EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R1308-20190101

Consolidated text: Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/2019-01-01

02013R1308 — MT — 01.01.2019 — 005.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1308/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007

(ĠU L 347 20.12.2013, p. 671)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) Nru 1310/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 17 ta' Diċembru 2013

  L 347

865

20.12.2013

►M2

REGOLAMENT (UE) 2016/791 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Mejju 2016

  L 135

1

24.5.2016

►M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1166 tas-17 ta' Mejju 2016

  L 193

17

19.7.2016

►M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1226 tal-4 ta' Mejju 2016

  L 202

5

28.7.2016

►M5

REGOLAMENT (UE) 2017/2393 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Diċembru 2017

  L 350

15

29.12.2017


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 189, 27.6.2014, p.  261 (1308/2013)

►C2

Rettifika, ĠU L 130, 19.5.2016, p.  8 (1308/2013)

►C3

Rettifika, ĠU L 001, 3.1.2020, p.  5 (1308/2013)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1308/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007



PARTI I

DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli, li tfisser il-prodotti kollha elenkati fl-Anness I għat-Trattati bl-eċċezzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura kif definit fl-atti leġislattivi tal-Unjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.

2.  Il-prodotti agrikoli kif iddefiniti fil-paragrafu 1 għandhom jinqasmu fis-setturi li ġejjin kif elenkati fil-partijiet rispettivi tal-Anness I:

(a) 

ċereali, Parti I;

(b) 

ross, Parti II;

(c) 

zokkor, Parti III;

(d) 

għalf niexef, Parti IV;

(e) 

żrieragħ, Parti V;

(f) 

ħops, Parti VI;

(g) 

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel, Parti VII;

(h) 

kittien u qanneb, Parti VIII;

(i) 

frott u ħxejjex, Parti IX;

(j) 

frott u prodotti tal-ħxejjex ipproċessati, Parti X;

(k) 

banana, Parti XI;

(l) 

inbid, Parti XII;

(m) 

siġar u pjanti oħra ħajjin, basal, għeruq u partijiet simili, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali, Parti XIII;

(n) 

tabakk, Parti XIV;

(o) 

laħam taċ-ċanga u vitella, Parti XV;

(p) 

ħalib u prodotti tal-ħalib, Parti XVI;

(q) 

laħam tal-majjal, Parti XVII;

(r) 

laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż, Parti XVIII;

(s) 

bajd, Parti XIX;

(t) 

laħam tat-tjur, Parti XX;

(u) 

alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola, Parti XXI

(v) 

prodotti tal-apikultura, Parti XXII;

(w) 

dud tal-ħarir, Parti XXIII;

(x) 

prodotti oħra, Parti XXIV.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ġenerali tal-politika agrikola komuni (PAK)

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet adottati b'segwitu għalih għandhom japplikaw fir-rigward tal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jirrigwardaw ċerti setturi kif stabbiliti fl-Anness II.

2.  Id-definizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti II tal-Anness II għandhom japplikaw sal-aħħar tas-sena tas-suq 2016/2017 għaz-zokkor.

3.  Id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) għandhom japplikaw għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, minbarra jekk ikun previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

4.  Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tar-ross, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jemendaw id-definizzjonijiet li jirrigwardaw is-settur tar-ross stabbiliti fil-Parti I tal-Anness II sa fejn huwa meħtieġ biex jiġu aġġornati d-definizzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq.

5.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) 

"Reġjuni inqas żviluppati" tfisser dawk ir-reġjuni ddefiniti bħala tali fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

(b) 

"avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma’ diżastru naturali", ifisser kundizzjonijiet klimatiċi bħal ġlata, silġ, borra, xita jew nixfa li jeqirdu aktar minn 30 % tal-medja tal-produzzjoni annwali ta’ bidwi partikolari fil-perijodu ta’ tliet snin preċedenti jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perijodu ta’ ħames snin preċedenti, eskluż l-ogħla ammont u dak l-aktar baxx.

Artikolu 4

Aġġustamenti lin-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni għall-prodotti agrikoli

Fejn meħtieġ sabiex jittieħed kont tal-emendi għan-nomenklatura magħquda, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jaġġustaw id-deskrizzjoni ta' prodotti u r-referenzi f'dan ir-Regolament għall-intestaturi jew subintestaturi tan-nomenklatura magħquda.

Artikolu 5

Rati ta’ konverżjoni għar-ross

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li:

(a) 

jiffissaw ir-rati ta’ konverżjoni għar-ross f’diversi stadji tal-ipproċessar, l-ispejjeż tal-ipproċessar u l-valur ta’ prodotti sekondarji;

(b) 

jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ rati ta’ konverżjoni għar-ross.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 6

Snin ta' kummerċjalizzazzjoni

Għandhom jiġu stabbiliti s-snin ta' kummerċjalizzazzjoni li ġejjin:

(a) 

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari għas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati u tal-banana;

(b) 

mill-1 ta’ April sat-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara settur tal-għalf niexef u għas-settur tad-dud tal-ħarir;

(c) 

mill-1 ta’ Lulju sal-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara għal:

(i) 

is-settur taċ-ċereali;

(ii) 

is-settur taż-żrieragħ;

(iii) 

is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel;

(iv) 

is-settur tal-kittien u tal-qanneb;

(v) 

is-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(d) 

mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara għas-settur tal-inbid;

(e) 

mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara għas-settur tar-ross;

(f) 

mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara għas-settur taz-zokkor.

Artikolu 7

Limiti ta' referenza

1.  Il-limiti ta’ referenza li ġejjin huma fissi:

(a) 

fir-rigward tas-settur taċ-ċereali, EUR 101,31/tunnellata, għall-istadju ta’ kummerċ bl-ingrossa għal oġġetti kkonsenjati fil-maħżen, qabel il-ħatt;

(b) 

fir-rigward ta’ ross għadu fil-ħliefa, EUR 150/tunnellata għall-kwalità standard kif definita fil-punt A tal-Anness III, relatata għall-istadju ta’ kummerċ bl-ingrossa għal oġġetti kkonsenjati fil-maħżen, qabel il-ħatt;

(c) 

fir-rigward ta’ zokkor ta’ kwalità standard kif definita fil-punt B tal-Anness III, għaz-zokkor mhux imballat, kif joħroġ mill-fabbrika:

(i) 

għaz-zokkor abjad: EUR 404,4/tunnellata;

(ii) 

għal zokkor mhux raffinat: EUR 335,2/tunnellata;

(d) 

għas-settur taċ-ċanga u l-vitella, EUR 2 224 /tunnellata għall-karkassi ta’ annimali tal-ifrat maskili tal-klassi ta’ konformazzjoni/kisja ta' xaħam R3 kif stabbilit fl-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-annimali tal-ifrat adulti li jkollhom tmien xhur jew aktar, imsemmija fil-punt A tal-Anness IV;

(e) 

fir-rigward tas-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib:

(i) 

EUR 246,39 għal kull 100 kg għall-butir;

(ii) 

EUR 169,80 għal kull 100 kg għal trab ta’ ħalib xkumat;

(f) 

fir-rigward tal-laħam tal-majjal, EUR 1 509,39 /tunnellata għal karkassi tal-majjal ta’ kwalità standard iddefinita skont il-piż u l-kontenut ta’ laħam dgħif kif stabbilit fl-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-majjal imsemmija fil-punt B tal-Anness IV kif ġej:

(i) 

karkassi li jiżnu minn 60 sa anqas minn 120 kg: klassi E;

(ii) 

karkassi li jiżnu minn 120 sa 180 kg: klassi R;

(g) 

rigward is-settur taż-żejt taż-żebbuġa:

(i) 

EUR 1 779 /tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa extra verġni;

(ii) 

EUR 1 710 /tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa verġni;

(iii) 

EUR 1 524 / tunnellata għaż-żejt taż-żebbuġa lampante b’żewġ gradi ta’ aċidità ħielsa, filwaqt li dan l-ammont jitnaqqas b’EUR 36,70/tunnellata għal kull grad ta’ aċidità addizzjonali.

2.  Il-limiti ta' referenza previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu analizzati mill-Kummissjoni, b'kont meħud tal-kriterji oġġettivi, b'mod partikolari l-iżviluppi fil-produzzjoni, l-ispejjeż tal-produzzjoni (partikolarment l-inputs), u x-xejriet tas-suq. Meta jkun meħtieġ, il-limiti ta' referenza għandhom jiġu aġġornati f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja fid-dawl tal-iżviluppi fil-produzzjoni u s-swieq.



PARTI II

SUQ INTERN



TITOLU I

INTERVENT FIS-SUQ



KAPITOLU I

Intervent pubbliku u għajnuna għal ħażna privata



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar intervent pubbliku u għajnuna għal ħażna privata

Artikolu 8

Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli dwar intervent fis-suq li jirrigwarda:

(a) 

intervent pubbliku, fejn prodotti jinxtraw b’xiri sfurzat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u jinħażnu minnhom sakemm jitneħħew; u

(b) 

l-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna ta’ prodotti minn operaturi privati.

Artikolu 9

Oriġini ta’ prodotti eliġibbli

Prodotti eliġibbli għal xiri sfurzat b’intervent pubbliku jew għall-għoti ta’ għajnuna għal ħażna privata għandhom joriġinaw fl-Unjoni. Barra minn dan, jekk ikunu ġejjin mill-għelejjel, dawn l-għelejjel għandhom ikunu nħasdu fl-Unjoni u jekk jiġu mill-ħalib, dak il-ħalib għandu jkun ġie prodott fl-Unjoni.

Artikolu 10

Skali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi

L-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi għandhom japplikaw f'konformità, rispettivament, mal-punti A u B tal-Anness IV fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella f'dak li jirrigwarda l-karkassi ta' annimali tal-ifrat li jkollhom tmien xhur jew aktar u fis-settur tal-majjal fir-rigward ta' ħnieżer li ma jkunux dawk użati għat-trobbija.

Fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, l-Istati Membri jistgħu japplikaw skala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta' karkassi tan-nagħaġ skont ir-regoli stabbiliti fil-punt C tal-Anness IV.



Taqsima 2

Intervent pubbliku

Artikolu 11

Prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku

L-intervent pubbliku għandu japplika fir-rigward tal-prodotti li ġejjin skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u kwalunkwe rekwiżiti u kundizzjonijiet addizzjonali li jistgħu jkunu ddeterminati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ddelegati konformi mal-Artikolu 19 u atti ta' implimentazzjoni konformi mal-Artikolu 20:

(a) 

qamħ komuni, qamħ durum, xgħir u qamħirrun;

(b) 

ross għadu fil-ħliefa;

(c) 

laħam frisk jew imkessaħ tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella tal-kodiċijiet NM 0201 10 00 u 0201 20 20 sa 0201 20 50 ;

(d) 

butir magħmul direttament u esklużivament minn krema pasturizzata li ssir direttament u esklużivament mill-ħalib tal-baqra f’impriża approvata fl-Unjoni, ta’ kontenut minimu ta’ xaħam fil-butir, skont il-piż, ta’ 82 %, u ta’ kontenut massimu ta’ ilma, skont il-piż, ta’ 16 %;

(e) 

trab ta’ ħalib xkumat tal-aqwa kwalità magħmul mill-ħalib tal-baqra f’impriża approvata fl-Unjoni, bil-proċess ta’ sprej, b’kontenut minimu ta’ proteina ta’ 34,0 % skont il-piż tal-materjal xott mingħajr xaħam.

Artikolu 12

Perijodi ta’ intervent pubbliku

L-intervent pubbliku għandu jkun disponibbli għal:

(a) 

qamħ komuni, qamħ durum, xgħir u qamħirrum, mill-1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Mejju;

(b) 

ross għadu fil-ħliefa, mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Lulju;

(c) 

laħam taċ-ċanga u vitella, tul is-sena kollha;

(d) 

butir u trab ta’ ħalib xkumat, mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Settembru.

Artikolu 13

Ftuħ u għeluq ta’ intervent pubbliku

▼C2

1.  Matul il-perijodi msemmija fl-Artikolu 12, intervent pubbliku:

▼B

(a) 

għandu jkun miftuħ għal qamħ komuni, butir u trab ta’ ħalib xkumat;

(b) 

jista’ jinfetaħ mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għal qamħ durum, xgħir, qamħirrum, u ross għadu fil-ħliefa (inklużi varjetajiet jew tipi speċifiċi ta’ ross għadu fil-ħliefa), jekk is-sitwazzjoni tas-suq ikun jeħtiġilha hekk. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2);

(c) 

jista' jinfetaħ għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3), jekk tul perijodu rappreżentattiv stabbilit skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 il-prezz medju tas-suq fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru, irreġistrat abbażi tal-Iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta' annimali tal-ifrat imsemmi fil-punt A tal-Anness IV, ikun anqas minn 85 % tal-limitu ta’ referenza stabbilit fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1).

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħlqu l-intervent pubbliku għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella, fejn, tul perijodu rappreżentattiv determinat skont il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, il-kundizzjonijiet previsti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jkunux issodisfati aktar. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

Artikolu 14

Xiri sfurzat bi prezz fiss jew b’sejħa għal offerti

Fejn l-intervent pubbliku jkun miftuħ skont l-Artikolu 13(1), il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tal-prezzijiet ta' xiri sfurzat għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 11, kif ukoll, fejn applikabbli, miżuri dwar il-limitazzjonijiet kwantitattivi fejn isir xiri sfurzat bi prezz fiss, skont l-Artikolu 43(3) TFUE.

Artikolu 15

Prezz b’intervent pubbliku

1.  Prezz b’intervent pubbliku jfisser:

(a) 

il-prezz li bih prodotti għandhom jinxtraw b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku fejn dan isir bi prezz fiss; jew

(b) 

il-prezz massimu li bih prodotti eliġibbli għal intervent pubbliku jistgħu jinxtraw b’xiri sfurzat fejn dan isir b’sejħa għall-offerti.

2.  Il-miżuri dwar l-istabbiliment tal-livell tal-prezz tal-intervent pubbliku, inklużi l-ammonti ta' żidiet u tnaqqis, għandhom jittieħdu mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) TFUE.

Artikolu 16

Prinċipji ġenerali dwar disponiment minn intervent pubbliku

1.  Id-disponiment ta’ prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku għandu jsir b’mod li:

(a) 

jevita kwalunkwe tfixkil tas-suq,

(b) 

jiżgura aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tax-xerrejja, u

(c) 

ikun konformi mal-impenji li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE.

2.  Id-disponiment jista’ jsir billi l-prodotti mixtrija b'intervent pubbliku jsiru disponibbli għall-użu fl-iskema għad-distribuzzjoni ta’ ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni kif stabbilit fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni. ►C2  F'dawk il-każijiet, il-valur kontabbli ta' tali prodotti għandu jkun il-livell tal-prezz fiss b'intervent pubbliku rilevanti msemmi fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament. ◄

3.  Kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tal-kundizzjonijiet li taħthom il-prodotti mixtrija taħt intervent pubbliku inbiegħu matul is-sena preċedenti.



Taqsima 3

Għajnuna għal ħażna privata

Artikolu 17

Prodotti eliġibbli

Għajnuna għal ħażna privata tista’ tingħata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u kwalunkwe rekwiżiti u kundizzjonijiet oħra li għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 18(1) jew l-Artikolu 19 u u ta' atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 18(2) jew l-Artikolu 20:

(a) 

zokkor abjad;

(b) 

żejt taż-żebbuġa;

(c) 

fibra tal-kittien;

(d) 

laħam ta' annimali tal-ifrat ta' tmien xhur jew aktar, frisk jew imkessaħ;

(e) 

butir prodott minn krema li ssir direttament u esklużivament mill-ħalib tal-baqra;

(f) 

ġobon;

(g) 

trab ta’ ħalib xkumat magħmul mill-ħalib tal-baqra;

(h) 

laħam tal-majjal;

(i) 

laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż.

Il-punt (f) tal-ewwel paragrafu huwa ristrett għall-ġobon li jibbenefika minn denominazzjoni protetta ta' oriġini jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 li huwa maħżun wara l-perijodu ta' maturazzjoni stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 7 ta dak ir-Regolament u/jew perijodu ta' maturazzjoni li jikkontribwixxi għal żieda fil-valur tal-ġobon.

Artikolu 18

Kondizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna

1.  Sabiex tipprevedi għat-trasparenza tas-suq, il-Kummissjoni għandu fejn meħtieġ, jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom hija tkun tista’ tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħażna privata għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17, billi tqis:

(a) 

il-prezzijiet medji tas-suq tal-Unjoni rreġistrati u l-limiti ta’ referenza u l-ispejjeż ta’ produzzjoni għall-prodotti konċernati; u/jew

(b) 

il-ħtieġa li jkun hemm rispons fil-ħin għal sitwazzjoni partikolarment diffiċli fis-suq jew żviluppi ekonomiċi li jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq il-marġini fis-settur.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li

(a) 

jagħtu għajnuna għal ħażna privata għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) 

jirrestrinġu l-għoti ta' għajnuna għal ħażna privata.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

3.  Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tal-ammont ta' għajnuna għal ħażna privata previst fl-Artikolu 17 skont l-Artikolu 43(3) TFUE.



Taqsima 4

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar intervent pubbliku u għajnuna għal ħażna privata

Artikolu 19

Setgħat iddelegati

1.  Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti mixtrija skont intervent pubbliku jew soġġetti għall-għajnuna għal ħażna privata jkunu tajba għal ħażna fit-tul u jkunu ta' kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli, u sabiex jittieħed kont tal-l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi differenti għall-finijiet tal-iżgurar tal-funzjonament kosteffettiv ta' intervent pubbliku u ħażna privata, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu r-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn dawk il-prodotti, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dawk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jiggarantixxu, għall-prodotti mixtrijin b'xiri sfurzat u maħżuna:

(a) 

il-kwalità tagħhom fir-rigward ta' parametri ta' kwalità, gruppi ta’ kwalità, gradi ta’ kwalità, kategoriji karatteristiċi tal-prodott u età;

(b) 

tapplika l-eliġibbiltà tagħhom, fir-rigward ta' kwantitajiet, imballaġġ inkluż tikkettar, preservazzjoni, kuntratti ta' ħażna preċedenti, approvazzjoni ta' intrapriżi u l-istadju tal-prodotti li għalih japplika l-prezz b’intervent pubbliku u l-għajnuna għal ħażna privata.

2.  Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi taċ-ċereali u tar-ross għadu fil-ħliefa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu l-kriterji tal-kwalità fir-rigward ta' xiri sfurzat u bejgħ ta' qamħ komuni, qamħ durum, xgħir, qamħirrum u ross li għadu fil-ħliefa.

3.  Sabiex tiġi żgurata kapaċità ta' ħażna xierqa u l-effiċjenza tas-sistema ta' intervent pubbliku f'termini ta' kosteffettività, distribuzzjoni u aċċess għall-operaturi, u sabiex tinżamm il-kwalità ta' prodotti mixtrija b'xiri sfurzat skont intervent pubbliku għad-disponiment tagħhom fi tmien il-perijodu ta' ħażna, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu:

(a) 

ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn postijiet ta' ħażna għall-prodotti kollha soġġetti għal intervent pubbliku;

(b) 

regoli dwar il-ħażna ta’ prodotti ġewwa jew barra mill-Istat Membru responsabbli għalihom u għat-trattament ta’ prodotti bħal dawn fir-rigward ta’ dazji doganali, u kwalunkwe ammont ieħor li jkollu jingħata jew jinġabar skont il-PAK.

4.  Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna għal ħażna privata jkollha l-effett mixtieq fuq is-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu:

(a) 

regoli u kundizzjonijiet applikabbli meta l-kwantità maħżuna tkun anqas mill-kwantità kkuntrattata;

(b) 

il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ ħlas bil-quddiem ta' tali għajnuna;

(c) 

il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jkun deċiż li l-prodotti koperti b’kuntratti ta’ ħażna privata jistgħu jerġgħu jitqiegħdu fis-suq jew isir disponiment tagħhom.

5.  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-intervent pubbliku u s-sistemi ta' ħażna privata, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227:

(a) 

li jipprevedu l-użu ta’ proċeduri tal-offerti li jiggarantixxu aċċess ugwali għall-oġġetti u trattament ugwali tal-operaturi;

(b) 

li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet addizzjonali li għandhom jiġu ssodisfati mill-operaturi sabiex jiġu ffaċilitati l-ġestjoni effettiva u l-kontroll tas-sistema għall-Istati Membri u l-operaturi;

(c) 

li jistabbilixxu r-rekwiżit għall-operaturi li jiddepożitaw garanzija tat-twettiq tal-obbligi tagħhom.

6.  Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi u l-ħtiġijiet tas-setturi msemmija fl-Artikolu 10, kif ukoll tal-ħtieġa li tiġi standardizzata l-preżentazzjoni tal-prodotti differenti għall-għanijiet tat-titjib tat-trasparenza tas-suq, tar-reġistrazzjoni tal-prezzijiet u tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' intervent fis-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227:

(a) 

li jadattaw u jaġġornaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness IV dwar l-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni, l-identifikazzjoni u l-preżentazzjoni tal-karkassi;

(b) 

jistabbilixxu dispożizzjonijiet supplimentari relatati mal-klassifikazzjoni, inkluż minn klassifikaturi kkwalifikati, mal-gradazzjoni, inkluż b’metodi awtomatizzati ta' gradazzjoni, mal-identifikazzjoni, mal-ippeżar u mal-immarkar tal-karkassi u mal-kalkolu tal-prezzijiet medji tal-Unjoni u mal-koeffiċjenti tal-ippeżar użati fil-kalkolu ta' dawk il-prezzijiet;

(c) 

jistabbilixxu, fis-settur taċ-ċanga u l-vitella, derogi mid-dispożizzjonijiet, u derogi speċifiċi li jistgħu jingħataw mill-Istati Membri lill-biċċeriji fejn ftit jinqatlu annimali tal-ifrat, u dispożizzjonijiet addizzjonali għall-prodotti kkonċernati, inklużi fir-rigward tal-klassijiet ta’ konformazzjoni u mal-kisja tax-xaħam u fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ aktar dispożizzjonijiet dwar il-piż, il-kulur tal-laħam u l-kisja tax-xaħam u l-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' ħrief ħfief;

(d) 

jipprovdu lill-Istati Membri bl-awtorizzazzjoni biex ma japplikawx l-iskala tal-gradazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-ħnieżer u l-awtorizzazzjoni biex jużaw kriterji ta’ valutazzjoni apparti l-piż u l-kontenut tal-laħam dgħif stmat, jew jistabbilixxu derogi minn dik il-gradazzjoni.

Artikolu 20

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjonili jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu. Dawk il-miżuri jistgħu, b’mod partikolari, jikkonċernaw dan li ġej:

(a) 

l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-operatur fejn prodotti kkonsenjati għal intervent pubbliku ma jilħqux ir-rekwiżiti minimi ta' kwalità;

(b) 

l-iffissar tal-kapaċità minima ta' ħażna għal postijiet ta' ħażna tal-intervent;

(c) 

il-perijodi rappreżentattivi, is-swieq u l-prezzijiet tas-suq meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu;

(d) 

il-konsenja tal-prodotti biex dawn ikunu jistgħu jinxtraw b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku, l-ispejjeż ta’ trasport li għandhom jitħallsu mill-offerent ta’ xiri, l-akkwist tal-prodotti minn aġenziji tal-pagamenti u l-ħlas;

(e) 

l-operazzjonijiet diversi konnessi mal-proċess ta’ tneħħija ta’ għadam għas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella;

(f) 

l-arranġamenti prattiċi għall-imballaġġ, il-kummerċjalizzazzjoni u t-tikkettar ta' prodotti;

(g) 

il-proċeduri għall-approvazzjoni ta' intrapriżi li jipproduċu butir u trab ta' ħalib xkumat għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu;

(h) 

kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ ħażna barra mit-territorju tal-Istat Membru fejn il-prodotti jkunu nxtraw b’xiri sfurzat u nħażnu;

(i) 

il-bejgħ jew id-disponiment ta’ prodotti mixtrijin b’xiri sfurzat b’intervent pubbliku, fir-rigward b’mod partikolari, tal-prezzijiet ta’ bejgħ, il-kundizzjonijiet għat-tneħħija mill-ħażna, l-użu sussegwenti jew id-destinazzjoni ta’ prodotti rilaxxati, inkluż il-proċeduri relatati ma’ prodotti li jsiru disponibbli biex jintużaw fi skema msemmija fl-Artikolu 16(2), inkluż trasferimenti bejn l-Istati Membri;

(j) 

fir-rigward ta' prodotti mixtrijin b'xiri sfurzat skont intervent pubbliku, id-dispożizzjonijiet relatati mal-possibilità tal-Istati Membri li jbiegħu, taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess kwantitajiet żgħar li jifdal fil-ħażna jew kwantitajiet li ma jkunux għadhom jistgħu jiġu imballati mill-ġdid jew li jkunu ddeterjoraw;

(k) 

fir-rigward ta' ħażna privata, il-konklużjoni u l-kontenut ta’ kuntratti bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u l-applikanti;

(l) 

it-tqegħid u ż-żamma ta' prodotti f’ħażna privata u t-tneħħija tagħhom mill-ħażna;

(m) 

it-tul ta’ żmien tal-perijodu tal-ħażna privata u d-dispożizzjonijiet li jistipulaw li dawn il-perijodi, ladarba jkunu speċifikati fil-kuntratti, jistgħu jitnaqqsu jew jiġu estiżi;

(n) 

il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal xiri sfurzat bi prezz fiss, inklużi l-proċeduri għal u l-ammont tal-garanzija, li għandha tingħata, jew għall-għoti ta' għajnuna ffissata minn qabel għal ħażna privata;

(o) 

l-użu ta’ proċeduri tal-offerti, kemm għal intervent pubbliku kif ukoll għal ħażna privata, partikolarment fir-rigward ta’:

(i) 

it-tressiq ta’ offerti jew talbiet għal offerti, u l-kwantità minima għal applikazzjoni jew preżentazzjoni;

(ii) 

il-proċeduri għal u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata; u

(iii) 

l-għażla ta’ offerti li tiżgura li tingħata preferenza lill-aktar offerti favorevoli għall-Unjoni waqt li tippermetti li mhux neċessarjament isegwi li kuntratt jingħata;

(p) 

l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ;

(q) 

preżentazzjoni differenti ta’ karkassi u nofs karkassi minn dik stabbilita fil-punt A.IV tal-Anness IV għall-għan li jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq;

(r) 

il-fatturi korrettivi li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri li għandhom jintużaw għal preżentazzjoni differenti ta' karkassi taċ-ċanga u tan-nagħaġ fejn ma tintużax il-preżentazzjoni ta' referenza;

(s) 

l-arranġamenti prattiċi għall-immarkar ta' karkassi kklassifikati u għall-kalkolu mill-Kummissjoni tal-medja peżata tal-prezz tal-Unjoni għall-karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ;

(t) 

l-awtorizzazzjoni tal-Istati Membri biex jipprevedu, fir-rigward tal-ħnieżer maqtula fit-territorju tagħhom, preżentazzjoni differenti ta' karkassi tal-ħnieżer, minn dik stabbilita fil-punt B.III tal-AnnessIV, jekk tkun issodifata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-prattika kummerċjali normali fit-territorju tagħhom tkun differenti mill-preżentazzjoni standard definita fl-ewwel subparagrafu tal-punt B. III tal-AnnessIV;

(ii) 

ir-rekwiżiti tekniċi jkunu jeħtieġu dan;

(iii) 

il-karkassi tkun tneħħitilhom il-ġilda b’mod uniformi;

(u) 

id-dispożizzjonijiet għar-reviżjoni fuq il-post tal-applikazzjoni ta' klassifikazzjoni ta' karkassi fl-Istati Membri minn kumitat tal-Unjoni magħmul minn esperti mill-Kummisjoni u esperti maħtura mill-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-eżattezza u l-affidabbiltà tal-klassifikazzjoni tal-karkassi. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jipprevedu li l-Unjoni tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attività tar-reviżjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 21

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tadottaatti ta' implimentazzjoni biex l-Istati Membri jiġu awtorizzati jużaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni li ġejjin b'deroga mill-punt C.III tal-Anness IV, għall-ħrief b'karkassa li tiżen inqas minn 13-il kg:

(a) 

piż tal-karkassa;

(b) 

kulur tal-laħam;

(c) 

kisja ta' xaħam.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).



KAPITOLU II

Skemi ta' għajnuna

▼M2



Taqsima 1

Għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix u ta' ħalib u prodotti tal-ħalib fi stabbilimenti edukattivi

Artikolu 22

Grupp fil-mira

L-iskema ta' appoġġ li għandha l-għan li ttejjeb id-distribuzzjoni ta' prodotti agrikoli u d-drawwiet alimentari tat-tfal hija mmirata lejn tfal li jattendu regolarment stabbilimenti tat-trabi jew pre-primarji jew stabbilimenti edukattivi fil-livell primarju jew sekondarju li huma amministrati jew rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Artikolu 23

Għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ta' ħalib għall-iskejjel, miżuri edukattivi ta' akkumpanjament u spejjeż relatati

1.  Għandha tingħata għajnuna mill-Unjoni fir-rigward tat-tfal fl-istabbilimenti edukattivi msemmija fl-Artikolu 22:

(a) 

għall-provvista u d-distribuzzjoni tal-prodotti eliġibbli msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu;

(b) 

għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament; u

(c) 

għall-kopertura ta' ċerti spejjeż relatati marbuta mat-tagħmir, il-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, u, sa fejn dawk l-ispejjeż mhumiex koperti mill-punt (a) ta' dan is-subparagrafu, il-loġistika u d-distribuzzjoni.

Il-Kunsill għandu, f'konformità mal-Artikolu 43(3) TFUE, jistabbilixxi limiti għall-proporzjon tal-għajnuna mill-Istat li tkopri l-miżuri u spejjeż imsemmija fil-punt (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2.  Għall-finijiet ta' din it-Taqsima:

(a) 

“frott u ħaxix għall-iskejjel” tfisser il-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 u fil-punt (a) tal-paragrafu 4;

(b) 

“ħalib għall-iskejjel” tfisser il-prodotti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u fil-punt (b) tal-paragrafu 4, kif ukoll il-prodotti msemmija fl-Anness V.

3.  L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta' għajnuna stabbilita skont il-paragrafu 1 (“l-iskema għall-iskejjel”) u li jitolbu l-għajnuna mill-Unjoni korrispondenti, għandhom, filwaqt li jieħdu kont taċ-ċirkostanzi nazzjonali, jagħtu prijorità lid-distribuzzjoni tal-prodotti ta' wieħed mill-gruppi li ġejjin jew tat-tnejn li huma:

(a) 

frott u ħaxix u prodotti friski tas-settur tal-banana;

(b) 

ħalib tax-xorb u l-verżjonijiet mingħajr lattożju tiegħu.

4.  Minkejja l-paragrafu 3, sabiex jiġi promoss il-konsum ta' prodotti speċifiċi u/jew biex tingħata risposta għall-ħtiġijiet nutrizzjonali partikolari tat-tfal fit-territorju tagħhom, l-Istat Membri jistgħu jipprevedu d-distribuzzjoni ta' prodotti ta' wieħed mill-gruppi li ġejjin jew tat-tnejn li huma:

(a) 

prodotti ta' frott u ħaxix ipproċessati, minbarra l-prodotti previsti fil-punt (a) tal-paragrafu 3;

(b) 

ġobon, baqta, jogurt u prodotti oħra tal-ħalib iffermentati jew aċidifikati mingħajr ħwawar, frott, ġewż jew kawkaw miżjuda, flimkien mal-prodotti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3.

5.  F'każijiet meta l-Istati Membri jikkunsidraw li jkun neċessarju għall-kisba tal-objettivi tal-iskema għall-iskejjel u tal-għanijiet iddikjarati fl-istrateġiji tagħhom msemmija fil-paragrafu 8, huma jistgħu jissuplementaw id-distribuzzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 bil-prodotti elenkati fl-Anness V.

F'każijiet bħal dawn, l-għajnuna mill-Unjoni għandha titħallas biss għall-komponent tal-ħalib tal-prodott distribwit. Dak il-komponent tal-ħalib ma għandux ikun anqas minn 90 % skont il-piż għall-prodotti tal-Kategorija I tal-Anness V u 75 % skont il-piż għall-prodotti tal-Kategorija II tal-Anness V.

Il-livell tal-għajnuna mill-Unjoni għall-komponent tal-ħalib għandu jiġi ffissat mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 43(3) TFUE.

6.  Il-prodotti distribwiti skont l-iskema għall-iskejjel ma għandux ikun fihom xi wieħed minn dan li ġej:

(a) 

zokkor miżjud;

(b) 

melħ miżjud;

(c) 

xaħam miżjud;

(d) 

sustanzi miżjuda li jżidu l-ħlewwa; jew

(e) 

sustanzi artifiċjali miżjuda li jsaħħu t-togħma minn E 620 sa E 650 kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

Minkella l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, kwalunkwe Stat Membru jista', wara li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni adatta mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu responsabbli għas-saħħa u n-nutrizzjoni f'konformità mal-proċeduri nazzjonali tiegħu, jiddeċiedi li l-prodotti eliġibbli msemmija fil-paragrafi 4 u 5 jista' jkun fihom kwantitajiet limitati ta' zokkor miżjud, melħ miżjud u/jew xaħam miżjud.

7.  Minbarra l-prodotti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-inklużjoni ta' prodotti agrikoli oħra fil-qafas tal-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament, b'mod partikolari dawk elenkati fil-punti (g) u (v) tal-Artikolu 1(2).

8.  Bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-iskema għall-iskejjel, Stat Membru għandu jfassal, qabel il-parteċipazzjoni tiegħu fl-iskema għall-iskejjel, u mbagħad kull sitt snin, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, strateġija għall-implimentazzjoni tal-iskema. L-istrateġija tista' tiġi emendata mill-awtorità responsabbli għat-tfassil tagħha fil-livell nazzjonali jew reġjonali, b'mod partikolari fid-dawl tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u tar-riżultati miksuba. L-istrateġija għandha tal-anqas tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jiġu ssodisfati, il-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet f'termini ta' prijoritajiet, il-grupp fil-mira, ir-riżultati li mistennija jintlaħqu u, jekk disponibbli, il-miri kwantifikati li għandhom jinkisbu fir-rigward tas-sitwazzjoni inizjali, u tistabbilixxi l-istrumenti u l-azzjonijiet l-aktar xierqa biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

L-istrateġija tista' tinkludi elementi speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel, inklużi dawk maħsuba biex jissimplifikaw il-ġestjoni tagħha.

9.  L-Istati Membri għadhom jiddeterminaw fl-istrateġiji tagħhom il-lista tal-prodotti kollhali għandhom jiġu pprovduti fil-qafas tal-iskema għall-iskejjel permezz tad-distribuzzjoni regolari jew inkella fil-qafas ta' miżuri edukattivi ta' akkumpanjament. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, huma għandhom jiżguraw ukoll l-involviment xieraq tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom responsabbli għas-saħħa u n-nutrizzjoni fit-tfassil ta' dik il-lista, jew l-awtorizzazzjoni xierqa minn dawk l-awtoritajiet ta' dik il-lista, f'konformità mal-proċeduri nazzjonali.

10.  Sabiex l-iskema għall-iskejjel tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll miżuri edukattivi ta' akkumpanjament, li jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, miżuri u attivitajiet li jkollhom l-għan li jqarrbu lit-tfal mill-ġdid lejn l-agrikoltura permezz ta' attivitajiet, bħal żjarat f'azjendi agrikoli, u d-distribuzzjoni ta' firxa usa' ta' prodotti agrikoli kif imsemmija fil-paragrafu 7. Dawk il-miżuri jistgħu wkoll jitfasslu biex jedukaw it-tfal dwar kwistjonijiet relatati, bħal drawwiet ta' dieta tajba għas-saħħa, ktajjen alimentari lokali, il-biedja organika, il-produzzjoni sostenibbli u l-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel.

11.  L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti li għandhom jiġu inkorporati fid-distribuzzjoni jew li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament abbażi ta' kriterji oġġettivi li għandhom jinkludu kriterju wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u dawk ambjentali, l-istaġjonalità, il-varjetà u d-disponibbiltà ta' prodotti lokali jew reġjonali, filwaqt li jagħtu prijorità sa fejn huwa prattikabbli għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu b'mod partikolari xiri lokali jew reġjonali, prodotti organiċi, ktajjen tal-provvista qosra jew benefiċċji ambjentali u, jekk xieraq, prodotti rikonoxxuti taħt l-iskemi ta' kwalità stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li, fl-istrateġiji tagħhom, jagħtu prijorità lil konsiderazzjonijiet ta' sostenibbiltà u ta' kummerċ ġust.

Artikolu 23a

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, l-għajnuna taħt l-iskema għall-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti, il-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament u l-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1) ma għandhiex taqbeż il-EUR 250 miljun għal kull sena skolastika.

F'dak il-limitu globali, l-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a) 

għall-frott u l-ħaxix għall-iskejjel: EUR 150 miljun għal kull sena skolastika;

(b) 

għall-ħalib għall-iskejjel: EUR 100 miljun għal kull sena skolastika.

2.  L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi allokata lil kull Stat Membru, filwaqt li jitqies dan li ġej:

(a) 

l-għadd ta' tfal bejn sitta u għaxar snin fl-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

il-livell ta' żvilupp tar-reġjuni fl-Istat Membru kkonċernat sabiex jiġi żgurat li aktar għajnuna tigi allokata lir-reġjuni anqas żviluppati t u lill-gżejjer minuri tal-Eġew fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013; u

(c) 

għall-ħalib għall-iskejjel, minbarra l-kriterji msemmija fil-punti (a) u (b), l-użu storiku tal-għajnuna mill-Unjoni għall-provvista ta' ħalib u prodotti tal-ħalib lit-tfal.

L-allokazzjonijiet għall-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li aktar għajnuna tigi allokata lir-reġjuni ultraperiferiċi elenkati fl-Artikolu 349 TFUE sabiex jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċifika ta' dawk ir-reġjuni rigward il-provenjenza ta' prodotti u biex tiġi promossa tali provenjenza bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi li jinsabu fi prossimità ġeografika għal xulxin.

L-allokazzjonijiet għall-ħalib għall-iskejjel li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-kriterji stipulati f'dan il-paragrafu għandhom jiżguraw li l-Istati Membri kollha jkunu intitolati li jirċievu tal-anqas ammont minimu ta' għajnuna mill-Unjoni għal kull tifel u tifla fil-grupp ta' età msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu. Dak l-ammont ma għandux ikun anqas mill-użu medju ta' għajnuna mill-Unjoni għal kull tifel u tifla madwar l-Istati Membri kollha fil-qafas tal-iskema tal-ħalib għall-iskejjel li applikat qabell-1 ta' Awwissu 2017.

Miżuri dwar l-iffissar ta' allokazzjonijiet indikattivi u definittivi u dwar ir-riallokazzjoni tal-għajnuna mill-Unjoni għall-frott u ħaxix għall-iskejjel u għall-ħalib għall-iskejjel għandhom jittieħdu mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 43(3) TFUE.

3.  L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għall-iskejjel għandhom jippresentaw kull sena t-talba tagħhom għall-għajnuna mill-Unjoni, filwaqt li jispeċifikaw l-ammont mitlub għall-frott u l-ħaxix għall-iskejjel, u l-ammont mitlub għall-ħalib għall-iskejjel li huma jixtiequ jiddistribwixxu.

4.  Mingħajr ma jinqabeż il-limitu globali ta' EUR 250 miljun stipulat fil-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru jista' jittrasferixxi darba kull sena skolastika sa 20 % tal-allokazzjoni indikattiva waħda jew l-oħra tiegħu.

Dak il-perċentwal jista' jiżdied sa 25 % għall-Istati Membri li għandhom reġjuni ultraperiferiċi elenkati fl-Artikolu 349 TFUE u f'każijiet oħra ġustifikati kif dovut, bħal meta Stat Membru jeħtieġ jindirizza sitwazzjoni tas-suq speċifika fis-settur kopert mill-iskema għall-iskejjel, it-tħassib partikolari tiegħu rigward konsum baxx ta' wieħed miż-żewġ -gruppi ta' prodotti, jew bidliet soċjetali oħra.

It-trasferimenti jistgħu jsiru:

(a) 

qabel ma jiġu ffissati allokazzjonijiet definittivi għas-sena skolastika ta' wara, bejn l-allokazzjonijiet indikattivi tal-Istati Membri; jew

(b) 

wara l-bidu ta' sena skolastika, bejn l-allokazzjonijiet definittivi tal-Istat Membru, meta tali allokazzjonijiet ikunu ġew stabbiliti għall-Istat Membru inkwistjoni.

It-trasferimenti msemmija fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu ma jistgħux isiru mill-allokazzjoni indikattiva għall-grupp ta' prodotti li għalihom l-Istat Membru kkonċernat jitlob ammont li jaqbeż l-allokazzjoni indikattiva tiegħu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta' kwalunkwe trasferiment bejn allokazzjonijiet indikattivi

5.  L-iskema għall-iskejjel għandha tkun preġudizzju għal kwalunkwe skema nazzjonali separata għall-iskejjel li hija kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. L-għajnuna mill-Unjoni prevista fl-Artikolu 23 tista' tintuża biex testendi l-ambitu jew l-effettività ta' kwalunkwe skema nazzjonali għall-iskejjel eżistenti jew kwalunkwe skema ta' distribuzzjoni fl-iskejjel li tipprovdi frott u ħaxix għall-iskejjel u ħalib għall-iskejjel iżda hija ma għandhiex tissostitwixxi l-finanzjament għal dawk l-iskemi nazzjonali eżistenti, ħlief għad-distribuzzjoni b'xejn ta' ikliet lil tfal fi stabbilimenti edukattivi. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jestendi l-ambitu ta' skema nazzjonali għall-iskejjel eżistenti jew li jagħmilha aktar effettiva billi jitlob għajnuna mill-Unjoni, huwa għandu jindika fl-istrateġija msemmija fl-Artikolu 23(8) kif dan ser jinkiseb.

6.  Minbarra l-għajnuna mill-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna nazzjonali għall-finanzjament tal-iskema għall-iskejjel.

L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw dik l-għajnuna permezz ta' imposta fuq is-settur ikkonċernat jew permezz kwalunkwe kontribuzzjoni oħra mis-settur privat.

7.  L-Unjoni tista' tiffinanzja wkoll, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, miżuri ta' informazzjoni, pubbliċità, monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mal-iskema għall-iskejjel, inkluż miżuri ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-objettivi tal-iskema, u miżuri ta' netwerking relatati li għandhom bħala għan l-iskambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-iskema.

Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa, f'konformità mal-Artikolu 24(4) ta' dan ir-Regolament, identifikatur komuni jew elementi grafiċi biex isaħħaħ il-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel.

8.  L-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għandhom jippubbliċizzaw, fil-bini tal-iskola jew postijiet rilevanti oħra, l-involviment tagħhom fl-iskema u l-fatt li din hija ssussidjata mill-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jużaw kwalunkwe għodda ta' pubbliċità xierqa, li tista' tinkludi posters, siti elettroniċi ddedikati, materjal grafiku informattiv, u kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-valur miżjud u l-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel tal-Unjoni fir-rigward tal-provvista ta' ikliet oħra fi stabbilimenti edukattivi.

Artikolu 24

Setgħat delegati

1.  Sabiex jiġu promossi d-drawwiet ta' dieta tajba għas-saħħa tat-tfal u biex jiġi żgurat li l-għajnuna mill-iskema għall-iskejjel tkun mmirata lejn it-tfal fil-grupp fil-mira msemmi fl-Artikolu 22, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jikkonċernaw regoli dwar:

(a) 

il-kriterji addizzjonali relatati mal-eliġibbiltà tal-grupp fil-mira msemmi fl-Artikolu 22;

(b) 

l-approvazzjoni u l-għażla tal-applikanti għall-għajnuna mill-Istati Membri;

(c) 

it-tfassil tal-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali u l-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament.

2.  Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jikkonċernaw:

(a) 

l-identifikazzjoni ta' spejjeż u miżuri li huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni;

(b) 

l-obbligu għall-Istati Membri li jimmonitorjaw u jevalwaw l-effettività tal-iskema għall-iskejjel tagħhom.

3.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 sabiex tissupplimenta l-lista ta' sustanzi artifiċjali li jsaħħu t-togħma msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(6).

Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti distribwiti skont l-Artikolu 23(3), (4) u (5) jilħqu l-objettivi tal-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 biex jiġu definiti l-livelli massimi għal zokkor miżjud, melħ miżjud u xaħam miżjud li jistgħu jkunu permessi mill-Istati Membri taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(6) u li teknikament huma neċessarji għall-preparazzjoni jew il-manifattura ta' prodotti pproċessati.

4.  Sabiex tiġi promossa s-sensibilizzazzjoni dwar l-iskema għall-iskejjel u tittejjeb il-viżibbiltà tal-għajnuna mill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jobbligaw l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema għall-iskejjel biex jippubbliċizzaw b'mod ċar il-fatt li huma qegħdin jirċievu appoġġ mill-Unjoni biex jimplimentaw l-iskema, inkluż fir-rigward ta':

(a) 

jekk xieraq, l-istabbiliment ta' kriterji speċifiċi dwar il-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni, id-daqs u d-disinn tal-identifikatur komuni jew l-elementi grafiċi;.

(b) 

il-kriterji speċifiċi relatati mal-użu ta' għodda ta' pubbliċità.

5.  Sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud u l-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 fir-rigward tar-regoli li jikkonċernaw id-distribuzzjoni ta' prodotti fir-rigward tal-provvista ta' ikliet oħra fi stabbilimenti edukattivi.

6.  B'kont meħud tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-għajnuna mill-Unjoni tkun riflessa fil-prezz li bih il-prodotti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni taħt l-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jobbligaw l-Istati Membri biex jispjegaw fl-istrateġiji tagħhom kif dan ser jinkiseb.

Artikolu 25

Setgħat ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta' din it-Taqsima inkluż dawk li jikkonċernaw:

(a) 

l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-istrateġiji tal-Istati Membri;

(b) 

l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u l-pagamenti, inkluża s-simplifikazzjoni tal-proċeduri li jirriżultaw mill-qafas komuni għall-iskema għall-iskejjel;

(c) 

il-metodi tal-pubbliċità, u l-miżuri ta' netwerking fir-rigward tal-iskema għall-iskejjel;

(d) 

is-preżentazzjoni, il-format u l-kontenut tat-talbiet annwali għall-għajnuna, ir-rapporti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni mill-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel;

(e) 

l-applikazzjoni tal-Artikolu 23a(4), inklużi dwar l-iskadenzi għat-trasferimenti u dwar il-preżentazzjoni, il-format u l-kontenut tan-notifiki ta' trasferiment.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

▼B



Taqsima 2

Għajnuna fis-settur taz-żejt taż-żebbuġa u taz-żebbuġ tal-ikel

Artikolu 29

Programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt tal-ikel

1.  L-Unjoni għandha tiffinanzja programmi ta’ ħidma ta’ tliet snin li għandhom jitfasslu mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 152, mill-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 156 jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 f'waħda jew aktar minn dawn l-oqsma:

(a) 

is-segwitu u l-ġestjoni tas-suq fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel;

(b) 

it-titjib tal-impatt ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ;

(c) 

it-titjib tal-kompetittività tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ permezz ta' modernizzazzjoni;

(d) 

it-titjib tal-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel;

(e) 

is-sistema ta’ traċċabbiltà, iċ-ċertifikazzjoni u l-protezzjoni tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel, partikolarment il-monitoraġġ tal-kwalità taż-żjut taż-żebbuġa mibjugħin lil konsumatur aħħari, bl-awtorità tal-amministrazzjonijiet nazzjonali;

(f) 

id-disseminazzjoni ta' tagħrif dwar il-miżuri implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali għat-titjib tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel.

2.  Il-finanzjament mill-Unjoni, tal-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkun:

(a) 

EUR 11 098 000 kull sena għall-Greċja;

(b) 

EUR 576 000 kull sena għal Franza; u

(c) 

EUR 35 991 000 kull sena għall-Italja.

3.  Il-fondi massimi tal-Unjoni għall-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ugwali għall-ammonti miżmumin mill-Istati Membri. Il-fondi massimi tal-ispiża eliġibbli għandhom ikunu:

(a) 

75 % għall-attivitajiet fl-oqsma msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1;

(b) 

75 % għal investimenti ta’ assi fissi u 50 % għal attivitajiet oħra fil-qasam imsemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1;

(c) 

75 % għall-programmi ta’ ħidma mwettqa f’tal-anqas tliet pajjiżi terzi jew fi Stati Membri li ma jipproduċux minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti msemmija fil-paragrafu 1 f’tal-anqas żewġ Stati Membri li jipproduċu fl-oqsma msemmija fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1, u 50 % għall-attivitajiet l-oħra f’dawn l-oqsma.

Finanzjament komplimentari għandu jkun żgurat mill-Istat Membru sa 50 % tal-ispejjeż mhux koperti mill-fondi tal-Unjoni.

Artikolu 30

Setgħat iddelegati

Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u effettiv mill-għajnuna tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 29 u sabiex ittejjeb il-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227, fir-rigward ta’:

(a) 

fir-rigward tal-oqsma msemmija fl-Artikolu 29(1), il-miżuri speċifiċi li jistgħu jiġi ffinanzjati mill-għajnuna tal-Unjoni u l-attivitajiet u l-ispejjeż li ma jistgħux jiġu ffinanzjati;

(b) 

l-allokazzjoni minima mill-Istati Membri ta’ finanzjament mill-Unjoni għal oqsma speċifiċi;

(c) 

ir-rekwiżit li tingħata garanzija meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' programm ta' ħidma u fejn isir ħlas bil-quddiem ta' għajnuna;

(d) 

il-kriterji li għandhom jitqiesu mill-Istati Membri fl-għażla u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ ħidma.

Artikolu 31

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima fir-rigward ta':

(a) 

l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ ħidma u emendi għal programmi bħal dawn;

(b) 

il-ħlas ta’ għajnuna, inklużi ħlasijiet bil-quddiem ta’ għajnuna;

(c) 

il-proċeduri għal, u l-ammont ta' garanzija, li għandha tingħata meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' programm ta' ħidma u fejn isir ħlas bil-quddiem ta' għajnuna.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



Taqsima 3

Għajnuna fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

Artikolu 32

Fondi operazzjonali

1.  L-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex u/jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jistabbilixxu fond operazzjonali. Il-fond għandu jkun iffinanzjat minn:

(a) 

kontribuzzjonijiet finanzjarji minn:

(i) 

membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u/jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi stess; jew

(ii) 

assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi permezz tal-membri ta’ dawk l-assoċjazzjonijiet;

(b) 

assistenza finanzjarja mill-Unjoni, li tista’ tingħata lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi, jew lill-assoċjazzjonijiet tagħhom, meta dawk l-assoċjazzjonijiet jippreżentaw, jiġġestixxu, u jimplimentaw programm operazzjonali jew programm operazzjonali parzjali, skont it-termini u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz tal-atti ddelegati skont l-Artikolu 37 u l-atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu38.

2.  Fondi operazzjonali għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw programmi operazzjonali li jkunu ġew sottomessi lill-Istati Membri u approvati minnhom.

Artikolu 33

Programmi operazzjonali

1.  Programmi operazzjonali fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandu jkollhom minimu ta’ tliet snin u perijodu massimu ta’ ħames snin. Dawn għandu jkollhom mill-anqas tnejn mill-objettivi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 152(1) jew tnejn mill-objettivi li ġejjin:

(a) 

l-ippjanar tal-produzzjoni, inkluż it-tbassir u s-segwitu tal-produzzjoni u tal-konsum;

(b) 

it-titjib tal-kwalità tal-prodott, kemm jekk f’għamla friska jew ipproċessata;

(c) 

it-tisħiħ tal-valur kummerċjali tal-prodotti;

(d) 

il-promozzjoni tal-prodotti, kemm jekk f’għamla friska jew ipproċessata;

(e) 

il-miżuri ambjentali, partikolarment dawk relatati mal-ilma, u l-metodi tal-produzzjoni li jħarsu l-ambjent, inkluża l-biedja organika;

▼M5

(f) 

il-prevenzjoni u l-immaniġġar ta' kriżijiet, inkluż l-ikkowċjar lil organizzazzjonijiet ta' produtturi oħrajn, lil assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, lil gruppi tal-produtturi jew lil produtturi individwali.

▼B

Il-programmi operazzjonali għandhom jiterssqu lill-Istati Membri għall-approvazzjoni tagħhom.

2.  Assoċjazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jippreżentaw ukoll programm operazzjonali sħiħ jew parzjali, magħmul minn miżuri identifikati, imma mhux imwettqa, mill-organizzazzjonijiet membri taħt il-programmi operazzjonali tagħhom. Il-programmi operazzjonali tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal programmi operazzjonali ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u għandhom jiġu kkunsidrati mal-programmi operazzjonali tal-organizzazzjonijiet membri.

Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-miżuri taħt il-programmi operazzjonali ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġu ffinanzjati kollha mill-kontribuzzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet membri ta' dik l-assoċjazzjoni u li tali finanzjament jinġabar mill-fondi operazzjonali ta’ dawn l-organizzazzjonijiet membri;

(b) 

il-miżuri u s-sehem finanzjarju korrispondenti tagħhom jiġu identifikati fil-programm operazzjonali ta’ kull organizzazzjoni membru;

(c) 

ma jkun hemm ebda duplikazzjoni tal-finanzjament.

3.  Il-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta’ kriżijiet imsemmija fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom ikunu relatati biex jiġu evitati u ttrattati kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħxejjex u għandhom ikopru f’dan il-kuntest:

(a) 

investimenti li jagħmlu l-ġestjoni tal-volumi mqiegħda fis-suq aktar effiċjenti;

(b) 

il-miżuri ta’ taħriġ u l-iskambji tal-aħjar prattiki;

▼M5

(c) 

il-promozzjoni u l-komunikazzjoni, inklużi azzjonijiet u attivitajiet immirati lejn id-diversifikazzjoni u l-konsolidazzjoni fis-swieq tal-frott u l-ħaxix, kemm jekk għall-prevenzjoni kif ukoll jekk matul perijodu ta' kriżi;

(d) 

l-appoġġ għall-ispejjeż amministrattivi biex jiġu stabbiliti fondi mutwi u għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji biex jerġgħu jimtlew fondi mutwi, wara l-kumpens imħallas lil membri produtturi li jkollhom tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom bħala riżultat ta' kundizzjonijiet tas-suq diffiċli;

▼B

(e) 

taħwil mill-ġdid ta' msaġar fejn meħtieġ b'segwitu ta' qlugħ tad-dwieli obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità tal-Istat Membru kompetenti;

(f) 

l-irtirar mis-suq;

(g) 

il-ħsad ekoloġiku jew ħsad xejn ta’ frott u ħxejjex;

(h) 

l-assigurazzjoni tal-ħsad;

▼M5

(i) 

l-ikkowċjar lil organizzazzjonijiet ta' produtturi oħrajn, lil assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, lil gruppi tal-produtturi jew lil produtturi individwali.

▼B

L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad għandu jikkontribwixxi għall-ħarsien tad-dħul finanzjarju tal-produtturi fejn ikun hemm telf bħala konsegwenza ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet ta’ pesti.

Il-kuntratti tal-assigurazzjoni għandhom jeħtieġu li l-benefiċjarji jieħdu miżuri meħtieġa ta' prevenzjoni tar-riskju.

Miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet, inkluż kwalunkwe ħlas lura ta’ kapital u mgħax kif imsemmi fil-ħames subparagrafu, ma għandhomx jikkomprendu aktar minn terz tal-infiq għall-programm operazzjonali.

Organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu jieħdu self b’termini kummerċjali għal finanzjament ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet. F’dak il-każ, il-ħlas lura tal-kapital u mgħax għal dak is-self jista’ jagħmel parti mill-programm operazzjonali u, għalhekk, jista’ jkun eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont l-Artikolu 34. Kwalunkwe azzjoni speċifika għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta’ kriżijiet tista' tiġi ffinanzjata minn self bħal dan jew direttament, jew t-tnejn li huma.

4.  Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima:

(a) 

“ħsad ekoloġiku” tfisser il-ħsad totali f'żona partikolari ta’ prodotti mhux misjura u mhux imqiegħda fis-suq li ma tkun saritilhom ħsara qabel il-ħsad ekoloġiku, kemm minħabba raġunijiet klimatiċi, minħabba mard jew affarijiet oħra;

(b) 

“ħsad xejn” tfisser it-tmiem taċ-ċiklu tal-produzzjoni attwali fiż-żona kkonċernata fejn il-prodott huwa żviluppat sew u huwa ta' kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli. Il-qerda ta’ prodotti minħabba avveniment klimatiku jew mard mhijiex ikkunsidrata bħala ħsad xejn.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-programmi operazzjonali jinkludu żewġ azzjonijiet ambjentali jew aktar, jew

(b) 

tal-anqas 10 % tal-infiq għal programmi operazzjonali jkopri azzjonijiet ambjentali.

▼M5

L-azzjonijiet ambjentali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-impenji agroambjentali-klimatiċi jew tal-biedja organika stabbiliti fl-Artikolu 28(3) u fl-Artikolu 29(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Fejn tal-anqas 80 % tal-membri produtturi ta' organizzazzjoni ta' produtturi jkunu soġġetti għal impenn, wieħed jew aktar, agroambjentali-klimatiku jew tal-biedja organika identiku previsti fl-Artikolu 28(3) u fl-Artikolu 29(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni ambjentali kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

▼B

L-appoġġ għall-azzjonijiet ambjentali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u l-aġevolazzjonijiet li jirriżultaw mill-azzjoni.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investimenti li jżidu pressjoni ambjentali għandhom jitħallew isiru biss f’sitwazzjonijiet fejn ikunu qed joperaw salvagwardji effikaċi biex l-ambjent ikun protett minn dawn il-pressjonijiet.

Artikolu 34

Għajnuna finanzjarja mill-Unjoni

1.  L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1) kif attwalment imħallsin u limitata għal 50 % tal-infiq attwali mġarrab.

2.  L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun limitata għal 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq minn kull organizzazzjoni tal-produtturi jew tal-assoċjazzjoni tagħhom.

Madankollu, fil-każ ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, din il-perċentwali tista’ tiżdied għal 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq, bil-kondizzjoni li l-ammont li jkun aktar minn 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq jintuża biss għal miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar ta’ kriżijiet.

Fil-każ tal-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, dak il-perċentwal tista’ tiżdied għal 4,7 % tal-valur tal-produzzjoni mqegħda fis-suq, dment li dak l-ammont li jaqbeż l-4,1 % tal-valur tal-produzzjoni mqegħda fis-suq jintuża biss għall-prevenzjoni ta’ kriżijiet u miżuri ta’ ġestjoni implimentati minn dik l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi f’isem il-membri tagħha.

3.  Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, il-limitu ta’ 50 % msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 60 % f’każ ta’ programm operazzjonali jew parti minn programm operazzjonali meta dan ikun jissodisfa tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikun sottomess minn diversi organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni li joperaw fi Stati Membri differenti fuq skemi transnazzjonali;

(b) 

ikun sottomess minn organizzazzjoni waħda jew aktar ta’ produtturi li jkunu involuti fi skemi mħaddmin fuq bażi interprofessjonali;

(c) 

ikun ikopri biss appoġġ speċifiku għall-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 ( 5 );

(d) 

ikun l-ewwel wieħed sottomess minn organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta li hi r-riżultat ta' għaqda bejn żewġ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti;

(e) 

ikun l-ewwel wieħed sottomess minn assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(f) 

ikun sottomess minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi fl-Istati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jqiegħdu fis-suq anqas minn 20 % tal-produzzjoni ta’ frott u ħxejjex;

(g) 

ikun sottomess minn organizzazzjoni tal-produtturi f’wieħed mir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 TFUE.

▼M5

4.  Il-limitu ta' 50 % previst fil-paragrafu 1 għandu jiżdied għal 100 % fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

l-irtirar mis-suq ta' frott u ta' ħxejjex li ma jaqbżux il-5 % tal-volum tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta' kull organizzazzjoni ta' produtturi u li jitneħħew billi:

(i) 

jitqassmu b'xejn lil organizzazzjonijiet u lil fondazzjonijiet tal-karità li huma approvati f'dan is-sens mill-Istati Membri, għall-użu fl-attivitajiet tagħhom biex jgħinu lil persuni li d-dritt tagħhom għall-għajnuna pubblika huwa rikonoxxut mil-liġi nazzjonali, b'mod partikolari minħabba li ma għandhomx il-mezzi ta' sussistenza meħtieġa;

(ii) 

jitqassmu b'xejn lil istituzzjonijiet penali, lil skejjel u lil istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi, lil stabbilimenti msemmija fl-Artikolu 22 u lil kampijiet ta' btala tat-tfal kif ukoll lil sptarijiet u lil djar tal-anzjani nnominati mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kwantitajiet imqassmin b'dan il-mod ikunu addizzjonali għall-kwantitajiet li normalment jinxtraw mit-tali stabbilimenti;

(b) 

azzjonijiet relatati mal-ikkowċjar lil organizzazzjonijiet ta' produtturi oħrajn, jew lil gruppi ta' produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, dment li dawk l-organizzazzjonijiet jew gruppi ikunu minn reġjuni ta' Stati Membri msemmija fl-Artikolu 35(1) ta' dan ir-Regolament jew ta' produtturi individwali.

Artikolu 35

Assistenza finanzjarja nazzjonali

1.  F'reġjuni ta' Stati Membri fejn il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex ikun taħt il-medja tal-Unjoni b'mod sinifikanti, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lil organizzazzjonijiet ta' produtturi assistenza finanzjarja nazzjonali li ma taqbiżx it-80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 32(1) u sa mhux aktar minn 10 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta' kwalunkwe tali organizzazzjoni tal-produtturi. Dik l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operazzjonali.

2.  Il-livell ta' organizzazzjoni tal-produtturi f'reġjun ta' Stat Membru għandu jiġi kkunsidrat bħala taħt il-medja tal-Unjoni b'mod sinifikanti fejn il-livell medju ta' organizzazzjoni kien inqas minn 20 % għal tliet snin konsekuttivi qabel l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali. Il-livell ta' organizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala l-valur tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb fir-reġjun ikkonċernat u mqiegħed fis-suq minn organizzazzjonijiet ta' produtturi, assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi u gruppi tal-produtturi rikonoxxuti skont l-Artikolu 125e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, diviż bil-valur totali tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex li nkiseb f'dak ir-reġjun.

3.  L-Istati Membri li jagħtu assistenza finanzjarja nazzjonali skont il-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-reġjuni li jissodisfaw il-kriterji msemmijin fil-paragrafu 2 u dwar l-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi f'dawk ir-reġjuni.

▼B

Artikolu 36

Qafas nazzjonali u strateġija nazzjonali għall-programmi operazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali li fih il-kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-azzjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 33(5). B’mod partikolari, dak il-qafas għandu jipprovdi li t-tali azzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti adatti tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, partikolarment dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3), tista’ fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni titlob li jsiru xi bidliet jekk issib li l-proposta ma tippermettix li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 191 TFUE u fis-sitt programm ta’ azzjoni ambjentali tal-Unjoni. L-investimenti għal azjendi individwali li jkollhom l-appoġġ ta’ programmi operazzjonali għandhom iħarsu dawn l-objettivi wkoll.

2.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi strateġija nazzjonali għal programmi operazzjonali sostenibbli fis-suq tal-frott u l-ħxejjex. Din l-istrateġija għandha tinkludi:

(a) 

analiżi tas-sitwazzjoni f’termini ta’ aspetti ta’ qawwa u dgħufija u tal-potenzjal għal żvilupp;

(b) 

ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet magħżula;

(c) 

l-objettivi ta’ programmi u strumenti operazzjonali, u indikaturi ta’ prestazzjoni;

(d) 

valutazzjoni ta’ programmi operazzjonali;

(e) 

obbligi ta’ rappurtar għal organizzazzjonijiet tal-produtturi.

L-istrateġija nazzjonali għandha wkoll tintegra l-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal Stati Membri li ma għandhomx organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti.

Artikolu 37

Setgħat iddelegati

Sabiex jiġi żgurat appoġġ effiċjenti, immirat u sostenibbli lill-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227, li jistabbilixxu regoli dwar:

(a) 

fondi operazzjonali u programmi operazzjonali, fir-rigward ta’:

(i) 

l-ammonti stmati, id-deċiżjonijiet mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-użu ta' fondi operazzjonali;

(ii) 

il- miżuri, l-azzjonijiet, l-infiq u l-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal li għandhom jiġu inklużi jew esklużi skont programmi operazzjonali, il-bidliet fihom u r-rekwiżiti addizzjonali li għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri;

(iii) 

l-evitar ta' finanzjament doppju bejn programmi operazzjonali u programmi ta’ żvilupp rurali;

(iv) 

programmi operazzjonali ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi;

(v) 

ir-regoli speċifiċi applikabbli għall-każijiet fejn assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jiġġestixxu, jipproċessaw, jimplimentaw u jippreżentaw, kompletament jew parzjalment, il-programmi operazzjonali;

(vi) 

l-obbligu li jintużaw indikaturi komuni għall-finijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ta' programmi operazzjonali;

(b) 

il- qafas nazzjonali u l-istrateġija nazzjonali għal programmi operazzjonali li jirrigwardaw l-obbligu li tiġi mmonitorjata u evalwata l-effettività tal-oqfsa nazzjonali u l-istrateġiji nazzjonali;

(c) 

l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, fir-rigward ta’:

(i) 

il-bażi għall-kalkolu ta’ assistenza finanzjarja mill-Unjoni u tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq imsemmija fl-Artikolu 34(2);

(ii) 

il-perijodi ta’ referenza applikabbli għall-kalkolu ta’ għajnuna;

(iii) 

il-provvediment ta' ħlasijiet bil-quddiem u r-rekwiżit li tingħata garanzija fejn isir ħlas bil-quddiem ta' għajnuna;

(iv) 

ir-regoli speċifiċi applikabbli għall-finanzjament tal-programmi operazzjonali tal-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, b’mod partikolari dawk relatati mal-applikazzjoni tal-limiti previsti fl-Artikolu 34(2);

(d) 

il-miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar tal-kriżijiet, fir-rigward ta’:

(i) 

il-possibbiltà li l-Istati Membri ma japplikawx waħda jew aktar mill-miżuri ta’ prevenzjoni u mmaniġġjar tal-kriżijiet;

▼M5

(ii) 

il-kondizzjonijiet relatati mal-punti (a), (b), (c) u (i) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3);

▼B

(iii) 

destinazzjonjiet permissibbli li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri ta' prodotti rtirati;

(iv) 

il-livell massimu ta' appoġġ għal irtirar mis-suq;

(v) 

ir-rekwiżit ta' notifiki minn qabel f’każ ta’ rtirar mis-suq;

(vi) 

il-bażi tal-kalkolu tal-volum ta’ produzzjoni mqiegħda fis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn imsemmija fl-Artikolu 34(4) u l-istabbiliment ta' volum massimu ta' produzzjoni mqiegħda fis-suq f’każ ta’ rtirar;

(vii) 

ir-rekwiżit tal-wiri tal-emblema tal-Unjoni fuq pakketti ta’ prodotti għal distribuzzjoni b'xejn;

(viii) 

il-kundizzjonijiet għal riċevituri ta’ prodotti rtirati;

(ix) 

l-użu ta' termini għall-finijiet ta' din it-Taqsima;

(x) 

il-kundizzjonijiet, li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri, li jirrigwardaw ħsad ekoloġiku u ħsad xejn;

(xi) 

l-assigurazzjoni tal-ħsad;

(xii) 

fondi mutwi; u

(xiii) 

il-kundizzjonijiet rigward, u l-istabbiliment ta' limitu għan-nefqa ta', it-taħwil mill-ġdid tal-imsaġar għal raġunijiet ta' saħħa jew fitosanitarji f'konformità mal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(3);

(e) 

l-assistenza finanzjarja nazzjonali, fir-rigward ta’:

(i) 

il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi;

(ii) 

ir-rekwiżit li tingħata garanzija meta jsir ħlas bil-quddiem;

(iii) 

il-proporzjon massimu ta’ rimborż mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali.

Artikolu 38

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw miżuri fir-rigward ta’:

(a) 

l-immaniġġjar ta’ fondi operazzjonali;

(b) 

l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-programmi operazzjonali, l-oqfsa nazzjonali u l-istrateġiji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 36, il-preżentazzjoni ta' programmi operazzjonali lill-Istati Membri, il-limiti ta' żmien, id-dokumenti li jakkumpanjawhom u l-approvazzjoni mill-Istati Membri;

(c) 

l-implimentazzjoni ta' programmi operazzjonali minn organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(d) 

il-preżentazzjoni, il-format u l-kontenut ta' rapporti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ta' strateġiji nazzjonali u programmi operazzjonali;

(e) 

l-applikazzjonijiet għal għajnuna u l-ħlasijiet ta’ għajnuna, inklużi ħlasijiet bil-quddiem u parzjali ta’ għajnuna;

(f) 

l-arranġamenti prattiċi għall-wiri tal-emblema Unjoni fuq pakketti ta’ prodotti għal distribuzzjoni b'xejn;

(g) 

il-ħarsien ta’ standards għall-kummerċjalizzazzjoni f’każ ta’ rtirar;

(h) 

l-ispejjeż ta’ trasport, issortjar u imballaġġ f’każ ta’ distribuzzjoni b'xejn;

▼M5

(i) 

il-miżuri ta' promozzjoni, komunikazzjoni, taħriġ u kkowċjar f'każijiet ta' prevenzjoni u mmaniġġar ta' kriżijiet;

▼B

(j) 

l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' rtirar, ħsad ekoloġiku, ħsad xejn u miżuri ta' assigurazzjoni tal-ħsad;

(k) 

l-applikazzjoni, l-awtorizzazzjoni, il-ħlas u r-rimborż tal-assistenza finanzjarja nazzjonali;

(l) 

il-proċeduri għal, u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata meta jsir ħlas bil-quddiem.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



Taqsima 4

Programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid



Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali u miżuri eliġibbli

Artikolu 39

Kamp ta' applikazzjoni

Din it-taqsima tistabbilixxi r-regoli għall-attribuzzjoni ta’ fondi tal-Unjoni lill-Istati Membri u l-użu ta’ dawk il-fondi mill-Istati Membri permezz ta’ programmi ta’ ħames snin ta’ appoġġ nazzjonali ("programmi ta’ appoġġ") għall-finanzjament ta’ miżuri speċifiċi ta’ appoġġ bħala għajnuna lis-settur tal-inbid.

Artikolu 40

Kompatibbiltà u l-konsistenza

1.  Il-programmi ta’ appoġġ għandhom ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u għandhom ikunu konsistenti mal-attivitajiet, politiki u prijoritajiet tal-Unjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-programmi ta’ appoġġ u għandhom jiżguraw li dawn ikunu konsistenti internament u magħmulin u li huma implimentati b’mod oġġettiv, billi jitqiesu l-qagħda ekonomika tal-produtturi konċernati u l-ħtieġa li jiġi evitat it-trattament mhux ugwali u mhux ġustifikat tal-produtturi.

3.  Ebda appoġġ ma jingħata għal:

(a) 

proġetti ta’ riċerka u miżuri ta’ appoġġ għal proġetti ta’ riċerka għajr dawk imsemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 45(2);

(b) 

miżuri li jkun hemm fi programmi ta’ żvilupp rurali tal-Istati Membri fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

Artikolu 41

Sottomissjoni ta’ programmi ta’ appoġġ

▼C2

1.  Kull Stat Membru produttur elenkat fl-Anness VI għandu jissottometti lill-Kummissjoni abbozz ta' programm ta' appoġġ ta' ħames snin li jkun fih tal-anqas waħda mill-miżuri eliġibbli stipulati fl-Artikolu 43.

▼B

2.  Il-miżuri ta’ appoġġ fl-abbozz tal-programmi ta’ appoġġ għandhom jitfasslu fil-livell ġeografiku li l-Istat Membru jqis bħala l-aktar wieħed xieraq. L-Istat Membru għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet kompetenti fil-livell territorjali xieraq dwar l-abbozz tal-programm ta’ appoġġ qabel ma jippreżentah lill-Kummissjoni.

3.  Kull Stat Membru għandu jippreżenta abbozz ta’ programm uniku, li jista’ jieħu kont tal-partikolaritajiet reġjonali.

4.  Il-programmi ta’ appoġġ għandhom isiru applikabbli tliet xhur wara li jkunu ssottomettew l-abbozz tal-programmi ta’ appoġġ lill-Kummissjoni.

Madankollu, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu li l-abbozz tal-programm ta’ appoġġ mibgħut ma jkunx konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima u għandha tgħarraf lill-Istat Membru b’dan. F’każ bħal dan, l-Istat Membru għandu jissottometti abbozz rivedut tal-programm ta’ appoġġ lill-Kummissjoni. Il-programm ta’ appoġġ rivedut għandu jsir applikabbli xahrejn wara s-sottomissjoni tal-abbozz rivedut tal-programm ta’ appoġġ li jkun intbagħat sakemm ma jibqax ikun hemm inkompatibbiltà, f’liema każ dan is-subparagrafu għandu japplika.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għadhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

5.  Il-paragrafu 4 għandu japplika mutatis mutandis għal bidliet fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ applikabbli sottomessi mill-Istati Membri.

Artikolu 42

Kontenut tal-programmi ta' appoġġ

Il-programmi ta' appoġġ għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni ddettaljata tal-miżuri proposti, kif ukoll l-objettivi kkwantifikati tagħhom;

(b) 

ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jkunu saru;

(c) 

evalwazzjoni li turi l-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni;

(d) 

skeda għall-implimentazzjoni tal-miżuri;

(e) 

tabella ta’ finanzjament ġenerali li turi r-riżorsi li għandhom jintużaw u l-allokazzjoni indikattiva prevista tar-riżorsi bejn il-miżuri skont il-limiti massimi baġitarji pprovduti fl-Anness VI;

(f) 

il-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni, kif ukoll il-passi meħuda sabiex ikun żgurat li l-programmi ta’ appoġġ jiġu implimentati b’mod xieraq u effettiv;

(g) 

l-ismijiet tal-awtoritajiet u l-korpi kompetenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ.

Artikolu 43

Miżuri eliġibbli

Il-programmi ta’ appoġġ jista' jkollhom biss miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

promozzjoni skont l-Artikolu 45;

(b) 

ristrutturar u konverżjoni ta’ vinji, skont l-Artikolu 46;

(c) 

ħsad ekoloġiku, skont l-Artikolu 47;

(d) 

fondi mutwi, skont l-Artikolu 48;

(e) 

assigurazzjoni ta’ ħsad, skont l-Artikolu 49;

(f) 

investimenti, skont l-Artikolu 50;

(g) 

innovazzjoni fis-settur tal-inbid f'konformità mal-Artikolu 51;

(h) 

distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji, skont l-Artikolu 52.

Artikolu 44

Regoli ġenerali dwar il-programmi ta' appoġġ

1.  Il-fondi disponibbli tal-Unjoni għandhom ikunu allokati fil-limiti baġitarji msemmija fl-Anness VI.

2.  L-appoġġ mill-Unjoni għandu jingħata biss għal infiq eliġibbli magħmul wara s-sottomissjoni tal-abbozz tal-programm ta’ appoġġ rilevanti.

3.  L-Istati Membri ma għandhomx jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta’ miżuri ffinanzjati mill-Unjoni skont il-programmi ta’ appoġġ.



Subtaqsima 2

Miżuri ta’ appoġġ speċifiki

Artikolu 45

Promozzjoni

1.  L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jkopri miżuri ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni fir-rigward ta’ nbejjed tal-Unjoni:

(a) 

fl-Istati Membri, bil-ħsieb li jiġu infurmati l-konsumaturi bil-konsum responsabbli tal-inbid u dwar is-sistemi tal-Unjoni li jkopru denominazzjonijiet ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi; jew

(b) 

f’pajjiżi terzi, bil-ħsieb li tittejjeb il-kompetittività.

2.  Il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal inbejjed b’denominazzjoni protetta ta' oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta jew għal inbejjed b’indikazzjoni tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid u għandhom jikkonsistu biss minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

miżuri ta’ relazzjonijiet pubbliċi, promozzjoni jew reklamar, partikolarment li jenfasizzaw l-istandards għoljin tal-prodotti tal-Unjoni, l-aktar f’termini ta' kwalità, sikurezza tal-ikel jew l-ambjent;

(b) 

parteċipazzjoni f’avvenimenti, wirjiet jew esibizzjonijiet ta’ importanza internazzjonali;

(c) 

kampanji ta’ informazzjoni, partikolarment dwar is-sistemi tal-Unjoni li jkopru denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u produzzjoni organika;

(d) 

studji ta’ swieq ġodda, meħtieġa għall-espansjoni ta’ posti tas-suq;

(e) 

studji biex jiġu evalwati r-riżultati tal-miżuri ta’ informazzjoni u promozzjoni.

3.  Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal informazzjoni jew miżuri ta’ promozzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun aktar minn 50 % tal-infiq eliġibbli.

Artikolu 46

Ristrutturar u t-trasformazzjoni tal-vinji

1.  L-objettiv tal-miżuri relatati mar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji għandu jkun li tiżdied il-kompetittività tal-produtturi tal-inbid.

2.  Ir-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji għandha tkun sostnuta jekk l-Istati Membri jissottomettu l-inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom skont l-Artikolu 145(3).

3.  L-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji, li jista' jikkontribwixxi wkoll għat-titjib tas-sistemi sostenibbli ta' produzzjoni u l-impatt ambjentali tas-settur tal-inbid, jista’ jkopri biss waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin:

(a) 

il-konverżjoni ta’ varjetà, inkluż il-mezz ta’ tilqim;

(b) 

ir-rilokazzjoni ta’ vinji;

(c) 

taħwil mill-ġdid ta' vinji fejn meħtieġ b'segwitu ta' qlugħ tad-dwieli obbligatorju għal raġunijiet ta' saħħa/ jew fitosanitarji fuq istruzzjoni tal-awtorità tal-Istat Membru kompetenti;

(d) 

it-titjib tat-tekniki tal-immaniġġjar tal-vinji, b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' sistemi avvanzati ta' produzzjoni sostenibbli.

Is-sostituzzjoni normali ta’ vinji, li jfisser it-tħawwil mill-ġdid tal-istess varjetà ta' għenba fuq l-istess raba’ u skont l-istess metodu ta’ tkabbir tad-dwieli, meta d-dwieli jkunu waslu fi tmiem il-ħajja naturali tagħhom għandha tkun eskluża mill-appoġġ.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw aktar speċifikazzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-età tal-vinji mibdula.

4.  L-appoġġ għar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji, inkluż it-titjib tat-tekniki tal-immaniġġjar tal-vinji, jista’ jieħu biss l-għamliet li ġejjin:

(a) 

kumpens lil produtturi għat-telf ta’ dħul minħabba l-implimentazzjoni tal-miżura;

(b) 

kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ ristrutturar u konverżjoni.

5.  Il-kumpens lil produtturi għat-telf ta’ dħul imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 4 jista’ jkopri sa 100 % tat-telf rilevanti u jieħu waħda mill-għamliet li ġejjin:

(a) 

minkejja s-Subtaqsima II tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi r-reġim transizzjonali ta’ dritt ta’ tħawwil, il-permess biex vinji qodma u ġodda jikkoeżistu sa tmiem ir-reġim transizzjonali għal perijodu massimu ma għandux ikun aktar minn tliet snin;

(b) 

kumpens finanzjarju.

6.  Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż attwali tar-ristrutturar u l-konverżjoni ta’ vinji ma għandhiex tkun aktar minn 50 %. Fir-reġjuni anqas żviluppati, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż tar-ristrutturar u l-konverżjoni ma għandhiex tkun aktar minn 75 %.

Artikolu 47

Ħsad bikri

1.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "ħsad ekoloġiku" tfisser il-qerda jew it-tneħħija totali ta’ għenieqed ta’ għeneb waqt li jkunu għadhom fl-istadju li ma jkunux għadhom saru, b’hekk, ir-rendita tal-qasam rilevanti titnaqqas għal żero.

Meta l-għeneb ta’ kwalità kummerċjali jitħalla fuq il-pjanti fi tmiem iċ-ċiklu normali ta’ produzzjoni (ħsad xejn) dan ma għandux jitqies bħala ħsad ekoloġiku.

2.  L-appoġġ għal ħsad ekoloġiku għandu jikkontribwixxi biex jirrestawra l-bilanċ ta’ provvista u domanda fis-suq tal-inbid tal-Unjoni biex jiġu evitati kriżijiet fis-suq.

3.  L-appoġġ għal ħsad ekoloġiku jista’ jingħata bħala kumpens fl-għamla ta’ ħlas b’rata fissa għal kull ettaru li għandu jkun iddeterminat mill-Istat Membru konċernat. Il-ħlas ma għandux ikun aktar minn 50 % tas-somma tal-ispejjeż diretti tal-qerda jew tat-tneħħija ta’ għenieqed ta’ għeneb u t-telf ta’ dħul relatat ma’ qerda jew tneħħija bħal dik.

4.  L-Istat Membru konċernat għandu jistabbilixxi sistema bbażata fuq kriterji oġġettivi biex jiġi żgurat li l-miżura ta’ ħsad ekoloġiku ma twassalx għal kumpens ta’ produtturi individwali tal-inbid li jkun aktar mil-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 3.

Artikolu 48

Fondi reċiproċi

1.  L-appoġġ biex jiġu stabbiliti fondi mutwi għandu jipprovdi assistenza lil produtturi li jfittxu li jassiguraw lilhom infushom kontra ċaqliq fis-suq.

2.  L-appoġġ biex jiġu stabbiliti fondi mutwi jista’ jingħata fl-għamla ta’ għajnuna temporanja u digressiva biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-fondi.

Artikolu 49

Assigurazzjoni tal-ħsad

1.  L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad għandu jikkontribwixxi għall-ħarsien tad-dħul finanzjarju tal-produtturi fejn ikun hemm telf bħala konsegwenza ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, mard jew infestazzjonijiet ta’ pesti.

Il-kuntratti tal-assigurazzjoni għandhom jeħtieġu li l-benefiċjarji jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' prevenzjoni tar-riskju.

2.  L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad jista’ jingħata fl-għamla ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li ma għandhiex tkun aktar minn:

(a) 

80 % tal-kost tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa minn produtturi għal assigurazzjoni kontra telf li jirriżulta minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jkunu assimilati ma’ diżastri naturali;

(b) 

50 % tal-ispiża tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għal assigurazzjoni kontra:

(i) 

telf imsemmi fil-punt (a) u kontra telf ieħor ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi;

(ii) 

telf ikkawżat minn annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet ta’ pesti.

3.  L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad jista’ jingħata jekk il-ħlasijiet tal-assigurazzjoni inkwistjoni ma jikkumpensawx lill-produtturi għal aktar minn 100 % tat-telf ta’ dħul li jkunu batew, filwaqt li jitqies kwalunkwe kumpens li l-produtturi jkunu setgħu kisbu minn skemi oħra ta’ appoġġ relatati mar-riskju assigurat.

4.  L-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad ma għandux joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-assigurazzjoni.

Artikolu 50

Investimenti

1.  L-appoġġ jista’ jingħata għal investimenti tanġibbli jew intanġibbli f’faċilitajiet ta’ pproċessar, u f’infrastruttura għal fabbriki tal-inbid kif ukollstrutturi u għodod ta' kummerċjalizzazzjoni. Dawn l-investimenti għandhom ikunu maħsuba biex itejbu l-prestazzjoni globali tal-intrapriża u l-adattament tagħha għad-domandi tas-suq, kif ukoll biex iżidu l-kompetittività tagħha, u għandu jkollhom x’jaqsmu mal-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tad-dielja msemmija fil-Parti II tal-Anness VII, inkluż bil-ħsieb li jittejjeb l-iffrankar tal-enerġija tagħhom, l-effiċjenza globali tagħhom fl-enerġija u l-proċessi sostenibbli.

2.  L-appoġġ skont il-paragrafu 1 bir-rata massima tiegħu:

(a) 

għandu japplika għal impriża mikro, żgħar jew ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 6 );

(b) 

tista’, barra minn hekk, tapplika għall-intrapriżi kollha fir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 TFUE u l-gżejjer minuri tal-Eġew kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).

Għal intrapriżi mhux koperti mill-Artikolu 2(1) tat-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE b’anqas minn 750 impjegat jew b’fatturat ta’ anqas minn EUR 200 miljun, id-daqs tal-għajnuna massima għandu jinżel għal nofs.

L-appoġġ ma għandux jingħata lil intrapriżi f'diffikultà fis-sens tal-Linji Gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ kumpanniji f’diffikultà ( 8 ).

3.  L-infiq eliġibbli għandu jeskludi l-ispejjeż mhux eliġibbli msemmija fl-Artikolu 69(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

4.  Ir-rati ta’ għajnuna massima li ġejjin fir-rigward tal-ispejjeż għal investimenti eliġibbli għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni:

(a) 

50 % f’reġjuni inqas żviluppati;

(b) 

40 % f’reġjuni li mhumiex reġjuni inqas żviluppati;

(c) 

75 % fir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 TFUE;

(d) 

65 % fil-gżejjer minuri tal-Eġew kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013.

5.  L-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. għandu japplika mutatis mutandis għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 51

Innovazzjoni fis-settur tal-inbid

Jista' jingħata appoġġ għal investimenti tanġibbli jew intanġibbli bil-għan tal-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fir-rigward tal-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VII. L-appoġġ għandu jkun maħsub biex iżid il-kummerċjabbiltà u l-kompetittività tal-prodottu tad-dwieli tal-Unjoni u jista' jinkludi element ta' trasferiment tal-għarfien. Ir-rati tal-għajnuna massima rigward il-kontribuzzjoni tal-appoġġ mogħti taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu l-istess bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 50(4).

Artikolu 52

Distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji

1.  L-appoġġ jista’ jingħata għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta’ prodotti sekondarji mill-produzzjoni tal-inbid li tkun saret skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VIII.

L-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi ffissat għal kull % ta’ volum u għal kull ettolitru ta’ alkoħol prodott. Ebda għajnuna ma għandha titħallas għall-volum ta’ alkoħol li jkun hemm fil-prodotti sekondarji li jkunu se jiġu ddistillati li jkun aktar minn 10 % relattivament mal-volum ta’ alkoħol li jkun hemm fl-inbid prodott.

2.  L-għajnuna għandha titħallas lid-distillaturi responsabbli għall-ipproċessar tal-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid ikkonsenjati għall-finijiet tad-distillazzjoni f’alkoħol mhux raffinat li jkollu saħħa alkoħolika minima ta’ 92 % skont il-volum.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti ta' appoġġ kondizzjonali fuq il-preżentazzjoni ta' garanzija mill-benefiċarju.

3.  Il-livelli ta’ għajnuna massima applikabbli għandhom ikunu bbażati fuq l-ispejjeż ta’ ġbir u pproċessar u għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 54.

4.  L-għajnuna rilevanti għandha tinkludi ammont fiss maħsub biex jikkumpensa l-ispejjeż tal-ġbir tal-prodotti sekondarji tat-tiswir tal-inbid. Dak l-ammont għandu jiġi ttrasferit mid-distillatur għall-produttur, fejn dan tal-aħħar jerfa’ l-ispejjeż relatati ma’ dan.

5.  L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni li tibbenifika mill-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklużivament għall-finijiet tal-industrija u tal-enerġija biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.



Subtaqsima 3

Dispożizzjonijiet proċedurali

Artikolu 53

Setgħat iddelegati

Sabiex jiġi żgurat li programmi ta’ appoġġ għall-inbid tal-Istati Membri jiksbu l-objettivi tagħhom u li jkun hemm użu effiċjenti u effikaċi tal-fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu:

(a) 

regoli dwar ir-responsabbiltà għall-infiq bejn id-data meta jiġu rċevuti mill-Kummissjoni l-programmi ta’ appoġġ, u modifiki għal programmi ta’ appoġġ u d-data ta’ applikabbiltà tagħhom;

(b) 

regoli dwar il-kontenut tal-programmi ta' appoġġ u l-infiq, l-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal u l-operazzjonijiet li jistgħu jiġu inklużi fil-programmi ta' appoġġ tal-Istati Membri u l-kundizzjonijiet għal, u l-possibbiltà li jsiru ħlasijiet permezz ta' intermedjarji fil-każ tal-appoġġ għal assigurazzjoni għall-ħsad previst fl-Artikolu 49;

(c) 

regoli dwar ir-rekwiżit li tingħata garanzija fejn isir ħlas bil-quddiem;

(d) 

regoli dwar l-użu ta' termini għall-finijiet ta' din it-Taqsima;

(e) 

regoli dwar l-istabbiliment ta' limitu għan-nefqa ta', it-taħwil mill-ġdid ta' vinji għal raġunijiet ta' saħħa/ jew fitosanitarji f'konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(3);

(f) 

regoli dwar dwar l-evitar ta' finanzjament doppju bejn:

(i) 

l-operazzjonijiet differenti ta' programm ta' appoġġ għall-inbid ta' Stat Membru, u

(ii) 

programm ta' appoġġ għall-inbid ta' Stat Membru u l-iżvilupp rurali jew il-programmi operazzjonali tiegħu;

(g) 

regoli li permezz tagħhom il-produtturi jkollhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid, u eċċezzjonijiet għal dak l-obbligu sabiex ikun evitat piż amministrattiv addizzjonali, u regoli għaċ-ċertifikazzjoni volontarja ta’ distillaturi;

(h) 

regoli li jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu kundizzjonijiet għall-funzjonament adatt ta' miżuri ta' appoġġ fil-programmi tagħhom.

Artikolu 54

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulawmiżuri fir-rigward ta’:

(a) 

is-sottomissjoni tal-programmi ta’ appoġġ, l-ippjanar finanzjarju korrispondenti u r-reviżjoni ta’ programmi ta’ appoġġ;

(b) 

il-proċeduri ta’ applikazzjoni, għażla u pagament;

(c) 

is-sottomissjoni, il-format u l-kontenut tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet ta' programmi ta' appoġġ tal-Istati Membri;

(d) 

l-iffissar mill-Istati Membri tar-rati ta’ għajnuna għall-ħsad ekoloġiku u d-distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji;

(e) 

l-immaniġġjar finanzjarju u d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ mill-Istati Membri;

(f) 

il-proċeduri għal, u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata meta jsir ħlas bil-quddiem.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



Taqsima 5

Għajnuna fis-settur tal-apikultura

Artikolu 55

Programmi nazzjonali u finanzjament

1.  Bil-ħsieb li jitjiebu l-kundizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-apikultura, l-Istati Membri jistgħu jfasslu programmi nazzjonali għas-settur tal-apikultura għal perijodu ta' tliet snin, ("programmi tal-apikultura"). Dawn il-programmi għandhom jiġu żviluppati b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-qasam tat-trobbija tan-naħal.

2.  Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi tal-apikultura għandha tkun ekwivalenti għal 50 % tal-infiq magħmul mill-Istati Membri għal dawk il-programmi, kif approvati f'konformità mal-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57.

3.  Biex ikunu eliġibbli għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jagħmlu studju tal-istruttura tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fis-settur tat-trobbija tan-naħal fit-territorju tagħhom.

4.  Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu inklużi fi programmi tal-apikultura:

(a) 

assistenza teknika għal min irabbi n-naħal u għall-organizzazzjonijiet ta’ persuni li jrabbu n-naħal;

(b) 

il-ġlieda kontra l-elementi qerrieda u l-mard tad-doqqajs, partikolarment il-varroasi;

(c) 

razzjonalizzazzjoni tat-transumanza;

(d) 

miżuri għall-appoġġ ta’ laboratorji għall-analiżi tal-prodotti tal-apikultura bl-għan li jiġu megħjuna dawk li jrabbu n-naħal biex jikkumerċjalizzaw u jżidu l-valur tal-prodotti tagħhom;

(e) 

miżuri għall-appoġġ tat-tgħammir mill-ġdid tal-ġarar tan-naħal fl-Unjoni bin-naħal;

(f) 

kooperazzjoni ma' korpi speċjalizzati għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' riċerka applikati fil-qasam tat-trobbija tan-naħal u l-prodotti tal-apikultura;

(g) 

monitoraġġ tas-suq;

(h) 

titjib fil-kwalità tal-prodotti bil-għan li jkunu valorizzati aħjar il-prodotti fis-suq.

Artikolu 56

Setgħat iddelegati

1.  Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u effettiv ta’ fondi tal-Unjoni għall-apikultura, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar:

(a) 

l-evitar ta' finanzjament doppju bejn programmi tal-apikultura u programmi ta’ żvilupp rurali tal-Istati Membri;

(b) 

il-bażi għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull Stat Membru parteċipant, abbażi, inter alia, tal-għadd totali ta’ bejtiet tan-naħal fl-Unjoni.

2.  Sabiex jiġi żgurat li l-iskema ta' għajnuna tal-Unjoni tkun adattata għall-iżviluppi l-aktar reċenti u li l-miżuri koperti jkunu effettivi fit-titjib tal-kundizzjonijiet ġenerali għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-apikultura, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 biex taġġorna l-lista ta' miżuri msemmija fl-Artikolu 55(4) li tista' tiġi inkluża fil-programmi tal-apikultura tal-Istati Membri, billi żżid miżuri oħra jew tadatta dawk il-miżuri mingħajr ma tħassar xi waħda minnhom. Dak l-aġġornament tal-lista ta' miżuri ma għandux jaffettwa l-programmi nazzjonali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tal-att iddelegat.

Artikolu 57

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din it-taqsima fir-rigward ta':

(a) 

il-kontenut ta' programmi nazzjonali u l-istudji mwettqa mill-Istati Membri dwar l-istruttura tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tas-setturi tagħhom tat-trobbija tan-naħal;

(b) 

il-proċedura għar-riallokazzjoni ta’ fondi mhux użati;

(c) 

l-approvazzjoni tal-programmi tal-apikultura sottomessi mill-Istati Membri, inkluża l-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal kull Stat Membru parteċipant u l-livell massimu ta' finanzjament mill-Istati Membri.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



Taqsima 6

Għajnuna fis-settur tal-ħops

Artikolu 58

Għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.  L-Unjoni għandha tagħti għajnuna lil organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħops rikonoxxut skont l-Artikolu 152 biex jiġu ffinanzjati l-għanijiet imsemmija fil-punti (c)(i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 152(1).

2.  Il-finanzjament tal-Unjoni għall-għajnuna tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif previst fil-paragrafu 1 għall-Ġermanja għandu jkun ta' EUR 2 277 000 fis-sena.

Artikolu 59

Setgħat iddelegati

Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 58 tiffinanzja l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 152, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jirrigwardaw:

(a) 

l-applikazzjonijiet għall-għajnuna, inklużi regoli dwar id-dati tal-iskadenza u d-dokumenti ta’ akkumpanjament;

(b) 

regoli dwar iż-żoni tal-ħops eliġibbli u l-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lil kull organizzazzjoni tal-produtturi.

Artikolu 60

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw proċedura ta' eżamiil-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din it-Taqsima dwar il-pagament ta' għajnuna.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



KAPITOLU III

Skema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli

Artikolu 61

Tul ta' żmien

L-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli stabbilita f'dan il-Kapitolu għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2030, b'reviżjoni ta' nofs it-terminu li għandha ssir mill-Kummissjoni biex tevalwa l-operazzjoni tal-iskema u tagħmel proposti, jekk ikun adatt.



Taqsima 1

Ġestjoni tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għal taħwil ta' dwieli ġodda

Artikolu 62

Awtorizzazzjonijiet

1.  Dwieli ta' varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid ikklassifikati f’konformità mal-Artikolu 81(2) jistgħu jitħawlu jew jerġgħu jitħawlu biss jekk tingħata awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 64, 66 u 68 taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, li tikkorrispondi għal żona speċifika espressa f'ettari, wara li tintbagħat applikazzjoni mill-produtturi li tikkonforma ma' kriterji tal-eliġibbiltà oġġettivi nondiskriminatorji. Tali awtorizzazzjoni għandha tingħata mingħajr ħlas għall-produtturi.

3.  L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data li fiha jkunu ngħataw. Produttur li ma jkunx uża awtorizzazzjoni mogħtija matul il-perijodu ta' validità tagħha għandu jkun soġġett għal pieni amministrattivi kif previst fl-Artikolu 89(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

4.  Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għat-taħwil jew it-taħwil mill-ġdid ta' żoni maħsuba għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet għat-tilqim, għal żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsubin biss għall-konsum mill-membri tal-unità domestika tal-produttur tal-inbid jew għal żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid bħala riżultat ta' xiri obbligatorju fl-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali.

▼M5

5.  L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan il-Kapitolu għaż-żoni li jipproduċu l-inbid adattat għall-produzzjoni ta' spirti tal-inbid b'indikazzjoni ġeografika kif ikun irreġistrat skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ). Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, dawk iż-żoni jistgħu jiġu ttrattati bħala żoni fejn jistgħu jiġu prodotti nbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta.

▼B

Artikolu 63

Mekkaniżmu ta' salvagwardja għal taħwil ta' dwieli ġodda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli kull sena awtorizzazzjonijiet għal taħwil ta' dwieli ġodda li jikkorrispondu għal 1 % taż-żona totali attwalment bid-dwieli mħawlin fit-territorju tagħhom, kif imkejla fil-31 ta' Lulju tas-sena ta' qabel.

2.  L-Istati Membri jistgħu:

(a) 

japplikaw fil-livell nazzjonali perċentwal aktar baxx mill-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 1;

(b) 

jillimitaw il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet fil-livell reġjonali, għal żoni speċifiċi eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'denominazzjoni protetta tal-oriġini, għal żoni eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta, jew għal żoni mingħajr indikazzjoni ġeografika.

3.  Kwalunkwe waħda mil-limitazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 għandha tikkontribwixxi għal tkabbir ordnat ta' taħwil tad-dwieli, għandha tiġi stabbilita 'l fuq minn 0 %, u għandha tiġi ġustifikata minn waħda jew iktar minn dawn ir-raġunijiet speċifiċi:

(a) 

il-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta' provvista żejda ta' prodotti tal-inbid fir-rigward tal-prospetti tas-suq għal dawk il-prodotti, u ma teċċedix dak li hu neċessarju biex tiġi sodisfatta din il-ħtieġa;

(b) 

il-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta' żvalutar sinifikanti ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini partikolari jew indikazzjoni ġeografika protetta.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblika kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafu 2, li għandha tiġi debitament ġustifikata. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih b’dawk id-deċiżjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet.

Artikolu 64

Għoti ta' awtorizzazzjonijiet għal taħwil ġdid

1.  Jekk iż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli f'sena partikolari ma teċċedix iż-żona magħmula disponibbli mill-Istat Membru, għandhom jiġu aċċettati dawk l-applikazzjonijiet kollha.

L-Istati Membri jistgħu, għall-fini ta' dan l-Artikolu, japplikaw wieħed jew aktar mill-objettivi u l-kriterji nondiskriminatorji ta' eliġibbiltà li ġejjin:

(a) 

l-applikant għandu jkollu żona agrikola li mhix iżgħar miż-żona li għaliha huwa jitlob l-awtorizzazzjoni;

(b) 

l-applikant għandu jippossjedi kapaċitajiet adegwati tas-sengħa u kompetenza;

(c) 

l-applikazzjoni m'għandhiex tkun ta' riskju sinifikanti ta' miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni ta' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini speċifiċi, li għandu jkun preżunt dment li tintwera l-eżistenza ta' tali riskju mill-awtoritajiet pubbliċi;

▼M5

(ca) 

l-applikant ma jkollux dwieli mħawlin mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 71 ta' dan ir-Regolament jew mingħajr dritt ta' tħawwil kif imsemmi fl-Artikoli 85a u 85b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

▼B

(d) 

fejn ikun debitament ġustifikat, wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, dment li dawn jiġu applikati b'mod oġġettiv u nondiskriminatorju.

▼M5

2.  Jekk iż-żona totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 f'sena partikolari teċċedi ż-żona magħmula disponibbli mill-Istat Membru, għandhom jingħataw awtorizzazzjonijiet skont distribuzzjoni pro-rata ta' ettari lill-applikanti kollha abbażi taż-żona li għaliha huma jkunu talbu l-awtorizzazzjoni. Tali għoti jista' jistabbilixxi żona minima u/jew massima skont l-applikant u jsir ukoll parzjalment jew kompletament skont wieħed jew aktar mill-kriterji prijoritarji oġġettivi u nondiskriminatorji li ġejjin:

▼B

(a) 

produtturi li jkunu qegħdin jistabbilixxu t-taħwil tad-dwieli għall-ewwel darba, li jkunu stabbiliti bħala l-kap tal-azjenda (operaturi ġodda);

(b) 

żoni fejn il-vinji jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ambjent;

(c) 

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas tal-proġetti ta' konsolidazzjoni tal-art;

(d) 

żoni li qed jiffaċċjaw limitazzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi;

(e) 

is-sostenibbiltà ta' proġetti ta' żvilupp jew taħwil mill-ġdid abbażi ta' evalwazzjoni ekonomika;

(f) 

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid li jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kompetittività f'intrapriża agrikola u fil-livell reġjonali;

(g) 

proġetti bil-potenzjal li titjieb il-kwalità ta’ prodotti b’indikazzjonijiet ġeografiċi;

(h) 

żoni li għandhom jitħawlu mill-ġdid fil-qafas taż-żieda tad-daqs ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.

▼M5

2a.  Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li japplika wieħed jew aktar mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jżid il-kondizzjoni addizzjonali li l-applikant għandu jkun persuna fiżika ta' eta ta' mhux aktar minn 40 sena fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

▼M5

3.  L-Istati Membru għandhom jagħmlu pubbliċi l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a applikati minnhom u għandhom jinnotifikawhom minnufih lill-Kummissjoni.

▼B

Artikolu 65

Rwol tal-organizzazzjonijiet professjonali

Meta japplikaw l-Artikolu 63(2), Stat Membru jista’ jieħu kont tar-rakkomandazzjonijiet ippreżentati minn organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti li joperaw fis-settur tal-inbid imsemmijin fl-Artikoli 152, 156 u 157, ta' gruppi ta' produtturi interessati msemmijin fl-Artikolu 95, jew ta’ tipi oħra ta' organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti abbażi tal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, sakemm dawk ir-rakkomandazzjonijiet jkunu preċeduti minn qbil bejn il-partijiet rappreżentattivi rilevanti fiż-żona ġeografika ta’ referenza.

Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru għal mhux iktar minn tliet snin.

Artikolu 66

Taħwil mill-ġdid

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjoni b'mod awtomatiku lill-produtturi li jkunu qalgħu d-dwieli minn żona mħawla bid-dwieli mill-1 ta’ Jannar 2016 u bagħtu applikazzjoni. Tali awtorizzazzjoni għandha tikkorrispondi għall-ekwivalenti ta' dik iż-żona f’termini ta’ għelejjel puri. Iż-żoni koperti minn tali awtorizzazzjonijiet m'għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 63.

2.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lil produtturi li jimpenjaw ruħhom li jaqilgħu d-dwieli minn żona mħawla bi dwieli jekk it-taħmil taż-żona mwiegħda jitwettaq mhux aktar tard mit-tmiem tar-raba’ sena mid-data li fiha jkunu tħawlu dwieli ġodda.

3.  L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tintuża fuq l-istess azjenda li fuqha jkun twettaq il-qlugħ ta' dwieli. L-Istati Membri jistgħu, f'żoni eliġibbli għall-produzzjoni ta' mbejjed b' denominazzjonijiet protetti ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, jirrestrinġu t-tħawwil mill-ġdid, abbażi ta' rakkomandazzjoni minn organizzazzjoni professjonali f'konformità mal-Artikolu 65, għal dwieli li jikkonformaw mal-istess denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta minħabba li ż-żona tkun inqalgħet.

4.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika fil-każ ta' qlugħ ta' taħwil mhux awtorizzat.

Artikolu 67

De minimis

1.  L-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għal taħwil ta' dwieli stabbilita f'dan il-Kapitolu m'għandhiex tapplika fejn ir-reġim transizzjonali tad-dritt għat-taħwil stabbilit fis-Subtaqsima II tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma kienx japplika fil-31 ta’ Diċembru 2007.

2.  L-Istati Membri li semma r-reġim fil-paragrafu 1 li kien japplika fil-31 ta’ Diċembru 2007, u li fir-rigward tagħhom iż-żoni huma attwalment imħawla bi dwieli li ma jaqbżux 10 000 ettaru, jistgħu jiddeċiedu li ma jimplimentawx l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għal taħwil ta' dwieli stabbilita f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 68

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Id-drittijiet għat-taħwil mogħtijin lill-produtturi skont l-Artikolu 85h, l-Artikolu 85i jew l-Artikolu 85k tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qabel il-31 ta’ Diċembru 2015 li ma jintużawx minn dawk il-produtturi u jibqgħu validi sa dik id-data jistgħu jiġu konvertiti f'awtorizzazzjonijiet skont dan il-Kapitolu mill-1 ta’ Jannar 2016.

Tali konverżjoni għandha ssir fuq talba li għandha tintbagħat minn dawk il-produtturi qabel il-31 ta’ Diċembru 2015. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu lill-produtturi sabiex jippreżentaw talba bħal din sabiex jikkonvertu d-drittijiet f'awtorizzazzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2020.

2.  L-awtorizzazzjonijiet mogħtijin skont il-paragrafu 1 għandu jkollhom l-istess perijodu ta' validità tad-drittijiet għat-taħwil imsemmijin fil-paragrafu 1. Jekk dawn l-awtorizzazzjonijiet ma jintużawx, dawn għandhom jiskadu l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2018, jew, fejn Stat Membru jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023.

3.  Iż-żoni koperti minn tali awtorizzazzjonijiet m'għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 63.

Artikolu 69

Setgħat iddelegati

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 rigward:

(a) 

il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 62(4);

(b) 

ir-regoli relatati mal-kriterji msemmijin fl-Artikolu 64(1) u (2);

(c) 

iż-żieda tal-kriterji ma' dawk elenkati fl-Artikolu 64(1) u (2);

(d) 

il-koeżistenza tad-dwieli li l-produttur ikun impenja ruħu li jaqla' ma' dwieli mħawlin mill-ġdid skont l-Artikolu 66(2);

(e) 

ir-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 66(3).

Artikolu 70

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa relatati ma’:

(a) 

il-proċeduri għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet;

(b) 

ir-reġistri li għandhom jinżammu mill-Istati Membri u n-notifiki li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



Taqsima 2

Kontroll tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli

Artikolu 71

Taħwil mhux awtorizzat

1.  Il-produtturi għandhom bi spejjeż tagħhom stess jaqilgħu d-dwieli mħawlin mingħajr awtorizzazzjoni.

2.  Jekk il-produtturi ma jaqilgħux id-dwieli fi żmien erba' xhur mid-data li fiha jiġu notifikati bl-irregolarità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-qlugħ ta' tali taħwil mhux awtorizzat fi żmien sentejn wara l-iskadenza tal-perijodu ta' erba' xhur. Il-produttur ikkonċernat ikollu jħallas l-ispejjeż rilevanti.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu ta' kull sena d-daqs totali taż-żoni aċċertati li huma mħawlin bi dwieli mingħajr awtorizzazzjoni wara l-1 ta’ Jannar 2016, kif ukoll iż-żoni fejn isir il-qlugħ skont il-paragrafi 1 u 2.

4.  Produttur li ma jkunx ikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huwa għandu jkun soġġett għal pieni li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

5.  Iż-żoni mħawlin bi dwieli mingħajr awtorizzazzjoni m'għandhom jibbenefikaw minn ebda miżura ta' appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni.

Artikolu 72

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa li jistabbilixxu d-dettalji dwar ir-rekwiżiti ta’ komunikazzjoni li għandhom jikkonformaw magħhom l-Istati Membri inkluż it-tnaqqis possibbli tal-limiti baġitarji previsti fl-Anness VI fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



TITOLU II

REGOLI DWAR IL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI U L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI



KAPITOLU I

Regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni



Taqsima 1

Standards għall-kummerċjalizzazzjoni



Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet introduttorji

Artikolu 73

Kamp ta' applikazzjoni

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra applikabbli għal prodotti agrikoli, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet adottati fis-setturi veterinarji, fitosanitarjiu alimentari biex jiġi żgurat li prodotti jkunu konformi ma’ standards iġjeniċi u sanitarji u biex tiġi protetta s-saħħa tal-annimali, tal-pjanti u tal-bnedmin, din it-Taqsima tistabbilixxi r-regoli fir-rigward tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni. Dawk ir-regoli għandhom ikunu maqsuma bejn regoli obbligatorji u termini riżervati fakultattivi għal prodotti agrikoli.



Subtaqsima 2

Standards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott

Artikolu 74

Prinċipju ġenerali

Il-prodotti li għalihom ġew stabbiliti standards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew skont il-prodott f'konformità ma' din it-Taqsima ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni ħlief jekk jikkonformaw ma' dawk l-istandards.

Artikolu 75

Stabbiliment u kontenut

1.  L-Istandards tat-tqegħid fis-suq jistgħu japplikaw għal wieħed jew iktar mis-setturi u l-prodotti li ġejjin:

(a) 

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel;

(b) 

frott u ħxejjex;

(c) 

prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati;

(d) 

banana;

(e) 

pjanti ħajjin;

(f) 

bajd;

(g) 

laħam tat-tjur;

(h) 

xaħmijiet li jistgħu jiddelku maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(i) 

ħops.

2.  Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll il-kwalità tal-prodotti agrikoli koperti mill-paragrafi 1 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni minn setturi jew prodotti, fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll derogi u eżenzjonijiet minn standards bħal dawn sabiex tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu b’mod kostanti, għall-esiġenzi li jevolvu tal-konsumaturi, għall-iżviluppi fi standards internazzjonali rilevanti u biex tevita li jinħolqu ostakoli għall-innovazzjoni ta’ prodotti.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin jew aktar stabbiliti skont is-settur jew il-prodott u skont il-karatteristiċi ta' kull settur, il-ħtieġa li jiġi rregolat it-tqegħid fis-suq u l-kundizzjonijiet iddefiniti fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu:

(a) 

id-definizzjonijiet, id-denominazzjoni u d-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ tekniċi għas-setturi minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 78;

(b) 

kriterji ta’ klassifikazzjoni bħal gradazzjoni skont il-klassijiet, il-piż, id-daqs, iż-żmien u l-kategorija;

(c) 

l-ispeċi, il-varjetà ta’ pjanti jew ir-razza ta’ annimali jew it-tip kummerċjali;

(d) 

il-preżentazzjoni, it-tikkettar relatat ma’ standards obbligatorji tal-kummerċjalizzazzjoni, l-imballaġġ, ir-regoli li għandhom jiġu applikati b’rabta ma’ ċentri ta’ imballaġġ, immarkar, sena ta’ ħsad u użu ta’ termini speċifiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli minn 92 sa 123;

(e) 

il-kriterji bħad-dehra, il-konsistenza, il-konformazzjoni, il-karatteristiċi ta’ prodotti u l-perċentwali tal-kontenut tal-ilma;

(f) 

sustanzi speċifiċi użati fil-produzzjoni, jew komponenti jew kostitwenti, inkluż il-kontenut kwantitattiv, purità u identifikazzjoni tagħhom;

(g) 

it-tip ta’ biedja u l-metodu ta’ produzzjoni inklużi prattiki enoloġiċi u sistemi avvanzati ta' produzzjoni sostenibbli;

(h) 

taħlit ta’ most u nbid, inklużi definizzjonijiet tagħhom, taħlit u restrizzjonijiet dwarhom;

(i) 

il-frekwenza tal-ġbir, il-konsenja, il-preservazzjoni u l-manipulazzjoni, il-metodu ta’ konservazzjoni u t-temperatura, il-ħażna u t-trasport;

(j) 

il-post agrikolu u/jew l-oriġini, eskluż il-laħam tat-tjur u x-xaħmijiet li jistgħu jiddelku;

(k) 

ir-restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu ta’ ċerti sustanzi u prattiki;

(l) 

l-użu speċifiku;

(m) 

il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-disponiment, iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ prodotti li ma jkunux konformi mal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni adottati skont il-paragrafu 1 jew mad-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ kif imsemmija fl-Artikolu 78, kif ukoll id-disponiment ta’ prodotti sekondarji.

4.  Minbarra l-paragrafu 1, l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni jistgħu japplikaw għas-settur tal-inbid. Il-punti (f), (g), (h), (k) u (m) tal-paragrafu 3 għandhom japplikaw għal dak is-settur.

5.  L-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 84 sa 88 u l-Anness IX u għandhom jieħdu kont ta':

(a) 

il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott konċernat;

(b) 

il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għall-iffaċilitar tat-tqegħid tal-prodotti fis-suq;

(c) 

l-interess tal-produtturi li jikkomunikaw il-karatteristiċi tal-prodott u tal-biedja, u l-interess tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni adegwata u trasparenti dwar il-prodotti, inkluż il-post agrikolu li għandu jkun iddeterminat abbażi ta’ każ b'każ fil-livell ġeografiku adatt, wara li titwettaq evalwazzjoni ta', b'mod partikolari, l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi, u l-vantaġġi offruti lill-produtturi u l-konsumatur aħħari;

(d) 

il-metodi disponibbli biex jiġu ddeterminati l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti;

(e) 

ir-rakkomandazzjonijiet standard ta’ korpi internazzjonali;

(f) 

il-ħtieġa li jiġu ppreservati l-karatteristiċi naturali u essenzjali tal-prodotti u li jiġi evitat li tinħoloq bidla sostanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

6.  Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u l-ħtieġa li jittejbu l-kwalità u l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 biex tiġi modifikata l-lista ta' setturi fil-paragrafu 1. Tali atti ddelegati għandhom ikunu strettament limitati għall-ħtiġijiet murija li jirriżultaw mill-bżonnijiet tal-konsumatur li qed jevolvu, progress tekniku jew il-ħtieġa għal innovazzjoni tal-prodott, u għandhom ikunu soġġetti għal rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa, b'mod partikolari, il-ħtiġijiet tal-konsumatur, l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi inkluż l-impatt fuq is-suq intern u fuq il-kummerċ internazzjonali, u l-benefiċċji offruti lill-produtturi u lill-konsumatur aħħari.

Artikolu 76

Rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

1.  Barra minn hekk, fejn rilevanti għall-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni applikabbli msemmija fl-Artikolu 75, il-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex li huma maħsuba li jinbigħu friski lill-konsumatur, jistgħu jiġu kummerċjalizzati biss jekk ikunu ta' kwalità tajba, ġusta u kummerċjabbli u jekk il-pajjiż ta’ oriġini huwa indikat.

2.  L-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll kwalunkwe standard tal-kummerċjalizzazzjoni applikabbli għas-settur tal-frott u l-ħxejjex f'konformità ma' din is-subtaqsima, għandhom japplikaw f’kull stadju tal-kummerċjalizzazzjoni inkluż l-importazzjoni u l-esportazzjoni, u jistgħu ikopru l-kwalità, il-kategorizzazzjoni, il-piż, id-daqs, l-ippakkjar, l-imballaġġ, il-ħażna, it-trasport, il-preżentazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni.

3.  Id-detentur ta’ prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex koperti mill-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni ma għandux jesponi tali prodotti, joffrihom għall-bejgħ, jew iqassamhom jew jikkummerċjalizzahom bi kwalunkwe mod ieħor fl-Unjoni ħlief f’konformità ma’ dawk l-istandards u għandu jkun responsabbli għall-iżgurar ta’ tali konformità.

4.  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni tajba tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u sabiex tieħu kont ta' ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar derogi speċifiċi f'dan l-Artikolu li huma neċessarji għall-applikazzjoni tajba tiegħu.

Artikolu 77

Ċertifikazzjoni għall-ħops

1.  Fejn rilevanti, minbarra l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni applikabbli, il-prodotti tas-settur tal-hops maħsudin jew imħejjijin fl-Unjoni, għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta' ċertifikazzjoni skont dan l-Artikolu.

2.  Iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu biss għal prodotti li għandhom il-karatteristiċi kwalitattivi minimi adatti għal stadju speċifiku tal-kummerċjalizzazzjoni. Fil-każ ta' trab tal-ħops, trab tal-ħops b'kontenut ogħla ta' lupulina, estratt tal-ħops u prodotti mħallta tal-ħops, iċ-ċertifikat jista' jinħareġ biss jekk il-kontenut ta' aċidu alfa f'dawn il-prodotti ma jkunx aktar baxx minn dak tal-ħops li minnhom ikunu tħejjew.

3.  Iċ-ċertifikati għandhom jindikaw tal-inqas:

(a) 

il-post(ijiet) ta’ produzzjoni tal-ħops;

(b) 

is-sena (snin) ta’ ħsad; u

(c) 

il-varjetà jew varjetajiet.

4.  Il-prodotti mis-settur tal-ħops jista' jiġi kummerċjalizzat jew esportat biss jekk dan ikun kopert minn ċertifikat maħruġ f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Fil-każ ta’ prodotti importati tas-settur tal-ħops, l-attestazzjoni stipulata fl-Artikolu 190(2) għandha titqies bħala ekwivalenti għal dak iċ-ċertifikat.

5.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistipulaw miżuri li jidderogaw mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu:

(a) 

sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet kummerċjali ta’ ċerti pajjiżi terzi; jew

(b) 

għal prodotti intenzjonati għal użi speċjali.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom:

(i) 

ma jkunux ta’ preġudizzju għall-kummerċjalizzazzjoni normali tal-prodotti li għalihom ikun inħareġ iċ-ċertifikat; u

(ii) 

ikunu akkumpanjati b’garanziji maħsuba biex jevitaw kwalunkwe konfużjoni ma’ dawk il-prodotti.

Artikolu 78

Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ għal ċerti setturi u prodotti

1.  Fejn rilevanti, minbarra l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni applikabbli, id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjoni tal-bejgħ previsti fl-Anness VII għandhom japplikaw għas-setturi jew il-prodotti li ġejjin:

(a) 

laħam taċ-ċanga u vitella;

(b) 

inbid;

(c) 

ħalib u prodotti tal-ħalib maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(d) 

laħam tat-tjur;

(e) 

bajd;

(f) 

xaħmijiet li jistgħu jiddellku maħsubin għall-konsum mill-bniedem; u

(g) 

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel;

2.  Id-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet jew id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ imsemmija fl-Anness VII ma jistgħux jintużaw fl-Unjoni ħlief għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott li jkun konformi mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti f’dak l-Anness.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar il-bidla, deroga jew eżenzjoni għad-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness VII. Dawk l-atti ddelegati għandhom ikunu strettament limitati għall-ħtiġijiet evidenti li jirriżultaw mill-bżonnijiet tal-konsumatur li dejjem qed jevolvu, progress tekniku jew il-ħtieġa għall-innovazzjoni tal-prodotti.

4.  Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-Istati Membri jifhmu b'mod ċar u tajjeb id-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ previsti fl-Anness VII, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 rigward ir-regoli dwar l-ispeċifikazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom.

5.  Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi u l-evoluzzjoni tas-suq tal-prodotti tal-ħalib, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 biex jiġu speċifikati l-prodotti tal-ħalib li fir-rigward tagħhom għandha tiġi ddikjarata l-ispeċi tal-annimali li minnhom joriġina il-ħalib, jekk mhix tal-ifrat, u biex tistabbilixxi r-regoli neċessarji.

Artikolu 79

Tolleranza

1.  Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi ta' kull prodott jew settur, l-istadji kummerċjali differenti, il-kundizzjonijiet tekniċi, kull diffikultà prattika konsiderevoli li jista' jkun hemm, kif ukoll l-eżattezza u r-repetibbiltà tal-metodi ta' analiżi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar tolleranza għal standard speċifiku wieħed jew aktar li lil hinn minnhom il-lott kollu ta’ prodotti għandu jitqies li ma jkunx josserva dak l-istandard.

2.  Meta jiġu adottati l-atti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-ħtieġa li ma jinbidlux il-karatteristiċi intrinsiċi tal-prodott u biex jiġi evitat it-tnaqqis fil-kwalità tiegħu.

Artikolu 80

Prattiki enoloġiċi u metodi ta’ analiżi

1.  Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati skont l-Anness VIII u msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 75(3) u fl-Artikolu 83(2) u (3) biss għandhom jintużaw fil-produzzjoni u l-konservazzjoni ta’ prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VII fl-Unjoni.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal:

(a) 

meraq tal-għeneb u meraq konċentrat tal-għeneb; u

(b) 

most tal-għeneb u most konċentrat tal-għeneb maħsubin għat-tħejjija ta’ meraq tal-għeneb.

Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati għandhom jintużaw biss biex jiġi żgurat li l-qlib tal-meraq tal-għeneb f’inbid isir sewwa, u li l-prodott jiġi ppreservat sewwa u raffinat sewwa.

Il-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VII għandhom jiġu prodotti fl-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness VIII.

2.  Il-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VII ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni jekk:

(a) 

ikunu għaddew minn prattiki enoloġiċi tal-Unjoni mhux awtorizzati;

(b) 

ikunu għaddew minn prattiki enoloġiċi nazzjonali mhux awtorizzati, jew

(c) 

ma jkunux konformi mar-regoli stabbiliti fl-Anness VIII.

Il-prodotti tal-għeneb tal-inbid li mhumiex kummerċjabbli bi qbil mal-ewwel subparagrafu għandhom jinqerdu. Permezz ta’ deroga minn din ir-regola, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta’ tali prodotti, fejn huma għandhom jiddeterminaw il-karatteristiċi tagħhom, minn distilleriji jew fabbriki tal-ħall jew għal skopijiet industrijali, sakemm din l-awtorizzazzjoni ma ssirx inċentiv għall-produzzjoni ta' prodotti tal-għened tal-inbid permezz ta’ prattiki enoloġiċi mhux awtorizzati.

3.  Meta tawtorizza prattiki enoloġiċi għall-inbid kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 75(3), il-Kummissjoni għandha:

(a) 

tieħu kont tal-prattiki enoloġiċi u metodi ta’ analiżi rakkomandati u ppubblikati mill-OIV, kif ukoll fuq ir-riżultati ta’ użu sperimentali ta’ prattiki enoloġiċi li għadhom mhux awtorizzati;

(b) 

tieħu kont tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

(c) 

tqis li jista’ jkun hemm riskju li konsumaturi jiġu żgwidati minħabba l-perċezzjoni stabbilita sew tal-prodott u l-aspettattivi korrispondenti tagħhom, wara li jkunu kkunsidrati d-disponibbiltà u l-fattibbiltà ta’ mezzi informattivi li jippermettu li riskji bħal dawn ikunu esklużi;

(d) 

tħalli l-preservazzjoni tal-karatteristiċi naturali u essenzjali tal-inbid u ma toħloqx bidla sostanzjali fil-kompożizzjoni tal-prodott konċernat;

(e) 

tiżgura livell minimu aċċettabbli ta’ kura ambjentali;

(f) 

tħares ir-regoli ġenerali fir-rigward ta’ prattiki enoloġiċi u r-regoli stabbiliti fl-Anness VIII.

4.  Sabiex tiżgura trattament korrett ta' prodotti tal-inbid mhux kummerċjabbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 rigward regoli dwar il-proċeduri nazzjonali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, u d-derogi minnhom fir-rigward tal-irtirar jew il-qerda ta' prodotti tal-inbid li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti.

5.  Il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-metodi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 75(5) għall-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VII. Dawn il-metodi għandhom ikunu bbażati fuq kwalunkwe metodu rilevanti rakkomandat u ppubblikat mill-OIV, sakemm ma jkunux ineffikaċi jew mhux xierqa fid-dawl tal- objettiv persegwit mill-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Sakemm jiġu adotatti dawn l-atti ta' implimentazzjoni, il-metodi u r-regoli li għandhom jiġu użati għandhom ikunu dawk permessi mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 81

Varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid

1.  Il-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness VII li jsiru fl-Unjoni għandhom ikunu magħmulin minn varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid klassifikabbli skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.  Soġġett għall-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw liema varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid jistgħu jitħawlu, jitħawlu mill-ġdid jew jitlaqqmu fit-territorji tagħhom għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid.

Huma biss il-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu kklassifikati mill-Istati Membri:

(a) 

il-varjetà konċernata tkun tal-ispeċi Vitis vinifera jew tkun ġejja minn inkroċju bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġenus Vitis;

(b) 

il-varjetà ma tkunx waħda minn dawn li ġejjin: Noè, Otello, Isabelle, Jacquez, Clinton u Herbemont.

Meta varjetà ta’ għeneb tal-inbid titħassar mill-klassifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-qlugħ ta’ dwieli ta’ din il-varjetà għandu jsir fi żmien 15-il sena mit-tħassir tagħha.

3.  L-Istati Membri li l-produzzjoni tal-inbid tagħhom ma taqbiżx 50 000 ettolitru kull sena ta’ għasra, ikkalkulati abbażi tal-produzzjoni medja matul l-aħħar ħames snin ta’ għasra, għandhom ikunu eżenti mill-obbligu ta’ klassifikazzjoni previst fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

Madankollu, anke f'dawk l-Istati Membri, varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li jkunu konformi mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 biss jistgħu jitħawlu, jitħawlu mill-ġdid jew jitlaqqmu għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid.

4.  B’deroga mill-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 2 u mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, it-tħawwil, it-tħawwil mill-ġdid u t-tilqim tal-varjetajiet li ġejjin ta’ għeneb tal-inbid għandhom jitħallew isiru mill-Istati Membri għal riċerka xjentifika u finijiet sperimentali:

(a) 

varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li mhumiex ikklassifikati, fil-każ tal-Istati Membri ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 3;

(b) 

varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li mhumiex konformi mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 fil-każ tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3

5.  Żoni b’varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid għall-fini tal-produzzjoni tal-inbid imħawlin bi ksur tal-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jinqalgħulhom id-dwieli tagħhom.

Madankollu, ma għandux ikun hemm obbligu ta’ qlugħ ta’ dwieli minn żoni bħal dawn meta l-produzzjoni rilevanti tkun maħsuba esklużivament għal konsum fid-djar tal-produtturi tal-inbid.

Artikolu 82

Użu speċifiku tal-inbid li mhux konformi mal-kategoriji elenkati fil-Parti II tal-Anness VII

Għajr għal inbid fil-fliexken li fir-rigward tiegħu jkun hemm prova li l-ibbottiljar kien sar qabel l-1 ta’ Settembru 1971, l-inbid magħmul minn varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid elenkati fil-klassifikazzjonijiet magħmula skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 81(2) iżda li ma jkunx konformi ma’ waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VII għandu jintuża biss għal konsum fid-djar tal-produtturi individwali tal-inbid, għall-produzzjoni ta’ ħall tal-inbid jew għad-distillazzjoni.

Artikolu 83

Regoli nazzjonali għal ċerti prodotti u setturi

1.  Minkejja l-Artikolu 75(2), l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali li jistabbilixxu livelli differenti tal-kwalità għal xaħmijiet li jiddellku. Tali regoli għandhom jippermettu li dawk il-livelli tal-kwalità jiġu vvalutati abbażi ta’ kriterji relatati, partikolarment, mal-materja prima użata, mal-karatteristiċi organolettiċi tal-prodotti u mal-istabbiltà fiżika u mikrobijoloġika tagħhom.

Stati Membri li jagħmlu użu mill-għażla prevista fl-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw li prodotti ta’ Stati Membri oħra li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn dawk ir-regoli nazzjonali jkunu jistgħu, b’mod mhux diskriminatorju, jużaw termini li jiddikjaraw li dawk il-kriterji jkunu ġew osservati.

2.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti prattiki enoloġiċi u jagħmlu regoli aktar stretti għall-inbejjed awtorizzati skont id-dritt tal-Unjoni magħmul fit-territorju tagħhom bil-għan li jsaħħu aktar il-preservazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-inbejjed b’denominazzjoni protetta ta' oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta u tal-inbejjed frizzanti u nbejjed likuri.

3.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu sperimentali ta’ prattiki onoloġiċi mhux awtorizzati.

4.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u trasparenti ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll il-kundizzjonijiet għaż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu tal-prodotti miksubin mill-prattiki sperimentali msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

5.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu biss id-dispożizzjonijiet nazzjonali addizzjonali dwar prodotti koperti minn standard tal-kummerċjalizzazzjoni tal-Unjoni jekk dawk id-dispożizzjonijiet jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju tal-moviment liberu tal-oġġetti, u soġġett għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ).



Subtaqsima 3

Termini riżervati fakultattivi

Artikolu 84

Dispożizzjoni ġenerali

Għandha tiġi stabbilita skema għat-termini riżervati fakultattivi skont is-settur jew il-prodott sabiex ikun aktar faċli għall-produtturi ta' prodotti agrikoli li jkollhom karatteristiċi jew attributi li jżidu l-valur biex jikkomunikaw dawn il-karatteristiċi jew l-attributi fis-suq intern, u partikolarment biex jappoġġaw u jikkumplimentaw l-istandards speċifiċi għall-kummerċjalizzazzjoni.

Din is-Subtaqsima ma għandhiex tapplika għall-prodotti tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 92(1).

Artikolu 85

Termini riżervati fakultattivi eżistenti

1.  It-termini riżervati fakultattivi koperti minn din l-iskema fi tal-20 ta’ Diċembru 2013 huma elenkati fl-Anness IX u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom għandhom ikunu stabbiliti skont il-punt (b) tal-Artikolu 86.

2.  It-termini riżervati fakultattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ, soġġetti għal kwalunkwe emenda, sakemm ma jitħassrux skont l-Artikolu 86.

Artikolu 86

Riżervar, emendar u kanċellazzjoni tat-termini riżervati fakultattivi

Sabiex jittieħed kont tal-aspettattivi tal-konsumaturi, l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, is-sitwazzjoni tas-suq u l-iżviluppi fl-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni u fl-istandards internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227, li:

(a) 

jirriżervaw terminu riżervat fakultattiv addizzjonali, filwaqt li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-użu tiegħu;

(b) 

jemendaw il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ terminu riżervat fakultattiv; jew

(c) 

iħassru terminu riżervat fakultattiv.

Artikolu 87

Termini riżervati fakultattivi addizzjonali

1.  Terminu għandu jkun eliġibbli li jsir riżervat bħala terminu riżervat fakultattiv addizzjonali fil-każ biss li jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

it-terminu jkun relatat ma' karatteristika ta' prodott jew ma' attribut tal-agrikoltura jew tal-ipproċessar u jkun relatat ma' settur jew prodott;

(b) 

l-użu tat-terminu jippermetti komunikazzjoni aktar ċara tal-valur miżjud tal-prodott permezz tal-karatteristiċi speċifiċi jew l-attributi tal-agrikoltura jew tal-ipproċessar tiegħu;

(c) 

meta l-prodott jitqiegħed fis-suq, il-karatteristika jew l-attribut tiegħu msemmija fil-punt (a) ikunu identifikabbli mill-konsumaturi f'diversi Stati Membri;

(d) 

il-kundizzjonijiet u l-użu tat-terminu jkunu konformi mad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) jew ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

Meta tintroduċi terminu riżervat fakultattiv addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' kwalunkwe standard internazzjonali rilevanti u tat-termini riżervati eżistenti għall-prodotti jew għas-setturi involuti.

2.  Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi ta' ċerti setturi kif ukoll tal-aspettattivi tal-konsumatur, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistipulaw dettalji ulterjuri dwar ir-rekwiżiti għall-introduzzjoni ta' terminu riżervat fakultattiv addizzjonali, imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 88

Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' termini riżervati fakultattivi

1.  Terminu riżervat fakultattiv jista’ jintuża biss biex jiddeskrivi prodotti li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-użu applikabbli.

2.  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri adatti biex jiżguraw li t-tikketta ta' prodott ma toħloq l-ebda konfużjoni mat-termini riżervati fakultattivi.

3.  Sabiex tiżgura li l-prodotti deskritti permezz tat-termini riżervati fakultattivi jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tal-użu applikabbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistipulaw regoli addizzjonali dwar l-użu ta' termini riżervati fakultattivi.



Subtaqsima 4

Standards għall-kummerċjalizzazzjoni relatati mal-importazzjoni u l-esportazzjoni

Artikolu 89

Dispożizzjonijiet ġenerali

Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċifil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi u l-karattru speċjali ta' ċerti prodotti agrikoli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 fir-rigward ta':

(a) 

il-kundizzjonijiet li bihom prodotti importati jitqiesu li jkollhom livell ekwivalenti ta’ konformità mal-istandards tal-Unjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u l-kundizzjonijiet li jippermettu deroga mill-Artikolu 74; u

(b) 

ir-regoli fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni għal prodotti esportati mill-Unjoni.

Artikolu 90

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ nbid

1.  Għajr li ma jkunx previst mod ieħor fi ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE, id-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ denominazzjoni ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi u tikkettar ta’ nbid stabbiliti fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, u d-definizzjonijiet, id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ imsemmija fl-Artikolu 78 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal prodotti importati fl-Unjoni u li jkunu jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2009 61 , 2009 69 u 2204 .

2.  Għajr li ma jkunx previst mod ieħor fi ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE, il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu prodotti f'konformità mal-prattiki enoloġiċi awtorizzati mill-Unjoni skont dan ir-Regolament jew, qabel l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 80(3), magħmulin skont prattiki enoloġiċi rakkomandati u ppubblikati mill-OIV.

3.  L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’:

(a) 

ċertifikat li juri konformità mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, magħmul minn korp kompetenti u inkluż f’lista li għandha ssir pubblika mill-Kummissjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott;

(b) 

rapport ta’ analiżi magħmul minn korp jew dipartiment maħtur mill-pajjiż ta’ oriġini tal-prodott, jekk il-prodott ikun maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem.



Subtaqsima 5

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 91

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li:

►C2  (a) 

jistabbilixxu lista ta' ħalib u prodotti tal-ħalib imsemmija fit- tieni paragrafu tal-punt 5 tal-Parti III tal-Anness VII, u ta' xaħmijiet li jiddellku msemmija fil-punt (a) tas-sitt paragrafu tal-punt I tal-Parti VII tal-Anness VII, ◄ abbażi ta’ listi indikattivi ta’ prodotti li l-Istati Membri jqisu li jikkorrispondu, fit-territorju tagħhom, għal dawk id-dispożizzjonijiet u li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni;

(b) 

jistabbilixxu regoli għall-implimentazzjoni tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni skont is-settur jew il-prodott;

(c) 

jistabbilixxu regoli biex jiġi ddeterminat jekk prodotti jkunux għaddew minn proċessi kuntrarji għall-prattiki enoloġiċi awtorizzati;

(d) 

jistabbilixxu regoli għall-metodi ta' analiżi biex jiġu ddeterminata l-karatteristiċi tal-prodotti;

(e) 

jistabbilixxu regoli għall-iffissar tal-livell ta’ tolleranza;

(f) 

jistabbilixxu regoli għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 89;

(g) 

jistabbilixxu regoli għall-identifikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-produttur u/jew il-faċilitajiet industrijali li fihom il-prodott ikun tħejja u ġie pproċessat, għall-proċeduri ta' ċertifikazzjoni u għad-dokumenti kummerċjali, id-dokumenti ta' akkumpanjament u r-rekords li għandhom jinżammu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



Taqsima 2

Denominazzjonijiet tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid



Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet introduttorji

Artikolu 92

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Ir-regoli dwar denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali stabbiliti f’din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-prodotti msemmija fil-punti 1, 3 sa 6, 8, 9, 11, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII.

2.  Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq:

(a) 

il-protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-produtturi;

(b) 

l-iżgurar tal-operazzjoni mingħajr diffikultajiet tas-suq intern għall-prodotti konċernati;

(c) 

il-promozzjoni tal-produzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità imsemmija f'din it-Taqsima, waqt li jitħallew miżuri nazzjonali ta’ politika tal-kwalità.



Subtaqsima 2

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi

Artikolu 93

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“denominazzjoni ta’ oriġini” tfisser l-isem ta’ reġjun, post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikabbli kif adatt, ta’ pajjiż użat biex ikun deskritt prodott imsemmi fl-Artikolu 92(1) li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott ikunu essenzjalment jew esklużivament dovuti għal ambjent ġeografiku partikolari bil-fatturi inerenti naturali u umani tiegħu;

(ii) 

l-għeneb li minnu jsir il-prodott jiġi esklużivament minn dik iż-żona ġeografika;

(iii) 

il-produzzjoni ssir f’dik iż-żona ġeografika; u

(iv) 

il-prodott jinkiseb minn varjetajiet ta’ dwieli li jkunu ta’ Vitis vinifera;

(b) 

“indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzjoni li tirreferi għal reġjun, post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikabbli kif adatt, pajjiż, użata biex tiddeskrivi prodott imsemmi fl-Artikolu 92(1) li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i) 

ikollu kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi attribwibbli lil dik l-oriġini ġeografika;

(ii) 

tal-anqas 85 % tal-għeneb użat għall-produzzjoni tiegħu jiġi esklużivament minn dik iż-żona ġeografika;

(iii) 

il-produzzjoni tiegħu ssir f’dik iż-żona ġeografika; u

(iv) 

isir minn varjetajiet ta’ dwieli ta’ Vitis vinifera jew minn inkroċju bejn l-ispeċi Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġenus Vitis.

2.  Ċerti ismijiet tradizzjonalment użati għandhom jikkostitwixxu denominazzjoni ta’ oriġini fejn huma:

(a) 

jiddenominaw inbid;

(b) 

jirreferu għal isem ġeografiku;

(c) 

jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a)(i) sa (iv) tal-paragrafu 1; u

(d) 

għaddew mill-proċedura li ttihom protezzjoni għal denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi stabbilita f’din is-Subtaqsima.

3.  Id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi dawk relatati ma’ żoni ġeografiċi f’pajjiżi terzi, għandhom ikunu eliġibbli għal protezzjoni fl-Unjoni skont ir-regoli stabbiliti f’din is-Subtaqsima.

4.  Il-produzzjoni kif imsemmija fil-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1 għandha tkopri l-operazzjonijiet kollha involuti, mill-ħsad tal-għeneb sat-tmiem tal-proċessi tal-produzzjoni tal-inbid, ħlief għal kwalunkwe proċess li jiġi wara l-produzzjoni.

5.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, il-porzjon massimu tal-għeneb ta’ 15 %, li jista’ joriġina minn barra ż-żona demarkata għandu jiġi mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz li fih tkun tinsab iż-żona demarkata.

Artikolu 94

Applikazzjonijiet għal protezzjoni

1.  L-applikazzjonijiet għal protezzjoni ta’ ismijiet bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom jinkludu fajl tekniku li jkun fih:

(a) 

l-isem li għandu jiġi protett;

(b) 

l-isem u l-indirizz tal-applikant;

(c) 

speċifikazzjoni ta’ prodott kif imsemmi fil-paragrafu 2; u

(d) 

dokument wieħed li jiġbor fil-qosor l-ispeċifikazzjoni ta’ prodott imsemmija fil-paragrafu 2.

2.  L-ispeċifikazzjoni ta’ prodott għandha tgħin lill-partijiet interessati biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni relatati mad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

L-ispeċifikazzjoni ta' prodott għandha, tal-anqas, tkun magħmula minn:

(a) 

l-isem li għandu jiġi protett;

(b) 

deskrizzjoni tal-inbid jew inbejjed:

(i) 

fir-rigward tad-denominazzjoni ta' oriġini, il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi ewlenin tagħhom;

(ii) 

fir-rigward tal-indikazzjoni ġeografika, il-karatteristiċi analitiċi ewlenin tagħhom, kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom;

(c) 

fejn applikabbli, il-prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed, kif ukoll ir-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom;

(d) 

id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika konċernata;

(e) 

l-ammonti massimi ta’ produzzjoni għal kull ettaru;

(f) 

indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li minnhom jinkiseb l-inbid jew l-inbejjed;

(g) 

id-dettalji li juru r-rabta msemmija fil-punt (a)(i) jew fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1), skont il-każ;

(h) 

ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali, jew, fejn previst mill-Istati Membri, minn organizzazzjoni li jkollha f’idejha l-ġestjoni tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta, filwaqt li jitqies il-fatt li t-tali rekwiżiti għandhom ikunu oġġettivi, mhux diskriminatorji u kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni;

(i) 

l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u l-kompiti speċifiċi tagħhom.

3.  Fejn l-applikazzjoni għal protezzjoni tkun tirrigwarda żona ġeografika f’pajjiż terz, hija għandha tkun, tinkludi, b’żieda mal-elementi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, prova li l-isem konċernat ikun protett fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.

Artikolu 95

Applikanti

1.  Kwalunkwe grupp ta’ produtturi interessati jew, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikabbli kif adatt, produttur wieħed, jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika. Partijiet interessati oħra jistgħu jipparteċipaw fl-applikazzjoni.

2.  Il-produtturi jistgħu japplikaw għal protezzjoni biss ta’ nbejjed li jipproduċu huma.

3.  Fil-każ ta’ isem li jindika żona ġeografika transkonfinali jew isem tradizzjonali marbut ma’ żona ġeografika transkonfinali, tista’ tiġi ppreżentata applikazzjoni konġunta.

Artikolu 96

Proċedura nazzjonali preliminari

1.  Applikazzjonijiet għal protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika għal inbejjed li joriġinaw fl-Unjoni, għandhom ikunu soġġetti għal proċedura nazzjonali preliminari.

2.  L-applikazzjoni għall-protezzjoni għandha tintbagħat lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu toriġina d-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika.

3.  L-Istat Membru li lilu tintbagħat l-applikazzjoni għal protezzjoni għandu jeżaminaha sabiex jivverifika jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima.

Dak l-Istat Membru għandu jesegwixxi proċedura nazzjonali sabiex jiżgura l-pubblikazzjoni adegwata tal-applikazzjoni u jipprevedi tal-anqas perijodu ta’ xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni li fiha kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun residenti jew stabbilita fit-territorju tiegħu tkun tista’ toġġezzjona għall-protezzjoni proposta billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata lil dak l-Istat Membru.

4.  Jekk l-Istat Membru li qed jivvaluta l-applikazzjoni jqis li d-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima jew tkun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, huwa għandu jiċħad l-applikazzjoni.

5.  Jekk l-Istat Membru li qed jivvaluta l-applikazzjoni jqis li r-rekwiżiti jkunu ġew sodisfatti, huwa għandu jesegwixxi proċedura nazzjonali li tiżgura pubblikazzjoni adegwata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-anqas fuq l-Internet u tgħaddi l-applikazzjoni lill-Kummissjoni.

Artikolu 97

Skrutinju mill-Kummissjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika d-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

2.  Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-applikazzjonijiet għal protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 94 jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima.

3.  Fejn il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima jkunu ġew issodisfati, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni jikkonċerna l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tad-dokument uniku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 94(1) u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott magħmula waqt il-proċedura nazzjonali preliminari. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

4.  Fejn il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima ma jkunux ġew sodisfatti, hija għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiċħdu l-applikazzjoni.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 98

Proċedura għall-oġġezzjoni

Fi żmien xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dokument uniku kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 94(1), kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun residenti jew stabbilita fi Stat Membru minbarra dak li jkun qed japplika għall-protezzjoni jew f’pajjiż terz, jistgħu joġġezzjonaw għall-protezzjoni proposta billi jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni debitament motivata fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kif stabbiliti f’din is-Subtaqsima.

F’każ ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi residenti jew stabbiliti f’pajjiżi terzi, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata, jew direttament jew permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż terz ikkonċernat, fl-iskadenza ta' xahrejn imsemmija fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 99

Deċiżjoni fuq il-protezzjoni

Abbażi tal-informazzjoni li jkollha l-Kummissjoni malli titlesta l-proċedura ta’ oġġezzjoni msemmija fl-Artikolu 98, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jew jagħtu protezzjoni għad-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subtaqsima u li tkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, jew li jiċħdu l-applikazzjoni fejn dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew sodisfatti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 100

Omonimi

1.  Isem li għalih tkun ippreżentata applikazzjoni u li jkun parzjalment jew kollu omonimu għal isem diġà reġistrat skont dan ir-Regolament għandu jiġi rreġistrat waqt li jittieħed kont dovut tal-użu lokali u tradizzjonali u ta' kwalunkwe riskju ta’ konfużjoni.

Isem omonimu li jiżgwida lill-konsumatur biex jemmen li prodotti jiġu minn territorju ieħor, ma għandux jiġi rreġistrat ukoll jekk l-isem ikun eżatt fir-rigward tat-territorju, ir-reġjun jew il-post propju ta’ oriġini ta' dawk il-prodotti kkonċernati.

Isem omonimu reġistrat jista' jintuża biss jekk ikun hemm distinzjoni biżżejjed fil-prattika bejn l-omonimu reġistrat wara u l-isem diġà fir-reġistru, wara li titqies il-ħtieġa li l-produtturi konċernati jiġu ttrattati b’mod ekwu u l-ħtieġa li l-konsumatur ma jiġix żgwidat.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis jekk isem li għalih tkun ippreżentata applikazzjoni jkun parzjalment jew kollu omonimu ma’ indikazzjoni ġeografika protetta fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri.

3.  Fejn l-isem ta’ varjetà ta’ għeneb tal-inbid ikun fih jew ikun jikkonsisti minn denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, dak l-isem ma għandux jintuża għall-finijiet ta’ tikkettar ta’ prodotti agrikoli.

Sabiex jittieħed kont tal-prattiki ta' tikkettar eżistenti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu eċċezzjonijiet minn dik ir-regola.

4.  Il-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti koperti mill-Artikolu 93 ta' dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li japplikaw għal xorb spirituż kif iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).

Artikolu 101

Raġunijiet addizzjonali għaċ-ċaħda tal-protezzjoni

1.  Isem li jkun sar ġeneriku ma għandux ikun protett bħala denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika.

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “isem li jkun sar ġeneriku” tfisser l-isem ta’ nbid li, għalkemm ikun relatat mal-post jew mar-reġjun fejn dan il-prodott kien oriġinarjament prodott jew imqiegħed fis-suq, ikun sar l-isem komuni ta’ nbid fl-Unjoni.

Biex jiġi stabbilit jekk isem ikunx sar ġeneriku jew le, għandhom jitqiesu l-fatturi rilevanti, partikolarment:

(a) 

is-sitwazzjoni eżistenti fl-Unjoni, l-aktar fiż-żoni ta’ konsum;

(b) 

il-liġi rilevanti tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

2.  Isem ma għandux ikun protett bħala denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika fejn, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama ta’ trademark, il-protezzjoni tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-inbid.

Artikolu 102

Relazzjoni ma’ trademarks

1.  Ir-reġistrazzjoni ta’ trademark li fiha jew tikkonsisti minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika li mhix konformi mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ikkonċernat, jew li l-użu tagħha jaqa' taħt l-Artikolu 103(2), u li tirrigwarda prodott li jaqa' taħt il-kategoriji elenkati fil-Parti II tal-Anness VII għandha tkun:

(a) 

rifjutata jekk l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trademark tkun ippreżentata wara d-data ta' skadenza tal-applikazzjoni għal protezzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni u d-denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika hija sussegwentement protetta; jew

(b) 

invalidata.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 101(2), trademark imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, li tkun ġiet depożitata, irreġistrata jew miksuba bl-użu bona fide, jekk dik il-possibbiltà tkun ipprovduta mil-liġi kkonċernata, fit-territorju tal-Unjoni jew qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għal protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew għall-indikazzjoni ġeografika fil-pajjiż tal-oriġini, jew qabel l-1 ta’ Jannar 1996, tista’ tkompli tintuża u tiġġedded minkejja l-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, dment li ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew ir-revoka tat-trademark skont id-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) jew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 ( 15 ).

F’każijiet bħal dawn, l-użu tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika għandu jkun permess flimkien mat-trademarks rilevanti.

Artikolu 103

Protezzjoni

1.  Denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jintużaw minn kwalunkwe operatur li jikkummerċjalizza nbid li jkun ġie magħmul f’konformità mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti ta’ prodott.

2.  Denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll l-inbid li juża dak l-isem protett f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodotti għandhom ikunu protetti kontra:

(a) 

kwalunkwe użu kummerċjali dirett jew indirett ta’ dak l-isem protett:

(i) 

minn prodotti komparabbli li mhumiex konformi ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-isem protett; jew

(ii) 

sakemm dan l-użu jisfrutta r-reputazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika;

(b) 

kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott jew is-servizz tkun indikata jew jekk l-isem protett ikun ġie tradott, traskritt jew ttraslitterat jew ikun akkumpanjat minn espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew espressjonijiet simili;

(c) 

kwalunkwe indikazzjoni falza jew qarrieqa dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq imballaġġ ta’ ġewwa jew ta’ barra, materjal ta’ reklamar jew dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid konċernat, kif ukoll fuq l-imballaġġ tal-prodott f’kontenitur li jista’ jħalli impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

(d) 

kwalunkwe prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.

3.  Denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101(1).

Artikolu 104

Reġistru

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru elettroniku ta’ denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għall-inbid li għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku. Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi li jappartjenu għal prodotti ta’ pajjiżi terzi li jkunu protetti fl-Unjoni skont ftehim internazzjonali li tiegħu l-Unjoni tkun parti kontraenti jistgħu jiddaħħlu fir-reġistru. Sakemm ma jkunux identifikati speċifikament f’dak il-ftehim bħala denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini skont it-tifsira ta’ dan ir-Regolament, ismijiet bħal dawn għandhom jiddaħħlu fir-reġistru bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

Artikolu 105

Emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott

Applikant li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 95 jista’ japplika għal approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott ta’ denominazzjoni protetta tal-oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, partikolarment biex jitqiesu żviluppi f’tagħrif xjentifiku u tekniku jew biex tiġi demarkata mill-ġdid iż-żona ġeografika msemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(2). L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jiddikjaraw l-emendi mitlubin u jagħtu raġunijiet għalihom.

Artikolu 106

Kanċellazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba debitament motivata minn Stat Membru, pajjiż terz jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika jekk ma tibqax tiġi żgurata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti ta’ prodott.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 107

Ismijiet ta’ nbejjed protetti eżistenti

1.  Ismijiet ta’ nbejjed imsemmija fl-Artikoli 51 u 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 ( 16 ) u l-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 ( 17 ) għandhom ikunu protetti awtomatikament skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tagħhom fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha tieħu l-pass formali korrispondenti li tneħħi ismijiet ta’ nbejjed li għalihom japplika l-Artikolu 118s(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta' dan ir-Regolament permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.

3.  L-Artikolu 106 ma għandux japplika għal ismijiet protetti eżistenti tal-inbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva proprja, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jħassru l-protezzjoni ta’ ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk dawn ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 93.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

4.  Għall-Kroazja, l-ismijiet tal-inbejjed ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ( 18 ) għandhom ikunu protetti skont dan ir-Regolament, soġġett għal eżitu favorevoli tal-proċedura ta’ oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tagħhom fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104.

Artikolu 108

Tariffi

L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-ħlas ta’ tariffi biex ikopru l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk magħmulin għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni, dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjonijiet, applikazzjonijiet għal emendi u talbiet għal kanċellazzjonijiet skont din is-Subtaqsima.

Artikolu 109

Setgħat iddelegati

1.  Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistipulaw:

(a) 

il-kriterji addizzjonali għad-demarkazzjoni taż-żona ġeografika; u

(b) 

ir-restrizzjonijiet u d-derogi fir-rigward tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata.

2.  Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom speċifikazzjonijiet ta’ prodotti jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali.

3.  Sabiex jiġi żgurat il-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi leġittimi ta’ produtturi u ta’ operaturi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar:

(a) 

it-tip ta’ applikant li jista’ japplika għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika;

(b) 

il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu segwiti fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika, skrutinju mill-Kummissjoni, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, u proċeduri għal emendi, kanċellazzjoni u konverżjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti jew ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

(c) 

il-kundizzjonijiet applikabbli għal applikazzjonijiet transkonfinali;

(d) 

il-kundizzjonijiet għal applikazzjonijiet fir-rigward ta’ żoni ġeografiċi f’pajjiż terz;

(e) 

id-data li minnha protezzjoni jew emenda għal protezzjoni għandha tapplika;

(f) 

il-kundizzjonijiet relatati ma’ emendi għal speċifikazzjonijiet ta’ prodotti.

4.  Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta' protezzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar restrizzjonijiet dwar l-isem protett.

5.  Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet kompetenti ma jiġux affettwati bla bżonn bl-applikazzjoni ta’ din is-Subtaqsima fir-rigward ta’ ismijiet ta’ nbejjed li ngħataw protezzjoni qabel l-1 ta’ Awwissu 2009, jew li għalihom kienet saret applikazzjoni għal protezzjoni qabel dik id-data, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistipula regoli transizzjonali fir-rigward ta’:

(a) 

ismijiet ta’ nbejjed rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi sal-1 ta’ Awwissu 2009, u ismijiet ta’ nbejjed li għalihom kienet saret applikazzjoni għal protezzjoni qabel dik id-data;

(b) 

l-inbejjed imqiegħdin fis-suq jew b’tikketta qabel data speċifika; u

(c) 

l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodotti.

Artikolu 110

Setgħat ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa fir-rigward ta’:

(a) 

l-informazzjoni li għandha tingħata fl-ispeċifikazzjoni ta’ prodott fir-rigward tar-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali;

(b) 

it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar protezzjoni jew ċaħda disponibbli għall-pubbliku;

(c) 

l-istabbiliment u ż-żamma tar-reġistru msemmi fl-Artikolu 104;

(d) 

il-konverżjoni minn denominazzjoni protetta ta' oriġini għal indikazzjoni ġeografika protetta;

(e) 

is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet transkonfinali.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-proċedura ta' eżami ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni jew għall-approvazzjoni ta’ emenda għal denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika, kif ukoll tal-proċedura għal talbiet għal oġġezzjoni, kanċellazzjoni jew konverżjoni, u s-sottomissjoni ta’ informazzjoni relatata ma’ ismijiet protetti eżistenti ta’ nbejjed, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) 

il-mudelli ta’ dokumenti u l-format ta’ trasmissjoni;

(b) 

l-iskadenzi;

(c) 

id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u d-dokumenti ta’ prova li għandhom jintbagħtu bħala appoġġ għal applikazzjoni jew talba.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 111

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Fejn oġġezzjoni titqies inammissibbli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiċħduha bħala inammissibbli. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).



Subtaqsima 3

Termini tradizzjonali

Artikolu 112

Definizzjoni

“Terminu tradizzjonali” tfisser terminu tradizzjonalment użat fl-Istati Membri għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 92(1) biex jindika:

(a) 

li l-prodott ikollu denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta skont fid-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali; jew

(b) 

il-produzzjoni jew il-metodu ta’ maturazzjoni jew il-kwalità, il-lewn, it-tip ta’ post, jew l-avveniment partikolari marbutin mal-istorja tal-prodott b’denominazzjoni protetta ta' oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta.

Artikolu 113

Protezzjoni

1.  Terminu tradizzjonali protett jista’ jintuża biss għal prodott li jkun sar f’konformità mad-definizzjoni prevista fl-Artikolu 112.

Termini tradizzjonali għandhom ikunu protetti kontra l-użu bi ksur tal-liġi.

2.  It-termini tradizzjonali għandhom ikunu protetti, unikament fil-lingwa u għall-kategoriji ta’ prodotti tad-dielja indikati fl-applikazzjoni, kontra:

(a) 

kwalunkwe użu ħażin mit-terminu protett, anke jekk it-terminu protett ikun akkumpanjat b'espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni”, “togħma”, “bħal” jew xi espressjoni simili;

(b) 

kull indikazzjoni falza jew qarrieqa oħra fir-rigward tan-natura, il-karatteristiċi jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott li jidher fuq l-imballaġġ ta' barra jew ta' ġewwa, fil-materjal ta' fuq ir-reklamar jew fuq id-dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat;

(c) 

kwalunkwe prattika oħra li tista’ tinganna lill-konsumatur u b’mod partikolari tagħti l-impressjoni li l-inbid jibbenefika minn terminu tradizzjonali protett.

3.  Termini tradizzjonali ma għandhomx isiru ġeneriċi fl-Unjoni.

Artikolu 114

Setgħat iddelegati

1.  Sabiex jiġi żgurat livell ta' protezzjoni adegwat, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar il-lingwa u l-ortografija tat-terminu tradizzjonali li għandu jiġi protett.

2.  Sabiex jiġi żgurat il-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-produtturi u l-operaturi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu:

(a) 

it-tip ta' applikanti li jistgħu japplikaw għall-protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali;

(b) 

il-kundizzjonijiet għall-validità ta’ applikazzjoni għal protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali;

(c) 

ir-raġunijiet għal oġġezzjoni għal rikonoxximent propost ta’ terminu tradizzjonali;

(d) 

il-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni, ir-relazzjoni ma’ trademarks, it-termini tradizzjonali protetti, id-denominazzjonijiet ta’ oriġini jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-omonimi, jew ċerti ismijiet ta’ għeneb tal-inbid protetti;

(e) 

ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni ta’ terminu tradizzjonali;

(f) 

id-data ta’ sottomissjoni ta’ applikazzjoni jew ta' talba għal oġġezzjoni jew kanċellazzjoni;

(g) 

il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali, inkluż skrutinju mill-Kummissjoni, il-proċeduri ta’ oġġezzjoni u l-proċeduri dwar kanċellazzjoni u modifika.

3.  Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom termini tradizzjonali jistgħu jintużaw fuq prodotti minn pajjiżi terzi u li jipprovdu derogi mill-Artikolu 112 u l-Artikolu 113(2).

Artikolu 115

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-proċedura ta' eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni jew għall-approvazzjoni ta’ modifika ta’ terminu tradizzjonali, kif ukoll il-proċedura għal talbiet għal oġġezzjoni jew kanċellazzjoni, partikolarment fir-rigward ta’:

(a) 

il-mudelli ta’ dokumenti u l-format ta’ trasmissjoni;

(b) 

l-iskadenzi;

(c) 

id-dettalji tal-fatti, l-evidenza u d-dokumenti ta’ prova li għandhom jintbagħtu bħala appoġġ għall-applikazzjoni jew għat-talba;

(d) 

ir-regoli dettaljati dwar kif termini tradizzjonali protetti jsiru disponibbli għall-pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jaċċettaw jew li jiċħdu applikazzjoni għal protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali jew talba għal modifika tat-terminu protett jew għall-kanċellazzjoni tal-protezzjoni ta’ terminu tradizzjonali.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprevedu l-protezzjoni ta’ termini tradizzjonali fir-rigward li l-applikazzjoni għall-protezzjoni tkun ġiet aċċettata, partikolarment billi tikklassifikahom skont l-Artikolu 112 u billi tippubblika definizzjoni u/jew il-kundizzjonijiet ta’ użu.

4.  L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 116

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Fejn oġġezzjoni titqies inammissibbli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjonili jiċħduha bħala inammissibbli. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).



Taqsima 3

Tikkettar u preżentazzjoni fis-settur tal-inbid

Artikolu 117

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima:

(a) 

“tikkettar” tfisser kwalunkwe kelma, indikazzjoni, trademark, isem ta’ marka, materja grafika jew simbolu mqegħdin fuq kwalunkwe imballaġġ, dokument, avviż, tikketta, cirku jew kullar li jakkumpanjaw prodott partikolari jew li jagħmlu referenza għalih;

(b) 

“preżentazzjoni” tfisser kwalunkwe informazzjoni li tingħata lill-konsumaturi permezz tal-imballaġġ tal-prodott konċernat, inklużi l-forma u t-tip ta’ fliexken.

Artikolu 118

Applikabbiltà ta’ regoli orizzontali

Salv li ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-Direttiva tal-Kunsill 89/396/KEE ( 19 ), id-Direttiva 2000/13/KE,id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ), id-Direttiva 2008/95/KE u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 għandhom japplikaw għat-tikkettar u l-preżentazzjoni.

It-tikkettar tal-prodotti msemmija fl-Anness VII, Parti II, punti 1 sa 11, 13, 15 u 16, ma jista' jiġi ssuplementat bl-ebda partikolarità għajr dawk previsti f’dan ir-Regolament sakemm dawn ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' Direttiva 2000/13/KE jew ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

Artikolu 119

Dettalji obbligatorji

1.  It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII kkummerċjalizzati fl-Unjoni jew għall-esportazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet obbligatorji li ġejjin:

(a) 

id-denominazzjoni għall-kategorija tal-prodott tad-dielja skont il-Parti II tal-Anness VII;

(b) 

għall-inbejjed b’denominazzjoni protetta ta' oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta:

(i) 

it-terminu “denominazzjoni protetta tal-oriġini” jew “indikazzjoni ġeografika protetta”; u

(ii) 

l-isem tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;

(c) 

il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum;

(d) 

indikazzjoni tal-provenjenza;

(e) 

indikazzjoni ta’ min jibbottilja jew, fil-każ ta’ nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta’ kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità, l-isem tal-produttur jew tal-bejjiegħ;

(f) 

indikazzjoni tal-importatur fil-każ ta’ nbejjed importati; u

(g) 

fil-każ ta’ nbid frizzanti, inbid frizzanti bil-gass, inbid frizzanti ta’ kwalità jew inbid frizzanti aromatiku ta’ kwalità, indikazzjoni tal-kontenut ta’ zokkor.

2.  B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, ir-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja tista’ titħalla barra għal inbejjed li t-tikketti tagħhom jinkludu l-isem ta’ denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta.

3.  B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-referenza għat-termini “denominazzjoni protetta ta' oriġini” jew “indikazzjoni ġeografika protetta” tista’ titħalla barra fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn terminu tradizzjonali f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 112 jintwera fuq it-tikketta f'konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 94(2);

(b) 

f’ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati kif adatt li għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 227 sabiex tiġi żgurata konformità mal-prattiki eżistenti ta’ tikkettar.

Artikolu 120

Dettalji fakultattivi

1.  It-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-punti 1 sa 11, 13, 15 u 16 tal-Parti II tal-Anness VII jistgħu, b’mod partikolari, ikollhom l-indikazzjonijiet fakultattivi li ġejjin:

(a) 

is-sena tal-qtugħ tal-għeneb;

(b) 

l-isem ta’ varjetà waħda jew aktar ta’ għeneb tal-inbid;

(c) 

fil-każ ta’ nbejjed minbarra dawk imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 119(1), termini li jindikaw il-kontenut ta’ zokkor;

(d) 

għal inbejjed b’denominazzjoni protetta ta' oriġini jew b’indikazzjoni ġeografika protetta, termini tradizzjonali skont il-punt (b) tal-Artikolu 112;

(e) 

is-simbolu tal-Unjoni li jindika d-denominazzjoni protetta ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta;

(f) 

termini li jirreferu għal ċerti metodi ta’ produzzjoni;

(g) 

għal inbejjed li jġibu denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, l-isem ta’ unità ġeografika oħra li tkun iżgħar jew akbar miż-żona li tkun il-bażi tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 100(3), fir-rigward tal-użu ta’ indikazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għal inbejjed mingħajr denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta:

(a) 

l-Istati Membri għandhom jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi biex jiġu żgurati proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, approvazzjoni u verifika biex tkun iggarantita l-eżattezza tal-informazzjoni konċernata;

(b) 

L-Istati Membri jistgħu, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u b'kont dovut għall-kompetizzjoni ġusta, għal inbid magħmul minn varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid fit-territorju tagħhom, jagħmlu listi ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid esklużi, b’mod partikolari jekk:

(i) 

ikun hemm riskju ta’ konfużjoni għall-konsumaturi dwar l-oriġini vera tal-inbid minħabba l-fatt li l-varjetà ta’ għeneb tal-inbid tkun tagħmel parti integrali minn denominazzjoni protetta ta' oriġini jew minn indikazzjoni ġeografika protetta eżistenti;

(ii) 

il-kontrolli ma jkunux kosteffettivi minħabba l-fatt li l-varjetà partikolari ta’ għeneb tal-inbid tkun tirrappreżenta parti żgħira ħafna mill-vinja tal-Istat Membru;

(c) 

taħlitiet ta’ nbejjed minn Stati Membri differenti ma għandhomx jagħtu lok għal tikkettar tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid sakemm l-Istati Membri konċernati ma jaqblux xort’oħra u jiżguraw il-fattibbiltà tal-proċeduri rilevanti ta’ ċertifikazzjoni, approvazzjoni u verifika.

Artikolu 121

Lingwi

1.  L-indikazzjonijiet obbligatorji u fakultattivi msemmija fl-Artikoli 119 u 120 għandhom, fejn ikunu espressi fi kliem, jidhru f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-isem ta’ denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta’ indikazzjoni ġeografika protetta jew terminu tradizzjonali kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 112 għandhom jidhru fuq it-tikketta fil-lingwa jew fil-lingwi li għalihom tapplika l-protezzjoni. Fil-każ ta’ denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew ta’ denominazzjoni speċifika nazzjonali li jużaw alfabett mhux Latin, l-isem jista’ jidher ukoll f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni.

Artikolu 122

Setgħat iddelegati

1.  Sabiex jittieħed kont tal- karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-inbid, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 dwar regoli u restrizzjonijiet dwar:

(a) 

il-preżentazzjoni u l-użu tal-indikazzjonijiet ta’ tikkettar minbarra dawk imsemmija f’din it-Taqsima;

(b) 

l-indikazzjonijiet obbligatorji fir-rigward ta’:

(i) 

it-termini li għandhom jintużaw għall-formulazzjoni tal-indikazzjonijiet obbligatorji u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom;

(ii) 

it-termini li jirreferu għal azjenda u l-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom;

(iii) 

id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma’ indikazzjonijiet obbligatorji;

(iv) 

id-dispożizzjonijiet li jippermettu aktar derogi b’żieda ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 119(2) fir-rigward tal-omissjoni tar-referenza għall-kategorija tal-prodott tad-dielja; u

(v) 

id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ lingwi;

(c) 

l-indikazzjonijiet fakultattivi fir-rigward ta’:

(i) 

it-termini li għandhom jintużaw għall-formulazzjoni tal-indikazzjonijiet fakultattivi u tal-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom;

(ii) 

id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri produtturi jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma’ indikazzjonijiet fakultattivi;

(d) 

il-preżentazzjoni fir-rigward ta’:

(i) 

il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ ċerti forom ta’ fliexken, u lista ta’ ċerti forom speċifiċi ta’ fliexken;

(ii) 

il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ fliexken u mezzi ta’ għeluq tat-tip ta’ "nbid frizzanti";

(iii) 

id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli addizzjonali relatati ma’ preżentazzjoni;

(iv) 

id-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ lingwi.

2.  Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-operaturi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformita mal-Artikolu 227 dwar regoli fir-rigward ta' tikkettar u preżentazzjoni b’mod temporanju ta’ nbejjed li jġibu denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjoni ġeografika, fejn dik id-denominazzjoni ta’ oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika tkun tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa.

3.  Sabiex jiġi żgurat li ma jiġux ippreġudikati operaturi ekonomiċi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar dispożizzjonijiet transizzjonali fir-rigward ta’ nbid imqiegħed fis-suq u b’tikketta f'konformità mar-regoli rilevanti applikabbli qabel l-1 ta’ Awwissu 2009.

4.  Sabiex jittieħdu kont il-karatteristiċi speċifiċi fil-kummerċ bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformita mal-Artikolu 227 dwar derogi minn din it-Taqsima fir-rigward ta’ prodotti li għandhom jiġu esportati fejn rikjest bil-liġi tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 123

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-proċeduri u l-kriterji tekniċi applikabbli għal din it-Taqsima, inklużi l-miżuri meħtieġa għall-proċeduri ta' ċertifikazzjoni, approvazzjoni u verifika applikabbli għall-inbejjed mingħajr denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal setturi individwali



Taqsima 1

Zokkor

Artikolu 124

Tul ta' żmien

Bl-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 125 u 126, din it-Taqsima għandha tapplika sat-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2016/2017.



Subtaqsima 1

Miżuri speċifiċi

Artikolu 125

Ftehimiet dwar setturi taz-zokkor

1.  It-termini għax-xiri ta’ pitravi u kannamiela, inklużi l-kuntratti ta’ konsenja għal qabel iż-żriegħ, għandhom ikunu rregolati bi ftehimiet bil-miktub fil-kummerċ konklużi bejn, fuq naħa, dawk fl-Unjoni li jkabbru l-pitravi u l-kannamiela jew, f’isimhom, organizzazzjonijiet li jappartjenu fihom, u, fuq in-naħa l-oħra, impriżi taz-zokkor fl-Unjoni, jew, f’isimhom, l-organizzazzjonijiet li huma membri tagħhom.

2.  Ftehimiet f'dan in-negozju kif deskritti fil-punt 6 tat-Taqsima A tal-Parti II tal-Anness II għandhom jiġu nnotifikati minn impriżi taz-zokkor lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jipproduċu z-zokkor fihom.

3.  Mill-1 ta’ Ottubru 2017, il-ftehimiet f'dan in-negozju għandhom jikkonformaw mat-termini tax-xiri stabbiliti fl-Anness X.

4.  Sabiex jitqiesu l-karetteristiċi speċifiċi tas-settur taz-zokkor u l-iżvilupp tas-settur fil-perijodu wara li jintemmu l-kwoti tal-produzzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227:

(a) 

jiġu aġġornati t-termini msemmija fit-Taqsima A tal-Parti II tal-Anness II;

(b) 

jiġu aġġornati t-termini tax-xiri għall-pitravi taz-zokkor imsemmija fl-Anness X;

(c) 

jiġu stabbiliti aktar regoli dwar id-determinazzjoni tal-piż gross, il-kontenut taz-zokkor u t-tara tal-pitravi taz-zokkor mwassal lil impriża u dwar pitravi taz-zokkor.

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri neċessarji għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inkluż ir-rispett tal-proċeduri, in-notifiki u l-assistenza amministrattiva fil-każ ta' ftehimiet f'dan in-negozju li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 126

Ir-rappurtar tal-prezzijiet fis-suq taz-zokkor

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu sistema għar-rappurtar tal-prezzijiet tas-suq taz-zokkor, inkluż arranġamenti għall-pubblikazzjoni tal-livelli ta' prezzijiet għal dan is-suq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Is-sistema msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni mibgħuta minn impriżi li jipproduċu z-zokkor abjad jew minn operaturi oħrajn involuti fil-kummerċ taz-zokkor. Din l-informazzjoni għandha tiġi trattata bħala kunfidenzjali.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li prezzijiet speċifiċi jew ismijiet ta' operaturi ekonomiċi individwali ma jiġux ippubblikati.



Subtaqsima 2

Rekwiżiti li japplikaw għas-settur taz-zokkor waqt il-perijodu msemmi fl-artikolu 124

Artikolu 127

Kuntratti ta' konsenja

1.  Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 125(1) il-ftehimiet f'dan in-negozju għandhom jikkonformaw mat-termini tax-xiri stabbiliti fl-Anness XI.

2.  F'kuntratti ta' konsenja, għandha ssir distinzjoni li tiddependi jekk il-kwantitajiet taz-zokkor li għandhom ikunu manufatturati mill-pitravi huma:

(a) 

zokkor tal-kwota; jew

(b) 

zokkor barra mill-kwota.

3.  Kull impriża taz-zokkor għandha tagħti lill-Istat Membru li fih tipproduċi z-zokkor l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kwantitajiet ta’ pitravi taz-zokkor msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, li għalihom huma kkonkludew kuntratti ta’ konsenja ta’ qabel iż-żriegħ u l-kontenut taz-zokkor li fuqu huma bbażati dawk il-kuntratti;

(b) 

il-qligħ stmat korrispondenti.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu informazzjoni addizzjonali.

4.  L-impriżi taz-zokkor li ma ffirmawx kuntratti ta’ konsenja ta’ qabel iż-żriegħ bil-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota fiss skont l-Artikolu 135, għal kwantità ta’ pitravi li tkun daqs iz-zokkor li għalih għandhom kwota, aġġustata, skont il-każ, bil-koeffiċjent għall-irtirar preventiv stabbilit skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 130(2), jeħtieġ li jħallsu mill-inqas il-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għall-pitravi kollu li huma jipproċessaw f’zokkor.

5.  Suġġetti għall-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, ftehimiet fi ħdan il-qasam jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 2, 3 u 4.

6.  Jekk ma jkun jeżisti ebda ftehim fi ħdan il-qasam, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-passi meħtieġa li jkunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament sabiex iħares l-interessi tal-partijiet ikkonċernati.

Artikolu 128

Imposta fuq il-produzzjoni

1.  Għandha titħallas imposta fuq il-produzzjoni fuq il-kwota taz-zokkor, il-kwota tal-isoglukożju u l-kwota tal-ġulepp tal-inulina miżmuma minn impriżi li jipproduċu z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina kif imsemmi fl-Artikolu 136(2).

2.  Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment ta' imposta fuq il-produzzjoni fuq il-kwota taz-zokkor, il-kwota tal-isoglukożju u l-kwota tal-ġulepp tal-inulina msemmija fil-paragrafu 1 skont l-Artikolu 43(3) TFUE

Artikolu 129

Rifużjoni tal-produzzjoni

1.  Tista’ tingħata rifużjoni tal-produzzjoni għall-prodotti tas-settur taz-zokkor imniżżlin fil-punti (b) sa (e) tal-Parti III tal-Anness I jekk iz-zokkor żejjed jew iz-zokkor importat, l-isoglukożju żejjed jew il-ġulepp tal-inulina żejjed ma jkunux disponibbli bi prezz li jikkorrispondi mal-prezz dinji għall-manifattura tal-prodotti msemmija fil-punti (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 140(2).

2.  Il-Kunsill għandu jieħu miżuri dwar l-istabbiliment tar-rifużjoni tal-produzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 skont l-Artikolu 43(3) TFUE

Artikolu 130

Irtirar taz-zokkor

1.  Sabiex jiġu evitati s-sitwazzjonijiet ta’ kollass tal-prezzijiet fis-suq intern u biex jiġu rimedjati s-sitwazzjonijiet ta’ produzzjoni żejda bbażati fuq il-bilanċ imbassar tal-provvista, u b’kunsiderazzjoni tal-impenji tal-Unjoni minn ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-TFUE, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirtiraw mis-suq, għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari, dawk il-kwantitajiet ta’ zokkor jew isoglukożju prodotti taħt kwoti li jaqbżu l-limitu kkalkulat skont il-paragrafu 2.

2.  Il-limiti bażiċi tal-irtirar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkolati, għal kull impriża bi kwota, billi l-kwota tiġi mmoltiplikata permezz tal-koeffiċjent. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-koeffiċjent għal sena ta' kummerċjalizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni preċedenti, abbażi tax-xejriet previsti tas-suq.

Fuq il-bażi tax-xejriet aġġornati tas-suq, il-Kummissjoni tista’, sal-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jew jaġġustaw il-koeffiċjent jew, fil-każ fejn ma jkunx ġie stabbilit koeffiċjent skont l-ewwel subparagrafu, li jistabbilixxuh.

3.  Kull impriża bi kwota għandha taħżen sal-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, bi spejjeż għaliha, iz-zokkor prodott skont kwota lil hinn mil-limitu kkalkulat skont il-paragrafu 2. Il-kwantitajiet ta’ zokkor, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina rtirati matul sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu ttrattati bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti taħt il-kwota għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li jkun imiss.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, filwaqt li jitqiesu x-xejriet mistennija tas-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprevedu li, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali, ta’ wara, jew it-tnejn li huma, iz-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina kollu rtirat jew parti minnu għandu jitqies bħala:

(a) 

zokkor, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina żejjed li jista’ jsir zokkor, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina industrijali jew

(b) 

produzzjoni taħt kwota temporanja li parti minnha tista' tkun riżervata għall-esportazzjoni li tirrispetta l-impenji tal-Unjoni li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjoni konklużi skont it-TFUE.

4.  Jekk il-provvista taz-zokkor fl-Unjoni ma tkunx adegwata, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjonili jippermettu li ċertu kwantità ta’ zokkor, tal-isoglukożju jew tal-ġulepp tal-inulina rtitata mis-suq tista' tinbiegħ fis-suq tal-Unjoni qabel it-tmiem tal-perijodu tal-irtirar.

5.  Fejn iz-zokkor irtirat jiġi trattat bħala l-ewwel produzzjoni taz-zokkor tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-prezz minimu ta’ dik is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 135, għandu jitħallas lil dawk li jkabbru l-pitravi.

Fejn iz-zokkor irtirat mis-suq isir zokkor industrijali jew jiġi esportat skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 3 tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ma għandhomx japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 135 dwar il-prezz minimu.

Fejn iz-zokkor irtirat jinbiegħ fis-suq tal-Unjoni qabel jintemm il-perijodu ta’ rtirar skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-prezz minimu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li tkun għaddejja għandu jitħallas lil dawk li jkabbru l-pitravi.

6.  L-atti ta’ implimentazzjoni skont dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 131

Mekkaniżmu ta’ ġestjoni tas-suq temporanju

1.  Għat-tul ta' żmien tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 124, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tiżgura provvista suffiċjenti ta' zokkor għas-suq tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Il-Kummissjoni tista' taġġusta, għall-kwantità u ż-żmien meħtieġa, il-livell ta' dazju mħallas fuq zokkor mhux raffinat importat.

Fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' ġestjoni tas-suq temporanju, miżuri dwar l-iffissar ta' imposta fuq l-ammont żejjed jittieħdu mill-Kunsill f'konformità mal- Artikolu 43(3) TFUE.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw l-ammonti adegwati ta' zokkor barra mill-kwota u ta' zokkor mhux irraffinat importat li jista' jiġi rilaxxat fis-suq tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 132

Setgħat iddelegati

Sabiex tqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taz-zokkor u sabiex tiżgura li l-interessi tal-partijiet kollha jkunu tqiesu kif xieraq, u minħabba l-bżonn li tipprevjeni kull tgħawwiġ tas-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 227 dwar:

(a) 

it-termini ta’ xiri u l-kuntratti ta’ konsenja msemmija fl-Artikolu 127;

(b) 

jiġu aġġornati t-termini tax-xiri għall-pitravi taz-zokkor imsemmija fl-Anness XI;

(c) 

il-kriterji li għandhom ikunu applikati mill-impriżi taz-zokkor meta jallokaw fost il-bejjiegħa tal-pitravi l-kwantitajiet ta' pitravi li għandhom ikunu koperti minn kuntratti ta' konsenja ta' qabel iż-żriegħ kif imsemmi fl-Artikolu 127(3).

Artikolu 133

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din is-Subtaqsima dwar proċeduri, kontenut u kriterji tekniċi.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



Subtaqsima 3

Sistema ta’ regolamentazzjoni tal-produzzjoni

Artikolu 134

Kwoti fis-settur taz-zokkor

1.  Sistema ta’ kwoti għandha tapplika għaz-zokkor, għall-isoglukożju u għall-ġulepp tal-inulina.

2.  Fir-rigward tas-sistema ta’ kwoti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jekk produttur jaqbeż il-kwota rilevanti u ma jagħmilx użu mill-kwantitajiet żejda kif previst fl-Artikolu 139, għandha titħallas imposta fuq iż-żejjed fuq kwantitajiet bħal dawn, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 139 sa 142.

Artikolu 135

Prezz minimu tal-pitravi

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-prezz minimu tal-kwota tal-pitravi skont l-Artikolu 43(3) TFUE

Artikolu 136

Allokazzjoni ta’ kwoti

1.  Il-kwoti għall-produzzjoni ta’ zokkor, isoglukożju u ġulepp tal-inulina fil-livell nazzjonali jew reġjonali huma stabbiliti fl-Anness XII.

2.  L-Istati Membri għandhom jallokaw kwota għal kull impriża li tipproduċi zokkor, isoglukożju jew ġulepp tal-inulina li hija stabbilita fit-territorju tagħha u approvata skont l-Artikolu 137.

Għal kull impriża, il-kwota allokata għandha tkun daqs il-kwota li kienet allokata lill-impriża għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2010/2011 taħt ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

3.  Fejn tiġi allokata kwota għal impriża taz-zokkor li għandha aktar minn unità tal-produzzjoni waħda, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri li huma jqisu neċessarji sabiex jittieħed kont dovut tal-interessi tal-koltivaturi tal-pitravi u tal-kannamieli.

Artikolu 137

Impriżi approvati

1.  Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni lil impriża li tipproduċi z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina jew lil impriża li tipproċessa dawn il-prodotti fi prodott inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 140(2) sakemm l-impriża:

(a) 

tagħti prova tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni professjonali tagħha;

(b) 

taqbel li tipprovdi kull informazzjoni u li tkun soġġetta għal kontrolli relatati ma’ dan ir-Regolament;

(c) 

ma tkunx soġġetta għal sospensjoni jew irtirar tal-approvazzjoni.

2.  L-impriżi approvati għandhom jipprovdu lill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jsir il-ħsad tal-pitravi, tal-kannamieli, jew ir-raffinar, b’din l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kwantitajiet ta’ pitravi jew ta’ kannamieli li għalihom ikun ġie konkluż kuntratt ta’ konsenja, kif ukoll il-qligħ stmat korrispondenti tal-produzzjoni ta’ pitravi jew ta’ kannamieli, u z-zokkor għal kull ettaru;

(b) 

data dwar il-konsenji proviżorji u attwali ta’ pitravi taz-zokkor, kannamieli u zokkor mhux raffinat, u dwar il-produzzjoni taz-zokkor u d-dikjarazzjonijiet ta’ stokkijiet ta’ zokkor;

(c) 

il-kwantitajiet ta’ zokkor abjad mhux mibjugħ u prezzijiet u kundizzjonijiet korrispondenti.

Artikolu 138

Riallokazzjoni tal-kwoti nazzjonali u t-tnaqqis tal-kwoti

1.  Stat Membru jista’ jnaqqas il-kwota taz-zokkor jew tal-isoglukożju kif allokata lil impriża stabbilita fuq territorju għal sa 10 %. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom japplikaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

2.  L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu kwoti bejn l-impriżi skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness XIII u b'kont meħud tal-interessi ta' kull waħda mill-partijiet konċernata, partikolarment il-koltivaturi tal-pitravi u tal-kannamieli.

3.  Il-kwantitajiet imnaqqsa skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu allokati mill-Istat Membru konċernat lil impriża waħda jew aktar fit-territorju tiegħu, kemm jekk għandha kwota jew le.

Artikolu 139

Produzzjoni barra mill-kwota

1.  Iz-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina prodotti matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jaqbżu l-kwota msemmija fl-Artikolu 136 jistgħu:

(a) 

jintużaw għall-ipproċessar ta' ċerti prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 140;

(b) 

jinġarru 'l quddiem għall-kwota ta' produzzjoni tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara, skont l-Artikolu 141;

(c) 

jintużaw għal reġim speċifiku ta’ provvista għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 );

(d) 

jiġu esportati fil-limitu kwantitattiv, li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, filwaqt li jitħarsu l-impenji li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE; jew

(e) 

jiġu rilaxxati fis-suq intern, f'konformità mal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 131 bil-għan tal-aġġustament tal-provvista mad-domanda abbażi tal-bilanċ imbassar tal-provvista.

Il-miżuri msemmija fil-punt (e) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati qabel ma jinbdew il-miżuri ta’ prevenzjoni kontra x-xkiel fis-suq imsemmija fl-Artikolu 219(1).

Kwantitajiet oħrajn għandhom ikunu soġġetti għall-imposta għaż-żejjed imsemmija fl-Artikolu 142.

2.  L-atti ta’ implimentazzjoni skont dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 140

Zokkor industrijali

1.  Iz-zokkor industrijali, l-isoglukożju industrijali jew il-ġulepp tal-inulina industrijali għandhom ikunu riżervati għall-produzzjoni ta' wieħed mill-prodotti msemmijin fil-paragrafu 2 fejn:

(a) 

dawn ġew soġġetti għal kuntratt ta' provvista konkluż qabel l-aħħar tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni bejn produttur u utent li t-tnejn ingħataw approvazzjoni skont l-Artikolu 137; u

(b) 

dawn ġew konsenjati lill-utent fit-30 ta' Novembru tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara.

2.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jfasslu lista ta’ prodotti li għall-produzzjoni tagħhom jista’ jintuża z-zokkor industrijali, l-isoglukożju industrijali jew il-ġulepp tal-inulina industrijali.

Din il-lista għandha b’mod partikolari tinkludi:

(a) 

il-bijoetanol, l-alkoħol, ir-rum, il-ħmira ħajja u l-kwantitajiet ta’ ġulepp biex jiddellek u ta’ ġulepp li jiġi pproċessat f’“Rinse appelstroop”;

(b) 

ċerti prodotti industrijali mingħajr kontenut ta' zokkor iżda li l-ipproċessar tagħhom juża z-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina;

(c) 

ċerti prodotti tal-industrija kimika jew farmaċewtika li fihom iz-zokkor, l-isoglukożju jew il-ġulepp tal-inulina.

Artikolu 141

Trasferiment ’il quddiem ta’ zokkor żejjed

1.  Kull impriża tista' tiddeċiedi li titrasferixxi 'l quddiem parti mill-produzzjoni jew il-produzzjoni sħiħa tagħha li taqbeż il-kwota taz-zokkor tagħha, il-kwota tal-isoglukożju tagħha jew il-kwota ta' ġulepp tal-inulina tagħha li għandha tiġi ttrattata bħala parti mill-produzzjoni tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, dik id-deċiżjoni għandha tkun irrevokabbli.

2.  Impriżi li jieħdu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

(a) 

jgħarrfu lill-Istat Membru kkonċernat qabel data li għandha tiġi stabbilita minn dak l-Istat Membru:

(i) 

bejn l-1 ta’ Frar u l-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali għal kwantitajiet ta’ zokkor tal-kannamieli trasferiti ’l quddiem;

▼C1

(ii) 

bejn l-1 ta’ Frar u l-31 ta’ Awwissu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali għall-kwantitajiet ta’ zokkor jew ta’ ġulepp tal-inulina li qed jiġu ttrasferiti ’l quddiem;

▼B

(b) 

jintrabtu li jaħżnu tali kwantitajiet fuq spejjeż tagħhom stess sal-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali.

3.  jekk il-produzzjoni definittiva ta' impriża fis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni konċernata kienet inqas mill-istima li saret meta ttieħdet id-deċiżjoni skont il-paragrafu 1, il-kwantità trasferita 'l quddiem tista' tiġi aġġustata retroattivament sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta' wara.

4.  Il-kwantitajiet ittrasferiti 'l quddiem għandhom jitqiesu bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti skont il-kwota tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara.

▼C2

5.  Iz-zokkor maħżun skont dan l-Artikolu matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni ma jista' jkun soġġett għall-ebda miżura ta' ħżin oħra prevista fl-Artikoli 17 jew 130.

▼B

Artikolu 142

Imposta fuq l-ammont żejjed

1.  Dawn il-kwantitajiet huma soġġetti għal imposta fuq l-ammont żejjed:

(a) 

iz-zokkor żejjed, l-isoglukożju żejjed u l-ġulepp tal-inulina żejjed prodotti matul kwalunkwe sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, ħlief għall-kwantitajiet ittrasferiti ’l quddiem għall-produzzjoni tal-kwota tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara u maħżuna skont l-Artikolu 141 jew il-kwantitajiet imsemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1);

(b) 

iz-zokkor industrjali, l-isoglukożju industrijali u l-ġulepp tal-inulina industrijali li għalihom ma tkun ingħatat l-ebda prova tal-użu tagħhom f’xi wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 140(2), fi żmien stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni;

(c) 

zokkor, isoglukożju u ġulepp tal-inulina rtirat mis-suq skont l-Artikolu 130 u li għalihom ma ntlaħqux l-obbligi previsti fl-Artikolu 130(3).

Atti ta' implimentazzjoni skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

2.  Miżuri għall-iffissar ta' imposta fuq l-ammont żejjed imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) TFUE.

Artikolu 143

Setgħat iddelegati

1.  Sabiex jiġi żgurat li l-impriżi msemmija fl-Artikolu 137 jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 227, li jistipulaw regoli dwar l-għoti u l-irtirar tal-approvazzjoni għal tali impriżi, kif ukoll il-kriterji għall-penali amministrattivi.

2.  Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taz-zokkor u tiżgura li l-interessi tal-partijiet kollha jitqiesu kif jixraq, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar it-tifsira tat-termini għall-operazzjoni tas-sistema tal-kwoti, kif ukoll l-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li jirregolaw il-bejgħ fl-aktar reġjuni mbiegħda.

3.  Sabiex jiġi żgurat li dawk li jkabbru l-pitravi jkunu assoċjati mill-qrib ma’ deċiżjoni biex ċertu kwantità tal-produzzjoni tingħadda ’l quddiem għas-sena ta’ wara, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 227, li jistabbilixxu regoli dwar it-trasferiment ’il quddiem taz-zokkor.

Artikolu 144

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami

Fir-rigward tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 137, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu regoli dwar:

(a) 

l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni mill-impriżi, ir-reġistri li għandhom jinżammu mill-impriżi approvati, l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-impriżi approvati;

(b) 

is-sistema ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri fuq l-impriżi approvati;

(c) 

il-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri lill-Kummissjoni u mal-impriżi approvati;

(d) 

il-konsenja ta’ materja prima lill-impriżi, inklużi l-kuntratti ta’ konsenja u n-noti tal-konsenja;

(e) 

l-ekwivalenza fir-rigward taz-zokkor imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1);

(f) 

ir-reġim speċifiku ta’ provvista għar-reġjuni l-aktar imbiegħda;

(g) 

l-esportazzjonijiet kif imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1);

(h) 

il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex ikunu żgurati kontrolli effettivi;

(i) 

it-tibdil tad-dati stabbiliti fl-Artikolu 141 għall-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni speċifiċi;

(j) 

l-istabbiliment tal-kwantità żejda, il-komunikazzjonijiet u l-ħlas tal-imposta fuq l-ammont żejjed imsemmija fl-Artikolu 142.

(k) 

l-adozzjoni ta' lista ta' raffinaturi full-time fit-tifsira tal-punt 6 tat-Taqsima B tal-Parti II tal-Anness II.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



Taqsima 2

Inbid

Artikolu 145

Reġistru tal-vinji u inventarju tal-potenzjal tal-produzzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru tal-vinji li għandu jkun fih informazzjoni aġġornata dwar il-potenzjal tal-produzzjoni. Mill-1 ta’ Jannar 2016, dan l-obbligu japplika biss jekk l-Istati Membri jimplimentaw l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għal taħwil ta' dwieli msemmi fil-Kapitolu III tat-Titolu I, jew programm nazzjonali ta' appoġġ.

2.  Sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-Istati Membri li fihom l-erja totali mħawla b’vinji ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid ikklassifikati skont l-Artikolu 81(2) tkun anqas minn 500 ettaru ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.  L-Istati Membri li jipprevedu ristrutturar u konverżjoni ta’ vinji fil-programmi ta’ appoġġ tagħhom skont l-Artikolu 46 għandhom, abbażi tar-reġistru tal-vinji, jissottomettu lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena inventarju aġġornat tal-potenzjal tal-produzzjoni tagħhom. Mill-1 ta’ Jannar 2016, id-dettalji fir-rigward tal-komunikazzjonijiet lill-Kummissjoni rigward żoni tal-vitikultura għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

4.  Sabiex jitħaffu l-monitoraġġ u l-verifika tal-potenzjal tal-produzzjoni mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 fir-rigward ta’ regoli dwar il- kontenut tar-reġistru tal-vinji u dwar eżenzjonijiet tal-kontenut minnhom.

Artikolu 146

Awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-settur tal-inbid

1.  Mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-Regolament dwar il-ħatra tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda jew aktar li għandhom ikunu responsabbli sabiex jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni fis-settur tal-inbid. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-laboratorji awtorizzati sabiex iwettqu l-analiżi uffiċjali fis-settur tal-inbid. Il-laboratorji nnominati għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali għall-operat ta’ laboratorji tal-ittestjar stabbiliti fl-ISO/IEC 17025.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet u l-laboratorji msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni u għandha taġġornaha b’mod regolari.

Artikolu 147

Dokumenti ta’ akkumpanjament u reġistru

1.  Il-prodotti tas-settur tal-inbid għandhom jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni fl-Unjoni biss jekk ikollhom dokument ta’ akkumpanjament awtorizzat uffiċjalment.

2.  Persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jżommu għandhom prodotti koperti mis-settur tal-inbid fl-eżerċizzju tan-negozju tagħhom, b’mod partikolari produtturi, dawk li jibbottiljaw, proċessuri u negozjanti, għandhom iżommu reġistri tad-dħul u l-ħruġ fir-rigward ta’ dawk il-prodotti.

3.  Sabiex jitħaffew it-trasport ta’ prodotti tal-inbid u l-verifika tiegħu mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 fir-rigward ta’:

(a) 

ir-regoli dwar id-dokument ta’ akkumpanjament, u l-użu tiegħu;

(b) 

il-kundizzjonijiet li bihom dokument ta’ akkumpanjament għandu jitqies bħala li jiċċertifika denominazzjonijiet ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti;

(c) 

obbligu li jinżamm reġistru u l-użu tiegħu;

(d) 

min huwa obbligat li jżomm ir-reġistru u eżenzjonijiet minn dak l-obbligu;

(e) 

l-operazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fir-reġistru.

4.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:

(a) 

regoli dwar il-kompożizzjoni tar-reġistri il-prodotti li għandhom ikunu fih, skadenzi għal entrati f’reġistri u l-għeluq ta’ reġistri;

(b) 

miżuri li jirrikjedu lill-Istati Membri jiddeterminaw il-perċentwali massimi aċċettabbli għal telf;

(c) 

dispożizzjonijiet ġenerali u transizzjonali għaż-żamma ta’ reġistri;

(d) 

regoli li jiddeterminaw kemm għandhom jibqgħu jinżammu d-dokumenti ta’ akkumpanjament u r-reġistri.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



Taqsima 3

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Artikolu 148

Relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.  Fejn Stat Membru jiddeċiedi li kull konsenja ta’ ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tiegħu minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat għandha tiġi koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, u/jew jiddeċiedi li l-ewwel xerrejja għandhom jagħmlu offerta bil-miktub għal kuntratt għall-konsenja, mill-bdiewa, ta’ ħalib mhux ipproċessat, tali kuntratt u/jew tali offerta ta’ kuntratt għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li l-konsenji ta’ ħalib mhux ipproċessat mingħand ir-raħħal lil proċessur ta’ ħalib mhux ipproċessat iridu jkunu koperti minn kuntratt miktub bejn il-partijiet, huwa għandu wkoll jiddeċiedi liema stadju jew stadji tal-konsenja għandha/għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt jekk il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat issir permezz ta' kollettur wieħed jew aktar.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “kollettur” tfisser intrapriża li tittrasporta l-ħalib mhux ipproċessat minn bidwi jew kollettur ieħor lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat jew kollettur ieħor, fejn il-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat tiġi trasferita f’kull każ.

▼M5

1a.  Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi, jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jirrikjedu li kull konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat lil proċessur ta' ħalib mhux ipproċessat tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Jekk l-ewwel xerrej ikun intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kuntratt u/jew l-offerta ta' kuntratt mhumiex obbligatorji, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-partijiet li jagħmlu użu minn kuntratt standard imfassal minn organizzazzjoni interprofessjonali.

▼M5

2.  Il-kuntratt u/jew l-offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandhom:

▼B

(a) 

issir qabel ma ssir il-konsenja,

(b) 

issir bil-miktub, u

(c) 

tinkludi, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

(i) 

il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

— 
ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew
— 
jiġi kkalkulat billi jiġu kkumbinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-volum ikkunsinnjat u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ikkunsinnjat,
(ii) 

il-volum tal-ħalib mhux ipproċessat li jista’ u/jew għandu jiġi kkonsenjat u l-ħin ta' konsenji bħal dawn,

(iii) 

it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista’ jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta’ terminazzjoni,

(iv) 

id-dettalji rigward il-perijodi u l-proċeduri ta' pagament,

(v) 

l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat, u

(vi) 

ir-regoli applikabbli f’każ ta’ force majeure.

▼M5

3.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 1a, ma għandhomx ikunu meħtieġa kuntratt u/jew offerta għal kuntratt fejn il-ħalib mhux ipproċessat ikun ikkonsenjat minn membru ta' kooperattiva lill-kooperattiva li tagħha huwa jkun membru jekk l-istatuti ta' dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom jinkludu dispożizzjonijiet li jkollhom effetti simili għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2.

▼B

4.  L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta’ ħalib mhux ipproċessat konkluż mir-raħħala, il-kolletturi jew il-proċessuri tal-ħalib mhux ipproċessat, inkluż l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet.

▼M5

Minkejja l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

fejn Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel kuntratt bil-miktub għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat obbligatorju f'konformità mal-paragrafu 1, huwa jista' jistabbilixxi:

(i) 

l-obbligu għall-partijiet li jaqblu dwar relazzjoni bejn ċerta kwantità konsenjata u l-prezz pagabbli għal dik il-konsenja;

(ii) 

tul ta' żmien minimu, applikabbli biss għal kuntratti bil-miktub bejn bidwi u l-ewwel xerrej ta' ħalib mhux ipproċessat; tali tul ta' żmien minimu għandu jkun ta' mill-anqas sitt xhur, u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern;

▼B

(b) 

meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-ħalib mhux ipproċessat għandu jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lill-bidwi f'konformità mal-paragrafu 1, huwa jista' jipprevedi li l-offerta għandha tinkludi tul ta' żmien minimu tal-kuntratt, stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan; tali tul ta’ żmien minimu għandu jkun ta’ mill-anqas sitt xhur, u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-bidwi li jirrifjuta tali tul ta’ żmien minimu dment li jagħmel dan bil-miktub. F'dan il-każ il-partijiet għandhom ikunu liberi li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

5.  L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-alternattivi msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif jiġu applikati.

6.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 149

Negozjati kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

▼M5

1.  Organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li tkun rikonoxxuta taħt l-Artikolu 161(1) tista' tinnegozja f'isem il-bdiewa membri tagħha, fir-rigward ta' parti mill-produzzjoni konġunta tagħhom jew fir-rigward ta' kollha kemm hi, kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat minn bidwi lil proċessur tal-ħalib mhux ipproċessat, jew lil kollettur fis-sens tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 148(1).

▼B

2.  In-negozjati mill-organizzazzjoni ta’ produtturi jistgħu jsiru:

(a) 

kemm jekk ikun hemm trasferiment jew le tal-proprjetà tal-ħalib mhux ipproċessat mingħand il-bdiewa lill-organizzazzjoni ta’ produtturi;

(b) 

kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni konġunta ta’ xi wħud mill-bdiewa membri jew minnhom kollha;

(c) 

dment li, għal organizzazzjoni tal-produtturi partikolari jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert b'tali negozjati ma jaqbiżx it-3,5 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni,

(ii) 

il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi prodott fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istat Membru, u

(iii) 

il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati li jiġi kkonsenjat fi kwalunkwe Stat Membru partikolari ma jaqbiżx it-33 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istat Membru;

(d) 

bil-kundizzjoni li l-bdiewa konċernati ma jkunux membri ta’ xi organizzazzjoni oħra ta’ produtturi li tinnegozja wkoll kuntratti bħal dawn f’isimhom; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f’każi ġġustifikati kif dovut fejn il-bdiewa jkollhom żewġ unitajiet distinti ta’ produzzjoni li jkunu jinsabu f’żoni ġeografiċi differenti;

(e) 

dment li l-ħalib mhux ipproċessat ma jkunx kopert minn obbligu ta' konsenja li jirriżulta mis-sħubija li bidwi jkollu f’kooperattiva skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f’dawn l-istatuti jew derivati minnhom; u

(f) 

dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri li topera fihom dwar il-volum ta' ħalib mhux ipproċessat kopert minn tali negozjati.

3.  Minkejja l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c)(ii) u (iii) tal-paragrafu 2, organizzazzjoni tal-produtturi tista' tinnegozja skont il-paragrafu 1, dment li, fir-rigward ta' dik l-organizzazzjoni tal-produtturi, il-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert minn dawk in-negozjati li jkun prodott jew ikkonsenjat fi Stat Membru li jkollu produzzjoni annwali totali ta’ ħalib mhux ipproċessat ta’ anqas minn 500 000 tunnellata ma jaqbiżx il-45 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta’ dak l-Istat Membru.

4.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, referenzi għal organizzazzjonijiet tal-produtturi jinkludu assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

5.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika, permezz tal-metodi li hija tqis li huma adatti, l-ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat fl-Unjoni u fl-Istati Membri billi tuża l-informazzjoni l-aktar aġġornata li tkun disponibbli.

6.  B'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, anki meta l-limiti stabbiliti hemmhekk ma jinqabżux, l-awtorità tal-kompetizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tiddeċiedi f'każ individwali li negozjati partikolari mill-organizzazzjoni ta’ produtturi għandhom ikollhom jerġgħu jinfetħu jew m'għandhom iseħħu qatt jekk tqis li dan meħtieġ sabiex iżżomm milli l-kompetizzjoni tkun eskluża jew sabiex tevita li ssir ħsara serja lill-SMEs li jipproċessaw il-ħalib mhux ipproċessat fit-territorju tagħha.

Għal negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3). F'każijiet oħrajn, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istat Membru li għalih jirrelataw in-negozjati.

Id-deċiżjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.

7.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

“awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni” tfisser l-awtorità msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 ( 22 );

(b) 

"SME" tfisser impriża mikro, żgħar jew ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE.

8.  L-Istati Membri li fihom isiru n-negozjati f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-punt (f) tal-paragrafu 2 u tal-paragrafu 6.

Artikolu 150

Regolamentazzjoni tal-provvista ta’ ġobon b’denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta

1.  Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu 152(3), organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157(3) jew grupp ta’ operaturi msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal perijodu ta’ żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta' ġobon li jibbenefika minn denominazzjoni tal-oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

2.  Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Tali ftehim għandu jiġi konkluż bejn tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi tal-ħalib jew ir-rappreżentanti tagħhom li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-ħalib mhux ipproċessat użat għall-produzzjoni tal-ġobon imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, fejn xieraq, tal-anqas żewġ terzi tal-produtturi ta’ dak il-ġobon li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta’ dak il-ġobon fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

3.  Għall-fini tal-paragrafu 1, li jikkonċerna l-ġobon li jibbenefika minn indikazzjoni ġeografika protetta, iż-żona ġeografika ta' oriġini tal-ħalib mhux ipproċessat, kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-ġobon, għandha tkun l-istess bħaż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 relatat ma' dak il-ġobon.

4.  Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1:

(a) 

għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u għandu jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista ta' dak il-ġobon għad-domanda;

(b) 

għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat;

(c) 

jistgħu jkunu vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin u jista' jiġġeddu wara dan il-perijodu, wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(d) 

ma għandhomx jikkawżaw ħsara lill-kummerċ ta' prodotti differenti minn dawk ikkonċernati minn dawk ir-regoli;

(e) 

ma għandhom ikunu relatati ma' ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-ġobon ikkonċernat;

(f) 

ma għandhomx jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(g) 

għandhom jagħmlu disponibbli l-proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li xort’oħra kien ikun disponibbli;

(h) 

ma għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostaklu għal membri ġodda fis-suq, jew iwasslu biex il- produtturi żgħar jiġu affettwati b'mod negattiv;

(i) 

għandhom jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità u/jew l-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat;

(j) 

għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 149.

5.  Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppublikati f’publikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

6.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, u, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnutaw li dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew osservati, għandhom jirrevokaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

7.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu adottaw. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe notifika ta’ tali regoli.

8.  Fi kwalunkwe żmien, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, jipprevjenu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f’parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ liberu jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 TFUE. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 151

Dikjarazzjonijiet obbligatorji fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

Mill-1 ta’ April 2015, l-ewwel xerrejja tal-ħalib mhux ipproċessat għandhom jiddikjaraw lill-awtorità nazzjonali kompetenti l-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat li ġie ikkonsenjat lilhom kull xahar.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 148, “l-ewwel xerrej” tfisser impriża jew grupp li jixtri l-ħalib mill-produtturi biex:

(a) 

jissoġġettawh għall-ġbir, l-ippakkjar, il-ħażna, it-tkessiħ jew l-ipproċessar, inkluż skont kuntratt;

(b) 

ibiegħuh lil impriża waħda jew aktar li tittratta jew tipproċessa l-ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dwar il-kontenut, il-format u l-iskeda ta’ tali dikjarazzjonijiet u miżuri rigward in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



KAPITOLU III

Organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet interprofessjonali



Taqsima 1

Definizzjoni u rikonoxximent

Artikolu 152

Organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.  L-Istati Membri jistgħu fuq talba jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet ta’ produtturi, li:

(a) 

ikunu magħmulin u kkontrollati f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 153(2), minn produtturi f'settur speċifiku elenkat fl-Artikolu 1(2);

▼M5

(b) 

ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-produtturi u li jwettqu għall-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin:

(i) 

ipproċessar konġunt;

(ii) 

distribuzzjoni konġunta, inkluż permezz ta' pjattaformi konġunti tal-bejgħ jew ta' trasportazzjoni konġunta;

(iii) 

ippakkjar, tikkettar jew promozzjoni konġunti;

(iv) 

organizzazzjoni konġunta tal-kontroll tal-kwalità;

(v) 

l-użu konġunt ta' tagħmir jew faċilitajiet ta' ħżin;

(vi) 

ġestjoni konġunta tal-iskart direttament relatat mal-produzzjoni;

(vii) 

akkwist konġunt ta' prodotti;

(viii) 

kwalunkwe attività konġunta oħra ta' servizzi intenzjonati biex jinkiseb objettiv minn fost dawk elenkati fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu;

▼B

(c) 

isegwu għan speċifiku li jista’ jinkludi tal-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(i) 

li jiġi żgurat li l-produzzjoni tiġi ppjanata u aġġustata skont id-domanda, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;

(ii) 

il-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmulin mill-membri tagħhom, speċjalment permezz ta’ bejgħ dirett, inkluż permezz ta' kumerċjalizzazzjoni diretta;

(iii) 

li jiġu ottimizzati l-ispejjeż u l-qligħ fuq l-investimenti bħala rispons għall-istandards tal-benesseri ambjentali u tal-annimali, u jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tal-produttur;

(iv) 

li ssir riċerka u li jiġu żviluppati inizjattivi għal metodi sostenibbli ta’ produzzjoni, prattiki innovattivi, kompetittività ekonomika u żviluppi tas-suq;

(v) 

li ssir promozzjoni u li tingħata assistenza teknika għall-użu ta’ prattiki ta’ kultivazzjoni, tekniki ta’ produzzjoni ambjentalment tajbin u prattiki u tekniki tajba ta’ benesseri tal-annimali;

(vi) 

li tiġi promossa u pprovduta assistenza teknika għall-użu ta’ standards ta’ produzzjoni, titjib fil-kwalità tal-prodotti u żvilupp ta’ prodotti b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, indikazzjoni ġeografika protetta jew koperti b’tikketta ta’ kwalità nazzjonali;

(vii) 

l-immaniġġjar ta’ prodotti sekondarji u ta’ skart, b’mod partikolari biex tiġi protetta l-kwalità tal-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ, u tiġi ppreservata u stimulata l-bijodiversità;

(viii) 

li jingħata kontribut għall-użu sostenibbli ta’ riżorsi naturali u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(ix) 

li jiġu żviluppati inizjattivi fil-qasam tal-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni;

▼C2

(x) 

jiġu mmaniġġati l-fondi mutwi msemmija fil-programmi operattivi fil-qasam tal-frott u l-ħaxix imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 33(3) ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

▼B

(xi) 

tingħata l-assistenza teknika meħtieġa għall-użu tas-swieq tal-futuri u ta’ skemi tal-assigurazzjoni.

▼M5

1a.  B'deroga mill-Artikolu 101(1) TFUE, organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tippjana l-produzzjoni, tottimizza l-ispejjeż tal-produzzjoni, tqiegħed fis-suq u tinnegozja kuntratti għall-provvista ta' prodotti agrikoli, f'isem il-membri tagħha għall-produzzjoni totali kollha tagħhom jew għal parti minnha.

L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu:

(a) 

dment li waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fil-punt (b)(i) sa (vii) tal-paragrafu 1 ikunu eżerċitati ġenwinament, u b'hekk jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE;

(b) 

dment li organizzazzjoni ta' produtturi tikkonċentra l-provvista u tqiegħed il-prodotti tal-membri tagħha fis-suq, irrispettivament jekk isirx trasferiment jew le tas-sjieda ta' prodotti agrikoli mill-produtturi lill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(c) 

kemm jekk il-prezz innegozjat ikunx l-istess jew le fir-rigward tal-produzzjoni aggregata ta' xi wħud mill-membri jew kollha;

(d) 

dment li l-produtturi kkonċernati ma jkunux membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi oħra rigward il-prodotti koperti mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu;

(e) 

dment li l-prodott agrikolu ma jkunx kopert b'obbligu ta' konsenja li jirriżulta mill-fatt li bidwi jkun membru f'kooperattiva li hija stess ma tkunx membru tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi kkonċernati, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-istatuti tal-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti f'dawn l-istatuti jew derivati minnhom;

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-kondizzjoni stipulata fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu f'każijiet debitament iġġustifikati fejn il-membri produtturi jkollhom żewġ unitajiet distinti ta' produzzjoni li jkunu jinsabu f'żoni ġeografiċi differenti;

1b.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-referenzi għal organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jinkludu wkoll l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156(1) jekk tali assoċjazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

1c.  L-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 tista' tiddeċiedi f'każijiet individwali li, għall-futur, waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a jridu jiġu modifikati, ma jitkomplewx jew ma jseħħux għalkollox jekk tqis li dan hu meħtieġ sabiex jiġi evitat li tiġi eskluża l-kompetizzjoni jew jekk tqis li l-objettivi msemmija fl-Artikolu 39 TFUE huma mhedda.

Għal negozjati li jkopru aktar minn Stat Membru wieħed, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tittieħed mill-Kummissjoni mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

Meta taġixxi taħt l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-miktub minn qabel jew bla dewmien wara li tiftaħ l-ewwel miżura formali tal-investigazzjoni u għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet adottati bla dewmien wara li jkunu ġew adottati.

Id-deċiżjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw aktar kmieni mid-data tan-notifika tagħhom lill-impriżi kkonċernati.

▼B

2.  Organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta taħt il-paragrafu 1 tista' tkompli tiġi rikonoxxuti jekk tinvolvi ruħha fil-prodotti ta' kummerċjalizzazzjoni li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex  22 08 minbarra dawk imsemmija fl-Anness I għat-Trattati, dment li l-proporzjon ta' prodotti bħal dawn ma jaqbiżx 49 % tal-valur totali tal-produzzjoni kummerċjalizzata tal-organizzazzjoni tal-produtturi u li prodotti bħal dawn ma jibbenefikawx mill-appoġġ tal-Unjoni. Dawk il-prodotti ma jgħoddux, għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, għall-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għall-għanijiet tal-Artikolu 34(2).

▼M5 —————

▼B

Artikolu 153

Statuti tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.  L-istatuti ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jeħtieġu lill-membri produtturi tagħha, b’mod partikolari, li:

(a) 

japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi fir-rigward tar-rappurtar ta’ produzzjoni, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent;

(b) 

ikunu membri biss ta’ organizzazzjoni tal-produtturi waħda għal kwalunkwe prodott partikolari tal-impriża, madanakollu l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn din il-kundizzjoni f'każijiet debitament iġġustifikati fejn il-produtturi msieħba jkollhom żewġ unitajiet ta’ produzzjoni distinti li jinstabu f’żoni ġeografiċi differenti;

(c) 

jagħtu l-informazzjoni mitluba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għal skopijiet ta' statistika.

2.  L-istatuti ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jistabbilixxu wkoll:

(a) 

proċeduri għad-determinazzjoni, l-adozzjoni u l-emendar tar-regoli msemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b) 

l-impożizzjoni fuq il-membri ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa sabiex tiġi ffinanzjata l-organizzazzjoni tal-produtturi;

(c) 

regoli li jippermettu lill-membri li huma produtturi jeżaminaw bir-reqqa u b’mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha;

(d) 

pieni għal ksur ta’ obbligi taħt l-istatuti, partikolarment in-nuqqas ta’ pagament ta’ kontributi finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(e) 

regoli dwar id-dħul ta’ membri ġodda, u partikolarment il-perijodu minimu ta’ sħubija, li ma jistax ikun anqas minn sena;

(f) 

ir-regoli baġitarji u ta’ kontabilità meħtieġa għat-tħaddim tal-organizzazzjoni.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib.

Artikolu 154

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1.  Sabiex tiġi rikonoxxuta minn Stat Membru, organizzazzjoni tal-produtturi, l-organizzazzjoni tal-produtturi li tkun qed tapplika għal tali rikonoxximent għandha tkun entità legali jew parti definita b'mod ċar ta' entità legali li:

(a) 

tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 152(1);

(b) 

ikollha numru minimu ta’ membri u/jew tkopri volum jew valur minimu ta’ produzzjoni kummerċjali, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, fil-qasam li topera fih;

(c) 

toffri evidenza suffiċjenti li kapaċi twettaq l-attivitajiet tagħha b’mod xieraq, kemm f’termini ta’ żmien u f’termini ta’ effiċjenza, fir-rigward tal-għoti ta’ appoġġ uman, materjali u tekniku lill-membri tagħha, u kif xieraq il-konċentrazzjoni tal-provvista;

(d) 

ikollha statuti li jkunu konsistenti mal-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

▼M5

1a.  L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni tal-produtturi li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull settur li għalih tkun qed tfittex ir-rikonoxximent.

▼M5

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li organizzazzjonijiet ta' produtturi li jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi skont l-Artikolu 152.

3.  Fejn organizzazzjonijiet ta' produtturi jkunu ġew rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2018 iżda ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent tagħhom sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020.

▼B

4.  L-Istati Membri għandhom:

(a) 

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lill-organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien erba' xhur minn meta titressaq l-applikazzjoni akkumpanjata bl-evidenza ta' appoġġ rilevanti kollha; din l-applikazzjoni għandha titressaq flimkien quddiem l-Istat Membri fejn l-organizzazzjoni għandha l-kwartieri tagħha;

(b) 

iwettqu, f’intervalli li għandhom jiġu determinati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jkunu konformi ma’ dan il-Kapitolu;

(c) 

f’każ ta’ nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-miżuri previsti f'dan il-Kapitolu, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u, jekk meħtieġ, jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

(d) 

jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 155

Esternalizzazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jippermettu organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta jew assoċjazzjoni rikonoxxuta ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-setturi speċifikati mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 173(1) biex testernalizza kwalunkwe waħda mill-attivitajiet tagħha li mhijiex produzzjoni, inkluż lis-sussidjarji, dment li l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jibqgħu responsabbli mill-iżgurar li titwettaq l-attività esternalizzata u mill-kontroll globali u tal-ġestjoni u s-superviżjoni tal-arranġament kummerċjali għat-twettiq ta' din l-attività.

Artikolu 156

Assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi

1.  L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, meta jintalbu, l-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi f'settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li jkunu ffurmati fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta’ produtturi.

Soġġett għar-regoli adottati skont l-Artikolu 173, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jistgħu jwettqu kwalunkwe attività jew funzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

2.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, jirrikonoxxu, fuq talba, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkunsidra li l-assoċjazzjoni tkun kapaċi twettaq b’mod effikaċi kwalunkwe attività ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta, u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Artikolu 161(1).

Artikolu 157

Organizzazzjonijiet interprofessjonali

1.  L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet interprofessjonali f'settur speċifiku minn dawk elenkati fl-Artikolu 1(2) li:

(a) 

huma magħmulin minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni u għall-inqas ma' waħda mill-istadji tal-katina tal-provvista li ġejjin: l-ipproċessar ta' prodotti jew in-negozjati tagħhom, inkluż id-distribuzzjoni tagħhom, f'settur wieħed jew aktar;

(b) 

ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tal-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew ta’ xi wħud minnhom li jikkostitwuhom;

(c) 

isegwu għan speċifiku filwaqt li jqisu l-interessi tal-membri tagħhom u dawk tal-konsumaturi, li jista’ jinkludi, b’mod partikolari, wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(i) 

jittejbu l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, li jinkludi l-pubblikazzjoni ta’ data ta’ statistika aggregata dwar l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-prezzijiet, inkluż, fejn adatt, ma' indiċi relatati mal-prezz, il-volumi u t-tul ta’ żmien tal-kuntratti li jkunu ġew konklużi qabel, u billi tiġi pprovduta analiżi tal-iżviluppi potenzjali fis-suq għall-ġejjieni fuq livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali;

(ii) 

il-previżjoni ta' potenzjal tal-produzzjoni, u rreġistrar ta' prezzijiet pubbliċi tas-suq;

(iii) 

l-għoti ta’ għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-prodotti jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq;

(iv) 

l-esplorazzjoni ta' swieq potenzjali għall-esportazzjoni;

(v) 

mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 148 u 168, it-tfassil ta’ forom standard ta’ kuntratti kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta’ prodotti agrikoli lil xerrejja u/jew il-provvista ta’ prodotti pproċessati lil distributuri u bejjiegħa bl-imnut, waqt li jitqies il-bżonn li jintlaħqu kundizzjonijiet kompetittivi ġusti u li jkunu evitati d-distorsjonijiet fis-suq;

(vi) 

l-isfruttar b’mod aktar estiż tal-potenzjal tal-prodotti, inkluż fil-livell ta’ ħwienet tas-suq, u l-iżvilupp ta’ inizjattivi li jsaħħu l-kompetittività ekonomika u l-innovazzjoni;

(vii) 

l-għoti tal-informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa biex il-produzzjoni, u jekk ikun il-każ għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, tiġi innovata, irrazzjonalizzata, imtejba u aġġustata biex il-prodotti jkunu aktar adatti għall-esiġenzi tas-suq u għall-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott, inkluż il-karatteristiċi speċifiċi ta’ prodotti li jkollhom denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, u l-protezzjoni tal-ambjent;

(viii) 

ir-riċerka ta’ metodi kif jista’ jiġi ristrett l-użu ta’ prodotti għas-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-pjanti, jiġu amministrati aħjar prodotti oħra, li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-konservazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma, tiġi promossa s-sikurezza tal-ikel, b'mod partikolari permezz tat-traċċabilità tal-prodotti, u tittejjeb is-saħħa u l-benesseri tal-annimali;

(ix) 

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u, fejn applikabbli, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(x) 

it-teħid tal-azzjonijiet kollha possibbli għall-ħarsien, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-biedja organika u d-denominazzjonijiet ta’ oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

(xi) 

il-promozzjoni ta’ produzzjoni integrata u sostenibbli jew ta’ metodi ta’ produzzjoni li tirrispetta l-ambjent u li ssir riċerka dwarhom;

(xii) 

l-inkoraġġiment għal konsum san u responsabbli tal-prodotti fis-suq intern; u/jew l-informazzjoni dwar il-ħsara marbuta ma' tendenzi ta' konsum perikolużi;

(xiii) 

il-promozzjoni ta’ konsum u/jew l-għoti ta' informazzjoni dwar prodotti fis-suq intern u fis-swieq esterni;

(xiv) 

il-kontribut għall-ġestjoni ta’ prodotti sekondarji u t-tnaqqis u l-ġestjoni tal-iskart;

▼M5

(xv) 

l-istabbiliment ta' klawżoli standard ta' kondiviżjoni tal-valur fis-sens tal-Artikolu 172a, inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti fuq is-suq tal-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom;

(xvi) 

l-implimentazzjoni ta' miżuri biex jipprevjenu u jimmaniġġaw is-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali.

1a.  L-Istati Membri jistgħu, fuq talba, jiddeċiedu li jagħtu aktar minn rikonoxximent wieħed lil organizzazzjoni interprofessjonali li topera f'diversi setturi msemmija fl-Artikolu 1(2) dment li l-organizzazzjoni interprofessjonali tissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u, fejn applikabbli, il-paragrafu 3 għal kull settur li għalih tkun qed tfittex rikonoxximent.

▼B

2.  F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, abbażi ta' kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, li l-kundizzjoni fil-punt (c) tal-Artikolu 158(1) hija sodisfatti billi jiġi limitat in-numru ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali fuq livell reġjonali jew nazzjonali jekk huwa previst hekk mir-regoli nazzjonali fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2014, u fejn dan ma jxekkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

3.  Permezz ta’ derogi mill-paragrafu 1, fir-rigward tas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali li:

(a) 

ikunu talbu r-rikonoxximent formalment u jkunu magħmula minn rappreżentanti ta’ attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u marbuta ma' tal-anqas wieħed mill-istadji li ġejjin tal-katina ta' provvista: l-ipproċessar jew il-kummerċ, inkluża d-distribuzzjoni, tal-prodotti tas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

(b) 

ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tar-rappreżentanti kollha jew xi wħud minnhom imsemmija fil-punt (a);

(c) 

iwettqu, f’reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni, b'kont meħud tal-interessi tal-membri ta' dawk l-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-konsumaturi, attività waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i) 

it-titjib tal-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni ta’ data ta' statistika dwar il-prezzijiet, il-volumi u t-tul taż-żmien tal-kuntratti għall-konsenja ta' ħalib mhux ipproċessat li jkunu ġew konklużi preċedentement u permezz tal-forniment ta' analiżijiet tal-iżviluppi potenzjali futuri fis-suq f'livell reġjonali, nazzjonali u internazzjonali;

(ii) 

l-għoti ta’ għajnuna għall-koordinazzjoni aħjar tal-mod kif il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jitqiegħdu fis-suq, b’mod partikolari permezz ta’ riċerka u studji dwar is-suq;

(iii) 

il-promozzjoni tal-konsum u l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kemm fis-suq intern kif ukoll f'dak estern;

(iv) 

l-esplorazzjoni ta' swieq potenzjali għall-esportazzjoni;

(v) 

it-tfassil ta' forom standard ta’ kuntratt kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni għall-bejgħ ta’ ħalib mhux ipproċessat lix-xerrejja jew il-forniment ta’ prodotti pproċessati lid-distributuri u lill-bejjiegħa bl-imnut, b'kont meħud tal-ħtieġa li jintlaħqu kondizzjonijiet kompetittivi ġusti u li jiġu evitati id-distorsjonijiet fis-suq;

(vi) 

l-għoti ta' informazzjoni u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa sabiex il-produzzjoni tiġi aġġustata favur prodotti aktar adatti għar-rekwiżiti tas-suq u l-gosti u l-aspettattivi tal-konsumatur, b’mod partikolari rigward il-kwalità tal-prodott u l-protezzjoni tal-ambjent;

(vii) 

is-sostenn u l-iżvilupp tal-potenzjal tal-produzzjoni tas-settur tal-ħalib, fost l-oħrajn, permezz tal-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-appoġġ għal programmi għar-riċerka u l-iżvilupp applikati sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, speċjalment sabiex jinħolqu prodotti b'valur miżjud li jkunu aktar attraenti għall-konsumatur;

(viii) 

it-tiftix ta' modi li jillimitaw l-użu ta’ prodotti relatati mas-saħħa tal-annimali, itejbu l-ġestjoni ta' kontributi oħra u jsaħħu s-sikurezza alimentari u s-saħħa tal-annimali;

(ix) 

l-iżvilupp ta’ metodi u strumenti biex titjieb il-kwalità tal-prodott fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(x) 

l-użu b'mod sħiħ tal-potenzjal tal-biedja organika u l-protezzjoni u l-promozzjoni ta' tali biedja, kif ukoll il-produzzjoni ta' prodotti b'denominazzjonijiet ta’ oriġini, tikketti tal-kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi; u

(xi) 

il-promozzjoni ta’ produzzjoni integrata jew metodi oħra ta' produzzjoni li tirrispetta l-ambjent;

▼M5

(xii) 

l-istabbiliment ta' klawżoli standard ta' kondiviżjoni tal-valur fit-tifsira tal-Artikolu 172a, inklużi bonuses u telf kummerċjali, li jiddeterminaw kif kull evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti fuq is-suq tal-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom; u

(xiii) 

jimplimentaw miżuri biex jipprevjenu u jimmaniġġaw is-saħħa tal-annimali, il-protezzjoni tal-pjanti u r-riskji ambjentali.

▼B

Artikolu 158

Rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali

1.  L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li japplikaw għal rikonoxximent bħal dan, sakemm dawn:

(a) 

jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 157;

(b) 

iwettqu l-attivitajiet tagħhom f’reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat;

(c) 

jiffurmaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu fil-punt (a) tal-Artikolu 157(1);

(d) 

bl-eċċezzjoni tal-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 162, ma jwettqux huma stess attivitajiet ta’ produzzjoni, ta’ pproċessar u/jew ta’ kummerċ.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li qabel l-1 ta’ Jannar 2014 ikunu ġew rikonoxxuti abbażi tal-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta’ produtturi skont l-Artikolu 157.

3.  L-organizzazzjonijiet interprofessjonali li, qabel l-1 ta’ Jannar 2014, ikunu ġew rikonoxxuti abbażi tal-liġi nazzjonali u li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkomplu l-attivitajiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali sal-1 ta’ Jannar 2015.

4.  L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi kollha li jkunu jeżistu qabel l-1 ta’ Jannar 2014, kemm jekk kinux rikonoxxuti fuq talba jew stabbiliti bil-liġi, minkejja li ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 157(1) jew il-punt (b) tal-Artikolu 157(3).

5.  Meta jirrikonoxxu organizzazzjoni interprofessjonali skont il-paragrafu 1 jew 2, huma għandhom:

(a) 

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent fi żmien erba' xhur minn meta titressaq l-applikazzjoni bid-dokumenti ta' appoġġ rilevanti kollha; din l-applikazzjoni għandha titressaq flimkien mal-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(b) 

iwettqu, f’intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu qed jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rikonoxximent tagħhom;

(c) 

f’każ ta’ nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u, jekk meħtieġ, jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

(d) 

jirtiraw ir-rikonoxximent jekk ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati f’dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti;

(e) 

jinfurmaw lill-Kummissjoni fl-31 ta' Marzu ta' kull sena, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.



Taqsima 2

Regoli addizzjonali għal setturi speċifiċi

Artikolu 159

▼M5

Rikonoxximent obbligatorju

▼B

B'deroga mill-Artikoli 152 sa 158, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu, fuq talba:

(a) 

organizzazzjonijiet tal-produtturi fi:

(i) 

is-settur tal-frott u l-ħaxix fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar ta' dak is-settur u/jew prodotti bħal dawn li huma maħsubin biss għall-ipproċessar,

(ii) 

is-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-ikel,

(iii) 

is-settur tad-dud tal-ħarir,

(iv) 

is-settur tal-ħops;

(b) 

organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel u s-settur tat-tabakk.

Artikolu 160

Organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

Fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom isegwu tal-anqas wieħed mill-objettivi stabbiliti fil-punti (c)(i), (ii) u (iii) tal-Artikolu 152(1).

L-istatuti ta' organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex għandhom jitolbu li l-membri produtturi biex iqiegħdu fis-suq il-produzzjoni sħiħa tagħhom ikkonċernata permezz tal-organizzazzjoni tal-produtturi.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix għandhom jitqiesu li qed jaġixxu f’isem u għan-nom tal-membri tagħhom fi kwistjonijiet ekonomiċi fi ħdan it-termini ta' referenza tagħhom.

Artikolu 161

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

▼M5

1.  L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib l-entitajiet legali kollha jew partijiet definiti b'mod ċar ta' tali entitajiet, dment li:

(a) 

ikunu kostitwiti minn produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, ikunu ffurmati fuq l-inizjattiva tagħhom u isegwu għan speċifiku li jista' jinkludi wieħed jew aktar mill-objettivi li ġejjin:

(i) 

li jiġi żgurat li l-produzzjoni tiġi ppjanata u aġġustata skont id-domanda, partikolarment fir-rigward tal-kwalità u l-kwantità;

(ii) 

li tiġi kkonċentrata l-provvista u jitqiegħdu fis-suq prodotti magħmulin mill-membri tagħhom;

(iii) 

li jiġu ottimizzati l-ispejjeż tal-produzzjoni u jiġu stabbilizzati l-prezzijiet tal-produtturi;

▼B

(b) 

ikollhom numru minimu ta' membri u/jew ikopru volum minimu ta' produzzjoni kummerċjabbli, li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, fiż-żona fejn joperaw;

(c) 

ikun hemm evidenza suffiċjenti li jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom b'mod adatt, kemm tul iż-żmien u kif ukoll f'termini ta' effettività u konċentrazzjoni tal-provvista;

(d) 

ikollhom statuti li jkunu konsistenti mal-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

▼M5

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li organizzazzjonijiet ta' produtturi li ġew rikonoxxuti qabel it-2 ta' April 2012 fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li huma rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom:

(a) 

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni tal-produtturi fi żmien erba’ xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza ta’ appoġġ rilevanti kollha. Din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(b) 

iwettqu, f’intervalli li għandhom jiġu stabbiliti minnhom, kontrolli biex jiġi vverifikat li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jkunu qed jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu;

(c) 

f’każ ta’ nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f'dan il-Kapitolu, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedu jekk għandux jiġi rtirat ir-rikonoxximent;

(d) 

jinfurmaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, b'kull deċiżjoni dwar l-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.

Artikolu 162

Organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-ikel u tat-tabakk

Għal organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-ikel u tat-tabakk, l-għan speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 157(1) jista’ jinkludi wkoll tal-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:

(a) 

il-konċentrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-produzzjoni tal-membri;

(b) 

l-adattament tal-produzzjoni u tal-ipproċessar b’mod konġunt għall-esiġenzi tas-suq u t-titjib tal-prodott;

(c) 

il-promozzjoni tar-razzjonalizzazzjoni u t-titjib tal-produzzjoni u tal-ipproċessar.

Artikolu 163

Rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

1.  L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib dment li tali organizzazzjonijiet:

(a) 

jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 157(3);

(b) 

iwettqu l-attivitajiet tagħhom f’reġjun wieħed jew aktar fit-territorju kkonċernat;

(c) 

jiffurmaw sehem sinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu fil-punt (a) tal-Artikolu 157(3);

(d) 

ma jkunux huma stess involuti fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċ ta' prodotti fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkunu ġew rikonoxxuti qabel it-2 ta’ April 2012 abbażi tal-liġi nazzjonali u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali skont l-Artikolu 157(3).

3.  Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-għażla li jirrikonoxxu organizzazzjoni interprofessjonali skont il-paragrafu 1 jew 2, huma għandhom:

(a) 

jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni interprofessjonali fi żmien erba’ xhur minn meta titressaq applikazzjoni akkumpanjata mill-evidenza ta’ appoġġ rilevanti kollha. Din l-applikazzjoni għandha titressaq lill-Istat Membru fejn l-organizzazzjoni jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha;

(b) 

iwettqu, f’intervalli li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, kontrolli biex jivverifikaw li l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jkunu qed jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rikonoxximent tagħhom;

(c) 

f’każ ta’ nuqqas ta' konformità jew irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, jimponu fuq dawk l-organizzazzjonijiet il-pieni applikabbli li jkunu stabbilixxew u, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedu li jirtiraw ir-rikonoxximent,;

(d) 

jirtiraw ir-rikonoxximent jekk:

(i) 

ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu ssodisfati;

(ii) 

l-organizzazzjoni interprofessjonali tieħu parti f’waħda mill-ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma msemmija fl-Artikolu 210(4); tali rtirar ta' rikonoxximent għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pieni oħrajn li għandhom jiġu mposti skont il-liġi nazzjonali;

(iii) 

l-organizzazzjoni interprofessjonali tonqos milli tikkonforma mal-obbligu tan-notifika msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 210(2);

(e) 

jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena, sal-31 ta' Marzu, b'kull deċiżjoni għall-għoti, iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ rikonoxximent li jkunu ħadu matul is-sena kalendarja preċedenti.



Taqsima 3

Estensjoni tar-regoli u kontribuzzjonijiet obbligatorji

Artikolu 164

Estensjoni ta’ regoli

1.  F’każijiet fejn organizzazzjoni rikonoxxuta ta’ produtturi, assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta li topera f’żona ekonomika speċifika jew f’żoni speċifiċi ta’ Stat Membru titqies li tkun tirrappreżenta l-produzzjoni ta’ prodott partikolari, il-kummerċ jew l-ipproċessar tiegħu, l-Istat Membru konċernat jista’, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni, jagħmel obbligatorji għal perijodu limitat xi wħud mill-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma li kien hemm qbil dwarhom f’dik l-organizzazzjoni għal operaturi oħra li jaġixxu fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti ekonomiċi inkwistjoni, sew bħala individwi jew bħala gruppi, u li ma jkunux jappartjenu għall-organizzazzjoni jew għall-assoċjazzjoni.

2.  Għall-finijiet ta' din it-Taqsima “distrett ekonomiku” tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta’ produzzjoni maġenb jew qrib xulxin fejn il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni jkunu omoġeni.

3.  Organizzazzjoni jew assoċjazzjoni għandha titqies rappreżentattiva fejn, fid-distrett ekonomiku jew fid-distretti kkonċernati ta’ Stat Membru, tkun responsabbli:

(a) 

fir-rigward ta’ proporzjon tal-volum tal-produzzjoni ta', jew tal-kummerċ fi, jew tal-ipproċessar tal-prodott jew il-prodotti konċernati:

(i) 

għal organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, tal-anqas għal 60 %, jew

(ii) 

f’każijiet oħra, tal-anqas għal żewġ terzi; u

(b) 

fil-każ ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, għal aktar minn 50 % tal-produtturi konċernati.

Madankollu, fejn, fil-każ ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali, id-determinazzjoni tal-proporzjon tal-volum tal-produzzjoni, jew ta' kummerċ fi, jew tal-ipproċessar tal-prodott jew tal-prodotti kkonċernati tqajjem diffikultajiet prattiċi, Stat Membru jista' jistabbilixxi regoli nazzjonali biex jiġi ddeterminat il-livell ta' rappreżentanza msemmi fil-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu.

Fejn it-talba għal estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħra tkopri aktar minn distrett ekonomiku wieħed, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għandha turi l-livell minimu ta’ rappreżentanza kif definit fl-ewwel subparagrafu għal kull waħda mill-fergħat li hija tiġbor fi grupp f’kull wieħed mid-distretti ekonomiċi konċernati.

4.  Ir-regoli li għalihom tista’ tintalab estensjoni għal operaturi oħra kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollhom wieħed mill-għanijiet li ġejjin:

(a) 

rappurtar dwar il-produzzjoni u s-suq;

(b) 

regoli ta’ produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali;

(c) 

tfassil ta’ kuntratti standard li jkunu kompatibbli mar-regoli tal-Unjoni;

(d) 

il-kummerċjalizzazzjoni;

(e) 

il-ħarsien tal-ambjent;

(f) 

miżuri biex jiġi promoss u sfruttat il-potenzjal tal-prodotti;

(g) 

miżuri biex tiġi protetta l-biedja organika, kif ukoll id-denominazzjonijiet ta’ oriġini, it-tikketti tal-kwalità u l-indikazzjonijiet ġeografiċi;

(h) 

riċerka biex jiżdied il-valur għall-prodotti, partikolarment permezz ta’ użi ġodda li ma jkunux ta’ theddida għas-saħħa pubblika;

(i) 

studji biex titjieb il-kwalità tal-prodotti;

(j) 

riċerka, b’mod partikolari dwar metodi ta’ kultivazzjoni li jippermettu użu anqas ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għas-saħħa tal-annimali u li jiggarantixxu l-konservazzjoni tal-ħamrija u konservazzjoni jew titjib tal-ambjent;

(k) 

definizzjoni ta’ kwalitajiet minimi u definizzjoni ta’ standards minimi dwar l-imballaġġ u l-preżentazzjoni;

(l) 

użu ta’ żerriegħa ċertifikata u monitoraġġ tal-kwalità tal-prodott;

(m) 

is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti jew is-sigurtà tal-ikel;

(n) 

il-ġestjoni ta' prodotti sekondarji.

Dawk ir-regoli ma għandhomx jikkawżaw ħsara lil operaturi oħra fl-Istat Membru konċernat jew lill-Unjoni u ma għandu jkollhom l-ebda wieħed mill-effetti elenkati fl-Artikolu 210(4) jew ikunu xort’oħra inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni jew mar-regoli nazzjonali fis-seħħ.

5.  L-estensjoni tar-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi b'mod sħiħ f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

6.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.

Artikolu 165

Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ dawk mhux membri

Fejn regoli ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta ta’ produtturi, ta’ assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi jew ta’ organizzazzjoni interprofessjonali rikonoxxuta jiġu estiżi skont l-Artikolu 164 u l-attivitajiet koperti minn dawk ir-regoli jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ operaturi ekonomiċi li l-attivitajiet tagħhom ikunu relatati mal-prodotti konċernati, l-Istat Membru li jkun ta rikonoxximent jista’ jiddeċiedi, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, li operaturi ekonomiċi individwali jew gruppi li ma jkunux membri tal-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha, jew parti minnhom, imħallsa mill-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru spejjeż imġarrba direttament biex ikunu segwiti l-attivitajiet inkwistjoni.



Taqsima 4

Aġġustament ta' provvista

Artikolu 166

Miżuri biex jitħaffef l-aġġustament ta’ provvista għall-esiġenzi tas-suq

Sabiex tiġi inkoraġġuta azzjoni mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 152 sa 163 biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament tal-provvista għall-esiġenzi tas-suq, bl-eċċezzjoni ta’ azzjoni relatata ma’ rtirar mis-suq, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 fir-rigward ta' miżuri fis-setturi elenkati fl-Artikolu 1(2):

(a) 

biex titjieb il-kwalità;

(b) 

biex tiġi promossa organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni;

(c) 

biex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni ta’ xejriet fil-prezzijiet tas-suq;

(d) 

biex ikun jista' jsir tbassir għal żmien qasir u fit-tul abbażi tal-mezzi tal-produzzjoni użati.

Artikolu 167

Regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex itejbu u jistabbilizzaw l-operazzjoni tas-suq komuni f’inbejjed

1.  Biex titjieb u tiġi stabbilizzata l-operazzjoni tas-suq komuni f’inbejjed, inkluż l-għeneb, il-most u l-inbejjed li minnhom jidderivaw, l-Istati Membri produtturi jistgħu jistabbilixxu regoli għall-kummerċjalizzazzjoni biex jirregolaw il-provvista, partikolarment permezz ta’ deċiżjonijiet meħuda minn organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikoli 157 u 158.

Dawn ir-regoli għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv segwit u ma għandhomx:

(a) 

ikunu relatati ma’ ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodott kollu konċernat;

(b) 

jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(c) 

jirrendu mhux disponibbli proporzjon eċċessiv ta’ qtugħ ta’ għeneb li xort’oħra kien ikun disponibbli;

(d) 

jipprovdu skop biex ikun miċħud il-ħruġ taċ-ċertifikati nazzjonali u tal-Unjoni meħtieġa għaċ-ċirkolazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ nbejjed fejn din il-kummerċjalizzazzjoni tkun skont dawk ir-regoli.

2.  Ir-regoli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-operaturi, permezz tal-pubblikazzjoni kompluta tagħhom f'pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.



Taqsima 5

Sistemi ta' kkuntrattar

Artikolu 168

Relazzjonijiet Kuntrattwali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 148 dwar is-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u tal-Artikolu 125 dwar is-settur taz-zokkor, jekk Stat Membru jiddeċidedi, fir-rigward ta' prodotti agrikoli minn settur elenkat fl-Artikolu 1(2), li mhumiex ħalib u prodotti tal-ħalib u zokkor:

(a) 

li kull konsenja fit-territorju tiegħu ta' dawk il-prodotti minn produttur lil proċessur jew lil distributur, għandha tkun koperta minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet; u/jew

(b) 

li l-ewwel ix-xerrejja għandhom jagħmlu offerta bil-miktub għall-konsenja fit-territorju tiegħu ta’ dawk il-prodotti agrikoli mill-produttur,

dan il-kuntratt jew din l-offerta għal kuntratt għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4 u 6 ta' dan l-Artikolu.

▼M5

1a.  Fejn l-Istati Membri ma jisfruttawx il-possibbiltajiet previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, produttur, organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu, fir-rigward ta' prodotti agrikoli f'settur imsemmi fl-Artikolu 1(2), apparti s-setturi tal-ħalib, tal-prodotti tal-ħalib u taz-zokkor, jirrikjedu li kwalunkwe konsenja tal-prodotti tagħhom lil proċessur jew distributur tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mill-ewwel xerrejja, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Jekk l-ewwel xerrej ikun intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju fit-tifsira tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE, il-kuntratt u/jew l-offerta ta' kuntratt mhumiex obbligatorji mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-partijiet li jagħmlu użu minn kuntratt standard imfassal minn organizzazzjoni interprofessjonali.

▼B

2.  Meta Stat Membru jiddeċiedi li l-konsenji ta’ prodotti koperti b'dan l-Artikolu minn produttur lil min jipproċessa jridu jkunu koperti minn kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet, l-Istat Membru għandu wkoll jiddeċiedi liema stadji tal-konsenja għandhom jiġu koperti minn tali kuntratt bejn il-partijiet jekk il-konsenja tal-prodotti konċernati ssir permezz ta’ wieħed jew aktar intermedjarji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw skont dan l-Artikolu ma jxekklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

3.  Fil-każ deskritt fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista' jistabbilixxi mekkaniżmu ta' medjazzjoni biex ikopri l-każijiet fejn ma hemm l-ebda ftehim reċiproku li jiġi konkluż tali kuntratt, biex b'hekk jiġu żgurati relazzjonijiet kuntrattwali ġusti.

▼M5

4.  Kwalunkwe kuntratt jew offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandha:

▼B

(a) 

issir qabel ma ssir il-konsenja;

(b) 

issir bil-miktub; u

(c) 

tinkludi, b’mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

(i) 

il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

— 
ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew
— 
jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-prodotti agrikoli ikkonsenjat,
(ii) 

il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti kkonċernati li jistgħu jew għandhom jiġu kkonsenjati u l-ħin ta' dawn il-konsenji,

(iii) 

it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista’ jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta’ terminazzjoni,

(iv) 

id-dettalji rigward il-perijodi u l-proċeduri ta' pagament,

(v) 

l-arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-prodotti agrikoli, u

(vi) 

ir-regoli applikabbli f’każ ta’ force majeure.

▼M5

5.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 1a, ma għandux ikun meħtieġ kuntratt jew offerta għal kuntratt fejn il-prodotti kkonċernati jiġu kkonsenjati minn membru ta' kooperattiva lill-kooperattiva li tagħha jkun membru jekk l-istatuti ta' dik il-kooperattiva jew ir-regoli u d-deċiżjonijiet previsti fi, jew derivati minn, dawn l-istatuti jkun fihom dispożizzjonijiet b'effetti simili għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 4.

▼B

6.  L-elementi kollha tal-kuntratti għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli konklużi mill-produtturi, il-kolletturi, il-proċessaturi jew id-distributuri, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4, għandhom jiġu nnegozjati liberament bejn il-partijiet.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, għandhom japplikaw waħda jew it-tnejn minn dawn li huma:

(a) 

meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel il-kuntratti bil-miktub għall-konsenja ta’ prodotti agrikoli obbligatorji skont il-paragrafu 1, jista’ jistabbilixxi tul ta’ żmien minimu, applikabbli biss għal kuntratti bil-miktub bejn il-produtturi u l-ewwel xerrej tal-prodotti agrikoli. Tali tul ta’ żmien minimu għandu jkun tal-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern;

(b) 

meta Stat Membru jiddeċiedi li l-ewwel xerrej tal-prodotti agrikoli jrid jagħmel offerta bil-miktub għal kuntratt lill-produttur skont il-paragrafu 1, huwa jista’ jagħmel dispożizzjoni li l-offerta għandha tinkludi tul ta’ żmien minimu tal-kuntratt, kif stabbilit mil-liġi nazzjonali għal dan il-għan. Tali tul ta’ żmien minimu għandu jkun ta’ mill-anqas sitt xhur u ma għandux ixekkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-produttur li jirrifjuta tali tul ta’ żmien minimu sakemm jagħmel dan bil-miktub. F’dan il-każ, il-partijiet għandhom ikunu ħielsa li jinnegozjaw l-elementi kollha tal-kuntratt, inklużi dawk l-elementi msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 4.

7.  L-Istati Membri li jużaw l-għażliet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet stabbiliti ma jxekklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kif japplikaw kwalunkwe miżura introdotta taħt dan l-Artikolu.

8.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri neċessarji għall-applikazzjoni uniformi tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u miżuri relatati man-notifiki li jridu jsiru mill-Istati Membri b’konformità ma’ dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

▼M5 —————

▼B

Artikolu 172

Regolamentazzjoni tal-provvista ta’ perżut b’denominazzjoni tal-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta

1.  Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu 152(1) ta' dan ir-Regolament, organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuta skont l-Artikolu 157(1) ta' dan ir-Regolament jew grupp ta’ operaturi msemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, għal perijodu ta’ żmien limitat, regoli vinkolanti għar-regolamentazzjoni tal-provvista ta' perżut li jibbenefika minn denominazzjoni tal-oriġini protetta jew minn indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

2.  Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-eżistenza ta' ftehim minn qabel bejn il-partijiet fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Ftehim bħal dan għandu jiġi konkluż, wara konsultazzjoni mal-produtturi tal-majjal fiż-żona ġeografika, bejn għall-inqas żewġ terzi tal-proċessuri ta' dak il-perżut li jirrappreżenta għall-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dak il-perżut fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u, jekk meqjus adegwat mill-Istat Membru, mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi tal-majjal fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1151/2012.

3.  Ir-regoli msemmijin fil-paragrafu 1:

(a) 

għandhom ikopru biss ir-regolamentazzjoni tal-provvista tal-prodott ikkonċernat u/jew il-materja prima tiegħu u għandu jkollhom l-għan li jadattaw il-provvista ta' dak il-perżut għad-domanda;

(b) 

għandu jkollhom effett biss fuq il-prodott ikkonċernat;

(c) 

jistgħu jkunu vinkolanti għal mhux aktar minn tliet snin u jistgħu jiġġeddu wara dan il-perijodu, wara li tkun saret talba ġdida, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(d) 

ma għandhomx jikkawżaw ħsara lill-kummerċ ta' prodotti differenti minn dawk ikkonċernati mir-regoli;

(e) 

ma għandhom ikunu relatati ma' ebda transazzjoni wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-perżut ikkonċernat;

(f) 

ma għandhomx jippermettu li jsir iffissar tal-prezzijiet, inkluż fejn prezzijiet ikunu ffissati bħala gwida jew rakkomandazzjoni;

(g) 

għandhom jagħmlu disponibbli l-proporzjon eċċessiv tal-prodott ikkonċernat li xort’oħra kien ikun disponibbli;

(h) 

ma għandhomx joħolqu diskriminazzjoni, jikkostitwixxu ostaklu għal membri ġodda fis-suq, jew iwasslu biex il- produtturi żgħar jiġu affettwati b'mod negattiv;

(i) 

għandhom jikkontribwixxu biex tinżamm il-kwalità u/jew l-iżvilupp tal-prodott ikkonċernat.

4.  Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppublikati f’pubblikazzjoni uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

5.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu3, u, jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinnutaw li dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux ġew osservati, għandhom jirrevokaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1.

6.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu adottaw. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe notifika ta’ tali regoli.

7.  Fi kwalunkwe żmien, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni li jirrikjedu li Stat Membru jirrevoka r-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1 jekk il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4, jimpedixxu l-kompetizzjoni jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni f’parti sostanzjali mis-suq intern, jew jipperikolaw il-kummerċ liberu jew l-ilħuq tal-objettivi tal-Artikolu 39 TFUE. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.

▼M5



Taqsima 5a

Klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur

Artikolu 172a

Kondiviżjoni tal-valur

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe klawżola speċifika dwar il-kondiviżjoni tal-valur fis-settur taz-zokkor, il-bdiewa, inklużi assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, u l-ewwel xerrej tagħhom jistgħu jaqblu dwar klawżoli dwar il-kondiviżjoni tal-valur, inklużi bonuses u telf tas-suq, li jiddeterminaw kif kwalunkwe evoluzzjoni tal-prezzijiet rilevanti tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew swieq komoditarji oħra għandha tiġi allokata bejniethom.

▼B



Taqsima 6

Regoli proċedurali

Artikolu 173

Setgħat iddelegati

1.  Sabiex jiġi żgurat li l-objettivi u r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jiġu ddefiniti b’mod ċar biex jikkontribwixxu għall-effikaċja tal-azzjonijiet ta’ tali organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet mingħajr ma jirriżulta piż amministrattiv mhux debitu u mingħajr ma jiġi mminat il-prinċipju tal-libertà ta' assoċjazzjoni b'mod partikolari lejn dawk li mhumiex membri ta' tali organizzazzjonijiet, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 rigward il-kwistjonijiet li ġejjin dwar organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali għal settur wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2), jew prodotti speċifiċi ta' dawk is-setturi;

(a) 

l-għanijiet speċifiċi li jistgħu, għandhom jew m’għandhomx jiġu segwiti minn dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet u, fejn applikabbli, jiżdiedu ma’ dawk stabbilit fl-Artikoli 152 sa 163,

(b) 

ir-regoli ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet bħal dawn, l-istatuti ta' organizzazzjonijiet li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-istatuti ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi f'ċerti setturi, inkluż derogi mill-obbligu li tiġi kummerċjalizzata l-produzzjoni sħiħa permezz ta' organizzazzjoni tal-produtturi msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 160, l-istruttura, il-perijodu ta' sħubija, id-daqs, ir-responsabbiltà u attivitajiet ta' tali organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet, l-effetti li jirriżultaw mir-rikonoxximent, l-irtirar ta' rikonoxximent, u fużjonijiet;

(c) 

il-kundizzjonijiet għal rikonoxximent, irtirar u sospensjoni ta’ rikonoxximent, l-effetti li jirriżultaw minn rikonoxximent, irtirar u sospensjoni ta’ rikonoxximent kif ukoll rekwiżiti għal dawn l-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet biex jieħdu miżuri ta’ rimedju fil-każ ta’ nuqqas ta’ rispett tal-kriterji ta’ rikonoxximent;

(d) 

organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet transnazzjonali, inklużi r-regoli msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu;

(e) 

ir-regoli relatati mal-istabbiliment u l-kundizzjonijiet tal-għajnuna amministrattiva li għandha tingħata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

►C2  (f) 

is-setturi li għalihom japplikaw l-Artikolu 155, ◄ il-kundizzjonijiet għall-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet, in-natura tal-attivitajiet li jistgħu jiġu esternalizzati u l-għoti ta' mezzi tekniċi minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet;

(g) 

il-bażi għall-kalkolu ta' volum jew valur minimu ta’ produzzjoni kummerċjabbli ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet;

(h) 

l-aċċettazzjoni tal-membri li mhumiex produtturi fil-każ ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi u li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-każ ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(i) 

l-estensjoni ta’ ċerti regoli tal-organizzazzjonijiet previsti fl-Artikolu 164 għal dawk li ma jkunux membri u l-ħlas obbligatorju ta’ abbonamenti minn dawk li ma jkunux membri msemmi fl-Artikolu 165, inkluż l-użu u l-allokazzjoni ta' dak il-pagament minn dawk l-organizzazzjonijiet u lista ta’ regoli ta’ produzzjoni aktar stretti li jistgħu jkunu estiżi skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 164(4), waqt li jiġi żgurat li dawn l-organizzazzjonijiet ikunu trasparenti u responsabbli lejn dawk li ma jkunux membri u li membri ta' dawn l-organizzazzjonijiet ma jkollhomx trattament aħjar minn dawk li ma jkunux membri, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-ħlas obbligatorju ta' abbonamenti;

(j) 

aktar rekwiżiti fir-rigward ta’ rappreżentanza tal-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 164, id-distretti ekonomiċi konċernati, inkluż skrutinju mill-Kummissjoni tad-definizzjoni tagħhom, perijodi minimi li matulhom ir-regoli għandhom japplikaw qabel l-estensjoni tagħhom, il-persuni jew l-organizzazzjonijiet li lilhom ir-regoli jew il-kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu applikati, u ċ-ċirkostanzi li fihom il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li l-estensjoni ta’ regoli jew kontribuzzjonijiet obbligatorji jiġu rrifjutati jew irtirati.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, sabiex jiġi żgurat li l-objettivi u r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ikunu ddefiniti b'mod ċar, sabiex jikkontribwixxu għall-effettività tal-azzjonijiet ta’ tali organizzazzjonijiet mingħajr ma jimponu piż żejjed, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jistipulaw:

(a) 

il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet transnazzjonali tal-produtturi u assoċjazzjonijiet transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(b) 

ir-regoli relatati mal-istabbiliment u l-kundizzjonijiet tal-għajnuna amministrattiva li għandha tingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

(c) 

ir-regoli addizzjonali rigward il-kalkolu tal-volum ta’ ħalib mhux ipproċessat kopert min-negozjati msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 149(2) u l-Artikolu 149(3);

(d) 

regoli dwar l-estensjoni ta' ċerti regoli tal-organizzazzjonijiet previsti fl-Artikolu 164 għal dawk li mhux membri u l-ħlas obbligatorju ta' abbonamenti minn dawk mhux membri msemmija fl-Artikolu 165.

Artikolu 174

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, b'mod partikolari:

(a) 

miżuri għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali msemmija fl-Artikoli 154 u 158;

(b) 

proċeduri fil-każ ta' fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(c) 

proċeduri li għandhom jiġu determinati minn Stati Membri fir-rigward tad-daqs minimu u l-perijodu minimu ta' sħubija;

(d) 

il-proċeduri relatati mal-estensjoni tar-regoli u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikoli 164 u 165, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ “żona ekonomika” imsemmi fl-Artikolu 164(2);

(e) 

proċeduri relatati mal-assistenza amministrattiva;

(f) 

proċeduri relatati mal-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet;

(g) 

proċeduri u kundizzjonijiet tekniċi oħra rigward l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 166.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward tas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati meħtieġa għal:

(a) 

l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali stabbiliti fl-Artikoli 161 u 163;

(b) 

in-notifika msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 149(2);

(c) 

in-notifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 161(3), il-punt (e) tal-Artikolu 163(3), l-Artikolu 149(8) u l-Artikolu 150(7);

(d) 

il-proċeduri relatati mal-għajnuna amministrattiva fil-każ ta’ kooperazzjoni transnazzjonali.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 175

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni tadotta deċiżjonijiet individwali rigward:

▼C2

(a) 

ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet li jwettqu attivitajiet f'aktar minn Stat Membru wieħed, skont ir-regoli adottati skont il-punt (d) tal-Artikolu 173(1);

▼B

(b) 

l-oġġezzjoni għal, jew l-irtirar ta', rikonoxximent ta' organizzazzjoni interprofessjonali minn Stat Membru;

▼C2

(c) 

il-lista ta' distretti ekonomiċi notifikata minn Stati Membri f'konformità mar-regoli adottati skont il-punt (i) tal-Artikolu 173(1) u l-punt (d) tal-Artikolu 173(2);

▼B

(d) 

ir-rekwiżit li Stat Membru jirrifjuta jew iħassar estensjoni ta' regoli jew kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawk li mhumiex membri deċiżi minn dak l-Istat Membru.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).



PARTI III

KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI TERZI



KAPITOLU I

Liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni

Artikolu 176

Regoli ġenerali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni tkun meħtieġa skont dan ir-Regolament, l-importazzjoni għal rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera lejn jew l-esportazzjoni ta’ prodott wieħed jew aktar tas-setturi li ġejjin mill-Unjoni jistgħu jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja:

(a) 

ċereali;

(b) 

ross;

(c) 

zokkor;

(d) 

żrieragħ;

(e) 

żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel, għal prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM bin-numru 1509 , 1510 00 , 0709 92 90 , 0711 20 90 , 2306 90 19 , 1522 00 31 u 1522 00 39 ;

(f) 

kittien u qanneb, sa fejn hu kkonċernat il-qanneb;

(g) 

frott u ħxejjex;

(h) 

frott u ħxejjex ipproċessati;

(i) 

banana;

(j) 

inbid;

(k) 

pjanti ħajjin;

(l) 

laħam taċ-ċanga u vitella;

(m) 

ħalib u prodotti tal-ħalib;

(n) 

laħam tal-majjal;

(o) 

laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż;

(p) 

bajd;

(q) 

laħam tat-tjur;

(r) 

alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola.

2.  Il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post tagħhom fejn ikunu stabbiliti fl-Unjoni, sakemm xi att adottat skont l-Artikolu 43(2) TFUE ma jipprevedix mod ieħor, u mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 177, 178 u 179 ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-liċenzji għandhom ikunu validi mal-Unjoni kollha.

Artikolu 177

Setgħat iddelegati

1.  Sabiex jittieħed kont tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u l-istandards soċjali, ambjentali u tal-benesseri tal-annimali applikabbli tal-Unjoni, il-ħtieġa ta' monitoraġġ tal-evoluzzjoni tal-iżviluppi fil-kummerċ u fis-suq, ta' importazzjonijiet u esportazzjonijiet ta' prodotti, il-ħtieġa ta' ġestjoni tajba tas-suq u l-ħtieġa li jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jiddetermina:

(a) 

il-lista tal-prodotti tas-setturi msemmija fl-Artikolu 176(1) soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni;

(b) 

il-każijiet u s-sitwazzjonijiet fejn il-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni ma tkunx meħtieġa, b'kont meħud tal-istatus doganali tal-prodotti konċernati, l-arranġamenti kummerċjali li jkollhom jiġu ssodisfati, l-għanijiet tal-operazzjonijiet, l-istat legali tal-applikant u l-kwantitajiet involuti.

2.  Sabiex jiġu provduti elementi ulterjuri tas-sistema tal-liċenzja, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu regoli dwar:

(a) 

id-drittijiet u l-obbligi li jidderivaw mil-liċenzja, l-effetti legali tagħha, u l-każijiet fejn tolleranza tapplika fir-rigward tal-ħarsien tal-obbligu li ssir importazzjoni jew esportazzjoni tal-kwantità msemmija fil-liċenzja jew fejn l-oriġini għandha tiġi indikata fil-liċenzja;

(b) 

il-ħruġ ta’ liċenzja ta’ importazzjoni jew ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera soġġett għall-preżentazzjoni ta’ dokument maħruġ minn pajjiż terz jew entità li jiċċertifikaw fost l-oħrajn l-oriġini, l-awtentiċità u l-karatteristiċi tal-kwalità tal-prodotti;

(c) 

it-trasferiment tal-liċenzja jew ir-restrizzjonijiet għat-trasferibbiltà tagħha;

(d) 

il-kundizzjonijiet addizzjonali għal liċenzji ta' importazzjoni għall-qanneb f'konformità mal-Artikolu 189 u l-prinċipju ta' għajnuna amministrattiva bejn l-Istati Membri għall-prevenzjoni jew għat-trattament ta’ każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet;

(e) 

il-każijiet u s-sitwazzjonijiet fejn id-depożitu ta' garanzija li l-prodotti jiġu importati jew esportati fil-perijodu ta’ validità tal-liċenzja jkun jew ma jkunx meħtieġ.

Artikolu 178

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, inklużi regoli dwar:

(a) 

il-format u l-kontenut tal-liċenzja;

(b) 

it-tressiq ta’ applikazzjonijiet u l-ħruġ ta’ liċenzji u l-użu tagħhom;

(c) 

il-perijodu ta’ validità tal-liċenzja;

(d) 

il-proċeduri għal, u l-ammont tal-garanzija li għandha tiġi ddepożitata;

(e) 

il-prova li r-rekwiżiti għall-użu ta’ liċenzji jkunu ġew issodisfati;

(f) 

il-livell tat-tolleranza fir-rigward tar-rispett tal-obbligu ta’ importazzjoni jew esportazzjoni tal-kwantità msemmija fil-liċenzja;

(g) 

il-kwistjoni ta’ bdil ta’ liċenzji u liċenzji duplikati;

(h) 

it-trattament ta’ liċenzji mill-Istati Membri u l-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa biex titmexxa s-sistema, inklużi l-proċeduri relatati mal-għajnuna amministrattiva speċifika bejn l-Istati Membri.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 179

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li:

(a) 

jillimitaw il-kwantitajiet li għalihom jistgħu jinħarġu liċenzji;

(b) 

jirrifjutaw il-kwantitajiet li għalihom issir applikazzjoni;

(c) 

jissospendu t-tressiq ta’ applikazzjonijiet biex timmaniġġja s-suq fejn isiru applikazzjonijiet għal kwantitajiet kbar.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).



KAPITOLU II

Dazji ta' importazzjoni

Artikolu 180

Implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali u ċerti atti oħra

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw miżuri biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali li ġew konklużi f'konformità mat-TFUE jew fi kwalunkwe att ieħor rilevanti adottat skont l-Artikolu 43(2) jew l-Artikolu 207 TFUE jew skont it-Tariffa Doganali Komuni fir-rigward tal-kalkolu ta’ dazji ta’ importazzjoni għal prodotti agrikoli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 181

Sistema ta’ prezzijiet ta’ dħul għal ċerti prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, frott u ħxejjex ipproċessati u nbid

▼C2

1.  Għall-applikazzjoni ta' rata ta' dazju tat-Tariffa Doganali Komuni għal prodotti tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, il-frott u l-ħxejjex ipproċessati u għall-meraq tal-għeneb u l-most, il-prezz tad-dħul ta' konsenja għandu jkun ugwali għall-valur doganali tagħha kkalkulat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 23 ) (il-Kodiċi Doganali) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( 24 ).

▼B

2.  Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 biex tipprevedi li l-eżattezza tal-prezz ta’ dħul iddikjarat tal-konsenja għadu jiġi vverifikat permezz ta' valur fiss tal-importazzjoni u tipprevedi l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi ddepożitata garanzija.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli għall-kalkolu tal-valur fiss tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 182

Dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-prodotti tas-setturi taċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, il-frott u l-ħxejjex, il-frott u l-ħxejjex ipproċessati, il-laħam taċ-ċanga u vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd, it-tjur u l-banana, kif ukoll tal-meraq tal-għeneb u l-most tal-għeneb, li għalihom, meta jkunu importati soġġetti għar-rata ta’ dazju stabbilita fit-Tariffa Doganali Komuni, għandu japplika dazju ta’ importazzjoni addizzjonali biex ma jitħalliex ikun hemm jew biex tittieħed azzjoni kontra effetti negattivi fuq is-suq tal-Unjoni li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:

(a) 

l-importazzjonijiet isiru bi prezz taħt il-livell notifikat mill-Unjoni lid-WTO (il-prezz indikattiv); jew

(b) 

il-volum ta’ importazzjoni f’xi sena partikolari jkun aktar minn ċertu livell (il-volum indikattiv).

Il-volum indikattiv għandu jkun ibbażat fuq opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq iddefiniti bħala importazzjonijiet espressi bħala perċentwali tal-konsum domestiku korrispondenti matul it-tliet snin ta’ qabel.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

2.  Dazji addizzjonali ta’ importazzjoni ma għandhomx jiġu imposti fejn l-importazzjonijiet ma jkunux mistennija jfixklu s-suq tal-Unjoni, jew fejn l-effetti jkunu sproporzjonati għall-objettiv maħsub.

3.  Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-prezzijiet ta' importazzjoni għandhom jiġu determinati fuq il-bażi tal-prezzijiet cif tal-importazzjoni tal-konsenja kkonċernata. Il-prezzijiet ta’ importazzjoni c.i.f. għandhom jiġu vverifikati mal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fis-suq dinji jew fis-suq ta’ importazzjoni tal-Unjoni għal dak il-prodott.

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 183

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjonili:

(a) 

jiffissaw il-livell tad-dazju ta’ importazzjoni applikat skont ir-regoli stabbiliti fi ftehim internazzjonali konkluż f'konformità mat-TFUE, fit-Tariffa Doganali Komuni u fl-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 180;

(b) 

jiffissaw il-prezzijiet rappreżentattivi u l-volumi indikattivi biex jiġu applikati dazji ta’ importazzjoni addizzjonali fil-qafas tar-regoli adottati l-Artikolu 182(1).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).



KAPITOLU III

Immaniġġjar tal-kwota tariffarja u trattament speċjali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Artikolu 184

Il-kwoti tariffarji

▼M5

1.  Il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew f'parti minnha, jew kwoti tariffarji għal importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli tal-Unjoni f'pajjiżi terzi, li għandhom ikunu amministrati parzjalment jew għal kollox mill-Unjoni, li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE jew kwalunkwe att ieħor adottat skont l-Artikolu 43(2) jew l-Artikolu 207 TFUE, għandhom jinfetħu u/jew jiġu amministrati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 186 ta' dan ir-Regolament u atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 187 ta' dan ir-Regolament.

▼B

2.  Il-kwoti tariffarji għandhom jiġu amministrati b’mod li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati, billi jkun applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew taħlita tagħhom jew metodu adatt ieħor:

(a) 

metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġiku tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet (il-prinċipju "tal-ewwel jinqeda l-ewwel");

(b) 

metodu ta’ distribuzzjoni fi proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta jkunu ppreżentati l-applikazzjonijiet (il-"metodu ta’ eżami simultanju");

(c) 

metodu bbażat b'kont meħud ta' xejriet tradizzjonali tal-kummerċ (il-"metodu tradizzjonali/ġodda").

3.  Il-metodu ta’ amministrazzjoni adottat għandu:

(a) 

għal kwoti tariffarji ta’ importazzjoni, jagħti importanza adatta lill-ħtiġijiet ta’ provvista tas-suq eżistenti u emerġenti tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-konsum tal-Unjoni fir-rigward tal-kompetittività, iċ-ċertezza u l-kontinwità tal-provvista u l-ħtieġa li jitħares l-ekwilibriju ta’ dak is-suq; u

(b) 

għal kwoti tariffarji ta’ esportazzjoni, jippermetti l-użu sħiħ tal-possibbiltajiet disponibbli skont il-kwota konċernata.

Artikolu 185

Kwoti tariffarji speċifiċi

Sabiex jingħata effett lill-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ 2 000 000 tunnellata qamħirrun u 300 000 tunnellata sorgu fi Spanja u l-kwota tariffarji għall-importazzjoni ta’ 500 000 tunnellata ta’ qamħirrun fil-Portugall, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, b’konformità mal-Artikolu 227, li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet neċessarji għat-twettiq tal-importazzjonijiet tal-kwota tariffarja u, fejn xieraq, il-ħżin pubbliku tal-kwantitajiet importati mill-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri kkonċernati u r-rimi tagħhom tagħhom fis-swieq ta’ dawk l-Istati Membri.

Artikolu 186

Setgħat delegati

1.  Sabiex jiġi żgurat aċċess ġust għall-kwantitajiet disponibbli u t-trattament ugwali ta’ operaturi għall-kwota tariffarja, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227:

(a) 

biex jiddeterminaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà li operatur għandu jissodisfa biex jissottometti applikazzjoni skont il-kwota tariffarja ta’ importazzjoni; id-dispożizzjonijiet konċernati jistgħu jesiġu esperjenza minima fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi u territorji assimilati, jew f’attività ta’ pproċessar, espressa bħala kwantità minima u f’perijodu ta’ żmien f’settur partikolari tas-suq; dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jinkludu regoli speċifiċi li jkunu jixirqu l-ħtiġijiet u l-prattiki fis-seħħ f’ċertu settur u l-użi u l-ħtiġijiet tal-industriji tal-ipproċessar;

(b) 

biex jistabbilixxu regoli dwar it-trasferiment ta’ drittijiet bejn l-operaturi u, fejn meħtieġ, il-limitazzjonijiet għal tali trasferiment fl-immaniġġjar tal-kwota tariffarja;

(c) 

biex jagħmlu l-parteċipazzjoni fil-kwota tariffarja soġġetta għad-depożitu ta’ garanzija;

(d) 

biex jipprevedu, fejn meħtieġ, kwalunkwe karatteristiċi speċifiċi, rekwiżit jew restrizzjoni partikolari applikabbli għall-kwota tariffarja kif stabbilit fil-ftehim internazzjonali jew f’att ieħor imsemmija fl-Artikolu 184(1).

2.  Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti esportati jkunu jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali għal importazzjoni f’pajjiż terz taħt ċerti kundizzjonijiet, skont ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni skont it-TFUE, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 ta' dan ir-Regolament dwar regoli li bihom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkun jeħtiġilhom joħorġu, meta jintalbu u wara kontrolli adatti, dokument li jiċċertifika li l-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti għal prodotti li, jekk jiġu esportati, jistgħu jibbenefikaw minn trattament speċjali għal importazzjoni f’pajjiż terz jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

Artikolu 187

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw:

(a) 

il-kwoti tariffarji annwali, jekk ikun meħtieġ imqassmin f’fażijiet adatti matul is-sena, u l-metodu ta’ amministrazzjoni li għandu jintuża;

(b) 

il-proċeduri għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-ftehim jew fl-att li jadottaw ir-reġim ta’ importazzjoni jew esportazzjoni, b’mod partikolari dwar:

(i) 

il-garanziji li jkopru n-natura, il-pajjiż ta' oriġini u l-oriġini tal-prodott;

(ii) 

ir-rikonoxximent tad-dokument użat għall-verifika tal-garanziji msemmija fil-punt (i);

(iii) 

il-preżentazzjoni ta’ dokument maħruġ mill-pajjiż esportatur;

(iv) 

id-destinazzjoni u l-użu tal-prodotti;

(c) 

il-perijodu ta’ validità tal-liċenzji jew tal-awtorizzazzjonijiet;

(d) 

il-proċeduri għal, u l-ammont tal-garanzija li għandha tiġi ddepożitata;

(e) 

l-użu ta’ liċenzji, u, fejn meħtieġ, miżuri speċifiċi relatati b’mod partikolari mal-kondizzjonijiet li bihom għandhom jitressqu applikazzjonijiet għal importazzjoni u għandha tingħata awtorizzazzjoni skont il-kwota tariffarja;

(f) 

il-proċeduri u l-kriterji tekniċi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 185;

(g) 

il-miżuri meħtieġa dwar il-kontenut, il-forma, il-ħruġ u l-użu tad-dokument imsemmi fl-Artikoli 186(2);

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

▼M5

Artikolu 188

Il-proċess ta' allokazzjoni għall-kwoti tariffarji

1.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni pubblika, permezz ta' pubblikazzjoni web xierqa, ir-riżultati tal-allokazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-applikazzjonijiet notifikati filwaqt li tqis il-kwoti tariffarji disponibbli u l-applikazzjonijiet notifikati.

2.  Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tagħmel referenza wkoll, meta meħtieġ, għall-bżonn li jiġu miċħudin applikazzjonijiet pendenti, li tiġi sospiża l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet jew li jiġu allokati kwantitajiet mhux użati.

3.  L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji tal-importazzjoni u liċenzji tal-esportazzjoni għall-kwantitajiet li ssir applikazzjoni għalihom fil-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-kwoti tariffarji tal-esportazzjoni, soġġetti għall-koeffiċjenti ta' allokazzjoni rispettivi u wara li jsiru pubbliċi mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

▼B



KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti

Artikolu 189

Importazzjoni ta’ qanneb

1.  Il-prodotti li ġejjin jistgħu jiġu importati fl-Unjoni, biss jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

qanneb veru, mhux maħdum, tal-Kodiċi NM 5302 10 00 li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(6) u fl-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(b) 

żrieragħ ta’ varjetajiet tal-qanneb, tal-Kodiċi NM ex 1207 99 20 għaż-żriegħ akkumpanjat bi prova li l-livell ta’ tetraidrokannabinol tal-varjetà kkonċernata mhuwiex ogħla minn dak iffissat skont l-Artikolu 32(6) u fl-Artikolu 35(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(c) 

żrieragħ tal-qanneb li mhumiex għaż-żriegħ, li jaqgħtu taħt il-kodiċi NM 1207 99 91 u importati biss minn importaturi awtorizzati mill-Istat Membru biex jiġi żgurat li dawn iż-żrieragħ ma jkunux maħsubin għaż-żriegħ.

2.  Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal regoli aktar restrittivi adottati mill-Istati Membri f’konformità mat-TFUE u mal-obbligi skont il-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 190

Importazzjoni tal-ħops

1.  Prodotti tas-settur tal-ħops jistgħu jkunu importati minn pajjiżi terzi biss jekk l-istandards ta' kwalità tagħhom huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk adottati għal prodotti simili maħsudin fl-Unjoni jew magħmula minn tali prodotti.

2.  Il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li huma tal-kwalità msemmija fil-paragrafu 1 jekk ikunu akkumpanjati minn attestazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini u rikonoxxuta bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 77.

Fil-każ ta' trab tal-ħop, trab tal-ħop b'kontenut għola ta' lupulin, estratt tal-ħop u prodotti mħallta tal-ħop, l-attestazzjoni tista' tiġi rrikonoxxuta bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat biss jekk il-kontenut ta' aċidu alfa f'dawk il-prodotti mhux aktar baxx minn dak tal-ħops li minnhom ikunu tħejjew.

3.  Sabiex tnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 227, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom l-obbligi marbutin ma' attestazzjoni ta' ekwivalenza u mat-tikkettar tal-pakketti ma għandhomx japplikaw.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi r-regoli dwar ir-rikonoxximent tal-attestazzjonijiet ta' ekwivalenza u l-verifika tal-importazzjonijiet tal-ħops. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 191

Derogi għal prodotti importati u garanzija speċjali fis-settur tal-inbid

Derogi mill-punt 5 tat-Taqsima B jew tat-Taqsima C tal-Parti II tal-Anness VIII għal prodotti importati jistgħu jiġu adottati skont l-Artikolu 43(2) TFUE, skont l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

Fil-każ ta’ derogi mill-punt 5 tat-Taqsima B tal-Parti II tal-Anness VIII, l-importaturi għandhom jiddepożitaw garanzija għal dawk il-prodotti mal-awtoritajiet doganali maħtura meta jsir ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata mal-preżentazzjoni ta’ prova mill-importatur, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru fejn isir ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, li:

(a) 

il-prodotti ma jkunux ibbenefikaw mid-derogi jew,

(b) 

jekk ikunu bbenefikaw mid-derogi, il-prodotti ma jkunux saru nbid, jew jekk ikunu saru nbid, il-prodotti li jirriżultaw tkun twaħħlitilhom tikketta adatta.

Il-Kummissjoni tista tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, inkluż dwar l-ammonti tal-garanzija u t-tikkettar adatt. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 192

Importazzjoni ta’ zokkor mhux ipproċessat għall-irfinar

1.  Sa tmiem is-sena tal-kummerċjalizzazzjoni 2016-2017, kapaċità esklussiva ta’ importazzjoni ta’ 2 500 000 tunnellata għal kull sena tal-kummerċjalizzazzjoni, espressi f’zokkor abjad, għandha tingħata lil raffinaturi full-time.

2.  L-uniku impjant ta’ pproċessar ta’ pitravi taz-zokkor li kien jaħdem fl-2005 fil-Portugall għandu jiġi kkunsidrat bħala raffinatur full-time.

3.  Liċenzji ta’ importazzjoni għal zokkor għall-irfinar għandhom jinħarġu biss lil raffinaturi full-time sakemm il-kwantitajiet ikkonċernati ma jaqbżux il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-liċenzji jistgħu jiġu trasferiti biss bejn raffinaturi full-time u l-validità tagħhom għandha tiskadi fit-tmien tas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li għaliha jkunu nħarġu.

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-ewwel tliet xhur ta’ kull sena tal-kummerċjalizzazzjoni.

4.  B’kunsiderazzjoni għall-ħtieġa li jkun żgurat li z-zokkor għar-raffinar importat skont dan l-Artikolu jiġi raffinat, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistipulaw:

(a) 

l-użu ta' termini għat-tħaddim tal-arranġamenti tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà li operatur irid jissodisfa sabiex iressaq applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, inkluż l-għoti ta’ garanzija;

(c) 

regoli dwar il-penali amministrattivi li għandhom jintalbu.

5.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli meħtieġa relatati mad-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni li għandhom ikunu ppreżentati fir-rigward tar-rekwiżiti u l-obbligi applikabbli għall-operaturi fil-qasam tal-importazzjoni, speċjalment fir-raffineriji li joperaw fuq bażi full-time. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 193

Sospensjoni ta' dazji ta' importazzjoni fis-settur taz-zokkor

Sabiex tiġi ggarantita l-provvista meħtieġa għall-manifattura ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 140(2), il-Kummissjoni tista’, sa tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2016-2017 tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu kompletament jew parzjalment, dazji ta' importazzjoni fir-rigward ta' ċerti kwantitajiet tal-prodotti li ġejjin:

(a) 

zokkor li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1701 ;

(b) 

għall-isoglukożju li jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM 1702 30 10 , 1702 40 10 , 1702 60 10 u 1702 90 30 .

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



KAPITOLU V

Salvagwardja u pproċessar attiv

Artikolu 194

Miżuri ta' salvagwardja

1.  Miżuri ta’ salvagwardja kontra importazzjonijiet fl-Unjoni għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, suġġetti għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 ( 25 ) u (KE) Nru 625/2009 ( 26 ).

2.  Għajr jekk ma jkunx previst mod ieħor fi kwalunkwe att ieħor tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kwalunkwe att ieħor tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri ta’ salvagwardja, f'konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, kontra importazzjonijiet fl-Unjoni previsti fi ftehimiet internazzjonali u konklużi skont it-TFUE.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Meta l-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li tkun irċeviet it-talba. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Għal raġunijiet importanti ħafna ta’ urġenza ġustifikati b’mod adatt, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(3).

Il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.

4.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrevokaw jew jemendaw il-miżuri ta’ salvagwardja tal-Unjoni adottati skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Għal raġunijiet importanti ħafna ta’ urġenza ġustifikati b’mod adatt, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(3).

Artikolu 195

Sospensjoni tal-ipproċessar u arranġamenti għall-ipproċessar attiv

Fejn is-suq tal-Unjoni jiġi affettwat jew ikun suxxettibbli li jiġi affettwat minn arranġamenti tal-ipproċessar jew tal-ipproċessar attiv, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, li jissospendu għalkollox jew parzjalment l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar jew ta’ pproċessar attiv għall-prodotti tas-setturi taċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-ikel, il-frott u l-ħxejjex, il-frott u l-ħxejjex ipproċessati, l-inbid, il-laħam taċ-ċanga u vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd, il-laħam tat-tjur u l-alkoħol etiliku agrikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Meta l-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li tkun irċeviet it-talba. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Għal raġunijiet importanti ħafna ta’ urġenza ġustifikati b’mod adatt, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(3).

Il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.



KAPITOLU VI

Rifużjonijiet tal-esportazzjoni

Artikolu 196

Il-kamp ta' applikazzjoni

1.  Safejn ikun meħtieġ biex ikunu jistgħu jsiru l-esportazzjonijiet abbażi ta’ kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji meta kundizzjonijiet dwar is-suq intern huma kif deskritti fl-Artikolu 219(1) jew l-Artikolu 221 u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet u prezzijiet fl-Unjoni tista’ tiġi koperta b’rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal:

(a) 

il-prodotti tas-setturi li ġejjin li jiġu esportati mingħajr ipproċessar ulterjuri:

(i) 

ċereali;

(ii) 

ross;

(iii) 

zokkor, fir-rigward tal-prodotti elenkati fil-punt (b) sa (d) u (g) tal-Parti III tal-Anness I;

(iv) 

laħam taċ-ċanga u vitella;

(v) 

ħalib u prodotti tal-ħalib;

(vi) 

laħam tal-majjal;

(vii) 

bajd;

(viii) 

laħam tat-tjur;

(b) 

il-prodotti elenkati fil-punti (i) sa (iii), (v) u (vii) tal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għall-esportazzjoni fl-għamla ta’ oġġetti pproċessati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 ( 27 ), u fil-forma ta' prodotti li fihom iz-zokkor elenkati fil-punt (b) tal-Parti X tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

2.  Ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għal prodotti esportati fl-għamla ta’ oġġetti pproċessati ma għandhomx ikunu ogħla minn dawk applikabbli għall-istess prodotti esportati mingħajr ipproċessar ulterjuri.

3.  Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 219(1) u l-Artikolu 221, ir-rifużjoni disponibbli għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun ta’ EUR 0.

Artikolu 197

Distribuzzjoni ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni

Il-metodu ta' allokazzjoni għal kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati b’rifużjoni tal-esportazzjoni, għandu jkun dak li:

(a) 

ikun l-aktar adatt għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq rilevanti, li jippermetti l-użu l-aktar effiċjenti tar-riżorsi disponibbli, iqis l-effiċjenza u l-istruttura tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni u l-impatt tagħhom fuq il-bilanċ tas-suq mingħajr ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn l-operaturi kkonċernati, u b’mod partikolari bejn operaturi kbar u żgħar;

(b) 

ikun tal-anqas tfixkil mil-lat amministrattiv għall-operaturi filwaqt li jqis ir-rekwiżiti amministrattivi.

Artikolu 198

Iffissar ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni

1.  L-istess rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom japplikaw għall-istess prodotti fl-Unjoni kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skont id-destinazzjoni, l-aktar fejn il-qagħda dinjija tas-suq, ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE joħolqu din il-ħtieġa.

2.  Il-miżuri dwar l-iffissar tar-rifużjonijiet għandhom jittieħdu mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) TFUE.

Artikolu 199

Għoti ta’ rifużjoni ta’ esportazzjoni

1.  Ir-rifużjonijiet għal prodotti elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 196(1) esportati bħala tali mingħajr ipproċessar ulterjuri għandhom jingħataw biss wara applikazzjoni u preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ esportazzjoni.

2.  Ir-rifużjoni applikabbli għal prodotti elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 196(1) għandha tkun ir-rifużjoni applikabbli fil-jum ta’ applikazzjoni għal-liċenzja jew ir-rifużjoni li tirriżulta mill-proċedura tal-offerti konċernata u, fil-każ ta’ rifużjoni differenzjata, ir-rifużjoni applikabbli fl-istess jum:

(a) 

għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja, jew

(b) 

għad-destinazzjoni attwali jekk tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja, f’liema każ l-ammont applikabbli ma għandux ikun aktar mill-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja.

3.  Ir-rifużjoni għandha titħallas mas-sottomissjoni ta’ prova li:

(a) 

il-prodotti jkunu telqu mit-territorju doganali tal-Unjoni skont il-proċedura ta’ esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 161 tal-Kodiċi Doganali;

(b) 

fil-każ ta’ rifużjoni differenzjata, il-prodotti jkunu ġew importati fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja jew f’destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-paragrafu 2.

Artikolu 200

Rifużjonijiet ta’ esportazzjoni għal annimali ħajjin fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella

Fir-rigward ta’ prodotti tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella, l-għoti u l-ħlas tar-rifużjoni għal esportazzjonijiet ta’ annimali ħajjin għandhom ikunu soġġetti għall-konformità mar-rekwiżiti tal-benesseri tal-annimali stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u, partikolarment, ma' dawk għall-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport.

Artikolu 201

Limiti ta' esportazzjoni

L-impenji dwar volumi li jirriżultaw mill-ftehimiet internazzjonali konklużi skont it-TFUE għandhom jiġu osservati abbażi ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġin għall-perijodi ta’ referenza li japplikaw għall-prodotti konċernati.

Fir-rigward tal-konformità mal-obbligi skont il-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura, it-tmiem ta’ perijodu ta’ referenza ma għandux jaffettwa l-validità ta’ liċenzji tal-esportazzjoni.

Artikolu 202

Setgħat iddelegati

1.  Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema tar-rifużjoni tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu r-rekwiżit li tiġi ddepożitata garanzija li tiggarantixxi t-twettiq tal-obbligi tal-operaturi.

2.  Sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi u l-awtoritajiet, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu limiti li 'l isfel minnhom jista' ma jkunx meħtieġ l-obbligu li tinħareġ jew li tkun ippreżentata liċenzja tal-esportazzjoni, li tindika destinazzjonijiet jew operazzjonijiet fejn tista’ tkun ġustifikata eżenzjoni mill-obbligu li tiġi ppreżentata liċenzja tal-esportazzjoni u li tippermetti li jingħataw liċenzji ta’ esportazzjoni ex post f’sitwazzjonijiet ġustifikati.

3.  Sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet prattiċi li jiġġustifikaw l-eliġibbiltà sħiħa jew parzjali għal rifużjonijiet tal-esportazzjoni u biex l-operaturi jiġu megħjuna jgħaqqdu l-perijodu bejn l-applikazzjoni u l-ħlas finali tar-rifużjoni tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 fir-rigward ta' regoli dwar:

(a) 

data oħra għar-rifużjoni;

(b) 

ħlas bil-quddiem għal rifużjonijiet tal-esportazzjoni, inklużi l-kundizzjonijiet għad-depożitu u r-rilaxx ta’ garanzija;

(c) 

provi addizzjonali meta jkun hemm dubji dwar id-destinazzjoni vera ta’ prodotti, u l-opportunità għall-importazzjoni mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni;

(d) 

destinazzjonijiet ittrattati bħala esportazzjonijiet mill-Unjoni, u inklużjoni ta’ destinazzjonijiet fit-territorju doganali tal-Unjoni eliġibbli għal rifużjonijiet ta’ esportazzjoni.

4.  Sabiex jiġi żgurat l-aċċess ugwali tal-esportaturi ta' prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattati u ta' prodotti pproċessati hemmhekk għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 199(1) u (2) għall-prodotti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 196(1).

5.  Sabiex jiġi żgurat li prodotti li jibbenefikaw minn rifużjonijiet tal-esportazzjoni jiġu esportati mit-territorju doganali tal-Unjoni, biex jiġi evitat li ma jintbagħtux lura f’dak it-territorju biex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi meta jiġġeneraw u jissottomettu prova li prodotti li jattiraw rifużjoni jkunu waslu f’pajjiż ta’ destinazzjoni għal rifużjonijiet differenzjati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 fir-rigward ta' regoli dwar:

(a) 

l-iskadenza li qabilha għandu jkun iffinalizzat il-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, inkluż iż-żmien għal dħul mill-ġdid temporanju;

(b) 

l-ipproċessar li prodotti li jibbenefikaw minn rifużjonijiet tal-esportazzjoni għandhom jgħaddu minnu matul dak il-perijodu;

(c) 

il-prova ta’ wasla f’destinazzjoni sabiex ikunu eliġibbli għal rifużjonijiet divrenzjati;

(d) 

il-limiti ta’ rifużjoni u l-kundizzjonijiet li bihom esportaturi jistgħu jkunu eżentati milli jġibu prova bħal dik;

(e) 

il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ prova, mogħtija minn partijiet terzi indipendenti, ta’ wasla f’destinazzjoni fejn japplikaw rifużjonijiet divrenzjati.

6.  Sabiex l-esportaturi jiġu mħeġġa jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-benessri tal-annimali, u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivverifikaw l-infiq korrett tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fejn dak ikun soġġett għall-osservanza tar-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 dwar l-osservanza tar-rekwiżiti tal-benessri tal-annimali barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, inkluż l-użu ta’ partijiet terzi indipendenti.

7.  Sabiex jittieħed kont tal-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi differenti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxu r-rekwiżiti u kundizzjonijiet speċifiċi għal operaturi u għall-prodotti eliġibbli għal rifużjoni tal-esportazzjoni, u l-koeffiċjenti għall-finijiet tal-kalkolu ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni b'kont meħud tal-proċess ta' maturazzjoni ta' ċertu xorb spirituż miksub minn ċereali.

Artikolu 203

Setgħat ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura ta’ eżami

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, b’mod partikolari dwar:

(a) 

id-distribuzzjoni mill-ġdid ta’ kwantitajiet esportabbli li ma jkunux ġew allokati jew utilizzati;

(b) 

il-metodu għall-kalkolu mill-ġdid tal-ħlas tar-rifużjoni tal-esportazzjoni meta l-kodiċi jew id-destinazzjoni tal-prodott imsemmija fil-liċenzja ma jkunux konformi mal-prodott jew id-destinazzjoni attwali;

(c) 

prodotti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 196(1);

(d) 

il-proċeduri għal, u l-ammont tal-garanzija li għandha tiġi ddepożitata;

(e) 

l-applikazzjoni tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 202(4).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 204

Setgħat oħra ta' implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li:

(a) 

jistabbilixxu miżuri adatti biex ma jkunx hemm abbuż mill-flessibbiltà prevista fl-Artikolu 199(2), b'mod partikolari dwar il-proċedura għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet;

(b) 

jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jiġu osservati l-impenji dwar volumi msemmija fl-Artikolu 201, inkluż il-waqfien jew il-limitazzjoni tal-ħruġ ta' liċenzji ta' esportazzjoni meta tali impenji jinqabżu jew jistgħu jinqabżu;

(c) 

jiffissaw il-koeffiċjenti li japplikaw għar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni f’konformità mar-regoli adottati skont l-Artikolu 202(7).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).



KAPITOLU VII

Ipproċessar passiv

Artikolu 205

Sospensjoni ta’ arranġamenti ta’ pproċessar passiv

Fejn is-suq tal-Unjoni jiġi mfixkel jew jista’ jiġi mfixkel b’arranġamenti ta’ pproċessar passiv, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, b’talba minn Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, b’mod sħiħ jew parzjali, li jissospendu l-użu ta’ arranġamenti ta’ pproċessar passiv fis-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, ir-ross, il-frott u l-ħxejjex, il-frott u l-ħxejjex ipproċessati, l-inbid, il-laħam taċ-ċanga u vitella, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u l-laħam tat-tjur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Fejn il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tkun irċeviet it-talba. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Għal raġunijiet importanti ħafna ta’ urġenza ġustifikati b’mod adatt, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(3).

Il-miżuri adottati għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.



PARTI IV

REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI



KAPITOLU I

Regoli li japplikaw għall-impriżi

Artikolu 206

Linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' regoli tal-kompetizzjoni għall-agrikultura

Ħlief jekk ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, u skont l-Artikolu 42 TFUE, l-Artikoli 101 sa 106 TFUE u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu għandhom, bla ħsara għall-Artikoli 207 sa 210 ta’ dan ir-Regolament, japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki kollha msemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102 TFUE li huma relatati mal-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli u mal-kummerċ tagħhom.

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern u l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni f'kooperazzjoni mill-qrib.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, fejn adegwat, tippubblika linji gwida biex tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, kif ukoll lill-impriżi.

Artikolu 207

Suq rilevanti

Id-definizzjoni ta’ suq rilevanti hija għodda sabiex jiġu identifikati u definiti l-konfini tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi, u għandha tinbena fuq żewġ elementi kumulattivi:

(a) 

is-suq tal-prodott rilevanti: għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "suq tal-prodotti" jfisser is-suq li jinkludi l-prodotti kollha meqjusa bħala li jistgħu jinbidlu jew jistgħu jiġu sostitwiwti mill-konsumatur minħabba l-karatteristiċi tagħhom, il-prezz tagħhom u l-użu li huma maħsuba għalih;

(b) 

is-suq ġeografiku rilevanti: għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu "suq ġeografiku" jfisser is-suq li jinkludi fih iż-żona fejn dawk l-impriżi konċernati huma involuti fil-provvista jew domanda ta’ prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni huma suffiċjentement omoġeni u li jistgħu jkunu distinti minn żoni tal-viċinat, b'mod partikolari minħabba li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma notevolment differenti f'dawk iż-żoni.

Artikolu 208

Pożizzjoni dominanti

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, "pożizzjoni dominanti" tfisser pożizzjoni ta' saħħa ekonomika li tkun tgawdi impriża li jippermettilha tipprevjeni li jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti billi tagħtiha s-setgħa li ġġib ruħha sa ċertu punt indipendentement mill-kompetituri, il-klijenti u finalment il-konsumaturi tagħha.

Artikolu 209

Eċċezzjonijiet għall-objettivi tal-PAK u tal-bdiewa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

1.  Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki msemmija fl-Artikolu 206 ta’ dan ir-Regolament meħtieġa għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE.

▼M5

Artikolu 101(1) TFUE m'għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta' bdiewa, assoċjazzjonijiet ta' bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta' tali assoċjazzjonijiet, jew ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 152 jew l-Artikolu 161 ta' dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156 ta' dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta' prodotti agrikoli jew l-użu ta' faċilitajiet konġunti għall-ħażna, it-trattament jew l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli, sakemm ma jiġux ipperikolati l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE.

▼B

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jwasslu għal obbligu biex jintalab prezz identiku jew li permezz tiegħu tiġi eskluża l-kompetizzjoni.

2.  Ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jissodisfaw il-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu pprojbiti, u l-ebda deċiżjoni rigward dan ma hi rikjesta.

▼M5

Madankollu, il-bdiewa, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta' tali assoċjazzjonijiet, jew organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 152 jew l-Artikolu 161 ta' dan ir-Regolament, jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 156 ta' dan ir-Regolament, jistgħu jitolbu opinjoni mingħand il-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà ta' dawk il-ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE.

Il-Kummissjoni għandha tittratta talbiet għal opinjonijiet minnufih u għandha tibgħat lill-applikant l-opinjoni tagħha fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi talba kompleta. Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tibdel il-kontenut ta' opinjoni, b'mod partikolari jekk l-applikant ikun ipprovda informazzjoni impreċiża jew ikun għamel użu skorrett tal-opinjoni.

▼B

Fi kwalunkwe proċedura nazzjonali jew tal-Unjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, il-piż tal-prova ta’ ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE għandu jkun tal-parti jew l-awtorità li tallega l-ksur. Il-parti li tiddikjara l-benefiċċju tal-eżenzjonijiet prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tassumi l-piż li tipprova li l-kundizzjonijiet ta' dak il-paragrafu huma sodisfatti.

Artikolu 210

Ftehimiet u prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti

1.  L-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti skont l-Artikolu 157 ta’ dan ir-Regolament bil-għan li jitwettqu l-attivitajiet elenkati fil-punt (c) tal-Artikolu 157(1) u, għas-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fil-punt (c) tal-Artikolu 157(3) ta’ dan ir-Regolament, u għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel u tat-tabakk, fl-Artikolu 162 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika sakemm:

(a) 

il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija hemmhekk ikunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni; u

(b) 

fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa, il-Kummissjoni ma tkunx sabet li dawk il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni.

Fejn il-Kummissjoni ssib li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 huma inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni, hija għandha tniżżel is-sejbiet tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3).

3.  Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux jidħlu fis-seħħ qabel ma jgħaddi l-perijodu ta' xahrejn imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2.

4.  Il-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma għandhom fi kwalunkwe każ jiġu ddikjarati inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni jekk huma:

(a) 

jistgħu, bi kwalunkwe mod, iwasslu għall-qsim tas-swieq fl-Unjoni;

(b) 

jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni tas-suq;

(c) 

jistgħu joħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li ma jkunux essenzjali għall-kisba tal-objettivi tal-PAK segwiti mill-attività tal-organizzazzjoni interprofessjonali;

(d) 

jġibu magħhom l-iffissar ta’ prezzijiet jew l-iffissar ta’ kwoti;

(e) 

jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti inkwistjoni.

5.  Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ xahrejn imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, għandha, mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) tieħu deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 101(1) TFUE japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma inkwistjoni.

Dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, sakemm dik l-organizzazzjoni interprofessjonali ma tkunx tat informazzjoni inkorretta jew tkun abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1.

6.  Fil-każ ta’ ftehimiet pluriennali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madankollu, f’dak il-każ, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, toħroġ riżultat ta’ inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin.

7.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



KAPITOLU II

Regoli dwar l-għajnuna mill-istat

Artikolu 211

Applikazzjoni tal-Artikoli 107 sa 109 TFUE

1.  L-Artikoli 107 sa 109 TFUE għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ ta’ prodotti agrikoli.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Artikoli 107 sa 109 TFUE ma għandhomx japplikaw għal pagamenti li jsiru mill-Istati Membri skont u f’konformità ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament li jiġu ffinanzjati parzjalment jew għalkollox mill-Unjoni;

(b) 

l-Artikoli 213 sa 218 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 212

Pagamenti nazzjonali relatati ma’ programmi ta’ appoġġ għall-inbid

B’deroga mill-Artikolu 44(3), l-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti nazzjonali f'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar għajnuna mill-Istat għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 45, 49 u 50.

Ir-rata massima ta’ għajnuna kif stabbilita fir-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar għajnuna mill-Istat għandha tapplika għall-finanzjament pubbliku globali, inkluż kemm il-fondi tal-Unjoni kif ukoll dawk nazzjonali.

Artikolu 213

Pagamenti nazzjonali għal renni fil-Finlandja u fl-Iżvezja

Soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni adottata mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3), il-pagamenti nazzjonali għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tar-renniet u l-prodotti tar-renniet (il-kodiċi NM ex  02 08 u ex  02 10 ) jistgħu jingħataw mill-Finlandja u mill-Isvezja sakemm ma jġibux magħhom xi żieda fil-livelli tradizzjonali tal-produzzjoni.

Artikolu 214

Pagamenti nazzjonali għas-settur taz-zokkor fil-Finlandja

Il-Finlandja tista’ tagħmel pagamenti nazzjonali li jammontaw sa EUR 350 għal kull ettaru għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni lil dawk li jkabbru l-pitravi taz-zokkor.

▼M1

Artikolu 214a

Pagamenti nazzjonali għal ċerti setturi fil-Finlandja

Soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, għall-perijodu 2014-2020, il-Finlandja tista' tkompli tagħti għajnuna nazzjonali li kienet tat fl-2013 lill-produtturi fuq il-bażi tal-Artikolu 141 tal-Att ta' Adeżjoni tal-1994, sakemm:

(a) 

l-ammont ta' għajnuna għad-dħul huwa digressiv tul il-perijodu kollu u fl-2020 ma jaqbiżx it-30 % tal-ammont mogħti fl-2013; u

(b) 

qabel kwalunkwe rikors għal din il-possibbiltà, ikun sar użu sħiħ mill-iskemi ta' appoġġ taħt il-politika agrikola komuni għas-setturi kkonċernati.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-awtorizzazzjoni tagħha mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 215

Pagamenti nazzjonali għall-apikultura

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti nazzjonali għall-protezzjoni tal-produtturi tal-apikultura żvantaġġati minħabba kondizzjonijiet strutturali jew naturali jew skont programmi ekonomiċi ta’ żvilupp, ħlief għal dawk allokati għall-produzzjoni jew għall-kummerċ.

Artikolu 216

Pagamenti nazzjonali għal distillazzjoni ta’ nbid f’każijiet ta’ kriżi

1.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti nazzjonali lill-produtturi ta’ nbid għad-distillazzjoni volontarja jew obbligatorja ta’ nbid f’każijiet ġustifikati ta’ kriżi.

Dawk il-pagamenti għandhom ikunu proporzjonati u għandhom jippermettu li dik il-kriżi tiġi indirizzata.

L-ammont globali ta’ pagamenti disponibbli fi Stat Membru fi kwalunkwe sena partikolari għal dawn il-pagamenti ma għandux ikun aktar minn 15 % tal-fondi disponibbli globalment għal kull Stat Membru għal dik is-sena kif stabbilit fl-Anness VI.

2.  L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jagħmlu użu mill-pagamenti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jissottomettu avviż debitament sostanzjata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi mingħajr ma tiġi applikata l-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) jew (3) jekk il-miżura tiġix approvata u jekk il-pagamenti jistgħux isiru.

3.  L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklussivament għal għanijiet tal-industrija jew tal-enerġija biex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni.

4.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

▼M2

Artikolu 217

Pagamenti nazzjonali għad-distribuzzjoni ta' prodotti lit-tfal

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti nazzjonali għall-provvista lit-tfal fi stabbilimenti edukattivi tal-gruppi ta' prodotti eliġibbli msemmija fl-Artikolu 23, għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament relatati ma' tali prodotti u għall-ispejjeż relatati msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1).

L-Istati Membri jistgħu jiffinanzjaw dawk il-pagamenti permezz ta' imposta fuq is-settur ikkonċernat jew permezz ta' kwalunkwe kontribuzzjoni oħra mis-settur privat.

▼B

Artikolu 218

Pagamenti nazzjonali għall-ġewż

1.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu pagamenti nazzjonali, sa massimu ta’ EUR 120,75 għal kull ettaru kull sena, lill-bdiewa li jipproduċu l-prodotti li ġejjin:

(a) 

lewż tal-kodiċijiet NM 0802 11 u 0802 12 ;

(b) 

ġellewż jew siġar tal-ġellewż tal-kodiċijiet NM 0802 21 u 0802 22 ;

(c) 

ġewż tal-kodiċijiet NM 0802 31 00 u 0802 32 00 ;

(d) 

pistaċċi tal-kodiċijiet NM 0802 51 00 u 0802 52 00 ;

(e) 

ħarrub tal-kodiċi NM 1212 92 00 .

2.  Il-pagamenti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitħallsu biss għal erja massima ta’:



Stat Membru

Erja massima (ettari)

Belġju

100

Bulgarija

11 984

Ġermanja

1 500

Greċja

41 100

Spanja

568 200

Franza

17 300

Italja

130 100

Ċipru

5 100

Lussemburgu

100

Ungerija

2 900

Pajjiżi l-Baxxi

100

Polonja

4 200

Portugall

41 300

Rumanija

1 645

Slovenja

300

Slovakkja

3 100

Renju Unit

100

3.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1 soġġett għall-kondizzjoni li l-bdiewa jkunu membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta skont l-Artikolu 152.



PARTI V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI



KAPITOLU I

Miżuri eċċezzjonali



Taqsima 1

Tfixkil fis-suq

Artikolu 219

Miżuri kontra t-tfixkil fis-suq

1.  Sabiex issir reazzjoni effiċjenti u effikaċi kontra t-theddid ta’ tfixkil fis-swieq ikkawżat minn żieda jew tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet fi swieq interni u esterni jew avvenimenti u ċirkostanzi oħrajn li jfixklu jew jheddu li jfixklu s-suq b'mod sinifikanti, fejn dik is-sitwazzjoni jew l-effetti tagħha fuq is-suq x'aktarx ser tkompli jew issir agħar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti f'konformità mal-Artikolu 227 biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni tas-suq, filwaqt li jiġi rrispettat kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-TFUE u sakemm kwalunkwe miżura oħra disponibbli taħt dan ir-Regolament tidher li tkun insuffiċjenti.

Fejn fil-każijiet ta’ theddid ta’ tfixkil fis-swieq imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ urġenza li jesiġu hekk, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 228 għal atti ddelegati adottati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Dawn ir-raġunijiet tant importanti ta' urġenza jistgħu jinkludu l-ħtieġa li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi indirizzat jew evitat tfixkil fis-suq, fejn it-theddid ta' tfixkil fis-suq tant isir malajr jew b’mod mhux mistenni li azzjoni immedjata tista' tkun meħtieġa biex is-sitwazzjoni tiġi indirizzata b’mod effiċjenti u effettiv, jew fejn azzjoni tipprevjeni tali theddid ta' tfixkil fis-suq milli jimmaterjalizza, ikompli jew milli jinbidel fi tfixkil aktar serju jew imtawwal, jew fejn id-dewmien ta' azzjoni immedjata jhedded li jikkawża jew jaggrava t-tfixkil jew iżid il-limitu tal-miżuri li aktar tard ikunu meħtieġa biex it-theddid jew it-tfixkil jiġi indirizzat, jew li jkun ta' ħsara għall-kondizzjonijiet tal-produzzjoni jew tas-suq.

Biex jiġi indirizzat it-tfixkil tas-suq jew it-theddida tiegħu, dawn il-miżuri jistgħu, sa fejn u għaż-żmien meħtieġ, jestendu jew jimmodifikaw il-kamp ta’ applikazzjoni, it-tul ta’ żmien jew aspetti oħra ta’ miżuri oħra previsti skont dan ir-Regolament, jew jipprovdu għal rifużjonijiet tal-esportazzjoni, jew jissospendu dazji ta’ importazzjoni għalkollox jew parzjalment, inkluż għal ċerti kwantitajiet jew perijodi skont il-ħtieġa.

2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal prodotti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

Madankollu, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti delegati adottati f'konformità mal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 228, tiddeċiedi li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulawir-regoli proċedurali u kriterji tekniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



Taqsima 2

Miżuri ta' appoġġ għas-suq relatati ma' mard tal-annimali u ma' telf ta' fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti

Artikolu 220

Miżuri dwar mard tal-annimali u telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta' implimentazzjoni waqt li tieħu miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq milqut sabiex jittieħed kont:

(a) 

tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ miżuri biex jikkumbattu t-tixrid ta’ mard f’annimali; u

(b) 

tat-tfixkil serju fis-swieq attribwit direttament għal telf ta’ fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa u l-mard pubbliku, tal-annimali jew tal-pjanti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

2.  Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kwalunkwe settur li ġej:

(a) 

laħam taċ-ċanga u vitella;

(b) 

ħalib u prodotti tal-ħalib;

(c) 

laħam tal-majjal;

(d) 

laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż;

(e) 

bajd;

(f) 

laħam tat-tjur.

Il-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 li huma relatati mat-telf ta' fiduċja tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa pubblika jew tal-pjanti għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti agrikoli l-oħra kollha minbarra għal dawk elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti XXIV tal-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 228, biex testendi l-lista ta’ prodotti msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi ta' dan il-paragrafu.

3.  Il-miżuri previsti fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu meta jintalbu mill-Istat Membru konċernat.

4.  Il-miżuri previsti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jistgħu jittieħdu biss jekk l-Istat Membru konċernat ikun ħa miżuri sanitarji u veterinarji malajr biex jeqred il-mard, u biss sa fejn u sakemm ikun strettament meħtieġ biex jappoġġa s-suq konċernat.

5.  L-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 50 % tal-infiq imġarrab mill-Istati Membri għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

Madankollu, fir-rigward tas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal u l-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, l-Unjoni għandha tipprovdi finanzjament parzjali ekwivalenti għal 60 % ta’ dan l-infiq meta tkun qed tikkumbatti l-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn produtturi jikkontribwixxu għall-infiq mġarrab mill-Istati Membri, dan ma jirriżultax f’distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn produtturi fi Stati Membri differenti.



Taqsima 3

Problemi speċifiċi

Artikolu 221

Miżuri għal riżoluzzjoni ta’ problemi speċifiċi

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni filwaqt li tieħu miżuri ta’ emerġenza meħtieġa u ġustifikabbli biex issolvi problemi speċifiċi. Dawk il-miżuri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament biss sakemm ikun strettament meħtieġ u għall-perijodu li jkun strettament meħtieġ. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

2.  Biex issolvi problemi speċifiċi, u għal raġunijiet tant importanti ta’ urġenza debitament ġustifikati, marbuta ma' sitwazzjonijiet li x'aktarx jikkawżaw deterjorazzjoni rapida ta' produzzjoni u kondizzjonijiet tas-suq li jistgħu jkunu diffiċli li jiġu indirizzati jekk ikun hemm dewmien fl-adozzjoni ta' miżuri, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta’ implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(3).

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri skont il-paragrafi 1 jew 2 biss jekk ma jkunx possibbli li jiġu adottati l-miżuri ta' emerġenza meħtieġa f'konformità mal-Artikoli 219 jew 220.

4.  Miżuri adottati skont il-paragrafi 1 jew 2 għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar. Jekk wara dan il-perijodu l-problemi speċifiċi li wasslu għall-adozzjoni ta' dawn il-miżuri jippersistu, il-Kummissjoni tista', sabiex tistabbilixxi soluzzjoni permanenti, tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 dwar il-kwistjoni, jew tressaq proposti leġislattivi adatti.

5.  Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafi 1 jew 2 fi żmien jumejn ta' xogħol mill-adozzjoni tagħha.



Taqsima 4

Ftehimiet u deċiżjonijiet matul perijodi ta’ żbilanċ qawwi fis-swieq

Artikolu 222

L-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE

▼M5

1.  Matul perijodi ta' żbilanċ qawwi fis-swieq, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw li l-Artikolu 101(1) TFUE ma għandux japplika għal ftehimiet u deċiżjonijiet ta' bdiewa, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew assoċjazzjonijiet ta' tali assoċjazzjonijiet, jew organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti fi kwalunkwe wieħed mis-setturi msemmijin fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, dment li tali ftehimiet u deċiżjonijiet ma jfixklux il-funzjonament korrett tas-suq intern, ikunu strettament immirati sabiex jistabbilizzaw is-settur ikkonċernat u jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

▼B

(a) 

l-irtirar mis-suq jew it-tqassim b'xejn tal-prodotti tagħhom;

(b) 

it-trasformazzjoni u l-ipproċessar;

(c) 

il-ħżin minn operaturi privati;

(d) 

miżuri konġunti ta' promozzjoni;

(e) 

ftehimiet dwar ir-rekwiżiti ta' kwalità;

(f) 

ix-xiri konġunt tar-riżorsi meħtieġa sabiex jiġi miġġieled it-tixrid ta' pesti u mard fl-annimali u l-pjanti fl-Unjoni jew tar-riżorsi meħtieġa biex jiġu indirizzati l-effetti tad-diżastri naturali fl-Unjoni;

(g) 

l-ippjanar temporanju tal-produzzjoni, b'kont meħud tan-natura speċifika taċ-ċiklu tal-produzzjoni.

Fl-atti ta' implimentazzjoni tagħha l-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni sostantiv u ġeografiku ta' din id-deroga u, soġġett għall-paragrafu 3, il-perijodu li għalih tapplika d-deroga.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

▼M5 —————

▼B

3.  Il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu validi biss għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur.

Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jawtorizzaw ftehimiet u deċiżjonijiet bħal dawn għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).



KAPITOLU II

Komunikazzjonijiet u rappurtar

Artikolu 223

Rekwiżiti ta’ komunikazzjoni

1.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, biex timmonitorja, tanalizza u timmaniġġja s-suq ta’ prodotti agrikoli, tiggarantixxi t-trasparenza tas-suq, il-funzjonament sewwa ta’ miżuri tal-PAK, tiċċekkja, tikkontrolla, timmonitorja, tevalwa u tawditja miżuri tal-PAK, u tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fi ftehimiet internazzjonali konklużi f'konformità mat-TFUE, inklużi rekwiżiti ta’ notifika skont dawk il-ftehimiet, il-Kummissjoni tista’, f'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, tadotta l-miżuri meħtieġa fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li jkollhom isiru minn impriżi, mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi. Waqt li tagħmel dan, għandha tqis il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn is-sors potenzjali tad-data.

L-informazzjoni miksuba tista’ tkun trasmessa lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, u ssir disponibbli għalihom, u tista’ ssir pubblika, soġġetta għall-protezzjoni ta’ data personali u tal-interess leġittimu ta’ impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom, inklużi l-prezzijiet.

2.  Sabiex tiġi żgurata l-integrità ta' sistemi ta' informazzjoni u biex tiġi żgurata l-awtentiċità u l-leġibbiltà ta' dokumenti u d-data assoċjata trasmessa, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 li jistabbilixxu:

(a) 

in-natura u t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata;

(b) 

il-kategoriji ta’ data li għandhom jiġu pproċessati, il-perijodi ta’ żamma massimi u l-għan tal-ipproċessar, b’mod partikolari f’każ tal-pubblikazzjoni ta’ tali data u t-trasferiment tagħha lejn pajjiżi terzi;

(c) 

id-drittijiet tal-aċċess għall-informazzjoni jew għal sistemi ta’ informazzjoni magħmulin disponibbli;

(d) 

il-kondizzjonijiet ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inkluż:

(a) 

il-metodi ta’ notifika;

(b) 

ir-regoli dwar l-informazzjoni li għandha tiġi notifikata;

(c) 

l-arranġamenti għall-immaniġġjar tal-informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata, kif ukoll dwar il-kontenut, il-forma, il-waqt, il-frekwenza u l-iskadenzi tan-notifiki;

(d) 

l-arranġamenti għat-trasmissjoni ta’ informazzjoni u dokumenti lill-Istati Membri, lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi jew lill-pubbliku, jew biex tagħmilhom disponibbli għalihom, soġġetti għall-protezzjoni ta’ data personali u tal-interess leġittimu ta’ impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 229(2).

Artikolu 224

Ipproċessar u protezzjoni tad-data personali

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġbru data personali għall-finijiet previsti fl-Artikolu 223(1) u ma għandhomx jipproċessaw dik id-data b'mod inkompatibbli ma' dawk il-finijiet.

2.  Meta data personali tiġi pproċessata għall-finijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 223(1), għandha tkun anonima u għandha tiġi proċessata biss f'forma aggregata.

3.  Data personali għandha tiġi proċessata f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. B'mod partikolari, tali data ma għandhiex tinħażen f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-soġġetti tad-data għal aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun inġabret jew li għalihom tiġi proċessata ulterjorment, b'kont meħud tal-perijodi minimi għaż-żamma ta' data stabbiliti fid-dritt applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-soġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tista' tiġi pproċessata minn korpi nazzjonali u tal-Unjoni f'konformità mal-paragrafu 1 u li f'dan ir-rigward huma jgawdu d-drittijiet li jinsabu fid-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 rispettivament.

Artikolu 225

Obbligu ta’ rapportar lill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) 

kull tliet snin u għall-ewwel darba tal-21 ta’ Diċembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri li jirrigwardaw is-settur tal-apikultura kif jinsabu fl-Artikoli 55, 56 u 57, inkluż dwar l-aħħar żviluppi dwar is-sistemi ta' identifikazzjoni tad-doqqajs;

(b) 

sat-30 ta’ Ġunju 2014 u sal-31 ta’ Diċembru 2018 dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fis-suq tas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u b’mod partikolari dwar il-funzjonament tal-Artikoli 148 sa 151, l-Artikolu 152(3) u l-Artikolu 157(3), li jivvaluta b'mod partikolari, l-effetti fuq il-produtturi tal-ħalib u l-produzzjoni tal-ħalib fir-reġjuni żvantaġġati, b’rabta mal-objettiv ġenerali li tiġi sostnuta l-produzzjoni f’tali reġjuni, u li jkopri inċentivi potenzjali biex il-bdiewa jkunu mħeġġa jidħlu għal ftehimiet ta' produzzjoni konġunta flimkien ma’ kwalunkwe proposta adatta.

(c) 

sal-31 ta’ Diċembru 2014 dwar il-possibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskemi tal-iskejjel biex jinkludu ż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ għall-ikel;

(d) 

sal-31 ta’ Diċembru 2017 dwar l-applikazzjoni ta' regoli ta' kompetizzjoni fis-settur agrikolu fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari dwar l-operat tal-Artikoli 209 u 210, u tal-Artikoli 169, 170 u 171 fis-setturi kkonċernati;

▼M2

(e) 

sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-applikazzjoni tal-kriterji ta' allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 23a(2);

(f) 

sal-31 ta' Lulju 2023, dwar l-impatt tat-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4) fuq l-effettività tal-iskema għall-iskejjel b'rabta mad-distribuzzjoni ta' frott u ħaxix għall-iskejjel u ħalib għall-iskejjel.

▼B



KAPITOLU III

Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu

Artikolu 226

Użu tar-Riżerva

Il-fondi trasferiti mir-Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu skont il-kondizzjonijiet u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u fil-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba għandu jsir disponibbli għall-miżuri li dan ir-Regolament japplika għalihom għas-sena jew snin li għalihom ikun meħtieġ l-appoġġ addizzjonali u li huma implimentati f'ċirkostanzi li jmorru lil hinn mill-iżviluppi normali tas-suq.

B’mod partikolari, il-fondi għandhom jiġu trasferiti għal kwalunkwe infiq taħt:

(a) 

l-Artikoli 8 sa 21;

(b) 

l-Artikoli 196 sa204, u

(c) 

l-Artikoli 219, 220 u 221 ta’ dan ir-Regolament.



PARTI VI

DELEGI TA’ SETGĦAT, DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI



KAPITOLU I

Delegi ta’ setgħat u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

Artikolu 227

Twettiq tad-delega

1.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin minn tal-20 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ seba' snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija f’dan ir-Regolament tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandu jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 228

Proċedura ta' urġenza

1.  Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkunx espressa ebda oġġezzjoni f'konformità mal-paragrafu 2. In-notifika ta’ att iddelegat adottat skont dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat adottat skont dan l-Artikolu b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 227(5). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 229

Il-proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat imsejjaħ il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fil-każ ta' atti msemmija fl-Artikolu 80(5), il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 91, l-Artikolu 97(4), l-Artikolu 99, l-Artikolu 106 u l-Artikolu 107(3), meta l-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu jiġi applikat it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, b’mod konġunt mal-Artikolu 5 tiegħu.



KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet transizzjonali u finali

Artikolu 230

Tħassir

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa mħassar.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li ġejjin għandhom ikomplu japplikaw:

(a) 

fir-rigward tas-sistema tal-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib: it-Taqsima III tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II, l-Artikolu 55, l-Artikolu 85 u l-Annessi IX u X, sal-31 ta’ Marzu 2015;

(b) 

fir-rigward tas-settur tal-inbid:

(i) 

l-Artikoli 85a sa 85e fir-rigward ta’ żoni msemmija fl-Artikolu 85a(2) li ma jkunux għadhom inqalgħulhom id-dwieli u fir-rigward ta’ żoni msemmija fl-Artikolu 85b(1) li ma kinux regolarizzati, sakemm tali żoni jinqalgħulhom id-dwieli jew jiġu regolarizzati u l-Artikolu 188a(1) u (2):

(ii) 

is-sistema transitorja tad-dritt ta' taħwil stabbilit fis-Subtaqsima II tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II sal-31 ta’ Diċembru 2015;

(iii) 

l-Artikolu 118m(5) sal-approvazzjoni tal-ħażniet tal-inbejjed bid-denominazzjoni “Mlado vino portugizac” eżistenti fl-1 Lulju 2013;

(iv) 

l-Artikolu 118s(5) sat-30 ta’ Ġunju 2017;

▼M1

(ba) 

L-Artikolu 111 sal-31 ta’ Marzu 2015;

▼B

►C2  (c) 

L-Artikolu 113a(4), l-Artikoli 114, 115 u 116, l-Artikolu 117(1) sa (4) u l-punt (e)(iv) tal-Artikolu 121, kif ukoll il-punt IV tal-Parti A, il-punti I(2) u (3) u III(1) tal-Parti B u l-Parti C tal- Anness XIV, u l-punti 1, 3, 5 u 6 tal-Parti II u l-punt 2 tal-Parti IV tal-Anness XV għall-fini tal-applikazzjoni ta' dawk l- Artikoli, ◄ sad-data tal-applikazzjoni tar-regoli tal-kummerċjalizzazzjoni korrispondenti li għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-atti ddelegati previsti fl-Artikolu 75(2), l-Artikolu 76(4), l-Artikolu 78(3) u (4), l-Artikolu 79(1), l-Artikolu 80(4), l-Artikolu 83(4), l-Artikolu 86, l-Artikolu 87(2), l-Artikolu 88(3) u l-Artikolu 89 ta' dan ir-Regolament;

▼M1

(ca) 

L-Artikolu 125a(1)(e) u (2) u, fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, l-Anness XVIa, sad-data tal-applikazzjoni tar-regoli relatati li għandhom jiġu stabbiliti skont l-atti ddelegati previsti fil-punti (b) u (i) tal-Artikolu 173(1);

▼B

(d) 

L-Artikolu 133a(1) u l-Artikolu 140a sat-30 ta’ Settembru 2014;

▼M1

(da) 

L-Artikoli 136, 138 u 140, kif ukoll l-Anness XVIII għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dawk l-Artikoli, sad-data tal-applikazzjoni tar-regoli li għandhom jiġu stabbiliti skont l-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikoli 180 u fil-punt (a) tal-Artikolu 183 jew sat-30 ta' Ġunju 2014, skont liema tiġi qabel;

▼B

(e) 

l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 182(3) sa tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2013/2014 għaz-zokkor fit-30 ta’ Settembru 2014;

(f) 

l-Artikolu 182(4) sal-31 ta’ Diċembru 2017;

(g) 

l-Artikolu 182(7) sal-31 ta’ Marzu 2014;

▼C2

(h) 

Punt 3 tal-Parti III tal-Anness XV sal-31 ta' Diċembru 2015;

▼B

(i) 

L-Anness XX sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-att leġislattiv li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1216/2009 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 ( 28 ).

2.  Ir-referenzi għar-Regolament(KE) Nru 1234/2007 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness XIV għal dan ir-Regolament.

3.  Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1601/96 u (KE) Nru 1037/2001 huma mħassra.

Artikolu 231

Regoli transitorji

1.  Sabiex tiġi żgurata t-transizzjoni mingħajr diffikultajiet mill-arranġamenti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 227 fir-rigward ta’ miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet miksuba u l-aspettattivi leġittimi tal-impriżi.

2.  Il-programmi pluriennali kollha adottati qabel l-1 ta’ Jannar 2014 għandhom jibqgħu jkunu regolati mid-dispożizzjonijiet konċernati tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm dawk il-programmi jintemmu.

Artikolu 232

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Madankollu:

(a) 

l-Artikolu 181 għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2014;

(b) 

il-punt II(3) tal-Parti VII tal-Anness VII għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2016;

▼M5 —————

▼B

3.  L-Artikoli 127 sa 144 u l-Artikoli 192 sa 193 għandhom japplikaw sa tmiem is-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2016/2017 għaz-zokkor fit-30 ta’ Settembru 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

LISTA TA’ PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(2)

PARTI I

Ċereali

Is-settur taċ-ċereali għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

0709 99 60

Qamħ ħelu, frisk jew imkessaħ

0712 90 19

Qamħ ħelu mnixxef, sħiħ, imqatta’, imfettet, imkisser jew fi trab, iżda mhux ippreparat ulterjorment, minbarra ibridu għaż-żriegħ

1001 91 20

Qamħ komuni u żerriegħa tal-meslin

ex 1001 99 00

Spelt, qamħ komuni u meslin minbarra għaż-żriegħ

1002

Segala

1003

Xgħir

1004

Ħafur

1005 10 90

Żerriegħa tal-qamħirrum (qamħ) minbarra ibrida

1005 90 00

Qamħirrum minbarra żerriegħa

1007 10 90 ,

1007 90 00

Sorgu tal-qamħ, minbarra ibridi għaż-żriegħ

1008

Buckwheat, millieġ u skalora; ċereali oħrajn

(b)

1001 11 00 ,

1001 19 00

Qamħ durum

(c)

1101 00

Qamħ jew dqiq tal-meslin

1102 90 70

Dqiq tas-segala

1103 11

Xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasta tal-qamħ

1107

Malt, kemm jekk inkaljat jew le

(d)

0714

Manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le; sago pith

ex  11 02

Dqiq taċ-ċereali ħlief tal-qamħ u tal-meslin:

1102 20

– Dqiq tal-qamħirrum (qamħ)

1102 90

– Oħrajn:

1102 90 10

– – Dqiq tal-barli

1102 90 30

– – Dqiq tal-ħafur

1102 90 90

– – Oħrajn

ex  11 03

Xgħir u barli mitħun oħxon (cereal groats), pasta u gerbub bl-eċċezzjoni ta’ xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasta (subintestatura 1103 11 ), u ross mitħun (subintestatura 1103 19 50 ) u gerbub tar-ross (subintestatura 1103 20 50 )

ex  11 04

Trab taċ-ċereali maħduma mod ieħor (pereżempju, imqaxxra, irrumblati, ifflejkjati, ipperlati, islajsjati jew mitħun oħxon), ħlief ross tal-intestatura 1006 u ross ifflejkjat tas-subintestatura 1104 19 91 ; nibbieta ta' ċereali, sħaħ, irrumblati, ifflejkjati jew mitħuna

1106 20

Dqiq, pasta u trab tas-sagu jew ta’ għeruq jew tuberi ta’ titlu 0714

ex  11 08

Lamti; inulina:

– Lamti:

1108 11 00

– – Lamtu tal-qamħ

1108 12 00

– – Lamtu tal-qamħirrum (qamħ)

1108 13 00

– – Lamtu tal-patata

1108 14 00

– – Manjoka (cassava) lamtu

ex 1108 19

– – Lamti oħrajn:

1108 19 90

– – – Oħrajn

1109 00 00

Gluteina tal-qamħ, imnixxfa jew le

1702

Zokkor ieħor, inkluż lattożju, glukożju, maltosju u fruttożju kimikament pur, f’forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx sustanzi ta’ togħma jew kulur miżjudin; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali u kemm jekk le; karamella:

ex 1702 30

– Glukożju u ġulepp tal-glukożju, li ma fihomx fruttożju jew fihom fl-istat xott anqas minn 20 % tal-piż fruttożju:

– – Oħrajn:

ex 1702 30 50

– – – F’forma ta’ trab abjad kristallin, imgħaqqad jew le, fihom fl-istat xott anqas minn 99 % tal-piż glukożju

ex 1702 30 90

– – – Oħrajn, li fihom fl-istat xott anqas minn 99 % tal-piż glukożju

ex 1702 40

– Glukożju u ġulepp tal-glukożju, li fihom fl-istat xott għallinqas 20 % iżda anqas minn 50 % tal-piż fruttożju, ħlief zokkor maqlub (invert):

1702 40 90

– – Oħrajn

ex 1702 90

– Oħrajn, inklużi zokkor maqlub (invert) u zokkor ieħor u taħlit ta’ ġulepp taz-zokkor li fihom fl-istat xott 50 % tal-piż fruttożju:

1702 90 50

– – Maltodestrina u ġulepp tal-maltodestrina

– – Karamella:

– – – Oħrajn:

1702 90 75

– – – – F’forma ta’ trab, imgħaqqad jew le

1702 90 79

– – – – Oħrajn

2106

Preparati tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra:

ex 2106 90

– Oħrajn

– – Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti:

– – – Oħrajn

2106 90 55

– – – – Ġulepp tal-glukożju u ġulepp tal-maltodestrina

ex  23 02

Granza, dqiq inferjuri (sharps) u residwi oħrajn, fil-forma ta’ gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqih, it-tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali

ex  23 03

Residwi ta’ manifattura ta’ lamtu u residwi simili, polpa tal-kannamieli, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor, fermentazzjoni jew distillar ta’ fond u skart, f’forma ta’ gerbub jew le:

2303 10

– Residwi tal-manifattura tal-lamtu u residwi simili

2303 30 00

– Fermentazzjoni jew distillar ta’ fond u skart

ex  23 06

Għalf tal-bhejjem (oilcake) u residwi oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, li jirriżulta mill-estrazzjoni ta’ xaħam u żejt veġetali, ħlief dawk ta’ titlu 2304 jew 2305 :

– Oħrajn

2306 90 05

– – Ta’ nebbieta tal-qamħirrum (qamħ)

ex 2308 00

Materjali veġetali u skart veġetali, residwi veġetali u prodotti li jirriżultaw minnhom, f'forma ta' gerbub jew le, ta' kwalità użata għal għalf ta' annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra:

2308 00 40

– Ġandar u qastan selvaġġ; lbieba jew karfa tal-frott, ħlief ta’ għeneb

2309

Preparati ta' tipi użati għal għalf ta' annimali:

ex 2309 10

– Ikel għall-klieb jew għall-qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut:

2309 10 11

2309 10 13

2309 10 31

2309 10 33

2309 10 51

2309 10 53

– – Fihom lamtu, glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti tal-ħalib

ex 2309 90

– Oħrajn:

2309 90 20

– – Prodotti msemmija fin-nota addizzjonali nru 5 għall-Kapitolu 23 tan-Nomenklatura Magħquda

– – Oħrajn, inkluż taħlitiet lesti:

2309 90 31

2309 90 33

2309 90 41

2309 90 43

2309 90 51

2309 90 53

– – – Fihom lamtu, glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti tal-ħalib:

(1)  Għall-finijiet ta’ din is-subintestatura 'prodotti tal-ħalib' tfisser prodotti li huma inklużi fit-titli 0401 sa 0406 kif ukoll fid-subintestaturi 1702 11 00 , 1702 19 00 u 2106 90 51 .

PARTI II

Ross

Is-settur tar-ross għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

1006 10 21 sa

1006 10 98

Ross fil-ħliefa (paddy jew aħrax), minbarra għaż-żriegħ

1006 20

Ross bla ħliefa (brown)

1006 30

Ross nofsu mitħun jew mitħun kollu, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le

(b)

1006 40 00

Ross imfarrak

(c)

1102 90 50

Dqiq tar-ross

1103 19 50

Ross mitħun oħxon (groats) u pasta

1103 20 50

Gerbub tar-ross

1104 19 91

Ħbub tar-ross imqattgħin irqiq

ex 1104 19 99

Ħbub imrembla tar-ross

1108 19 10

Lamtu tar-ross

PARTI III

Zokkor

Is-settur taz-zokkor għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

1212 91

Pitravi taz-zokkor

1212 93 00

Kannamieli

(b)

1701

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrożju kimikament pur, f’forma solida

(c)

1702 20

Zokkor tal-aġġru u ġulepp tal-aġġru

1702 60 95 u

1702 90 95

Zokkrijiet oħrajn f’forma solida u ġuleppijiet taz-zokkor, li ma fihomx ħwawar jew materjal li jagħti l-kulur miżjudin, iżda mhux inkluż lattożju, glukożju, maltodestrina u isoglukożju

1702 90 71

Karamella li fiha 50 % jew aktar tal-piż sukrożju fil-materjal xott

2106 90 59

Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew kuluriti, minbarra isoglukożju, lattożju, glukożju u ġuleppijiet tal-maltodestrina

(d)

1702 30 10

1702 40 10

1702 60 10

1702 90 30

Isoglukożju

(e)

1702 60 80

1702 90 80

Ġulepp tal-inulina

(f)

1703

Għasel iswed li jsir mill-estrazzjoni jew ir-raffinar taz-zokkor

(g)

2106 90 30

Ġuleppijiet tal-isoglukożju mħawrin jew kuluriti

(h)

2303 20

Polpa tal-pitravi, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor

PARTI IV

Għalf niexef

Is-settur tal-għalf niexef għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

ex 1214 10 00

– Pasta u gerbub tax-xnien (alfalfa) imnixxfa bis-sħana artifiċjalment

– Pasta u gerbub tax-xnien (alfalfa) imnixxfa b’mod ieħor u mitħuna

ex 1214 90 90

– Xnien (alfalfa), sainfoin, silla, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-għalf, imnixxfa bis-sħana artifiċjalment, ħlief ħuxlief u kaboċċi għall-magħlef u prodotti li fihom il-ħuxlief

– Xnien (alfalfa), sainfoin, silla, lupini, ġulbiena, lotus tal-għasel, piżelli chickling u birdsfoot, imnixxfa b’mod ieħor u mitħuna

(b)

ex 2309 90 96

– Konċentrati tal-proteini miksuba mill-meraq tax-xnien u mill-meraq tal-ħxejjex

– Prodotti deidratati miksuba esklussivament minn residwi solidi u meraq li jirriżulta mill-preparati tal-konċentrati msemmija hawn fuq

PARTI V

Żrieragħ

Is-settur taż-żrieragħ għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

0712 90 11

Ibridi ta’ qamħ ħelu:

– għaż-żriegħ

0713 10 10

Piżelli (Pisum sativum):

– għaż-żriegħ

ex 0713 20 00

Ċiċri (garbanzos):

– għaż-żriegħ

ex 0713 31 00

Fażola tal-ispeċi Vigna mungo (L.) Hepper jew Vigna radiata (L.) Wilczek:

– għaż-żriegħ

ex 0713 32 00

Fażola (Adzuki) żgħira ħamra (Phaseolus jew Vigna angularis):

– għaż-żriegħ

0713 33 10

Fażola kidnija, inkluża fażola mill-bajda (Phaseolus vulgaris):

– għaż-żriegħ

ex 0713 34 00

Fażola bambara (Vigna subterranea jew Voandzeia subterranea):

ex 0713 35 00

– għaż-żriegħ

ex 0713 39 00

Piżelli tal-għajn (Vigna unguiculata):

– għaż-żriegħ

Oħrajn:

– għaż-żriegħ

ex 0713 40 00

Għads:

– għaż-żriegħ

ex 0713 50 00

Ful (Vicia faba var. major) u ful ta’ varjetà raffa (Vicia faba var. equina, Vicia faba var. minor):

ex 0713 60 00

– għaż-żriegħ

Piżelli ta' Angola (Cajanus cajan):

– għaż-żriegħ

ex 0713 90 00

Ħxejjex oħrajn tal-legumi mnixxfa:

– għaż-żriegħ

1001 91 10

Spelt:

– żerriegħa

1001 91 90

Oħra

– żerriegħa

ex 1005 10

Ibridu tal-qamħirrun (qamħ)

1006 10 10

Ross fil-qoxra (fil-ħliefa jew aħrax):

– għaż-żriegħ

1007 10 10

Ibridi tas-sorgu tal-qamħ:

– żerriegħa

1201 10 00

Fażola tas-sojja, imkissra jew le:

– żerriegħa

1202 30 00

Ġewż mitħun, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, sew jekk bil-qoxra jew imkisser jew le:

– żerriegħa

1204 00 10

Linseed, miksur jew le:

– għaż-żriegħ

1205 10 10 u

Żrieragħ tar-rappa jew tal-kolza, imkissra jew le:

ex 1205 90 00

– għaż-żriegħ

1206 00 10

Żrieragħ tal-ġirasol, imkissra jew le:

– għaż-żriegħ

ex  12 07

Żrieragħ taż-żejt oħra u frott żejtni, imkisser jew le:

– għaż-żriegħ

1209

Żerriegħa, frott u spori, ta’ tip użat għaż-żriegħ:

PARTI VI

Ħops

Is-settur tal-ħops għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

1210

Koni tal-ħops, frisk jew niexef, mitħun jew le, trab jew f’forma ta’ gerbub; lupulina

1302 13 00

Linef u estratti veġetali ta’ ħops

PARTI VII

Żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-ikel

Is-settur taz-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

1509

Żejt taż-żebbuġ u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1510 00

Żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, miksubin biss miż-żebbuġ, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament, inklużi taħlitiet ta’ dawn iż-żjut jew frazzjonijiet biż-żjut jew frazzjonijiet tat-titlu 1509

(b)

0709 92 10

Żebbuġ, frisk jew imkessaħ għall-użi li mhumiex il-produzzjoni ta' żejt

0709 92 90

Żebbuġ ieħor, frisk jew imkessaħ

0710 80 10

Żebbuġ (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew mgħolli fl-ilma), iffriżat

0711 20

Żebbuġ ippreservat proviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħra ta' preservazzjoni), iżda mhux tajjeb għall-konsum immedjat f'dak l-istat

ex 0712 90 90

Żebbuġ imnixxef, sħiħ, imqatta’, imfettet, imkisser jew fi trab, iżda mhux ippreparat ulterjorment

2001 90 65

Żebbuġ ippreparat jew ippreservat bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku

ex 2004 90 30

Żebbuġ ippreparat jew ippreservat minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, iffriżat

2005 70 00

Żebbuġ ippreparat jew ippreservat minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat

(c)

1522 00 31

1522 00 39

Residwi li jirriżultaw mit-trattament ta’ sustanzi xaħmija jew mix-xama' tal-annimali jew tal-ħxejjex li jkun fihom żejt li jkollu l-karatterisitiċi taż-żejt taż-żebbuġa

2306 90 11

2306 90 19

Għalf tal-bhejjem (oilcake) u residwi solidi oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa

PARTI VIII

Kittien u qanneb

Is-settur tal-kittien u tal-qanneb għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

5301

Għażel, mhux maħdum jew ipproċessat iżda mhux mibrum; frak u rmixk ta’ għażel (inkluż skart tal-ħjut u materjal “garnetted”)

5302

Qanneb veru (Cannabis sativa L.), nej jew ipproċessat imma mhux bin-newl; stoppa u skart ta’ qanneb vera (inklużi skart tal-ħjut u stokk igarnettjat)

PARTI IX

Frott u ħxejjex

Is-settur tal-frott u l-ħxejjex għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

0702 00 00

Tadam, frisk jew imkessaħ

0703

Basal, basal abjad, tewm, kurrat u ħxejjex ta’ ġenus it-tewm ieħor, frisk jew imkessaħ

0704

Kaboċċi, pastard, ġidra, kaboċċi mberfla u brassica tal-ikel simili, frisk jew imkessaħ

0705

Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), frisk jew imkessaħ

0706

Karrotti, nevew, pitravi tal-insalata, salsafja, krafes ħoxnin, ravanell abjad u għeruq tal-ikel simili, frisk jew imkessaħ

0707 00

Ħjar u ħjar żgħir, frisk jew imkessaħ

0708

Ħxejjex leguminużi, fil-qoxra jew le, friski jew imkessħin

ex  07 09

Ħxejjex oħra, friski jew imkessħin, esklużi ħxejjex tas-subintestaturi 0709 60 91 , 0709 60 95 , 0709 60 99 , 0709 92 10 , 0709 92 90 u 0709 99 60

ex  08 02

Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, sew jekk fil-qoxra sew jekk le jew imqaxxar, bl-esklużjoni tal-ġewż areka (jew betel) u kola li jaqaw fis-subintestatura 0802 70 00 , 0802 80 00

0803 10 10

Pjantaġini friski

0803 10 90

Pjantaġini mnixxfa

0804 20 10

Tin, frisk

0804 30 00

Ananas

0804 40 00

Avokado

0804 50 00

Gwav, mang u mangostan

0805

Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef

0806 10 10

Għeneb frisk tal-ikel

0807

Bettieħ (inkluż id-dulliegħ) u pawpaw (papaj), frisk

0808

Tuffieħ, lanġas u sfarġel, frisk

0809

Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż iċ-ċiprisk), għanbaqar u prun salvaġġ, friski

0810

Frott ieħor, frisk

0813 50 31

0813 50 39

Taħlit esklussivament ta’ ġewż imnixxef tat-titli 0801 u 0802

0910 20

Żagħfran

ex 0910 99

Sagħtar, frisk jew imkessaħ

ex 1211 90 86

Ħabaq, melissa, nagħniegħ, Origanum vulgare (origanu/merdqux), klin, salvja, friski jew imkessħin

1212 92 00

Ħarrub

PARTI X

Prodotti ta' frott u ħxejjex ipproċessati

Is-settur tal-frott u l-ħxejjex għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

ex  07 10

Ħxejjex (mhux imsajrin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżati, eskluż il-qamħ ħelu tas-subintestatura 0710 40 00 , iż-żebbuġ tas-subintestatura 0710 80 10 u l-frott tal-ġenus Capsicum jew tal-ġenus Pimenta tas-subintestatura 0710 80 59

ex  07 11

Ħxejjex ippreservati proviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma bil-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn sabiex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum immedjat, eskluż iż-żebbuġ tas-subintestatura 0711 20 , il-frott tal-ġenus Capsicum jew tal-ġenus Pimenta tas-subintestatura 0711 90 10 u l-qamħ ħelu tas-subintestatura 0711 90 30

ex  07 12

Ħxejjex imnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparati aktar minn hekk, eskluża l-patata deitrata permezz ta' sħana artifiċjali u li mhix tajba għall-konsum mill-bniedem li taqa' taħt is-subintestatura ex 0712 90 05 , il-qamħ ħelu li jaqa' taħt is-subintestaturi 0712 90 11 u 0712 90 19 u ż-żebbuġ li jaqa' taħt is-subintestatura ex 0712 90 90

0804 20 90

Tin imnixxef

0806 20

Għeneb imnixxef

ex  08 11

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu, eskluża banana ffriżata li taqa' taħt is-subintestatura ex 0811 90 95

ex  08 12

Frott u ġewż, ippreservati proviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn sabiex jippreservaw), iżda mhux tajbin f'dak l-istat għal konsum, eskluża l-banana proviżorjament ippreservata li taqa' taħt is-subintestatura ex 0812 90 98

ex  08 13

Frott, imnixxef, ħlief dak ta’ titli 0801 sa 0806 ; taħlit ta’ ġewż jew frott imnixxef ta’ dan il-kapitlu eskluż taħlit esklussivament ta' ġewż ta' subtitli 0801 u 0802 li jaqgħu taħt is-subintestaturi 0813 50 31 u 0813 50 39

0814 00 00

Qoxra tal-frott taċ-ċitru jew tal-bettieħ (inkluż dulliegħ), friska, iffriżata, imnixxfa jew proviżorjament ippreservata fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn ippreservattivi

0904 21 10

Bżar ħelu mnixxef (Capsicum annuum), la mfarrak u lanqas mitħun

(b)

ex  08 11

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, iffriżati, biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu

ex 1302 20

Sustanzi tal-pektin u pektinati

ex  20 01

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel ippreparati jew ippreservati bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, eskluż:

— frott tal-ġenus Capsicum minbarra bżar ħelu jew piment tas-subintestatura 2001 90 20

— qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata) tas-subintestatura 2001 90 30

— jammijiet, patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti tajbin għall-ikel li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu tas-subintestatura 2001 90 40

— qlub tal-palm tas-subintestatura ex 2001 90 92

— żebbuġ tas-subintestatura 2001 90 65

— weraq tad-dwieli, hop shoots u partijiet simili oħra tal-pjanti tajbin għall-ikel li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2001 90 97

2002

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

2003

Faqqiegħ u tartuf, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

ex  20 04

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, ħlief il-prodotti tal-intestatura 2006 , eskluż il-qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata) tas-subintestatura 2004 90 10 , iż-żebbuġ tas-subintestatura ex 2004 90 30 u l-patata ppreparata jew ippreservata f'forma ta' dqiq, pasta jew qxur tas-subintestatura 2004 10 91

ex  20 05

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief prodotti tal-intestatura 2006 , eskluż iż-żebbuġ tas-subintestatura 2005 70 00 , il-qamħ ħelu (Zea mays var. Saccharata) tas-subintestatura ex 2005 80 00 , u l-frott tal-ġenus Capiscum, minbarra l-bżar ħelu jew il-pimenta tas-subintestatura 2005 99 10 u l-patata ppreparata jew ippreservata fil-forma ta' dqiq, pasta jew qxur tas-subintestatura 2005 20 10

ex 2006 00

Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u bċejjeċ oħrajn ta' pjanti, ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glacé jew mgħasslin), eskluż il-banana ppreservata biz-zokkor li taqa' taħt l-intestaturi ex 2006 00 38 u ex 2006 00 99

ex  20 07

Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, purée tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, miksuba permezz tat-tisjir, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud inkella le, eskluż:

— preparati omoġenizzati ta' banana tas-subintestatura ex 2007 10

— ġammijiet, ġèli, marmellati, purée jew pejsts tal-banana tas-subintestaturi ex 2007 99 39 , ex 2007 99 50 u ex 2007 99 97

ex  20 08

Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta' pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar, eskluż:

— butir tal-karawett tas-subintestatura 2008 11 10

— qlub tal-palm tas-subintestatura 2008 91 00

— qamħirrum tas-subintestatura 2008 99 85

— jammijiet, patata ħelwa u partijiet simili ta' pjanti tajbin għall-ikel li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu tas-subintestatura 2008 99 91

— weraq tad-dwieli, hop shoots u partijiet simili oħra tal-pjanti tajbin għall-ikel li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2008 99 99

— taħlitiet ta' banana preparati jew preservati b'mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 97 59 , ex 2008 97 78 , ex 2008 97 93 u ex 2008 97 98

— banana ppreparata jew ippreservata b'xi mod ieħor tas-subintestaturi 2008 99 49 , ex 2008 99 67 u ex 2008 99 99

ex  20 09

Meraq tal-frott (eskluż il-meraq tal-għeneb u l-most tal-għeneb tas-subintestaturi 2009 61 u 2009 69 u l-meraq tal-banana tas-subintestaturi x 2009 89 35 , 2009 89 38 , 2009 89 79 , 2009 89 86 , 2009 89 89 2009 89 99 ) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu

PARTI XI

Banana

Is-settur tal-banana għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

0803 90 10

Banana friska, eskluż il-pjantaġġini

0803 90 90

Banana mnixxfa, eskluż il-pjantaġġini

ex 0812 90 98

Banana ppreservata proviżorjament

ex 0813 50 99

Taħlitiet li fihom banana mnixxfa

1106 30 10

Dqiq, pasta u trab tal-banana

ex 2006 00 99

Banana ppreservata fiz-zokkor

ex 2007 10 99

Preparati omoġenizzati ta' banana

ex 2007 99 39

ex 2007 99 50

ex 2007 99 97

Ġammijiet, ġèli, marmellati, purée jew pejsts tal-banana

ex 2008 97 59

ex 2008 97 78

ex 2008 97 93

ex 2008 97 96

ex 2008 97 98

Taħlitiet li fihom il-banana ppreparata jew ippreservata mod ieħor, li ma fihomx spirtu miżjud

ex 2008 99 49

ex 2008 99 67

ex 2008 99 99

Banana ppreparata jew ippreservata mod ieħor

ex 2009 89 35

ex 2009 89 38

ex 2009 89 79

ex 2009 89 86

ex 2009 89 89

ex 2009 89 99

Meraq tal-banana

PARTI XII

Inbid

Is-settur tal-inbid għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

2009 61

2009 69

Meraq tal-għeneb (inkluż most tal-għeneb)

2204 30 92

2204 30 94

2204 30 96

2204 30 98

Most tal-għeneb ieħor, minbarra dawk fi stat ta’ fermentazzjoni jew bil-fermentazzjoni mwaqqfa b'mezz ieħor milli biż-żieda tal-alkoħol

(b)

ex  22 04

Nbid ta’ għeneb frisk, nklużi inbejjed imsaħħin; most tal-għeneb ħlief dak tal-intestatura 2009 , eskluż most tal-għeneb ieħor tas-subintestaturi 2204 30 92 , 2204 30 94 , 2204 30 96 u 2204 30 98

(c)

0806 10 90

Għeneb frisk minbarra għeneb tal-ikel

2209 00 11

2209 00 19

Ħall tal-inbid

(d)

2206 00 10

Piquette

2307 00 11

2307 00 19

Fond tal-inbid

2308 00 11

2308 00 19

Karfa ta’ għeneb magħsur

PARTI XIII

Siġar u pjanti oħra ħajjin, basal, għeruq u oħrajn bħalhom, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali

Is-settur tal-pjanti ħajjin għandu jkopri l-prodotti kollha li huma inklużi fil-Kapitolu 6 tan-Nomenklatura Magħquda.

PARTI XIV

Tabakk

Is-settur tat-tabakk għandu jkopri tabakk mhux maħdum u mhux manifatturat u skart tat-tabakk tal-Kodiċi NM 2401 .

PARTI XV

Ċanga u vitella

Is-settur tal-laħam taċ-ċanga u vitella għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

0102 29 05 sa

0102 29 99 , 0102 39 10 u 0102 90 91

Annimali ħajjin tal-ispeċi domestiċi tal-ifrat, minbarra annimali ta' razza pura għat-trobbija

0201

Laħam ta' annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ

0202

Laħam ta' annimali tal-ifrat, iffriżat

▼C3

0206 10 95

Taħrika tal-falda ħoxna u taħrika tal-falda rqiqa, friska jew imkessħa

0206 29 91

Taħrika tal-falda ħoxna u taħrika tal-falda rqiqa, iffriżati

▼B

0210 20

Laħam ta' annimali tal-ifrat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew iffumigat

▼C3

0210 99 51

Taħrika tal-falda ħoxna u taħrika tal-falda rqiqa, immellħa, fis-salmura, imnixxfa jew iffumigata

▼B

0210 99 90

Dqiq u pasti mil-laħam jew mill-ġewwieni tajbin għall-ikel

1602 50 10

Laħam ippreparat jew ippreservat ieħor jew ġewwieni tal-annimali tal-ifrat, mhux imsajjar; taħlitiet ta' laħam jew ġewwieni imsajjar u laħam jew ġewwieni mhux imsajjar

1602 90 61

Laħam ippreparat jew ippreservat ieħor li fih laħam jew ġewwieni tal-annimali tal-ifrat, mhux imsajjar; taħlitiet ta' laħam jew ġewwieni jew laħam jew ġewwieni mhux imsajjar

(b)

0102 21 , 0102 31 00 u 0102 90 20

Bhejjem tal-ifrat ħajjin ta' razza pura għat-trobbija

0206 10 98

Ġewwieni tajjeb għall-ikel ta' annimali tal-ifrat, esklużi falda ħoxna u falda rqiqa, iffriżata, minbarra għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi

0206 21 00

0206 22 00

0206 29 99

Ġewwieni tajjeb għall-ikel ta' annimali tal-ifrat, esklużi falda ħoxna u falda rqiqa, iffriżata, minbarra għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi

0210 99 59

Ġewwieni tajjeb għall-ikel ta' annimali tal-ifrat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew iffumigat minbarra falda ħoxna u falda rqiqa

ex 1502 10 90

Xaħmijiet tal-annimali tal-ifrat ħlief dawk tal-intestatura 1503

1602 50 31 u

1602 50 95

Laħam jew ġewwieni ppreparat jew ippreservat ieħor, tal-bhejjem tal-ifrat, minbarra laħam jew ġewwieni mhux imsajjar u taħlitiet ta' laħam jew ġewwieni msajjar u laħam jew ġewwieni mhux imsajjar

1602 90 69

Laħam ippreparat jew ippreservat ieħor li fih laħam jew ġewwieni tal-ifrat, minbarra li mhux imsajjar u taħlitiet ta' laħam jew ġewwieni msajjar jew laħam jew ġewwieni mhux imsajjar.

PARTI XVI

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Is-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu

(b)

0402

Ħalib u krema, konċentrati jew biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor sabiex jagħmel ħelu

(c)

0403 10 11 sa

0403 10 39

0403 9011 11 sa

0403 90 69

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif ukoll le jew fih zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu mhux imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

(d)

0404

Xorrox, kemm jekk konċentrat kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu; prodotti magħmulin minn konstitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra

(e)

ex  04 05

Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 75 % iżda anqas minn 80 %

(f)

0406

Ġobon u baqta

(g)

1702 19 00

Lattożju u ġulepp tal-lattożju, li ma fihomx miżjudin sustanzi miżjuda għat-togħma jew kulur, li fihom bil-piż anqas minn 99 % ta' lattożju, imfisser bħala lattożju anidru, ikkalkulat fuq il-materjal xott

(h)

2106 90 51

Ġulepp tal-lattożju mħawwar jew kulurit

(i)

ex  23 09

Preparati ta' tipi użati għal għalf ta' annimali:

ex 2309 10

– Ikel għall-klieb jew għall-qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut:

2309 10 15

2309 10 19

2309 10 39

2309 10 59

2309 10 70

– – Li fih lamtu, glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti tal- ħalib

ex 2309 90

– Oħrajn:

2309 90 35

– – Oħrajn, inkluż taħlitiet lesti:

2309 90 39

2309 90 49

2309 90 59

2309 90 70

– – – Li fih lamtu, glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodestrina jew ġulepp tal-maltodestrina tas-subintestaturi 1702 30 50 , 1702 30 90 , 1702 40 90 , 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti ta' ħalib

PARTI XVII

Laħam tal-majjal

Is-settur tal-laħam tal-majjal għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

ex  01 03

Majjali ħajjin, tal-ispeċi domestika, minbarra annimali ta' razza pura

(b)

ex  02 03

Laħam tal-majjal domestiku, frisk, imkessaħ jew iffriżat

ex  02 06

Ġewwieni tajjeb għall-ikel ta' majjal domestiku, minbarra għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi, frisk, imkessaħ jew iffriżat

0209 10

Xaħam tal-majjal, mingħajr laħam dgħif mhux ittrattat jew estratt b'mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fl-ilma mielaħ, imnixxef jew affumikat

ex  02 10

Laħam u ġewwieni tajjeb għall-ikel tal-majjal domestiku, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

1501 10

1501 20

Grass tal-majjal (inkluż ix-xaħam)

(c)

1601 00

Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet tal-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti

1602 10 00

Preparati omoġenizzati ta' laħam, ġewwieni jew demm

1602 20 90

Preparati jew priżervi ta' fwied ta' kwalunkwe annimal, minbarra l-wiżż jew il-papra

1602 41 10

1602 42 10

1602 49 11 sa

1602 49 50

Preparati u priżervi oħra li fihom laħam jew ġewwieni tal-majjal domestiku

1602 90 10

Preparati tad-demm ta' kwalunkwe annimal

1602 90 51

Preparati u priżervi oħra li fihom laħam jew ġewwieni tal-majjal domestiku

1902 20 30

Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le li fih aktar minn 20 % tal-piż zalzett u bħalu, tal-laħam u fdal tal-laħam ta' kwalunkwe tip, inklużi xaħam ta' kull tip u oriġini

PARTI XVIII

Laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż

Is-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

0104 10 30

Ħrief (li ma jkollhomx iżjed minn sena)

0104 10 80

Nagħaġ ħajjin minbarra bhejjem u ħrief ta' razza pura għat-trobbija

0104 20 90

Mogħoż ħajjin minbarra annimali ta' razza pura għat-trobbija

0204

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffriżat

0210 99 21

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, bl-għadma ġewwa, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

0210 99 29

Laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, mingħajr għadam, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

(b)

0104 10 10

Nagħaġ ħajjin ta' razza pura għat-trobbija

0104 20 10

Mogħoż ħajjin ta' razza pura għat-trobbija

0206 80 99

Ġewwieni tajjeb għall-ikel tan-nagħaġ u l-mogħoż, frisk jew imkessaħ, minbarra dak għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi

0206 90 99

Ġewwieni tajjeb għall-ikel tan-nagħaġ u l-mogħoż, iffriżat, minbarra dak għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi

0210 99 85

Ġewwieni tajjeb għall-ikel tan-nagħaġ u tal-mogħoż, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew iffumigat

ex 1502 90 90

Xaħmijiet tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, minbarra dawk tal-intestatura 1503

(c)

1602 90 91

Laħam jew ġewwieni tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż ieħor, ippreparat jew ippreservat;

1602 90 95

 

PARTI XIX

Bajd

Is-settur tal-bajd għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

0407 11 00

0407 19 11

0407 19 19

0407 21 00

0407 29 10

0407 90 10

Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, ippreservat jew imsajjar

(b)

0408 11 80

0408 19 81

0408 19 89

0408 91 80

0408 99 80

Bajd tal-għasafar, mhux fil-qoxra, u isfar tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bil-fwar jew mgħollijin fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk miżjuda biz-zokkor jew b'xi materjal ieħor li jagħmel ħelu u kemm jekk le, minbarra dawk li mhumiex tajbin għall-konsum mill-bniedem

PARTI XX

Laħam tat-tjur

Is-settur tal-laħam tat-tjur għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

(a)

0105

Tjur ħajjin, jiġifieri, tjur tal-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u farawni

(b)

ex  02 07

Laħam u ġewwieni tajjeb għall-ikel, ta' tjur tat-titlu 0105 frisk, imkessaħ jew iffriżat, eskluż fwied li jaqa' fil-punt (c)

(c)

0207 13 91

0207 14 91

0207 26 91

0207 27 91

0207 43 00

0207 44 91

0207 45 93

0207 45 95

Fwied tat-tjur, frisk, imkessaħ jew iffriżat

0210 99 71

0210 99 79

Fwied tat-tjur, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

(d

0209 90 00

Xaħam tat-tjur mhux maħdum jew estratt b'mod ieħor, frisk, imkessaħ, iffriżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

(e)

1501 90 00

Grass tat-tjur

(f)

1602 20 10

Fwied tal-wiżż jew tal-papra, b'mezz ieħor milli ppreparat jew ippreservat

1602 31

1602 32

1602 39

Laħam jew ġewwieni tat-tjur tal-intestatura 0105 , b'mezz ieħor milli ppreparat jew ippreservat

PARTI XXI

Alkoħol etiliku minn oriġini agrikola

1. Is-settur tal-alkoħol etiliku għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 2207 10 00

Alkoħol etiliku mhux żnaturat ta' saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattati

ex 2207 20 00

Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kwalunkwe saħħa, miksuba mill-prodotti agrikoli stabbiliti fl-Anness I għat-Trattati

ex 2208 90 91

u

ex 2208 90 99

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol miksub mill-prodotti agrikoli stabbiliti fl-Anness I għat-Trattati

2. Is-settur tal-alkoħol etiliku għandu jkopri wkoll prodotti bbażati fuq alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola li huma inklużi fil-Kodiċi NM 2208 mqegħdin f’kontenituri ta’ aktar minn żewġ litri u li jippreżentaw il-karatteristiċi kollha ta’ alkoħol etiliku kif deskritti fil-punt 1.

PARTI XXII

Prodotti tal-apikultura

Is-settur tal-apikultura għandu jkopri l-prodotti elenkati fit-tabella li ġejja:



Kodiċi NM

Deskrizzjoni

0409 00 00

Għasel naturali

ex 0410 00 00

Ħalib tan-naħal u żaftura, tajjeb għall-ikel

ex 0511 99 85

Ħalib tan-naħal u żaftura, mhux tajjeb għall-ikel

ex 1212 99 95

Għabra tad-dakra

ex 1521 90

Xema’ tan-naħal

PARTI XXIII

Dud tal-Ħarir

Is-settur tad-dud tal-ħarir għandu jkopri dud tal-ħarir li huwa inkluż fil-Kodiċi NM ex 0106 90 00 , u bajd tad-dud tal-ħarir li huwa inkluż fil-Kodiċi NM ex 0511 99 85 .

PARTI XXIV

Prodotti oħra

“Prodotti oħra” tfisser il-prodotti kollha agrikoli minbarra dawk elenkati fil-Partijiet I sa XXIII, inklużi dawk elenkati fit-Taqsimiet 1 u 2 li ġejjin ta' din il-Parti.



Taqsima 1

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex  01 01

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tal-irkib ħajjin:

– Żwiemel

0101 21 00

– – Annimali ta' razza pura għar-razza ():

0101 29

– – Oħrajn:

0101 29 90

– – – Minbarra dawk għall-qtil

0101 30 00

– – Ħmir

0101 90 00

Oħrajn

ex  01 02

Annimali tal-ifrat ħajjin:

– – Minbarra annimali ta' razza pura għar-razza:

– – – Minbarra speċi domestiċi

0102 39 90 ,

0102 90 99 u

 

ex  01 03

Majjal ħaj:

0103 10 00

– Annimali ta' razza pura għar-razza ()

– Oħrajn:

ex 0103 91

– – Li jiżnu anqas minn 50 kg:

0103 91 90

– – – Minbarra speċi domestiċi

ex 0103 92

– – Li jiżnu 50 kg jew iżjed

0103 92 90

– – Minbarra speċi domestiċi

0106

Annimali ħajjin oħrajn

ex  02 03

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat:

– Frisk jew imkessaħ:

ex 0203 11

– – Karkassi u nofs karkassi:

0203 11 90

– – – Minbarra tal-majjal domestiku

ex 0203 12

– – Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bil-għadma:

0203 12 90

– – – Minbarra tal-majjal domestiku

ex 0203 19

– – Oħrajn:

0203 19 90

– – – Minbarra tal-majjal domestiku

– Iffriżat:

ex 0203 21

– – Karkassi u nofs karkassi:

0203 21 90

– – – Minbarra tal-majjal domestiku

ex 0203 22

– – Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bil-għadma:

0203 22 90

– – – Minbarra tal-majjal domestiku

ex 0203 29

– – Oħrajn:

0203 29 90

– – – Minbarra tal-majjal domestiku

ex 0205 00

Laħam ta' ħmir, bgħula jew bgħula tal-irkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat

ex  02 06

Ġewwieni tajjeb għall-ikel ta' annimali tal-ifrat, majjal, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula, jew bgħula ta' rkib, frisk, imkessaħ jew iffriżat:

ex 0206 10

– Ta' annimali tal-ifrat, frisk jew imkessaħ:

0206 10 10

– – Għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi ()

– Ta' annimali tal-ifrat, iffriżat:

ex 0206 22 00

– – Fwied:

– – – Għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi ()

ex 0206 29

– – Oħrajn:

0206 29 10

– – – Għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi ()

ex 0206 30 00

– Tal-majjal, frisk jew imkessaħ:

– – Għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi ()

– – Oħrajn:

– – – minbarra tal-majjal domestiku

– Tal-majjal, iffriżat:

ex 0206 41 00

– – Fwied:

– – – Għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi ()

– – – Oħrajn:

– – – – minbarra tal-majjal domestiku

ex 0206 49 00

– – Oħrajn:

– – – Tal-majjal domestiku:

– – – – Għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi ()

– – – Oħrajn

ex 0206 80

– Oħrajn, frisk jew imkessaħ:

0206 80 10

– – Għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi ()

– – Oħrajn:

0206 80 91

– – – Taż-żwiemel, tal-ħmir, tal-bgħula u tal-bgħula tal-irkib

ex 0206 90

– Oħrajn, iffriżati:

0206 90 10

– – Għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi ()

– – Oħrajn:

0206 90 91

– – – Taż-żwiemel, tal-ħmir, tal-bgħula u tal-bgħula tal-irkib

0208

Laħam u ġewwieni tajjeb għall-ikel oħrajn, frisk, imkessaħ jew iffriżat

ex  02 10

Laħam u ġewwieni tajjeb għall-ikel, immellaħ, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mil-laħam u mill-ġewwieni tajbin għall-ikel:

– Laħam tal-majjal:

ex 0210 11

– – Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bil-għadma:

0210 11 90

– – – Minbarra tal-majjal domestiku

ex 0210 12

– – Żquq (streaky) u qatgħat tagħhom: