati mill-miżura ta’ kooperazzjoni (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013) (gruppi, netwerks/raggruppamenti, proġetti pilota…) (qasam ta’ fokus 1B)

T3

:

Numru totali ta’ parteċipanti mħarrġin skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (qasam ta’ fokus 1C)

T4

:

perċentwal tal-azjendi agrikoli appoġġjati mill-PŻR għall-investimenti fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A)

T5

:

perċentwal ta’ azjendi agrikoli bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investimenti appoġġjati mill-PŻR għall-bdiewa żgħażagħ (qasam ta’ fokus 2B)

T6

:

perċentwal ta’ azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għall-parteċipazzjoni tagħhom fi skemi ta’ kwalità, fis-swieq lokali u f’ċirkwiti ta’ provvista qosra, u gruppi/organizzazzjonijiet ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A)

T7

:

perċentwal ta’ farms li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskji (qasam ta’ fokus 3B)

T8

:

perċentwal ta’ foresti/żoni bl-imsaġar oħrajn li jaqgħu taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A)

T9

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jappoġġjaw il-bijodiversità/il-pajsaġġi (qasam ta’ fokus 4 A)

T10

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B)

T11

:

perċentwal ta’ art forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni tal-arti biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B)

T12

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa taħt kuntratti ta’ ġestjoni tal-art għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C)

T13

:

perċentwal tal-art forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C)

T14

:

perċentwal ta’ raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistema ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti

T15

:

Investiment totali għall-effiċjenza enerġetika (qasam ta’ fokus 5B)

T16

:

Investiment totali fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (qasam ta’ fokus 5C)

T17

:

perċentwal ta’ LU kkonċernati mill-investiment fil-ġestjoni tal-annimali tal-farms fid-dawl tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D)

T18

:

perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D)

T19

:

perċentwal ta’ art agrikola u forestali li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għas-sekwestru u l-konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E)

T20

:

Impjiegi maħluqin fi proġetti appoġġjati (qasam ta’ fokus 6 A)

T21

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali koperta minn strateġiji lokali ta’ żvilupp (qasam ta’ fokus 6B)

T22

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin (qasam ta’ fokus 6B)

T23

:

Impjiegi maħluqin fi ħdan proġetti appoġġjati (Leader) (qasam ta’ fokus 6B)

T24

:

perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi ġodda jew imtejbin (ICT) (qasam ta’ fokus 6C)

5.    Indikaturi ta’ Qafas tal-Prestazzjoni Proposti



 

Indikaturi

Indikatur tal-Prestazzjoni Relatat

Prijorità 2 (P2)

Nefqa Pubblika Totali P2 (EUR)

O.1

Numru ta’ azjendi agrikoli b’appoġġ mill-PŻR għal investiment fir-ristrutturar jew il-modernizzazzjoni (qasam ta’ fokus 2 A) + azjendi bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investiment għall-bdiewa żgħażagħ appoġġjat mill-PŻR (qasam ta’ fokus 2B)

O.4

Prijorità 3

(P3)

Nefqa Pubblika Totali P3 (EUR)

O.1

Numru ta’ azjendi agrikoli appoġġjati li jirċievu appoġġ billi jipparteċipaw fi skemi ta’ kwalità, is-swieq lokali/ċirkwiti ta’ provvista qosra, u gruppi ta’ produtturi (qasam ta’ fokus 3 A)

O.4, O.9

Numru ta’ azjendi agrikoli li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskji (qasam ta’ fokus 3B)

O.4, O.9

Prijorità 4

(P4)

Nefqa Pubblika Totali P4 (EUR)

O.1

Art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għall-bijodiversità (qasam ta’ fokus 4 A) + għat-titjib tal-ġestjoni tal-ilma (qasam ta’ fokus 4B) + għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija u/jew il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija (qasam ta’ fokus 4C)

O.5

Prijorità 5

(P5)

Nefqa Pubblika Totali P5 (EUR)

O.1

Numru ta’ operazzjonijiet ta’ investiment fl-iffrankar tal-enerġija u fl-effiċjenza enerġetika (qasam ta’ fokus 5B) + fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli (qasam ta’ fokus 5C)

O.3

Art agrikola u forestali li taqa’ taħt il-ġestjoni li trawwem is-sekwestru/konservazzjoni tal-karbonju (qasam ta’ fokus 5E) + Art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni li jimmiraw lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u/jew tal-ammonijaka (qasam ta’ fokus 5D) + Raba’ saqwi fi tranżizzjoni lejn sistema ta’ irrigazzjoni aktar effiċjenti (qasam ta’ fokus 5 A)

O.5

Prijorità 6

(P6)

Nefqa Pubblika Totali P6 (EUR)

O.1

Numru ta’ operazzjonijiet appoġġjati biex itejbu s-servizzi bażiċi u l-infrastrutturi fiż-żoni rurali (oqsma ta’ fokus 6B u 6C)

O.3

Il-popolazzjoni koperta mil-LAG (qasam ta’ fokus 6B)

O.18




ANNESS V

Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni għall-iżvilupp rurali

Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni relatati mal-oqsma ta’ fokus

Għal kull qasam ta’ fokus inkluż fil-PŻR, il-mistoqsija relatata għandha titwieġeb fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali mtejbin (minn hawn ‘il quddiem “AIRs” – annual implimentation reports) ippreżentati fl-2017 u l-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.

1. 

Qasam ta’ fokus 1 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali?

2. 

Qasam ta’ fokus 1B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-finijiet ta’ ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejbin?

3. 

Qasam ta’ fokus 1C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija?

4. 

Qasam ta’ fokus 2 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontibwew għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika, ir-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-farms appoġġjati, partikolarment, permezz ta’ żieda tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq u fid-diversifikazzjoni agrikola?

5. 

Qasam ta’ fokus 2B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw id-dħul ta’ bdiewa bil-ħiliet xierqa fis-settur agrikolu u, b’mod partikolari, it-tiġdid ġenerazzjonali?

6. 

Qasam ta’ fokus 3 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għat-titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji appoġġjati bl-integrazzjoni aħjar tagħhom fil-katina agroalimentari permezz ta’ skemi ta’ kwalità, żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, promozzjoni tas-swieq lokali u taċ-ċirkwiti ta’ provvista qosra, tal-gruppi ta’ produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali?

7. 

Qasam ta’ fokus 3B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-farms?

8. 

Qasam ta’ fokus 4 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw ir-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-bijodiversità inkluż f’żoni ta’ Natura 2000, żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi u l-biedja HNV, u l-istat tal-pajsaġġ Ewropew?

9. 

Qasam ta’ fokus 4B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw it-titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża l-ġestjoni tal-fertilizzanti u l-pestiċidi?

10. 

Qasam ta’ fokus 4C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija?

11. 

Qasam ta’ fokus 5 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għaż-żieda fl-użu effiċjenti tal-ilma mill-agrikoltura?

12. 

Qasam ta’ fokus 5B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għaż-żieda fl-effiċjenza enerġetika fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel?

13. 

Qasam ta’ fokus 5C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għall-provvista u l-użu ta’ sorsi rinnovabbli tal-enerġija, ta’ prodotti sekondarji, ta’ residwi u ta’ materja mhux maħduma oħra li mhix ikel għall-finijiet tal-bijoekonomija?

14. 

Qasam ta’ fokus 5D: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR ikkontribwew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u tal-ammonijaka mill-agrikoltura?

15. 

Qasam ta’ fokus 5E: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw il-konservazzjoni u s-sekwestru tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija?

16. 

Qasam ta’ fokus 6 A: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw id-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u l-ħolqien tal-impjieg?

17. 

Qasam ta’ fokus 6B: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġjaw l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali?

18. 

Qasam ta’ fokus 6C: Sa liema punt l-interventi tal-PŻR tejbu l-aċċessibbiltà, l-użu u l-kwalità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fiż-żoni rurali?

Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni marbutin ma’ aspetti oħrajn tal-PŻR

Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jitwieġbu fl-AIRs imtejbin ippreżentati fl-2017 u l-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.

19. 

Sa liema punt is-sinerġiji bejn il-prijoritajiet u l-oqsma ta’ fokus tejbu l-effettività tal-PŻR?

20. 

Sa liema punt l-assistenza teknika kkontribwiet biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 51 (2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013?

21. 

Sa liema punt in-NRN ikkontribwixxa biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013?

Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni marbutin ma’ objettivi fil-livell tal-Unjoni

Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom jitwieġbu fl-AIR imtejjeb ippreżentat fl-2019, u fir-rapport ta’ evalwazzjoni ex-post.

22. 

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li r-rata tal-impjieg tiżdied fost il-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena għal tal-inqas 75 %?

23. 

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li 3 % tal-PDG tal-UE jiġi investit fir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni?

24. 

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu, b’tal-inqas, 20 % meta jitqabblu mal-livelli tal-1990, jew bi 30 % jekk il-kundizzjonijiet ikunu tajbin, u għaż-żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija għal 20 %, u fil-kisba ta’ żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza enerġetika?

25. 

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa biex tintlaħaq il-mira prinċipali ta’ UE 2020 li jitnaqqas in-numru ta’ Ewropej li għandhom livell ta’ għajxien aktar baxx mil-livell ta’ faqar nazzjonali?

26. 

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għat-titjib tal-ambjent u biex tintlaħaq il-mira tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità li t-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema jitwaqqfu, u biex dawn jiġu restawrati?

27. 

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK tat-trawwim tal-kompetittività fl-agrikoltura?

28. 

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK li tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u azzjoni klimatika?

29. 

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għall-objettiv tal-PAK li jintlaħaq żvilupp territorjali bbilanċjat tal-ekonomiji u l-komunitajiet rurali, inklużi l-ħolqien u l-manutenzjoni tal-impjiegi?

30. 

Sa liema punt il-PŻR ikkontribwixxa għat-trawwim tal-innovazzjoni?




ANNESS VI

L-elementi prinċipali tad-dokumenti ta’ appoġġ tekniku għas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni

Wieħed mill-elementi prinċipali tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għall-iżvilupp rurali huwa l-appoġġ tekniku li jingħata lill-Istati Membri, l-evalwaturi u partijiet interessati oħrajn biex jibnu kapaċità ta’ evalwazzjoni u jiżdiedu l-kwalità u l-konsistenza tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni. Il-Kummissjoni, f’ħidma mal-Istati Membri, għandha tipproduċi dokumenti ta’ appoġġ tekniku li jkopru s-suġġetti li ġejjin:

(1) 

Fiches għal kull wieħed mill-indikaturi komuni, li jinkludu definizzjoni tal-indikatur; ir-rabta mal-loġika ta’ intervent; l-unità ta’ kejl; il-metodoloġija użata biex jinkisbu l-valuri; id-dejta meħtieġa u s-sorsi tad-dejta; l-informazzjoni dwar il-ġbir tad-dejta inklużi l-korp responsabbli u l-frekwenza tal-ġbir tad-dejta; ir-rekwiżiti ta’ rapportar.

(2) 

Gwida metodoloġika biex tappoġġja lill-Istati Membri u lill-evalwaturi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, li tkopri id-diversi komponenti tagħha, inklużi l-metodoloġiji u l-approċċi ta’ evalwazzjoni, u l-għoti ta’ appoġġ dwar kwistjonijiet speċifiċi bħall-evalwazzjoni tas-CLLD.

(3) 

Gwida dwar l-evalwazzjoni ex ante tal-PŻR li tkopri l-għan tal-evalwazzjoni ex ante, il-proċess u r-rwoli tal-atturi involuti, u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzju u li tipprovdi appoġġ metodoloġiku fir-rigward ta’ approċċi u metodi xierqa, u kaxxa tal-għodda ta’ mudelli indikattivi.

(4) 

Gwida dwar it-tħejjija tal-pjanijiet ta’ evalwazzjoni li tkopri l-għan u l-benefiċċji ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, l-elementi li għandhom jiġu inklużi u rakkomandazzjonijiet dwar proċessi xierqa biex jiġi stabbilit. Il-kunsiderazzjonijiet marbutin mal-governanza u l-implimetazzjoni huma koperti u anki l-mudelli indikattivi għal aspetti tal-eżerċizzju.

(5) 

Gwida dwar l-użu u t-twaqqif ta’ indikaturi bi prokura, immirata b’mod partikolari lejn il-PŻR, li tiddeskrivi l-għan u l-karatteristiċi tal-indikaturi bi prokura u li tidentifika d-dejta u l-metodi li jistgħu jintużaw fejn ikunu meħtieġa l-prokuri.

(6) 

Gwida dwar il-pjan ta’ indikazzjoni li tkopri l-elementi li għandhom jiġu inklużi, ir-regoli li għandhom jiġu applikati u t-tabelli mudelli.

(7) 

Gwida dwar il-monitoraġġ li tkopri l-elementi li għandhom jiġu inklużi fir-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali, ir-regoli li għandhom jiġu applikati u t-tabelli mudelli.

(8) 

Gwida dwar il-valutazzjoni tal-valuri għall-indikaturi tar-riżultati komplimentari, li tkopri l-identifikazzjoni tal-popolazzjoni relevanti ta’ proġetti, l-istrateġiji ta’ teħid ta’ kampjuni, metodoloġiji xierqa, sorsi tad-dejta u tekniki ta’ valutazzjoni.

(9) 

Gwida dwar il-valutazzjoni tal-impatti tal-PŻR, li tkopri l-għan u l-użu tal-indikaturi tal-impatti, ir-rabtiet bejn il-politika ta’ żvilupp rurali u politiki u fatturi oħrajn li jaffettwaw il-valuri tal-indikaturi tal-impatti, u metodi proposti għall-istima tal-effett nett tal-interventi ta’ żvilupp rurali.

(10) 

Gwida dwar ir-risposti għall-mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni għall-iżvilupp rurali, inklużi rabtiet mal-loġika ta’ intervent u l-indikaturi komuni, u li tipproponi dejta addizzjonali, kriterji ta’ ġudizzju u firxa ta’ approċċi possibbli li jistgħu jintużaw biex jitwieġbu l-mistoqsijiet.

(11) 

Gwida dwar l-evalwazzjoni ex post tal-RPDs ta’ bejn l-2014 u l-2020 li tkopri l-għan, il-proċess u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżerċizzju u li tipprovdi appoġġ metodoloġiku u identifikazzjoni tal-prattiki tajbin, b’inklużjoni ta’ mudelli indikattivi għal aspetti tal-eżerċizzju.




ANNESS VII

Struttura u kontenut tar-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali (kif stipulat fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013)

1.    Informazzjoni prinċipali dwar l-implimentazzjoni tal-programm u l-prijoritajiet tiegħu

(a)    Dejta finanzjarja

Dejta dwar l-implimentazzjoni finanzjarja, għal kull miżura u qasam ta’ fokus, li tipprovdi dikjarazzjoni tan-nefqa mġarrba u ddikjarata fid-dikarazzjoni tan-nefqa. Din għandha tkopri n-nefqa pubblika totali mġarrba, kif ukoll l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji miġjubin mill-Istai Membri tul is-sena kalendarja preċedenti.

(b)    Indikaturi komuni u speċifiċi għall-programmi u valuri tal-miri kkwantifikati

Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-PŻR kif titkejjel mill-indikaturi komuni u speċifiċi, inkluż il-progress milħuq b’rabta mal-miri stabbiliti għal kull qasam ta’ fokus u fir-rigward tar-riżultati rrealizzati meta mqabblin mar-riżultati ppjanati, kif inhu stipulat fil-pjan ta’ indikazzjoni. B’bidu mir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi sottomess fl-2017, il-kisbiet li jwasslu għall-punti prinċipali stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni (tabella F). L-informazzjoni addizzjonali dwar l-istadju tal-implimentazzjoni tal-PŻR tingħata permezz tad-dejta dwar l-impenji finanzjarji skont il-miżura u l-qafas ta’ fokus, u l-progress relatat mistenni lejn il-miri.

Tabelli:

— 
Tabella A: Nefqa impenjata skont il-miżura u l-qasam ta’ fokus
— 
Tabella B: Indikaturi tar-riżultati rrealizzati skont il-miżura u l-qasam ta’ fokus

▼M5

— 
Tabella C: Tqassim għall-outputs u l-miżuri rilevanti skont it-tip ta’ żona, il-ġeneru u/jew l-età, skont l-operazzjoni għall-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u skont l-operazzjoni u t-tip ta’ appoġġ għall-operazzjonijiet li jappoġġaw il-mitigazzjoni tal-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 u l-azzjonijiet ta’ rkupru

▼B

— 
Tabella D: Progress lejn il-miri
— 
Tabella E: Monitoraġġ tal-miżuri tranżizzjonali
— 
Tabella F: Kisba tal-indikaturi ta’ qafas tal-prestazzjoni

2.    Il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ evalwazzjoni għandu jkun ippreżentat kif ġej:

(a) 

Deskrizzjoni ta’ kull modifika magħmula fil-pjan ta’ evalwazzjoni fil-PŻR tul is-sena, b’ġustifikazzjoni għalihom.

(b) 

Deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni mwettqin matul is-sena (b’rabta mat-taqsima 3 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*

(c) 

Deskrizzjoni tal-attivitajiet imwettqin b’rabta mal-għoti u l-ġestjoni tad-dejta (b’rabta mat-taqsima 4 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*

(d) 

Lista ta’ evalwazzjonijiet kompluti, inklużi referenzi għal fejn dawn ġew ippubblikati onlajn.

(e) 

Sommarju ta’ evalwazzjonijiet kompluti, b’fokus fuq is-sejbiet tal-evalwazzjoni.

(f) 

Deskrizzjoni ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqin b’rabta mal-pubbliċizzazzjoni tas-sejbiet tal-evalwazzjonijiet (b’rabta mat-taqsima 6 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*

(g) 

Deskrizzjoni tas-segwitu mogħti lir-riżultati tal-evalwazzjoni (b’rabta mat-taqsima 6 tal-pjan ta’ evalwazzjoni).*

* Għandha ssir referenza għall-pjan ta’ evalwazzjoni, kull diffikultà li tinqala’ fl-implimentazzjoni għandha tiġi deskritta, flimkien mas-soluzzjonijiet adottati jew proposti.

3.    Kwistjonijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħudin

Deskrizzjoni tal-passi meħudin mill-Awtorità Maniġerjali u mill-Kumitat ta’ Monitoraġġ sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-programmi u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-kwistjonijiet affaċċjati fil-ġestjoni tal-programm u kwalunkwe miżura korrettiva meħuda, notevolment b’rispons għall-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni.

4.    Passi meħudin għall-implimentazzjoni tal-assistenza teknika u rekwiżiti dwar il-pubbliċità tal-programmi

(a) F’każ ta’ kopertura mill-assistenza teknika tat-twaqqif u l-funzjonament tan-NRN, ir-rapport għandu jiddeskrivi l-azzjonijiet meħudin u s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tat-twaqqif tan-NRN u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni;

(b) Passi meħudin biex jiġi żgurat li l-programm jiġi ppubbliċizzat (l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament).

5.    Azzjonijiet meħudin biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonalitajiet ex ante (fl-2017 u fl-2016 fejn ikun relevanti)

Deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħudin skont il-prijorità/il-qasam ta’ fokus/il-miżura biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ex ante applikabbli marbutin mal-prijoritajiet u dawk ġenerali, li ma jkunux ġew issodisfati jew ikunu ġew issodisfati parzjalment fil-waqt tal-adozzjoni tal-PŻR. Għandha ssir referenza għall-kriterji li ma ġewx issodisfati jew li ġew issodisfati parzjalment, għal kwalunkwe strateġija, att legali jew dokument relevanti ieħor inklużi referenzi għat-taqsimiet u l-artikoli relevanti, għall-korpi responsabbli biex dawn jiġu ssodisfati. Fejn ikun neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu spjegazzjonijiet jew informazzjoni addizzjonali biex jikkomplimentaw dik id-deskrizzjoni.

6.    Deskrizzjoni tal-implimentazzjoni tas-sottoprogrammi

L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni kif imkejla minn indikaturi komuni u speċifiċi, inkluż dwar il-progress milħuq b’rabta mal-miri stabbiliti fil-pjan ta’ indikazzjoni tas-sottoprogramm, kif ukoll fir-rigward tar-riżultati u n-nefqa rrealizzati meta mqabblin mar-riżultati u n-nefqa ppjanati stabbiliti fis-sottoprogramm.

7.    Valutazzjoni tal-informazzjoni u l-progress biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm

L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja li tirriżulta mill-attivitajiet ta’ evalwazzjoni:

Rapportar u kwantifikazzjoni tal-kisbiet tal-programmi, partikolarment permezz tal-valutazzjoni tal-indikaturi tar-riżultati komplimentari u l-mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni relevanti.

L-AIRs sottomessi fl-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja, li tirriżulta minn attivitajiet ta’ evalwazzjoni:

Rapportar dwar il-progress lejn l-objettivi tal-programm u l-kontribuzzjoni tiegħu biex tintlaħaq l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv permezz ta’, inter alia, valutazzjoni tal-kontribut nett tal-programm lejn il-bidliet fil-valuri ta’ indikazzjoni tal-impatti tal-PAK, u l-mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni relevanti.

8.    Implimentazzjoni tal-azzjonijiet biex jiġu kkunsidrati l-prinċipji stipulati fl-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

L-AIRs sottomessi fl-2017 u l-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)    Promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni (l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex tiġi żgurata li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jiġu kkunsidrati u promossi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż b’rabta mal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.

(b)    Żvilupp sostenibbli (l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013)

Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex jiġi żgurat li l-objettivi u l-implimentazzjoni tal-FAEŻR ikunu konformi mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli u mal-promozzjoni tal-Unjoni tal-mira tal-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, kif inhu stipulat fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.

Barra minn hekk, tingħata informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima (Traċċar tat-tibdil fil-klima).

(c)    Ir-rwol tal-imsieħba, kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, fl-implimentazzjoni tal-programm

Valutazzjoni tal-azzjonijiet meħudin biex jiġi żgurat li l-imsieħba stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġu involuti fit-tħejjija tar-rapporti ta’ progress u tul l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż permezz ta’ parteċipazzjoni fil-kumitati ta’ monitoraġġ għall-programmi skont l-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament u fl-attivitajiet tan-NRN.

9.    Progress li sar fl-iżgurar ta’ approċċ integrat

L-AIRs sottomessi fl-2019 għandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni li ġejja:

Deskrizzjoni tal-progress li sar fl-iżgurar ta’ approċċ integrat lejn l-użu tal-FAEŻR u strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp territorjali taż-żoni rurali, inkluż permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali.

10.    Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrumenti Finanzjarjit (l-Artikolu 46 tar-Regolamen (UE) Nru 1303/2013)

L-AIRs għandhom jinkludu wkoll bħala anness:

rapport speċifiku li jkopri l-operazzjonijiet li jikkostitwixxu l-istrumenti finanzjarji. Il-kontenut ta’ dan ir-rapport huwa stipulat fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u din is-sottomissjoni għandha ssir permezz ta’ mudell tal-Fondi tal-ESI.



( 1 ) L-Artikolu 8(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)

( 2 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal-25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, it- termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta’ intervent għall- appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 7).

( 3 ) Bl-użu tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għal kull wieħed mill-programmi kkonċernati.

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

( 7 ) Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

( 8 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-flora u l-fawna selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

( 9 ) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta<gr>l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

( 10 ) It-tqassim indikattiv tal-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni skont il-qasam ta’ fokus għandha tintuża fil-kuntest tal-programm tal-iżvilupp rurali għall-objettivi tematiċi u l-objettivi tat-tibdil fil-klima msemmijin fl-Artikolu 15(1)(a)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, tas-sospensjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 19(5) u 22(6) ta’ dak ir-Regolament u, meta jkun relevanti, tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu riżervati skont l-Artikolu 59(6) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

( 11 ) Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185)

( *1 Indikaturi tal-kuntest li jinkorporaw l-indikaturi tal-impatt tal-Politika Agrikola Komuni (“PAK”)

( *2 Indikaturi tar-riżultati komplimentari

Top