EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R1305-20200626

Consolidated text: Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1305/2020-06-26

02013R1305 — MT — 26.06.2020 — 009.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 1305/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005

(ĠU L 347 20.12.2013, p. 487)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) Nru 1310/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 17 ta' Diċembru 2013

  L 347

865

20.12.2013

 M2

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 994/2014 tat-13 ta' Mejju 2014

  L 280

1

24.9.2014

 M3

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1378/2014 tas-17 ta' Ottubru 2014

  L 367

16

23.12.2014

 M4

REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/791 tas-27 ta' April 2015

  L 127

1

22.5.2015

 M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/142 tat-2 ta' Diċembru 2015

  L 28

8

4.2.2016

►M6

REGOLAMENT (UE) 2017/825 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Mejju 2017

  L 129

1

19.5.2017

►M7

REGOLAMENT (UE) 2017/2393 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Diċembru 2017

  L 350

15

29.12.2017

►M8

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/162 tat-23 ta' Novembru 2017

  L 30

6

2.2.2018

►M9

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/71 tad-9 ta' Novembru 2018

  L 16

1

18.1.2019

►M10

REGOLAMENT (UE) 2019/288 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta' Frar 2019

  L 53

14

22.2.2019

►M11

REGOLAMENT (UE) 2020/872 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta’ Ġunju 2020

  L 204

1

26.6.2020


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 130, 19.5.2016, p.  1 (1305/2013)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 1305/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005



TITOLU I

OBJETTIVI U STRATEĠIJA



KAPITOLU I

Suġġett u Definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali li jirregolaw l-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“il-FAEŻR”) u stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1306/2013; Huwa jistabbilixxi l-objettivi li għalihom għandha tikkontribwixxi l-politika ta' żvilupp rurali u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Huwa jiddeskrivi l-kuntest strateġiku tal-politika ta' żvilupp rurali u jiddefinixxi l-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex tiġi implimentata l-politika ta' żvilupp rurali. Barra minnhekk huwa jistabbilixxi regoli dwar l-ipprogrammar, in-netwerking, il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni abbażi tar-responsabbiltajiet kondiviżi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u r-regoli biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni tal-FAEŻR mal-istrumenti l-oħrajn tal-Unjoni.

2.  Dan ir-Regolament jikkumplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Parti Tnejn tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "programm", "operazzjoni", "benefiċjarju","strateġija tal-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità", "nefqa pubblika", "SMEs", "operazzjoni kompluta" u "strumenti finanzjarji" kif stipulat jew imsemmi fl-Artikolu 2 u ta' "reġjuni anqas żviluppati" u "reġjuni ta' transizzjoni" kif stipulat fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Barra minn dan, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

"ipprogrammar" tfisser il-proċess ta’ organizzazzjoni, ta' teħid ta’ deċiżonijiet u ta' allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji f’diversi stadji, bl-involviment tal-isħab, maħsub għall-implimentazzjoni, fuq bażi pluriennali, tal-azzjoni konġunta mill-Unjoni u l-Istati Membri biex jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali.

(b) 

"reġjun" tfisser unità territorjali li tikkorrispondi għal-livell 1 jew 2 tan-Nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (livell 1 u 2 tan-NUTS) skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(c) 

"miżura" tfisser sett ta’ operazzjonijiet li jikkontribwixxu għal prijorità waħda jew aktar tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;

(d) 

"rata ta' appoġġ" tfisser ir-rata tal-kontribuzzjoni pubblika għal operazzjoni;

(e) 

"spiża tat-transazzjoni" tfisser spiża addizzjonali konnessa mat-twettiq ta' impenn, iżda mhux direttament attribwibbli għall-implimentazzjoni tiegħu jew mhux inkluża fl-ispejjeż jew id-dħul mitluf li għalihom jingħata kumpens b'mod dirett u li tista' tiġi kkalkulata fuq bażi ta' spiża standard;

(f) 

"żona agrikola" tfisser kwalunkwe żona użata bħala art għall-kultivazzjoni, mergħat permanenti jew uċuh permanenti kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(g) 

"telf ekonomiku" tfisser kwalunkwe spiża addizzjonali mġarrba minn bidwi bħala riżultat ta’ miżuri eċċezzjonali meħudin mill-bidwi bil-għan li jnaqqas il-provvista fuq is-suq ikkonċernat jew kwalunkwe telf sostanzjali fil-produzzjoni;

(h) 

"avveniment klimatiku negattiv" tfisser kondizzjonijiet tat-temp, bħal ġlata, maltempati u silġ, xita qawwija jew nixfa kbira, li jixbhu lil diżastru naturali;

(i) 

"mard tal-annimali" tfisser mard imsemmi fil-lista ta' mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u/jew fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE ( 3 );

(j) 

"inċident ambjentali" tfisser okkorrenza speċifika ta’ tniġġis, kontaminazzjoni jew degradazzjoni fil-kwalità tal-ambjent li hija relatata ma’ avveniment speċifiku u li tkun ta’ ambitu ġeografiku limitat, iżda ma jkoprix riskji ambjentali ġenerali mhux marbuta ma’ avveniment speċifiku, bħat-tibdil fil-klima jew it-tniġġis tal-arja;

(k) 

"diżastru naturali" tfisser avveniment naturali ta’ natura bijotika jew abijotika li jwassal għal tfixkil kbir fis-sistemi ta’ produzzjoni agrikola jew fl-istrutturi tal-foresti, li eventwalment jikkawża ħsara ekonomika kbira lis-setturi tal-biedja jew tal-foresti;

(l) 

"avveniment katastrofiku" tfisser avveniment mhux previst ta' natura bijotika jew abijotika kkawżat minn azzjoni umana li jwassal għal tfixkil kbir fis-sistemi ta' produzzjoni agrikola jew fl-istrutturi tal-foresti, u eventwalment jikkawżaw ħsara ekonomika kbira lis-setturi tal-biedja jew tal-foresti;

(m) 

"katina tal-provvista qasira" tfisser katina tal-provvista li tinvolvi għadd limitat ta’ operaturi ekonomiċi, impenjati lejn il-kooperazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku lokali, u relazzjonijiet ġeografiċi u soċjali mill-qrib bejn il-produtturi, dawk li jipproċessaw u l-konsumaturi;

▼M7

(n) 

"bidwi żagħżugħ" tfisser persuna li jkollha anqas minn 40 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, li jkollha ħiliet u kompetenzi tax-xogħol adegwati u li tkun qiegħda tistabbilixxi lilha nnifisha għall-ewwel darba f'azjenda agrikola bħala l-kap ta' dik l-azjenda; l-istabbiliment jista' jsir b'mod individwali jew b'mod konġunt ma' bdiewa oħrajn, irrispettivament mill-forma ġuridika tiegħu;

▼B

(o) 

"objettivi tematiċi" tfisser l-objettivi tematiċi definiti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(p) 

"Qafas Strateġiku Komuni" ("QSK") tfisser il-Qafas Strateġiku Komuni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(q) 

"raggruppament" tfisser grupp ta' impriżi independenti, inklużi impriżi ġodda, impriżi żgħar, medji u kbar kif ukoll korpi ta' konsulenza u/jew organizzazzjonijiet ta' riċerka - li jitfasslu biex jistimulaw attività ekonomika/innovattiva billi jippromwovu interazzjonijiet intensivi, jikkondividu faċilitajiet u jagħmlu skambju ta' għarfien u kompetenzi, kif ukoll billi jikkontribwixxu b'mod effettiv għat-trasferiment tal-għarfien, in-netwerking u t-tixrid tal-informazzjoni fost l-impriżi fir-raggruppament;

(r) 

"foresta" tfisser medda ta’ art ta’ aktar minn 0,5 ettaru b’siġar għoljin aktar minn 5 metri u kanupew li jkopri aktar minn 10 fil-mija, jew siġar li kapaċi jilħqu dawn il-limiti in situ u ma tinkludix art li b'mod predominanti għandha użu agrikolu jew urban, soġġetta għall-paragrafu 2;

▼M7

(s) 

"data ta' stabbiliment" tfisser id-data li fiha l-applikant iwettaq jew ilesti azzjoni jew azzjonijiet relatati mal-istabbiliment imsemmi fil-punt (n).

▼B

2.  Stat Membru jew reġjun jista' jagħżel li japplika definizzjoni ta' foresta, li mhix dik fil-punt (r) tal-paragrafu 1, li tkun imsejsa fuq il-liġi nazzjonali eżistenti jew sistema ta' inventarju. L-Istati Membri jew ir-reġjuni għandhom jipprovdu tali definizzjoni fil-programm ta' żvilupp rurali.

3.  Sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti fit-trattament tal-benefiċjarji u biex jittieħed kont tal-ħtieġa għal perijodu ta' adattament, fir-rigward tad-definizzjoni ta' bidwi żagħżugħ stabbilita fil-paragrafu 1(n), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 83 dwar il-kondizzjonijiet li skonthom persuna ġuridika tista' tkun ikkunsidrata bħala 'bidwi żagħżugħ', u l-istabbiliment ta' perijodu ta' grazzja għall-akkwist ta' ħiliet fuq ix-xogħol.



KAPITOLU II

Missjoni, objettivi u prijoritajiet

Artikolu 3

Missjoni

Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020 billi jippromwovi l-iżvilupp rurali sostenibbli fl-Unjoni kollha b’mod li jikkumplimenta l-istrumenti l-oħra tal-PAK, l-politika ta’ koeżjoni u l-politika komuni tas-sajd. Huwa għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ settur agrikolu tal-Unjoni li huwa kompetittiv u innovattiv, li jkun iżjed bilanċjat fil-livell territorjali u ambjentali, li ma jagħmilx ħsara lill-klima u li jkun reżiljenti. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tat-territorji rurali.

Artikolu 4

Objettivi

Fi ħdan il-qafas ġenerali tal-PAK, l-appoġġ għal żvilupp rurali, inkluż għal attivitajiet fis-settur tal-ikel u dak mhux tal-ikel u fil-forestrija, għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:

(a) 

it-trawwim tal-kompetittività tal-agrikoltura;

(b) 

l-iżgurar tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni favur il-klima;

(c) 

il-kisba ta' żvilupp territorjali bilanċjat ta' ekonomiji u komunitajiet rurali inkluż il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi.

Artikolu 5

Prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' żvilupp rurali li jikkontribwixxu għall-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, għandhom jiġu segwiti s-sitt prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, li jirriflettu fl-Objettivi Tematiċi rilevanti tal-QSK:

(1) 

it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a) 

it-trawwim tal-innovazzjoni, il-kooperazzjoni, u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali;

(b) 

it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel u l-forestrija u r-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż għall-iskop ta' ġestjoni u prestazzjoni ambjentali mtejba;

(c) 

it-trawwim tat-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija.

(2) 

it-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u l-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta' teknoloġiji agrikoli innovattivi u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a) 

it-titjib tal-prestazzjoni ekonomika tal-azjendi agrikoli kollha u l-faċilitazzjoni tar-ristrutturar u l-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, partikolarment bil-ħsieb li jiżdiedu l-parteċipazzjoni fis-suq u l-orjentament kif ukoll id-diversifikazzjoni agrikola;

(b) 

il-faċilitazzjoni tad-dħul ta' bdiewa b'ħiliet adegwati fis-settur agrikolu u, b'mod partikolari, it-tiġdid ġenerazzjonali.

(3) 

il-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel, inkluż l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskji fl-agrikoltura, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a) 

it-titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji billi jiġu integrati aħjar fil-katina agroalimentari permezz ta' skemi ta' kwalità, iż-żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, il-promozzjoni fis-swieq lokali u ċirkwiti qosra tal-provvista, gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(b) 

l-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-azjendi agrikoli.

(4) 

ir-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a) 

ir-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità, inklużi ż-żoni tan-Natura 2000, u ż-żoni li qed iħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi, u l-biedja li għandha valur naturali għoli, kif ukoll l-istat tal-pajsaġġi Ewropej;

(b) 

titjib tal-ġestjoni tal-ilma, inkluża l-ġestjoni tal-fertilizzanti u l-pestiċidi;

(c) 

il-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u t-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija.

(5) 

promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija, b'attenzjoni għall-oqsma li ġejjin:

(a) 

effiċjenza akbar fl-użu tal-ilma permezz tal-agrikoltura;

(b) 

effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija fl-agrikoltura u l-ipproċessar tal-ikel;

(c) 

l-iffaċilitar tal-provvista u l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, prodotti sekondarji, skart u residwi u ta' materja prima oħra mhux tal-ikel, għal skopijiet tal-bijoekonomija;

(d) 

it-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u dawk tal-ammonja mill-agrikoltura;

(e) 

it-trawwim tal-konservazzjoni u tal-ġbir tal-karbonju fl-agrikoltura u l-forestrija;

(6) 

il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali, b’enfasi fuq l-oqsma li ġejjin:

(a) 

l-iffaċilitar tad-diversifikazzjoni, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi żgħar kif ukoll il-ħolqien tal-impjiegi;

(b) 

it-trawwim tal-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali;

(c) 

it-titjib fl-aċċessibbiltà għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), fl-użu u l-kwalità tagħhom fiż-żoni rurali.

Dawk il-prijoritajiet kollha għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi trasversali tat-trawwim tal-innovazzjoni u tal-kontribut lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Il-programmi jistgħu jindirizzaw anqas minn sitt prijoritajiet jekk dan ikun ġustifikat abbażi tal-analiżi tas-sitwazzjoni f'termini ta' preġji, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u l-perikli ("is-SWOT") u l-evalwazzjoni ex ante. Kull programm għandu jindirizza mill-anqas erba' prijoritajiet. Meta Stat Membru jippreżenta programm nazzjonali u sett ta' programmi reġjonali, il-programm nazzjonali jista' jindirizza anqas minn erba' prijoritajiet.

Oqsma oħra ta' prijorità jistgħu jiġu inklużi fi programmi sabiex tiġi segwita waħda mill-prijoritajiet jekk ikunu ġġustifikati u li jistgħu jitkejlu.



TITOLU II

IPPROGRAMMAR



KAPITOLU I

Kontenut tal-ipprogrammar

Artikolu 6

Programmi ta' żvilupp rurali

1.  Il-FAEŻR għandu jaġixxi fl-Istati Membri permezz ta’ programmi ta' żvilupp rurali. Dawk il-programmi għandhom jimplimentaw strateġija għall-iżvilupp rurali li tilħaq il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali permezz ta’ sett ta’ miżuri kif definiti fit-Titolu III. Appoġġ mill-FAEŻR għandha tintalab għall-kisba tal-objettivi ta' żvilupp rurali taħt il-mira permezz tal-prijoritajiet tal-Unjoni.

2.  Stat Membru jista’ jippreżenta jew programm wieħed għat-territorju kollu tiegħu jew sett ta’ programmi reġjonali. Alternittivament f'każijiet ġustifikati kif xieraq, huwa jista' jippreżenta programm nazzjonali u sett ta' programmi reġjonali. Jekk Stat Membru jippreżenta programm nazzjonali u sett ta’ programmi reġjonali, il-miżuri u/jew it-tipi ta' operazzjonijiet għandhom ikunu pprogrammati jew fil-livell nazzjonali jew fil-livell reġjonali, u għandha tiġi żgurata l-koerenza bejn l-istrateġiji tal-programmi nazzjonali u dawk reġjonali.

3.  L-Istati Membri li jkollhom programmi reġjonali jistgħu jippreżentaw ukoll qafas nazzjonali, għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 10(2), li jkun fih elementi komuni għal dawn il-programmi mingħajr allokazzjoni baġitarja separata.

L-oqfsa nazzjonali tal-Istati Membri bi programmi reġjonali jista' jkun fihom ukoll tabella li tqassar, skont ir-reġjun u skont is-sena, il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-Istat Membru kkonċernat għall-perijodu kollu ta' programmar.

Artikolu 7

Sottoprogrammi tematiċi

1.  Bil-għan li jikkontribwixxu għall-kisba tal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, l-Istati Membri jistgħu jinkludu sottoprogrammi tematiċi fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom li jindirizzaw ħtiġijiet speċifiċi. Sottoprogrammi tematiċi bħal dawn jistgħu, fost l-oħrajn, ikunu relatati ma':

(a) 

bdiewa żgħażagħ;

(b) 

azjendi agrikoli żgħar kif imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(2);

(c) 

żoni muntanjużi kif imsemmija fl-Artikolu 32(2);

(d) 

ktajjen tal-provvista qosra;

(e) 

in-nisa fiż-żoni rurali;

(f) 

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u l-bijodiversità.

Lista indikattiva ta’ miżuri u tipi ta’ operazzjonijiet ta’ rilevanza partikolari għal kull sottoprogramm tematiku hija stabbilita fl-AnnessIV.

2.  Is-sottoprogrammi tematiċi jistgħu jindirizzaw ukoll ħtiġijiet speċifiċi marbuta mar-ristrutturar tas-setturi agrikoli b’impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp ta’ żona rurali speċifika.

3.  Ir-rati tal-appoġġ stabbiliti fl-Anness II jistgħu jiġu miżjuda b’10 punti perċentwali addizzjonali għal operazzjonijiet appoġġati fil-qafas ta’ sottoprogrammi tematiċi li jikkonċernaw azjendi agrikoli żgħar u ktajjen tal-provvista qosra, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u l-bijodiversità. Fil-każ ta’ bdiewa żgħażagħ u żoni muntanjużi, ir-rati tal-appoġġ massimi jistgħu jiżdiedu f’konformità mal-Anness II. Madankollu, ir-rata massima tal-appoġġ ikkombinata ma tistax taqbeż id-90 %.

Artikolu 8

Kontenut tal-programmi ta' żvilupp rurali

1.  Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kull programm ta' żvilupp rurali għandu jinkludi:

(a) 

l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b) 

analiżi SWOT tas-sitwazzjoni u identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika koperta mill-programm.

L-analiżi għandha tiġi strutturata madwar il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Il-ħtiġijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-ambjent, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament u l-innovazzjoni għandhom jiġu vvalutati tul il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, bl-għan li jiġu identifikati r-risponsi rilevanti f’dawn it-tliet oqsma fil-livell ta’ kull prijorità;

(c) 

deskrizzjoni tal-istrateġija li turi li:

(i) 

għandhom jiġu stabbiliti miri adatti għal kull wieħed mill-oqsma ta' prijorità ewlenin tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali inklużi fil-programm, abbażi ta’ indikaturi komuni tar-riżultat imsemmija fl-Artikolu 69 u, fejn meħtieġ, ta' indikaturi speċifiċi għall-programm;

(ii) 

ikunu ġew magħżula l-kombinazzjonijiet rilevanti tal-miżuri b’rabta ma’ kull qasam ta' prijorità ewlieni tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali inklużi fil-programm, abbażi ta' loġika korretta ta' intervent appoġġata bl-evalwazzjoni ex ante msemmija fil-punt (a) u l-analiżi msemmija fil-punt (b);

(iii) 

l-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji għall-miżuri tal-programm tkun ġustifikata u adegwata biex tikseb il-miri stabbiliti;

(iv) 

il-ħtiġijiet speċifiċi marbuta mal-kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell reġjonali jew subreġjonali ġew ikkunsidrati u indirizzati b’mod konkret permezz ta’ kombinazzjonijiet ta’ miżuri jew sottoprogrammi tematiċi mfassla b'mod adegwat;

(v) 

ikun integrat fil-programm approċċ adatt lejn l-innovazzjoni bil-ħsieb li jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali, inkluż is-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli, lejn l-ambjent, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni tan-Natura 2000, u lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih;

(vi) 

ittieħdu miżuri biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' kapaċità konsultattiva suffiċjenti dwar ir-rekwiżiti regolatorji u dwar azzjonijiet relatati mal-innovazzjoni;

(d) 

għal kull kondizzjonalità ex ante, stabbilita f'konformità mal-Artikolu 19, u l-parti II tal-Anness XI għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-kondizzjonalitajiet ex-ante ġenerali, u f'konformità mal-Anness V għal dan ir-Regolament, evalwazzjoni ta' liema mill-kondizzjonalitajiet ex-ante huma applikabbli għall-programm u liema minnhom huma sodisfatti fid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u l-programm. Fejn il-kondizzjonalitajiet ex-ante applikabbli mhumiex sodisfatti, il-programm għandu jkun fih deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, tal-korpi responsabbli u skeda taż-żmien għal tali azzjonijiet f'konformità mas-sintesi ppreżentata fil-Ftehim ta' Sħubija.

(e) 

deskrizzjoni tal-qafas tal-prestazzjoni stabbilit għall-finijiet tal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(f) 

deskrizzjoni ta’ kull waħda mill-miżuri magħżula;

(g) 

l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. L-Istati Membri għandhom jipprovdu biżżejjed riżorsi biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li ġew identifikati u biex jiġu żgurati monitoraġġ u evalwazzjoni xierqa;

(h) 

pjan ta’ finanzjament li jinkludi:

(i) 

tabella li tistabbilixxi, f’konformità mal-Artikolu 58(4), il-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR ippjanata għal kull sena. Fejn applikabbli, din it-tabella għandha tindika separatament fi ħdan il-kontribuzzjonijiet totali tal-FAEŻR, l-approprjazzjonijiet previsti għar-reġjuni anqas żviluppati u l-fondi trasferiti lill-FAEŻR bl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Il-kontribuzzjoni annwali ppjanata tal-FAEŻR għandha tkun kompatibbi mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali;

▼M7

(ii) 

tabella li, għal kull miżura, għal kull tip ta' operazzjoni b'rata ta' kontribuzzjoni speċifika tal-FAEŻR, għal kull tip ta' operazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(1) u fl-Artikolu 39a u għall-assistenza teknika, tistabbilixxi l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ppjanata u r-rata ta' kontribuzzjoni applikabbli tal-FAEŻR. Fejn applikabbli, din it-tabella għandha tindika b'mod separat ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għar-reġjuni anqas żviluppati u għal reġjuni oħra;

▼B

(i) 

pjan ta' indikaturi, maqsum f'oqsma ta' prijorità, li jinkludi l-miri msemmijin fil-punt (i) tal-Artikolu 8(1)(c) u r-riżultati ppjanati u n-nefqa ppjanata ta' kull miżura ta' żvilupp rurali magħżula f'rabta ma' qasam ta' fokus korrispondenti;

(j) 

fejn applikabbli, tabella dwar il-finanzjament nazzjonali addizzjonali għal kull miżura f’konformità mal-Artikolu 82;

(k) 

fejn applikabbli, il-lista tal-iskemi ta’ għajnuna li jaqgħu taħt l-Artikolu 88(1) li għandhom jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programmi;

(l) 

informazzjoni dwar il-komplementarjetà mal-miżuri ffinanzjati mill-istrumenti l-oħra tal-politika agrikola komuni, u mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("ESI");

(m) 

arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-programmi inklużi:

(i) 

ħatra mill-Istat Membri tal-awtoritajiet kollha msemmija fl-Artikolu 65(2) u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, deskrizzjoni qasira tal-istruttura tal-immaniġġjar u l-kontroll;

(ii) 

deskrizzjoni tal-proċeduri tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, kif ukoll il-kompożizzjoni tal-Kumitat għall-Monitoraġġ;

(iii) 

dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-programm jiġi ppubbliċizzat, inkluż permezz tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 54;

(iv) 

deskrizzjoni tal-approċċ li jipprovdi l-prinċipji fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet u l-istrateġiji ta' żvilupp lokali, li jikkunsidra l-miri rilevanti; f'dan il-kuntest l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li tingħata prijorità lill-SMEs konnessi mas-settur tal-agrikoltura u tal-forestrija.

(v) 

b'rabta mal-iżvilupp lokali, fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li jiżguraw il-koerenza bejn l-attivitajiet previsti skont l-istrateġiji ta' żvilupp lokali, il-miżura ta' "Kooperazzjoni" msemmija fl-Artikolu 35, u l-miżura ta' "Servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali" msemmija fl-Artikolu 20, inklużi konnessjonijiet urbani-rurali;

(n) 

l-azzjonijiet meħuda biex jiġu involuti l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u taqsira tar-riżultati tal-konsultazzjoni mas-sħab;

(o) 

fejn applikabbli, l-istruttura tan-netwerk rurali nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 54(3), u d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tiegħu, li jikkostitwixxu l-bażi għall-pjanijiet ta’ azzjonijiet annwali tiegħu.

2.  Meta jiġu inklużi sottoprogrammi tematiċi fi programm ta' żvilupp rurali, kull sottoprogramm għandu jinkludi:

(a) 

analiżi speċifika tas-sitwazzjoni ibbażata fuq il-metodoloġija SWOT u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati mis-subprogramm;

(b) 

miri speċifiċi fil-livell ta’ subprogrammi u għażla ta’ miżuri, ibbażati fuq definizzjoni dettaljata tal-loġika tal-intervent tas-subprogramm, inkluża valutazzjoni tal-kontribut mistenni tal-miżuri magħżula biex jintlaħqu l-miri;

(c) 

pjan ta' indikaturi speċifiku separat, bir-riżultati ppjanati u n-nefqa ppjanata għal kull miżura ta' żvilupp rurali magħżula f'rabta ma' qasam ta' prijorità korrispondenti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fil-paragrafi 1 u 2 fi programmi ta' żvilupp rurali u regoli għall-kontenut tal-oqfsa nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 6(3). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmijin fl-Artikolu 84.



KAPITOLU II

Tħejjija, approvazzjoni u modifikazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali

Artikolu 9

Kondizzjonalitajiet ex ante

Minbarra l-kondizzjonalitajiet ex ante ġenerali, imsemmijin fil-parti II tal-Anness XI għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-kondizzjonalitajiet ex ante msemmijin fl-Anness V għal dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-ipprogrammar tal-FAEŻR, jekk ikun rilevanti u applikabbli għall-objettivi speċifiċi segwiti fil-prijoritajiet tal-programm.

Artikolu 10

Approvazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali

1.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni proposta għal kull programm ta' żvilupp rurali, li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8.

2.  Kull programm ta' żvilupp rurali għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

Artikolu 11

Emenda tal-programmi ta' żvilupp rurali

Talbiet minn Stati Membri biex jiġu emendati l-programmi għandhom jiġu approvati f’konformità mal-proċeduri li ġejjin:

(a) 

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, dwar it-talbiet għall-emendar tal-programmi li jkunu jikkonċernaw wieħed jew aktar mis-segwenti:

(i) 

bidla fl-istrateġija tal-programm permezz ta' bidla ta' aktar minn 50 % fil-mira kwantifikata konnessa ma' qasam ta' prijorità;

(ii) 

bidla fir-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR ta’ miżura waħda jew aktar;

(iii) 

bidla tal-kontribuzzjoni sħiħa tal-Unjoni jew id-distribuzzjoni annwali fil-livell tal-programmi;

(b) 

Il-Kummissjoni għandha tapprova, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, talbiet għall-emendar tal-programmi fil-każijiet l-oħra kollha. Dawn għandhom jinkludu, b’mod partikolari:

(i) 

l-introduzzjoni jew l-irtirar ta’ miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet;

(ii) 

bidliet fid-deskrizzjoni tal-miżuri, inklużi bidliet fil-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà;

(iii) 

trasferiment ta’ fondi bejn miżuri implimentati taħt rati differenti ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR;

Madankollu għall-finijiet tal-punti (b)(i) u (ii) u l-punt (b)(iii) meta t-trasferiment ta' fondi jkun jikkonċerna anqas minn 20 % tal-allokazzjoni għal miżura u anqas minn 5 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm, l-approvazzjoni għandha titqies bħala mogħtija, jekk il-Kummissjoni ma tkun ħadet ebda deċiżjoni dwar it-talba wara perijodu ta' 42 jum tax-xogħol minn meta tiġi irċevuta t-talba. Dak il-perijodu ma għandux jinkludi l-perijodu li jibda mill-jum wara d-data meta l-Kummissjoni tkun bagħtet l-osservazzjonijiet tagħha lill-Istat Membru u li jintemm fil-jum meta l-Istat Membru iwieġeb għall-osservazzjonijiet.

(c) 

L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjon tal-politika u l-miżuri. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar tali emendi.

Artikolu 12

Regoli dwar proċeduri u skedi ta’ żmien

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistipulaw regoli dwar proċeduri u skedi ta’ żmien għal:

(a) 

l-approvazzjoni ta’ programmi ta' żvilupp rurali u oqfsa nazzjonali;

(b) 

il-preżentazzjoni u l-approvazzjoni ta’ proposti għal modifiki tal-programmi ta' żvilupp rurali u proposti għal modifiki fl-oqfsa nazzjonali, inkluż id-dħul fis-seħħ tagħhom u l-frekwenza li fiha għandhom jiġu ppreżentati matul il-perijodu ta’ pprogrammar.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmijin fl-Artikolu 84.



TITOLU III

APPOĠĠ GĦALL-IŻVILUPP RURALI



KAPITOLU I

Miżuri

Artikolu 13

Miżuri

Kull miżura għall-iżvilupp rurali għandha tkun ipprogrammata biex tikkontribwixxi b'mod speċifiku għall-kisba ta' prijorità waħda jew aktar tal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Lista indikattiva ta' miżuri ta' rilevanza partikolari għall-prijoritajiet tal-Unjoni hija stabbilita fl-Anness VI.

Artikolu 14

Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri t-taħriġ vokazzjonali u l-azzjonijiet relatati mal-kisba ta’ ħiliet, l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u l-azzjonijiet ta’ informazzjoni. It-taħriġ vokazzjonali u l-azzjonijiet relatati mal-kisba ta’ ħiliet jistgħu jinkludu korsijiet ta’ taħriġ, workshops u coaching.

L-appoġġ jista' jkopri wkoll skambju tal-ġestjoni ta' azjenda agrikola u ta' foresti għal żmien qasir kif ukoll żjajjar f'azjenda agrikola u f'foresta.

2.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkun għall-benefiċċju tal-persuni involuti fis-settur agrikolu, tal-ikel u tal-forestrija, il-persuni responsabbli mill-ġestjoni tal-art u atturi ekonomiċi oħra li jkunu SMEs li joperaw f’żoni rurali.

Il-fornitur tat-taħriġ jew ta’ azzjoni oħra tat-trasferiment tal-għarfien u l-informazzjoni għandu jkun il-benefiċjarju tal-appoġġ.

3.  L-appoġġ taħt din il-miżura ma għandux jinkludi korsijiet ta’ struzzjoni jew taħriġ, li jiffurmaw parti mill-programmi jew is-sistemi edukattivi normali fil-livelli sekondarji jew ogħla.

Il-korpi li jipprovdu servizzi ta’ trasferiment tal-għarfien u tal-informazzjoni għandu jkollhom il-kapaċitajiet adatti fil-forma ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dan il-kompitu.

▼M7

4.  L-ispejjeż eliġibbli taħt din il-miżura għandhom ikunu l-ispejjeż tal-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni ta' informazzjoni. L-infrastruttura installata b'riżultat ta' dimostrazzjoni tista' tintuża wara li titlesta l-operazzjoni. Fil-każ ta' proġetti ta' dimostrazzjoni, l-appoġġ jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-investiment relatati. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż għas-sussistenza tal-parteċipanti kif ukoll l-ispiża għas-sostituzzjoni tal-bdiewa għandhom ikunu eliġibbli wkoll għall-appoġġ. L-ispejjeż kollha identifikati taħt dan il-paragrafu għandhom jitħallsu lill-benefiċjarju.

▼B

5.  Sabiex jiġi żgurat li l-iskemi tal-iskambju u ż-żjarat fl-azjendi agrikoli jkunu ddemarkati b’mod ċar b’rabta ma’ azzjonijiet simili taħt skemi oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu 83 fir-rigward tat-tul ta' żmien u l-kontenut ta' skemi ta' skambju ta' azjendi agrikoli u foresti u żjarat f'azjendi agrikoli u foresti.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli dwar il-modalitajiet tal-pagament għall-ispejjeż tal-parteċipanti, inluż permess tal-użu ta' kupuni jew forom simili oħrajn.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.

Artikolu 15

Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' skambju tal-azjendi agrikoli

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata sabiex:

(a) 

jiġu mgħejuna l-bdiewa, il-bdiewa żgħażagħ kif iddefiniti f'dan ir-Regolament, is-silvikulturisti, amministraturi tal-artijiet oħrajn u l-SMEs fiż-żoni rurali jingħataw għajnuna biex jibbenefikaw mill-użu ta’ servizzi konsultattivi għat-titjib tal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali kif ukoll tal-kapaċità tal-azjenda, l-impriża u/jew l-investiment tagħhom li ma jagħmlux ħsara lill-klima u li jkunu reżistenti;

(b) 

jiġi promoss l-istabbiliment ta’ servizzi tal-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, tas-sostituzzjoni tal-azjendi agrikoli u s-servizzi ta' konsulenza dwar l-azjendi agrikoli, inkluża s-Sistema ta' Konsulenza tal-Azjendi Agrikoli msemmija fl-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(c) 

jiġi promoss it-taħriġ tal-konsulenti.

▼M7

2.  Il-benefiċjarju tal-appoġġ previst skont il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 għandu jkun jew il-fornitur tal-pariri jew tat-taħriġ jew l-Awtorità ta' Ġestjoni. Fejn l-Awtorità ta' Ġestjoni tkun il-benefiċjarju, il-fornitur tal-pariri jew tat-taħriġ għandu jintgħażel minn korp li jkun funzjonalment indipendenti mill-Awtorità ta' Ġestjoni. L-appoġġ taħt il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lill-awtorità jew lill-korp magħżul biex jorganizza s-servizz tal-ġestjoni tal-azjendi agrikoli, tas-sostituzzjoni tal-azjendi agrikoli, tal-konsultazzjoni dwar l-azjendi agrikoli jew tal-konsultazzjoni dwar il-forestrija.

3.  L-awtoritajiet jew il-korpi magħżula biex jipprovdu pariri għandu jkollhom ir-riżorsi adatti fil-forma ta' persunal kwalifikat u mħarreġ regolarment, u esperjenza konsultattiva u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li dwarhom huma jagħtu pariri. Il-fornituri taħt din il-miżura għandhom jintgħażlu permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa għal korpi kemm pubbliċi kif ukoll dawk privati. Dik il-proċedura tal-għażla għandha tkun oġġettiva u għandha teskludi kandidati b'kunflitti ta' interess.

▼B

Meta jagħtu l-pariri, is-servizzi konsultattivi għandhom jirrispettaw l-obbligi ta’ nuqqas ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

▼M7

3a.  Għall-fini ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-Artikolu 65(1), iwettqu l-kontrolli kollha fil-livell tal-fornitur tal-pariri jew tat-taħriġ.

▼B

4.  Il-pariri individwali lill-bdiewa, lill-bdiewa żgħażagħ kif iddefiniti f'dan ir-Regolament u lill-amministraturi tal-artijiet oħrajn għandhom jintrabtu tal-anqas ma’ prijorità waħda tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali u għandhom ikopru tal-anqas wieħed mill-elementi li ġejjin:

(a) 

obbligi fil-livell ta' azjenda agrikola li joriġinaw mill-istandards statutorji dwar il-ġestjoni li jistabbilixxu kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin previsti fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 [HR];

(b) 

fejn applikabbli, prattiki agrikoli ta' benefiċċju għall-klima u għall-ambjent taħt il-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-manutenzjoni taż-żona agrikola kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(c) 

miżuri fil-livell ta' azjenda agrikola previsti fil-programmi ta' żvilupp rurali bil-għan tal-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, il-bini tal-kompetittività, l-integrazzjoni settorjali, l-innovazzjoni u l-orjentazzjoni tas-swieq, kif ukoll il-promozzjoni tal-intraprenditorija;

(d) 

rekwiżiti kif definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

(e) 

rekwiżiti kif definiti mill-Istati Membri, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b'mod partikolari l-konformità mal-prinċipji ġenerali ta' ġestjoni integrata ta' organiżmi ta' ħsara kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/128/KE; jew

(f) 

fejn rilevanti, standards ta' sikurezza fuq ix-xogħol jew standards ta' sikurezza marbuta mal-azjenda agrikola;

(g) 

pariri speċifiċi għall-bdiewa li qed jibdew azjenda għall-ewwel darba.

►C1  Il-pariri jistgħu jkopru wkoll kwistjonijiet oħrajn u b'mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ilma kif stabbilit fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jew kwistjonijiet b'rabta mal-prestazzjoni tal-ekonomija u dik ambjentali tal-azjenda agrikola inklużi l-aspetti ta' kompetittività. ◄ Dan jista' jinkludi pariri għall-iżvilupp ta' ktajjen qosra ta' provvista, biedja organika u aspetti tas-saħħa tat-trobbija tal-annimali.

5.  Il-pariri lis-silvikulturisti għandhom ikopru, bħala minimu, l-obbligi rilevanti skont id-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Dawn il-pariri jistgħu jkopru wkoll kwistjonijiet konnessi mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjenda tal-forestrija.

6.  Il-pariri lill-SMEs jistgħu jkopru kwistjonijiet konnessi mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-impriża.

7.  Fejn ikun debitament ġustifikat u adatt, il-pariri jistgħu jiġu pprovduti parzjalment fi grupp, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sitwazzjonijiet tal-utenti individwali tas-servizzi konsultattivi.

8.  L-appoġġ taħt il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness II. L-appoġġ taħt il-punt (b) tal-pragrafu 1 għandu jkun digressiv fuq perijodu massimu ta’ ħames snin mill-istabbiliment tiegħu.

Artikolu 16

Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli, u oġġetti tal-ikel

▼M7

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri l-parteċipazzjoni ġdida, jew il-parteċipazzjoni minn bdiewa jew minn gruppi ta' bdiewa fil-ħames snin preċedenti, minn bdiewa u gruppi ta' bdiewa, jew il-parteċipazzjoni minn bdiewa, fi:

▼B

(a) 

skemi ta' kwalità stabbiliti skont ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 )

(ii) 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 ( 5 );

(iii) 

Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );

(iv) 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) No 1601/91 ( 7 );

(v) 

Il-Parti II, it-Titolu II, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1308/2013 rigward l-inbid.

(b) 

skemi ta’ kwalità, inkluż l-iskemi għaċ-ċertifikazzjoni tal-azjendi agrikoli, għal prodotti agrikoli, qoton jew oġġetti tal-ikel rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

(i) 

l-ispeċifiċità tal-prodott finali taħt dawn l-iskemi tirriżulta minn obbligi ċari biex jiġi ggarantit kwalunkwe wieħed mis-segwenti:

— 
il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott,
— 
il-metodi speċifiċi tal-biedja jew tal-produzzjoni, jew
— 
il-kwalità tal-prodott finali li tmur b'mod sinifikanti lil hinn mill-istandards tal-komodità kummerċjali fir-rigward tas-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew il-protezzjoni ambjentali;
(ii) 

l-iskema tkun miftuħa għall-produtturi kollha;

(iii) 

l-iskema tinvolvi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodotti, u l-konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet tkun ivverifikata mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn korp ta’ spezzjoni indipendenti;

(iv) 

l-iskema tkun trasparenti u tiżgura traċċabbiltà totali tal-prodotti; jew

(c) 

skemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istati Membri li jilħqu l-linji gwida tal-aħjar prattiki tal-Unjoni għall-operat ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji marbuta ma’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

▼M7

2.  L-appoġġ taħt din il-miżura jista' jkopri wkoll l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' għoti ta' informazzjoni u promozzjoni implimentati minn gruppi ta' produtturi, fir-rigward ta' prodotti koperti minn iskema ta' kwalità li tirċievi appoġġ f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, dawn l-attivitajiet jistgħu biss jiġu implimentati fis-suq intern.

3.  L-appoġġ taħt il-paragrafu 1 għandu jingħata bħala pagament annwali ta' inċentiv, li l-livell tiegħu għandu jiġi determinat skont il-livell tal-ispejjeż fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fi skemi appoġġati, għal durata massima ta' ħames snin.

Fil-każ tal-parteċipazzjoni inizjali qabel ma ssir l-applikazzjoni għal appoġġ taħt il-paragrafu 1, id-durata massima ta' ħames snin għandha titnaqqas bin-numru ta' snin li jkunu għaddew bejn il-parteċipazzjoni inizjali fi skema ta' kwalità u l-mument meta ssir l-applikazzjoni għall-appoġġ.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “spejjeż fissi” tfisser l-ispejjeż imġarrba għas-sħubija fi skema tal-kwalità appoġġata u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f'dik l-iskema, inkluża, fejn meħtieġ, in-nefqa għall-verifiki meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “bidwi” tfisser bidwi attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

▼B

4.  L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rata ta' appoġġ u l-ammont massimi stabbiliti fl-Anness II.

5.  Sabiex jittieħed kont tal-liġi l-ġdida tal-Unjoni li tista' taffettwa l-appoġġ taħt din il-miżura u bl-għan li tiġi żgurata l-konsistenza ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni dwar il-promozzjoni ta' miżuri agrikoli u l-prevenzjoni ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 83: rigward l-iskemi speċifiċi tal-Unjoni li għandhom ikunu koperti mill-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-karatteristiċi ta' gruppi ta' produtturi u t-tipi ta' azzjonijiet li jistgħu jirċievu appoġġ skont il-paragrafu 2, l-istabbiliment ta' kondizzjonijiet għall-prevenzjoni ta' diskriminazzjoni kontra ċerti prodotti; u l-istabbiliment ta' kondizzjonijiet li abbażi tagħhom ditti kummerċjali jiġu esklużi mill-appoġġ.

Artikolu 17

Investimenti f’assi fiżiċi

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri investimenti tanġibbli u/jew intanġibbli li:

(a) 

itejbu l-prestazzjoni globali u s-sostenibbiltà tal-azjenda agrikola;

▼M7

(b) 

jikkonċernaw l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp ta' prodotti agrikoli koperti mill-Anness I tat-TFUE jew il-qoton, minbarra l-prodotti tas-sajd; ir-rendiment tal-proċess ta' produzzjoni jista' jkun prodott mhux kopert minn dak l-Anness; fejn l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji, il-prodott inizjali jista' jkun ukoll prodott mhux kopert minn dak l-Anness I bil-kondizzjoni li l-investiment jikkontribwixxi għal waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;

▼B

(c) 

jikkonċernaw infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-agrikoltura u l-forestrija, inkluż l-aċċess għal azjendi agrikoli u art forestali, il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art, u l-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma; jew

(d) 

ikunu investimenti mhux produttivi marbuta mal-ilħuq tal-objettivi agroambjentali u klimatiċi kif segwiti taħt dan ir-regolament, inkluż l-istatus ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità ta’ speċi u ħabitats kif ukoll mat-titjib tal-valur, f’termini ta’ benefiċċju għall-pubbliku, ta’ żona tan-Natura 2000 jew sistemi oħra ta’ valur naturali għoli li għandhom jiġu definiti fil-programm.

2.  L-appoġġ skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lill-bdiewa jew gruppi ta' bdiewa.

Fil-każ ta' investimenti b'appoġġ għar-ristrutturar tal-azjendi agrikoli, l-Istati Membri għandhom jimmiraw l-appoġġ għall-azjendi agrikoli f'konformità mal-analiżi SWOT imwettqa b'rabta mal-prijorità tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali "it-titjib tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u l-kompetittività tat-tipi kollha ta' agrikoltura fir-reġjuni kollha u l-promozzjoni ta' teknoloġiji agrikoli innovattivi u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti".

3.  L-appoġġ skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandu jkun limitat għar-rati massimi tal-appoġġ stabbiliti fl-Anness II. Dawk ir-rati massimi jistgħu jiżdiedu għal bdiewa żgħażagħ, għal investimenti kollettivi, inklużi dawk marbuta ma' amalgamazzjoni ta' Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, u għal proġetti integrati li jinvolvu appoġġ għal iżjed minn miżura waħda, għal investimenti f’żoni li għandhom restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 32, għal investimenti marbutin ma' operazzjonijiet skont l-Artikoli 28 u 29 u għal operazzjonijiet appoġġati fil-qafas tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli f'konformità mar-rati ta’ appoġġ stabbiliti fl-Anness II. Madankollu, ir-rata ta' appoġġ massima ikkombinata ma tistax taqbeż id-90 %.

4.  L-appoġġ skont il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għar-rati massimi tal-appoġġ stabbiliti fl-Anness II.

▼M7

5.  Jista' jingħata appoġġ lil bdiewa żgħażagħ li jistabbilixxu azjenda agrikola għall-ewwel darba bħala kapijiet tal-azjenda fir-rigward ta' investimenti biex ikunu konformi mal-istandards tal-Unjoni li japplikaw għall-produzzjoni agrikola, inkluża s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Tali appoġġ jista' jingħata għal mhux aktar minn 24 xahar mid-data tal-istabbiliment kif imsemmi fil-programm ta' żvilupp rurali, jew sa meta jitlestew l-azzjonijiet definiti fil-pjan ta' direzzjoni tan-negozju msemmi fl-Artikolu 19(4).

▼B

6.  Fejn il-liġi tal-Unjoni timponi rekwiżiti ġodda fuq il-bdiewa, jista' jingħata appoġġ biex l-investimenti jikkonformaw ma' dawk ir-rekwiżiti għal mhux aktar minn 12-il xahar mid-data meta jsiru obbligatorji għall-azjenda agrikola.

Artikolu 18

Restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b’diżastri naturali u naturali u avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni xierqa

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:

(a) 

investimenti f'azzjonijiet preventivi mmirati biex jitnaqqsu l-konsegwenzi ta' diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi u avvenimenti katastrofiċi probabbli;

(b) 

investimenti għar-restawr tal-art agrikola u l-produzzjoni li potenzjalment issirilha ħsara minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi negattivi u avvenimenti katastrofiċi.

2.  L-appoġġ għandu jingħata lil bdiewa jew lil gruppi ta’ bdiewa. L-appoġġ jista’ jingħata wkoll lil entitajiet pubbliċi meta tiġi stabbilita konnessjoni bejn l-investiment li jkunu għamlu dawn l-entitajiet u l-potenzjal tal-produzzjoni agrikola.

3.  L-appoġġ skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għar-rikonoxximent formali tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri li jkun seħħ diżastru naturali u li dan id-diżastru jew il-miżuri adottati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE ( 8 ) biex jiġu eradikati jew ikkontrollati mard jew organiżmi ta’ ħsara jkunu kkawżaw il-qerda ta’ mill-anqas 30 % tal-potenzjal agrikolu rilevanti.

4.  Ma għandu jingħata ebda appoġġ taħt din il-miżura għal telf ta’ dħul li jirriżulta mid-diżastru naturali jew l-avveniment katastrofiku.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b’konsegwenza tal-kombinazzjoni ta’ din il-miżura u strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi tal-assigurazzjoni privata.

5.  L-appoġġ skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun limitat għar-rati massimi tal-appoġġ stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 19

Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:

(a) 

għajnuna biex jiġi stabbilit negozju għal:

(i) 

bdiewa żgħażagħ;

(ii) 

attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali;

(iii) 

l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli żgħar;

(b) 

investimenti fil-ħolqien u l-iżvilupp ta' attivitajiet mhux agrikoli;

(c) 

pagamenti annwali jew ta' darba għall-bdiewa eliġibbli għall-Iskema Bdiewa Żgħar stabbilita bit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ("l-iskema bdiewa żgħar") li jittrasferixxu b'mod permanenti l-azjenda tagħhom lil bidwi ieħor;

2.  L-appoġġ skont il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lil bdiewa żgħażagħ.

L-appoġġ skont il-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lil bdiewa jew lil membri tal-familja ta' azjenda agrikola li jiddiversifikaw f’attivitajiet mhux agrikoli u lil impriżi mikro u żgħar u lil persuni fiżiċi f’żoni rurali.

L-appoġġ skont il-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lil azjendi agrikoli żgħar kif definit mill-Istati Membri.

L-appoġġ skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lil impriżi mikro u żgħar u lil persuni fiżiċi f’żoni rurali, kif ukoll lil bdiewa jew lill-membri tal-familja ta' azjenda agrikola.

L-appoġġ skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jingħata lill-bdiewa eliġibbli li jipparteċipaw fl-iskema 'Bdiewa żgħar', fiż-żmien meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni tagħhom għall-appoġġ, kienu eliġibbli għal tal-anqas sena u li jimpenjaw ruħhom li jittrasferixxu b'mod permanenti l-azjenda kollha tagħhom u l-intitolamenti ta' pagament korrispondenti lil bidwi ieħor. L-appoġġ għandu jitħallas mid-data tat-trasferiment sal-31 ta' Diċembru 2020 jew jiġi kkalkulat fir-rigward ta' dak il-perijodu u mħallas fl-għamla ta' ħlas ta' darba.

3.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, irrispettivament mill-istatus legali mogħti lill-grupp u lill-membri tiegħu taħt il-liġi nazzjonali, jistgħu jitqiesu bħala membru ta’ azjenda agrikola, bl-eċċezzjoni ta’ ħaddiema f’azjenda agrikola. Meta persuna ġuridika jew grupp ta’ persuni ġuridiċi jitqiesu bħala membru tal-azjenda agrikola, dak il-membru għandu jkun qed jagħmel attività agrikola fl-azjenda agrikola fiż-żmien tal-applikazzjoni għall-appoġġ.

▼M7

4.  L-applikazzjoni għal appoġġ taħt il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data ta' stabbiliment.

L-appoġġ taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi fuq il-preżentazzjoni ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju. L-implimentazzjoni tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandha tibda sa mhux aktar tard minn disa' xhur mid-data tad-deċiżjoni ta' għoti tal-għajnuna. Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu jkollu durata massima ta' ħames snin.

Il-pjan ta' direzzjoni tan-negozju għandu jipprevedi li l-bidwi żagħżugħ jikkonforma mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat, fi żmien 18-il xahar mid-data tad-deċiżjoni ta' għoti tal-għajnuna.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-azzjoni jew azzjonijiet imsemmija fil-punt (s) tal-Artikolu 2(1) fil-programmi ta' żvilupp rurali.

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi u minimi għal kull benefiċjarju jew azjenda sabiex jagħtu aċċess għal appoġġ taħt il-punti (a)(i) u (a)(iii) tal-paragrafu 1. Il-limitu minimu għall-appoġġ taħt il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 għandu jkun ogħla mil-limitu massimu għall-appoġġ taħt il-punt (a)(iii) tal-paragrafu 1. L-appoġġ għandu jkun limitat għal azjendi li jaqgħu fid-definizzjoni ta' impriżi mikro u żgħar.

▼M7

4a.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-appoġġ taħt il-punt (a)(i) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jista' jingħata wkoll fil-forma ta' strumenti finanzjarji, jew bħala taħlita ta' għotjiet u strumenti finanzjarji.

▼M7

5.  L-appoġġ taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jitħallas f'tal-anqas żewġ pagamenti. Il-pagamenti jistgħu jkunu digressivi. Il-ħlas tal-aħħar pagament taħt il-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi fuq l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju.

▼B

6.  L-ammont massimu ta' appoġġ skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 huwa stabbilit fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-ammont ta' appoġġ skont il-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-paragrafu 1 filwaqt li titqies ukoll is-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-qasam ikkonċernat tal-programm.

7.  L-appoġġ skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jkun ekwivalenti għal 120 % tal-pagament annwali li l-benefiċjarju jkun eliġibbli li jirċievi taħt l-iskema 'Bdiewa Żgħar'.

8.  Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi baġitarji tal-FAEŻR, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 83 li jistipula l-kontenut minimu tal-pjanijiet tan-negozju u l-kriterji li għandhom jintużaw mill-Istati Membri biex jiġu stabbiliti l-limiti msemmijin fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 20

Servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri, b’mod partikolari:

(a) 

it-tfassil u l-aġġornament ta’ pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet u l-villaġġi fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom u tal-pjanijiet ta’ protezzjoni u ġestjoni b’rabta mas-siti tan-Natura 2000 u żoni oħra ta’ valur naturali għoli;

(b) 

investimenti fil-ħolqien, it-titjib jew l-espansjoni tat-tipi kollha ta’ infrastruttura fuq skala żgħira, inklużi investiment fl-enerġija rinnovabbli u l-iffrankar tal-enerġija;

(c) 

infrastruttura tal-broadband, inkluż il-ħolqien, it-titjib u l-espansjoni tagħha, l-infrastruttura tal-broadband passiv u l-għoti ta’ aċċess għal broadband u soluzzjonijiet tal-gvern elettroniku għall-pubbliku;

(d) 

investimenti fl-istabbiliment, it-titjib jew l-espansjoni ta’ servizzi bażiċi lokali għall-populazzjoni rurali, inkluż dawk relatati mad-divertiment u l-kultura, u l-infrastruttura relatata;

(e) 

investimenti għall-użu pubbliku f’infrastruttura rikreattiva, informazzjoni għat-turisti u infrastruttura turistika fuq skala żgħira;

(f) 

studji u investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali u taż-żoni ta' valur ekoloġiku għoli ta' villaġġi, pajsaġġi rurali u siti ta' valur naturali għoli, inklużi aspetti soċjoekonomiċi relatati, kif ukoll azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni ambjentali;

(g) 

investimenti li jolqtu r-rilokazzjoni ta’ attivitajiet u l-konverżjoni ta’ bini jew faċilitajiet oħra li jinsabu f'żoni rurali jew viċin tagħhom, bl-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja jew iżidu il-prestazzjoni ambjentali taż-żona.

2.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jikkonċerna biss infrastruttura fuq skala żgħira, kif definit minn kull Stat Membru fil-programm. Madankollu, il-programmi ta' żvilupp rurali jistgħu jipprevedu derogi speċifiċi minn din ir-regola għal investimenti fil-broadband u l-enerġija rinnovabbli. F’dan il-każ, għandhom jiġu pprovduti kriterji ċari li jiżguraw il-kumplimentarjetà mal-appoġġ taħt strumenti oħra tal-Unjoni.

3.  L-investimenti skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ meta l-operazzjonijiet rilevanti jiġu implimentati skont il-pjanijiet għall-iżvilupp tal-muniċipalitajiet u l-villaġġi fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, fejn jeżistu tali pjanijiet, u għandhom ikunu konsistenti ma’ kwalunkwe strateġija ta’ żvilupp lokali rilevanti.

▼M7

4.  Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.

▼B

Artikolu 21

Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jikkonċerna:

(a) 

l-afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ żoni msaġġra;

(b) 

l-istabbiliment ta’ sistemi agroforestali;

(c) 

il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien tal-foresti, diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi, inklużi t-tfaqqigħ ta’ organiżmi ta' ħsara u ta' mard, u t-theddidiet marbuta mal-klima;

(d) 

investimenti li jtejbu r-reżistenza u l-valur ambjentali kif ukoll il-potenzjal ta' mitigazzjoni tal-ekosistemi tal-foresti;

(e) 

Investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija.

▼C1

2.  Il-limitazzjonijiet fuq is-sidien tal-foresti previsti fl-Artikoli 22 sa 26 ma għandhomx japplikaw għall-foresti tropikali jew subtropikali u għall-imsaġar fit-territorji tal-Ażores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, il-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), u r-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi.

▼B

Fir-rigward ta' azjendi li jaqbżu ċertu daqs li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fil-programm, l-appoġġ għandu jkun jiddependi mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan għall-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f’konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit fil-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993

Artikolu 22

Afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ żoni msaġġra

1.  L-appoġġ taħt il-punt (a) tal-Artikolu 21(1) għandu jingħata lil ġesturi pubbliċi u privati tal-art u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż tal-istabbiliment u primjum annwali għal kull ettaru li l-ispejjeż tad-dħul agrikolu mitluf u l-manutenzjoni, inkluż tindif kmieni u tard, għal perijodu massimu ta’ tnax-il sena. Fil-każ ta' art li hija proprjetà tal-gvern, l-appoġġ jista' jingħata biss jekk il-korp li jkun qed jiġġestixxi tali art ikun korp privat jew muniċipalità.

L-appoġġ għall-afforestazzjoni ta' art li tappartjeni lill-awtoritajiet pubbliċi jew għal siġar li jikbru malajr għandu jkopri biss l-ispejjeż tal-istabbiliment.

2.  Kemm l-art agrikola kif ukoll l-art mhux agrikola għandhom ikunu eliġibbli. Speċijiet imħawlin għandhom ikunu adattati għall-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żona u għandhom ikunu konformi ma' rekwiżiti ambjentali minimi. L-ebda appoġġ ma għandu jingħata għat-tħawwil ta' siġar għat-tkabbir ta' msaġar b'newba qasira, tas-siġar tal-Milied jew għas-siġar li jikbru malajr għall-produzzjoni tal-enerġija. F'żoni fejn l-afforestazzjoni hija diffiċli minħabba kondizzjonijiet pedoklimatiċi ħorox, l-appoġġ jista' jingħata għat-tħawwil ta' siġar perenni bħal arbuxelli jew buxxijiet adattati għall-kondizzjonijiet lokali.

3.  Sabiex jiġi żgurat li l-afforestazzjoni tal-art agrikola tkun konformi mal-għanijiet tal-politika ambjentali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 83 dwar id-definizzjoni tar-rekwiżiti ambjentali minimi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

▼M7

Artikolu 23

L-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovament ta' sistemi agroforestali

1.  L-appoġġ taħt il-punt (b) tal-Artikolu 21(1) għandu jingħata lill-ġesturi privati tal-art, lill-muniċipalitajiet u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż tal-istabbiliment, tar-riġenerazzjoni u/jew tar-rinnovament u primjum annwali għal kull ettaru li jkopri l-ispejjeż ta' manutenzjoni, għal perijodu massimu ta' ħames snin.

▼B

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu sistemi agroforestali tfisser sistemi ta' użu tal-art fejn jitkabbru s-siġar flimkien ma' agrikoltura fuq l-istess art. L-għadd minimu u massimu ta' siġar għal kull ettaru għandu jkun iddeterminat mill-Istati Membri b'kunsiderazzjoni għall-kondizzjonijiet pedoklimatiċi u ambjentali lokali, l-ispeċi tal-forestrija u l-ħtieġa li jkun żgurat użu agrikolu sostenibbli tal-art.

3.  L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rata massima ta' appoġġ stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 24

Prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien tal-foresti u diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi

1.  L-appoġġ skont il-punt (c) tal-Artikolu 21(1) għandu jingħata lis-silvikulturisti privati u pubbliċi u korpi tad-dritt privat u korpi pubbliċi oħrajn u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom u għandu jkopri l-ispejjeż għal:

(a) 

l-istabbiliment ta' infrastruttura protettiva. Fil-każ tal-istrixxi kontra n-nirien ("firebreaks"), l-appoġġ jista' jkopri wkoll għajnuna li tikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-manutenzjoni. Ma għandu jingħata ebda appoġġ għal attivitajiet relatati mal-agrikoltura f’żoni koperti minn impenji agroambjentali;

(b) 

l-attivitajiet lokali ta’ prevenzjoni fuq skala żgħira kontra nirien jew perikli naturali oħra; inkluż l-użu ta' annimali li jirgħu;

(c) 

l-istabbiliment u titjib tal-faċilitajiet għall-monitoraġġ ta' nirien fil-foresti, organiżmi ta' ħsara u mard u tat-tagħmir ta’ komunikazzjoni; u

(d) 

il-kisba mill-ġdid tal-potenzjal ta’ foresta li tkun saritilu ħsara minn nirien jew diżastri naturali oħra inklużi organiżmi ta' ħsara, mard u avvenimenti marbuta mat-tibdil fil-klima.

2.  Fil-każ ta’ azzjonijiet ta' prevenzjoni li jikkonċernaw organiżmi ta' ħsara u mard, ir-riskju li jseħħ diżastru rilevanti għandu jkun appoġġat b’evidenza xjentifika u għandu jkun rikonoxxut minn organizzazzjonijiet xjentifiċi pubbliċi. Fejn ikun rilevanti, għandha tiġi pprovduta fil-programm, il-lista tal-ispeċi ta’ organiżmi ta' ħsara lill-pjanti li jistgħu jikkawżaw diżastru.

L-operazzjonijiet eliġibbli għandhom ikunu konsistenti ma’ pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri. Fir-rigward ta' azjendi li jaqbżu ċertu daqs, li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fil-programm, l-appoġġ għandu jkun jiddependi mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan għall-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f’konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit fil-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993 li jipprovdi dettalji dwar l-objettivi ta' prevenzjoni.

Żoni forestali kklassifikati bħala riskju medju sa għoli skont il-pjan għall-protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istati Membri, għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ relatat mal-prevenzjoni tan-nirien fil-foresti.

3.  L-appoġġ skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għar-rikonoxximent formali tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri li jkun seħħ diżastru naturali u li dak id-diżastru jew il-miżuri adottati skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jiġu eradikati jew ikkontrollati mard jew organiżmi ta’ ħsara jkunu kkawżaw il-qerda ta’ mill-anqas 20 % tal-potenzjal tal-foresti rilevanti.

4.  Ebda appoġġ taħt din il-miżura m’għandu jingħata għal telf ta’ dħul li jirriżulta mid-diżastru naturali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b’konsegwenza tal-kombinazzjoni ta’ din il-miżura u strumenti oħra ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi tal-assigurazzjoni privata.

Artikolu 25

Investimenti li jtejbu r-reżistenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti

1.  L-appoġġ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 21(1) għandu jingħata lil persuni fiżiċi, u silvikulturisti privati u pubbliċi, u korpi oħra tad-dritt privat u korpi pubbliċi u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom.

2.  L-investimenti għandhom ikunu mmirati lejn it-twettiq tal-impenji għal għanijiet ambjentali, għall-għoti ta' servizzi relatati mal-ekosistemi u/jew għat-titjib tal-valur, tal-foresta jew art imsaġġra fiż-żona kkonċernata jew għat-titjib tal-potenzjal tal-ekosistemi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, mingħajr ma jiġu esklużi benefiċċji ekonomiċi fit-tul.

Artikolu 26

Investimenti f’ teknoloġiji tal-forestrija u fi pproċessar, il-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-forestrija

▼C1

1.  L-appoġġ skont il-punt (e) tal-Artikolu 21(1) għandu jingħata lis-silvikulturisti privati, il-muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u lill-SMEs għal investimenti li jtejbu l-potenzjal tal-forestrija jew li jkunu relatati mal-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni li jżidu l-valur tal-prodotti tal-forestrija. Fit-territorji tal-Gżejjer Ażores, il-Madejra, il-Gżejjer Kanarji, il-Gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, u r-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi, l-appoġġ jista' jingħata wkoll lil impriżi li mhumiex SMEs.

▼B

2.  L-investimenti marbuta mat-titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti għandhom ikunu ġustifikati fir-rigward tat-titjib mistenni fil-foresti f'azjenda waħda jew aktar u jistgħu jinkludu l-investimenti relatati ma’ makkinarju u prattiki tal-ħsad li ma jagħmlux ħsara lill-ħamrija u lir-riżorsi.

3.  L-investimenti marbuta mal-produzzjoni u l-użu tal-injam bħala materja prima jew sors ta’ enerġija għandhom ikunu limitati għall-operazzjonijiet ta’ ħidma kollha qabel l-ipproċessar industrijali.

4.  L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rati massimi ta’ appoġġ stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 27

Stabbiliment ta’ gruppi ta' produtturi u organizzazzjonijiet

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata sabiex jiffaċilita l-istabbiliment ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija għall-finijiet ta’:

(a) 

l-adattament tal-produzzjoni u r-rendiment tal-produtturi li huma membri ta’ dawn il-gruppi jew organizzazzjonijiet għar-rekwiżiti tas-suq;

(b) 

it-tqegħid konġunt ta’ oġġetti fis-suq, inkluża l-preparazzjoni għall-bejgħ, iċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ u l-provvista lil xerrejja bl-ingrossa;

(c) 

l-istabbiliment ta’ regoli komuni dwar l-informazzjoni fuq il-produzzjoni, b’attenzjoni partikolari għall-ħsad u d-disponibbiltà; u

(d) 

l-attivitajiet l-oħra li jistgħu jitwettqu minn gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi, bħall-iżvilupp ta’ ħiliet tan-negozju u tal-kummerċjalizzazzjoni u l-organizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-proċessi tal-innovazzjoni.

2.  L-appoġġ għandu jingħata lil gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jkunu uffiċjalment rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri abbażi ta’ pjan tan-negozju. Dan għandu jkun limitat għal gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi li huma SMEs.

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-objettivi tal-pjan ta’ negozju jkunu ntlaħqu fi żmien ħames snin mir-rikonoxximent tal-grupp jew tal-organizzazzjoni ta’ produtturi.

3.  L-appoġġ għandu jitħallas abbażi ta' pjan ta' negozju bħala għajnuna b'rata fissa f’pagamenti annwali għal mhux iktar minn ħames snin wara d-data li fiha l-grupp jew l-organizzazzjoni ta’ produtturi jkun ġie rikonoxxut u għandu jkun digressiv. Dan għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-produzzjoni kummerċjalizzata annwali tal-grupp jew tal-organizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom iħallsu l-aħħar pagament biss wara li jkunu vverifikaw l-implimentazzjoni korretta tal-pjan tan-negozju.

Fl-ewwel sena, l-Istati Membri jistgħu jħallsu appoġġ lill-grupp jew l-organizzazzjoni ta’ produtturi kkalkulat abbażi tal-valur annwali medju tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-membri tiegħu fit-tliet snin qabel ma ngħaqdu fil-grupp jew fl-organizzazzjoni. Fil-każ ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi fis-settur tal-forestrija, l-appoġġ għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-produzzjoni kkumerċjalizzata medja tal-membri tal-membri tal-grupp jew l-organizzazzjoni fuq l-aħħar ħames snin qabel ir-rikonoxximent, eskluż l-ogħla valur u dak l-aktar baxx.

4.  L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rati u l-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness II.

5.  L-Istati Membri jistgħu jkomplu bl-appoġġ għall-istabbiliment ta' gruppi ta' produtturi anke wara li dawn ikunu ġew rikonoxxuti bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi skont il-kondizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ( 10 ).

Artikolu 28

Agroambjent - klima

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-appoġġ taħt din il-miżura, disponibbli fit-territorji tagħhom kollha, skont il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet speċifiċi nazzjonali, reġjonali jew lokali tagħhom. Din il-miżura għandha timmira li tippreserva u tippromwovi l-bidliet meħtieġa fi prattiki agrikoli li jagħtu kontribut pożittiv għall-ambjent u l-klima. L-inklużjoni tagħha fil-programmi għall-iżvilupp rurali għandha tkun obbligatorja fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali.

2.  Il-pagamenti agroambjentali klimatiċi għandhom jingħataw lil bdiewa, gruppi ta’ bdiewa u persuni oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-artijiet li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f'impenn agroambjentali klimatiku wieħed jew aktar fuq l-art agrikola li għandu jiġi ddefinit mill-Istati Membri, inkluż iżda mhux limitat għaż-żona agrikola definita skont l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. Meta jkun debitament ġustifikat biex jintlaħqu objettivi ambjentali, il-pagamenti agroambjentali klimatiċi jistgħu jingħataw lil persuni oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-artijiet jew gruppi ta’ persuni bħal dawn tal-aħħar.

3.  Il-pagamenti agroambjentali klimatiċi jkopru biss dawk l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti permezz tal-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-kriterji u l-attivitajiet minimi rilevanti kif stabbilit skont il-punti (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, u rekwiżiti minimi rilevanti għal fertilizzanti u l-użu ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-liġi nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti obbligatorji kollha għandhom ikunu identifikati fil-programm.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-persuni li jimpenjaw ruħhom li jwettqu operazzjonijiet taħt din il-miżura jingħataw l-għarfien u l-informazzjoni meħtieġa biex jimplimentaw tali operazzjonijiet. Huwa jistgħu jagħmlu dan permezz ta', pereżempju, pariri esperti relatati mal-impenn u/jew billi l-appoġġ taħt din il-miżura jingħata bil-kondizzjoni li jittieħed it-taħriġ rilevanti.

5.  L-impenji taħt din il-miżura għandhom jittieħdu għal perijodu ta’ bejn ħames u seba’ snin. Madankollu, fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu jew jinżammu l-benefiċċji ambjentali mixtieqa, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perijodu itwal fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom għal tipi ta’ impenji partikolari, inkluż billi tiġi prevista estensjoni annwali wara t-terminazzjoni tal-perijodu inizjali. Fir-rigward ta' impenji ġodda li jsegwu direttament l-impenn imwettaq fil-perijodu inizjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu iqsar fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom.

6.  Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena u għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenji meħuda. Fejn ikun meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll spejjeż ta’ transazzjoni sa valur massimu ta’ 20 % tal-primjum imħallas għall-impenn agroambjentali klimatiċi. Meta l-impenji jittieħdu minn gruppi ta’ bdiewa jew gruppi ta’ bdiewa u persuni oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-artijiet, il-livell massimu għandu jkun 30 %.

▼M7

Meta jikkalkulaw il-pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw it-tnaqqis bħala ammont fiss medju applikat lill-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu t-tip ta' operazzjoni kkonċernat.

▼B

F'każijiet debitament ġustifikati għal operazzjonijiet li jirrigwardaw il-konservazzjoni ambjentali, jista' jingħata appoġġ b'rata fissa jew bħala pagament ta' darba għal kull unità għal impenji biex jitwaqqaf l-użu kummerċjali ta' żoni, ikkalkulat abbażi tal-ispejjeż addizzjonali mġarrba u d-dħul mitluf.

7.  Fejn ikun meħtieġ, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti tal-miżura, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3) għall-għażla tal-benefiċjarji.

8.  L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness II.

Ebda appoġġ taħt din il-miżura ma jista’ jingħata għal impenji li huma koperti taħt il-miżura tal-biedja organika.

▼M7

9.  L-appoġġ jista' jingħata għall-konservazzjoni u għall-użu u żvilupp sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura, inklużi riżorsi mhux indiġeni, għal operazzjonijiet mhux koperti mid-dispożizzjonijiet taħt il-paragrafi 1 sa 8. Tali impenji jistgħu jitwettqu minn benefiċjarji li mhumiex dawk imsemmijin fil-paragrafu 2.

▼B

10.  Sabiex jiġi żgurat li l-impenji agroambjentali klimatiċi jiġu ddefiniti f'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali,il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 83 dwar dan li ġej:

(a) 

il-kondizzjonijiet applikabbli għall-impenji għall-estensifikazzjoni tat-trobbija tal-bhejjem;

(b) 

il-kondizzjonijiet applikabbli għall-impenji għat-trobbija ta’ razez lokali li huma fil-periklu li jintilfu minħabba skopijiet agrikoli jew għall-preservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-pjanti li huma mhedda mill-erożjoni ġenetika, u

(c) 

id-definizzjoni tal-operazzjonijiet eliġibbli skont il-paragrafu 9.

▼C1

11.  Sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament doppju, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6 jiġi eskluż, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 83 li jistabbilixxi l-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża, inkluż fil-każ ta' miżuri ekwivalenti skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

▼B

Artikolu 29

Biedja Organika

▼M7

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata, għal kull ettaru ta' żona agrikola, lil bdiewa jew gruppi ta' bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jbiddlu jew iżommu prattiki u metodi tal-biedja organika kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u li huma bdiewa attivi skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

▼C1

2.  L-appoġġ għandu jingħata biss għal impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-kriterji u l-attivitajiet minimi rilevanti kif stabbiliti skont il-punti (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, rekwiżiti minimi rilevanti għal fertilizzanti u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-liġi nazzjonali. Dawn ir-rekwiżiti kollha għandhom jiġu identifikati fil-programm.

▼B

3.  L-impenji taħt din il-miżura għandhom jittieħdu għal perijodu ta’ bejn ħames u seba’ snin. Meta jingħata appoġġ għal bidla għall-biedja organika l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu inizjali iqsar li jikkorrispondi għal perijodu ta' konverżjoni. Meta l-appoġġ jingħata għaż-żamma tal-biedja organika, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu estensjoni annwali fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom wara t-terminazzjoni tal-perijodu inizjali. Fir-rigward ta' impenji ġodda li jikkonċernaw il-manutenzjoni u li jsegwu direttament l-impenn imwettaq fil-perijodu inizjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu iqsar fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom.

4.  Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena u għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenji meħuda. Fejn ikun meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll spejjeż ta’ transazzjonijiet sa valur massimu ta’ 20 % tal-primjum imħallas għall-impenn. Meta l-impenji jittieħdu minn gruppi ta’ bdiewa, il-livell massimu għandu jkun 30 %.

▼M7

Meta jikkalkulaw il-pagamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw it-tnaqqis bħala ammont fiss medju applikat lill-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu s-sottomiżuri kkonċernati.

▼B

5.  L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness II.

6.  Sabiex jiġi żgurat li l-possibbiltà ta' finanzjament doppju, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, tiġi eskluża, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 83 li jistabbilixxi l-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża.

Artikolu 30

Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata kull sena għal kull ettaru ta' żona agrikola jew għal kull ettaru ta' foresta sabiex jingħata kumpens lill-benefiċjarji għal spejjeż addizzjonali u dħul mitluf li jirriżulta minn żvantaġġi fiż-żoni kkonċernati, b'rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE4 u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

▼M7

1. Meta jikkalkulaw il-pagamenti relatati mal-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont meħtieġ sabiex jeskludu l-finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. L-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw it-tnaqqis bħala ammont fiss medju applikat għall-benefiċjarji kollha kkonċernati li jwettqu s-submiżuri kkonċernati.

▼B

2.  L-appoġġ għandu jingħata lil bdiewa u lil silvikulturisti privati u assoċjazzjonijiet ta' silvikulturisti privati. F’każijiet debitament ġustifikati, jista’ jingħata lil persuni oħra responsabbli mill-ġestjoni tal-artijiet.

▼C1

3.  L-appoġġ għall-bdiewa, b'rabta mad-Direttiva 92/43/KEE u 2009/147/KE għandu jingħata biss b'rabta mal-iżvantaġġi li jirriżultaw minn rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba prevista fl-Artikolu 94 u l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji u l-attivitajiet minimi rilevanti stabbiliti skont il-punti (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

▼B

4.  L-appoġġ għall-bdiewa, b'rabta mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma għandu jingħata biss b’rabta ma’ rekwiżiti speċifiċi li:

(a) 

ikunu ġew introdotti mid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, li jkunu f’konformità mal-programmi ta’ miżuri tal-pjanijiet ta’ ġestjoni taż-żoni idrografiċi għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi ambjentali ta’ dik id-Direttiva u li jmorru lil hinn mill-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ liġi oħra tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ilma;

(b) 

imorru lil hinn mir-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba prevista fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji u l-attivitajiet minimi rilevanti kif stabbilit skont il-punti (c)(ii) u (c)(iii) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(c) 

imorru lil hinn mil-livell tal-protezzjoni tal-liġi tal-Unjoni eżistenti fiż-żmien li d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ġiet adottata kif stabbilit fl-Artikolu 4(9) ta' dik id-Direttiva; u

(d) 

jimponu bidliet radikali fit-tip ta' użu tal-art, u/jew restrizzjonijiet ewlenin fi prattika tal-biedja li tirriżulta f’telf sinifikanti ta' dħul.

5.  Ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu identifikati fil-programm.

6.  Iż-żoni li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti:

(a) 

żoni agrikoli u tal-foresti tan-Natura 2000 identifikati skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

(b) 

żoni oħra delimitati ta’ protezzjoni tan-natura b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għal biedja jew foresti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/43/KEE, dment li dawk iż-żoni, skont il-programm ta' żvilupp rurali, ma jaqbżux 5 % taż-żoni identifikati tan-Natura 2000 koperti bl-ambitu territorjali tiegħu;

(c) 

żoni agrikoli inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni taż-żoni idrografiċi skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

7.  L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness II.

8.  Sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament doppju, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, jiġi eskluż, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 83 li jistabbilixxi l-metodu tal-kalkolu li għandu jintuża.

L-Artikolu 31

Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra

1.  Il-pagamenti lill-bdiewa f’żoni muntanjużi u żoni oħra li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra, għandhom jingħataw kull sena għal kull ettaru ta’ żona agrikola sabiex jikkumpensaw lill-bdiewa għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u d-dħul mitluf b’rabta mar-restrizzjonijiet għal produzzjoni agrikola fiż-żona kkonċernata.

▼C1

L-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf għandhom jiġu kkalkulati b'paragun ma' żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-pagamenti skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

▼B

Meta jiġu kkalkulati l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf, fejn debitament ġustifikat, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn il-livelli ta' pagament b'kont meħud ta':

— 
is-severità tax-xkiel permanenti identifikat li jaffettwa l-attivitajiet tal-biedja;
— 
is-sistema tal-biedja.

▼M7

2.  Il-pagamenti għandhom jingħataw lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jwettqu l-attività agrikola tagħhom fiż-żoni indikati skont l-Artikolu 32 u huma bdiewa attivi fit-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

▼B

3.  Il-pagamenti għandhom ikunu stabbiliti bejn l-ammont minimu u massimu stabbilit fl-Anness II. Dawn il-pagamenti jistgħu jiżdiedu f’każijiet sostanzjati kif xieraq filwaqt li jitqiesu ċirkostanzi speċifiċi li għandhom jiġu ġġustifikati fil-programmi ta' żvilupp rurali.

4.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu d-digressività ta' pagamenti ’l fuq minn livell minimu ta’ daqs taż-żona għal kull azjenda, li għandu jiġi ddefinit fil-programm, għajr jekk l-għotja tkopri biss il-pagament minimu għal kull ettaru għal kull sena kif stabbilit fl-Anness II.

Fil-każ ta' persuna ġuridika, jew grupp ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-digressività tal-pagamenti fil-livell tal-membri ta' dawn il-persuni fiżiċi jew tal-gruppi bil-kondizzjoni li:

(a) 

il-liġi nazzjonali tipprevedi li l-membri individwali jassumu d-drittijiet u l-obbligi paragunabbli ma' dawk ta' bdiewa individwali li għandhom l-istatus ta' kap tal-azjenda, b'mod partikolari fir-rigward tal-istatus ekonomiku, soċjali u fiskali tagħhom; u

(b) 

dawk il-membri individwali kkontribwixxew għat-tisħiħ tal-istrutturi agrikoli tal-persuni ġuridiċi jew il-gruppi kkonċernati.

▼M7

5.  Minbarra l-pagamenti previsti fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti taħt din il-miżura bejn l-2014 u l-2020 lil benefiċjarji f'żoni li kienu eliġibbli taħt l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 matul il-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Għal benefiċjarji f'żoni li m'għadhomx eliġibbli b'segwitu għad-delimitazzjoni ġdida msemmija fl-Artikolu 32(3), dawk il-pagamenti għandhom ikunu digressivi matul perijodu ta' mhux aktar minn erba' snin. Dak il-perijodu għandu jibda fid-data li fiha tintemm id-delimitazzjoni skont l-Artikolu 32(3) u mhux aktar tard mill-2019. Dawk il-pagamenti għandhom jibdew b'mhux aktar minn 80 % tal-pagament medju stabbilit fil-programm għall-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013 f'konformità mal-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, u għandhom jintemmu mhux aktar tard mill-2020 b'mhux aktar minn 20 %. Meta l-applikazzjoni tar-riżultati ta' digressività fil-livell tal-pagament jilħaq EUR 25, l-Istat Membru jista' jkompli bil-pagamenti f'dan il-livell sa meta jintemm il-perijodu ta' tneħħija gradwali.

▼M10

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-pagamenti digressivi jibdew biss fis-sena 2019, dawk il-pagamenti għandhom jibdew f'livell ta' mhux aktar minn 80 % tal-pagament medju iffissat fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Il-livell tal-pagament għandu jiġi stabbilit b'tali mod li l-livell tat-tmiem fl-2020 ikun in-nofs tal-livell tal-bidu.

▼B

Wara li tintemm id-delimitazzjoni, il-benefiċjarji fiż-żoni li jibqgħu eliġibbli għandhom jirċievu pagament komplet taħt din il-miżura.

▼M1

6.  Il-Kroazja tista' tagħti pagamenti skont din il-miżura lill-benefiċjarji fl-oqsma li ntgħażlu skont l-Artikolu 32(3), anki meta l-eżerċizzju ta' rfinar imsemmi fit-tielet subparagrafu ta' dak il-paragrafu ma jkunx ġie kkompletat. L-eżerċizzju ta' rfinar għandu jiġi kkompletat sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014. Il-benefiċjarji fl-oqsma li ma għadhomx eliġibbli wara l-ikkompletar tal-eżerċizzju ta' rfinar ma għandhom jirċievu ebda pagamenti ulterjuri taħt din il-miżura.

▼B

Artikolu 32

Identifikazzjoni ta’ żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jagħżlu żoni, abbażi tal-paragrafi 2, 3 u 4, li huma eliġibbli għal pagamenti previsti fl-Artikolu 31 taħt il-kategoriji li ġejjin:

(a) 

żoni muntanjużi;

(b) 

żoni, minbarra żoni muntanjużi, li huma affettwati minn restrizzjonijiet naturali sinifikanti; u

(c) 

żoni oħra affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi.

2.  Sabiex ikunu eliġibbli għal pagamenti skont l-Artikolu 31, iż-żoni muntanjużi għandhom ikunu kkaratterizzati minn limitazzjoni konsiderevoli tal-possibbiltajiet għall-użu tal-art u b’żieda apprezzabbli fl-ispejjeż tal-produzzjoni minħabba:

(a) 

l-eżistenza, ikkawżata mill-altitudni, ta’ kondizzjonijiet klimatiċi diffiċli ħafna, li l-effett tagħhom iqassar sostanzjalment l-istaġun tal-kultivazzjoni;

(b) 

f'altitudni aktar baxxa, il-preżenza fuq il-parti l-kbira taż-żona inkwistjoni ta’ tlajja’ u inżul wisq inklinati għall-użu ta’ makkinarju jew fejn ikun hemm bżonn, li jirrikjedu l-użu ta' tagħmir speċjali li jiswa ħafna flus, jew kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi, fejn ir-restrizzjonijiet li jirriżultaw mit-tnejn li huma separatament ikunu inqas gravi iżda l-kombinazzjoni tagħhom it-tnejn twassal għal restrizzjonijiet ekwivalenti.

Iż-żoni fit-tramuntana tat-62 parallel u ċerti nħawi biswit għandhom jitqiesu bħala żoni muntanjużi.

3.  Sabiex ikunu eliġibbli għal pagamenti skont l-Artikolu 31, żoni, minbarra żoni muntanjużi, għandhom jitqiesu li huma affettwati minn restrizzjonijiet naturali sinifikanti jekk, tal-anqas 60 % taż-żona agrikola tissodisfa tal-anqas wieħed mill-kriterji elenkati fl-Anness III fil-valur limitu indikat.

Il-konformità ma' dawk il-kondizzjonijiet għandha tiġi żgurata fil- livell tal-unitajiet amministrattivi lokali (livell "LAU 2") jew fil-livell ta' unità lokali delinjata b'mod ċar li tkopri żona ġeografika kontigwa ċara u unika b'identità ekonomika u amministrattiva li tista' tiġi definita.

Meta jagħmlu d-delimitazzjoni taż-żoni kkonċernati b’dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iwettqu eżerċizzju ta’ rfinar, ibbażat fuq kriterji oġġettivi, bl-għan li jiġu esklużi żoni li fihom ġew dokumentati restrizzjonijiet naturali sinifikanti, imsemmija l-ewwel subparagrafu, iżda li jkunu ġew megħluba b’investimenti jew b’attività ekonomika, jew b'evidenza ta' produttività normali tal-art, jew fejn il-metodi tal-produzzjoni jew is-sistemi ta' biedja jpattu għad-dħul mitluf jew spejjeż addizzjonali msemmija fl-Artikolu 31(1).

4.  Iż-żoni minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-pagamenti skont l-Artikolu 31 jekk ikunu affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi u jekk ikun meħtieġ biex il-ġestjoni tal-artijiet titkompla sabiex jitħares jew jittejjeb l-ambjent, biex tiġi mħarsa l-kampanja u jiġi ppreservat il-potenzal turistiku taż-żona jew biex tiġi protetta l-kosta.

Iż-żoni affettwati minn restrizzjonijiet speċifiċi għandhom jinkludu żoni ta’ biedja li fihom il-kondizzjonijiet naturali tal-produzzjoni ikunu simili u li l-firxa totali tagħhom ma tisboqx l-10 % taż-żona tal-Istat Membru kkonċernat.

Barra minn hekk, iż-żoni jistgħu wkoll ikunu eliġibbli għal pagamenti skont dan il-paragrafu, meta:

— 
tal-inqas 60 % taż-żona agrikola tissodisfa tal-inqas tnejn mill-kriterji elenkati fl-Anness III, kull wieħed f'marġini ta' mhux iktar minn 20 % tal-valur limitu indikat, jew
— 
tal-inqas 60 % taż-żona agrikola hi magħmula minn żoni li jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-kriterji elenkati fl-Anness III fil-valur limitu indikat, u ż-żoni li jissodisfaw tal-inqas tnejn mill-kriterji elenkati fl-Anness III, kull wieħed f'marġini ta' mhux aktar minn 20 % tal-valur limitu indikat.

Il-konformità ma' dawk il-kondizzjonijiet għandha tiġi żgurata fil-livell LAU2 jew fil-livell ta' unità lokali ddelinjata b'mod ċar li tkopri żona ġeografika kontigwa ċara u unika b'identità ekonomika u amministrattiva li tista' tiġi definita. Fid-delimitazzjoni taż-żoni affettwati minn dan is-subparagrafu, l-Istati Membri għandhom iwettqu eżerċizzju ta' irfinar kif deskritt fl-Artikolu 32(3). Iż-żoni meqjusa bħala eliġibbli skont dan is-subparagrafu għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġi kkalkolat il-limitu ta' 10 % imsemmi fit-tieni subparagrafu.

▼C1

B'deroga ta' dan, it-tieni subparagrafu ma għandux japplika għall-Istati Membri fejn it-territorju kollu tagħhom jitqies bħala żona li qiegħda tiffaċċja żvantaġġi speċifiċi skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1698/2005 u (KE) Nru 1257/1999.

▼B

5.  L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom:

(a) 

id-delimitazzjoni eżistenti jew emendata skont il-paragrafi 2 u 4;

(b) 

id-delimitazzjoni ġdida taż-żoni msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 33

Trattament xieraq tal-annimali

▼M7

1.  Il-pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali taħt din il-miżura għandhom jingħataw lil bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f'wieħed jew aktar impenji għat-trattament xieraq tal-annimali u li huma bdiewa attivi fit-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

▼B

2.  Il-pagamenti għall-benesseri tal-annimali jkopru biss dawk l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra. Dawn ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jiġu identifikati fil-programm.

Dawn l-impenji għandhom jittieħdu għal perjodu ta’ bejn sena u seba' snin li jiġġedded.

3.  Il-pagamenti għandhom jingħataw kull sena u għandhom jikkumpensaw lill-bdiewa għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenn meħud. Fejn ikun meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll spejjeż ta’ transazzjoni sal-valur massimu ta’ 20 % tal-primjum imħallas għall-impenji relatati mat-trattament xieraq tal-annimali.

L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness II.

4.  Sabiex jiġi żgurat li l-impenji tal-ġid tal-annimali jkunu konformi mal-politika globali tal-Unjoni f’dan il-qasam, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 83 fir-rigward tad-definizzjoni taż-żoni li fihom dawn l-impenji għandhom jipprovdu standards aġġornati tal-metodi tal-produzzjoni.

Artikolu 34

Servizzi ambjentali u klimatiċi b’rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata għal kull ettaru ta’ foresta lis-silvikulturisti pubbliċi u privati u lil korpi tad-dritt privat u korpi pubbliċi oħrajn u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet li jikkonsistu f'impenji klimatiċi u ambjentali wieħed jew aktar b’rabta mal-foresti. Fil-każ ta’ foresti li huma proprjetà statali, l-appoġġ jista’ jingħata biss jekk il-korp li jiġġestixxi tali foresta jkun korp privat jew muniċipalità.

Fir-rigward ta' azjendi forestali li jaqbżu ċertu daqs, li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri fil-programmi ta' żvilupp reġjonali tagħhom, l-appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jkun jiddependi mill- preżentazzjoni tal-informazzjoni rilevanti minn pjan għall-ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti f’konformità mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit fil-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa tal-1993.

2.  Il-pagamenti għandhom ikopru biss dawk l-impenji li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji rilevanti stabbiliti bl-att nazzjonali dwar il-forestrija jew liġi nazzjonali rilevanti oħra. Dawn ir-rekwiżiti kollha għandhom jiġu identifikati fil-programm.

Dawn l-impenji għandhom jittieħdu għal perijodu ta’ bejn ħames u seba’ snin. Madankollu, fejn hu meħtieġ u fejn ikun debitament ġustifikat, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw perijodu itwal fil-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom għal tipi partikolari ta’ impenji.

3.  Il-pagamenti għandhom jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf kollu li jirriżulta mill-impenji meħuda, jew parti minnu. Fejn meħtieġ, dawn jistgħu jkopru wkoll spejjeż ta’ transazzjoni sal-valur massimu ta’ 20 % tal-primjum imħallas għall-impenji ambjentali forestali. L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammont massimu stabbilit fl-Anness II.

F'każijiet debitament ġustifikati għal operazzjonijiet li jirrigwardaw il-konservazzjoni ambjentali, jista' jingħata appoġġ bħala rata fissa jew pagament ta' darba għal kull unità għal impenji biex jitwaqqaf l-użu kummerċjali ta' siġar u foresti, ikkalkulat abbażi ta' spejjeż addizzjonali mġarrba u dħul mitluf.

4.  L-appoġġ jista’ jiġi provdut ukoll lil entitajiet pubbliċi u privati għall-konservazzjoni u l-promozzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-foresti għal operazzjonijiet mhux koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3.

5.  Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi baġitarji tal-FAEŻR, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 83 b’rabta mat-tipi ta’ operazzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 35

Kooperazzjoni

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jingħata sabiex jippromwovi forom ta’ kooperazzjoni li jinvolvu mill-inqas żewġ entitajiet u b’mod partikolari:

(a) 

approċċi ta’ kooperazzjoni fost atturi differenti fis-settur agrikolu, fis-settur tal-forestrija u fil-katina tal-ikel tal-Unjoni u fost atturi oħra li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika ta’ żvilupp rurali, inklużi gruppi ta' produtturi, kooperattivi u organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(b) 

il-ħolqien ta’ raggruppamenti u netwerks;

(c) 

l-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi operazzjonali tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola kif imsemmija fl-Artikolu 56.

2.  Il-kooperazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandha tkun marbuta, b’mod partikolari, ma’ dawn il-punti li ġejjin:

(a) 

proġetti pilota;

(b) 

l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija;

(c) 

il-kooperazzjoni fost l-operaturi ż-żgħar fl-organizzazzjoni ta' proċessi ta' ħidma konġunti u fil-kondiviżjoni ta' faċilitajiet u riżorsi u għall-iżvilupp u/jew it-tqegħid fis-suq ta' servizzi turistiċi marbuta mat-turiżmu rurali;

(d) 

kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost atturi tal-katina tal-provvista għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;

(e) 

attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali marbuta mal-iżvilupp ta’ ktajjen tal-provvista qosra u swieq lokali;

(f) 

azzjoni konġunta li ssir bil-għan ta’ mitigazzjoni jew adattament għat-tibdil fil-klima;

(g) 

approċċi konġunti għal proġetti ambjentali u prattiki ambjentali kontinwi, inkluż il-ġestjoni effiċjenti tal-ilma, l-użu ta' enerġija rinnovabbli u l-preservazzjoni tal-pajsaġġ agrikolu;

(h) 

kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi tal-katina tal-provvista għall-forniment sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel u tal-enerġija u fil-proċessi industrijali;

(i) 

l-implimentazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ gruppi ta' msieħba pubbliċi u privati minbarra dawk definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ta’ strateġiji ta' żvilupp lokali minbarra dawk definiti fl-Artikolu 2(19) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li jindirizzaw prijorità waħda jew iżjed tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;

(j) 

it-tfassil ta' pjanijiet ta' ġestjoni tal-foresti jew strumenti ekwivalenti;

(k) 

id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja f'attivitajiet rigward il-kura tas-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, l-agrikoltura appoġġata mill-komunità u l-edukazzjoni rigward l-ambjent u l-ikel.

3.  L-appoġġ skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil raggruppamenti u netwerks ġodda u lil dawk li jibdew attività ġdida għalihom.

L-appoġġ għall-operazzjonijiet skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 jista’ jingħata wkoll lil atturi individwali meta tiġi prevista din il-possibbiltà fil-programm ta' żvilupp rurali.

4.  Ir-riżultati tal-proġetti pilota skont il-punt (a) tal-paragrafu 2 u l-operazzjonijiet skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 twettqu minn atturi individwali, kif previst fil-paragrafu 3, għandhom jixxandru.

5.  L-ispejjeż li ġejjin, konnessi mal-forom ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ taħt din il-miżura:

(a) 

l-ispiża ta' studji taż-żona kkonċernata, studji tal-fattibbiltà, u t-tfassil ta’ pjan tan-negozju jew pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew pjan ekwivalenti jew strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament UE (Nru) 1303/2013;

(b) 

l-ispiża ta' attivitajiet fiż-żona kkonċernata sabiex isir fattibbli proġett territorjali kollettiv jew proġett li għandu jitwettaq minn grupp operazzjonali tas-SEI għall-Produttività u s-Sostenibbiltà Agrikola kif imsemmija fl-Artikolu 56. Fil-każ tar-raggruppamenti, l-attività tista’ tikkonċerna wkoll l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, netwerking bejn membri u r-reklutaġġ ta’ membri ġodda;

(c) 

l-ispejjeż operazzjonali tal-kooperazzjoni;

(d) 

l-ispejjeż diretti ta’ proġetti speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjan tan-negozju, pjan ambjentali, pjan ta' ġestjoni tal-foresti jew pjan ekwivalenti, strateġija tal-iżvilupp lokali minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew spejjeż diretti ta' azzjonijiet oħrajn bil-mira tal-innovazzjoni, inklużi testijiet;

(e) 

l-ispiża ta' attivitajiet ta' promozzjoni.

6.  Meta jiġu implimentati pjan tan-negozju jew pjan ambjentali jew pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew pjan ekwivalenti jew strateġija ta' żvilupp, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-għajnuna bħala ammont globali li jkopri l-ispejjeż tal-kooperazzjoni l-ispejjeż tal-proġetti implimentati jew inkella jistgħu jkopru biss l-ispejjeż tal-kooperazzjoni u jużaw fondi minn miżuri oħra jew Fondi tal-Unjoni oħra għall-implimentazzjoni tal-proġetti.

Fejn l-appoġġ jitħallas bħala ammont globali u l-proġett implimentat huwa ta' tip kopert taħt miżura oħra ta' dan ir-Regolament, għandu japplika l-ammont jew ir-rata ta' appoġġ massimu rilevanti.

7.  Kooperazzjoni fost atturi lokali f'reġjuni differenti jew Stati Membri għandha wkoll tkun eliġibbli għall-appoġġ.

8.  L-appoġġ għandu jkun limitat għal perijodu massimu ta’ seba’ snin minbarra l-azzjoni ambjentali kollettiva f’każijiet debitament ġustifikati.

9.  Il-kooperazzjoni taħt din il-miżura tista’ tiġi kkombinata ma’ proġetti appoġġati minn fondi tal-Unjoni minbarra l-FAEŻR fl-istess territorju. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed minħabba l-kombinazzjoni ta’ din il-miżura ma’ strumenti oħra ta' appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni.

10.  Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi baġitarji tal-FAEŻR, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 83 dwar l-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri tal-karatteristiċi tal-proġetti pilota, raggruppamenti, netwerks, ktajjen qosra tal-provvista u swieq lokali li ser ikunu eliġibbli għall-appoġġ, kif ukoll li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet għall-għoti ta' għajnuna lit-tipi ta' operazzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 36

Ġestjoni tar-riskju

1.  L-appoġġ taħt din il-miżura għandu jkopri:

(a) 

il-kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala primjums għal assigurazzjoni tal-prodotti tar-raba’, annimali u pjanti kontra telf ekonomiku għall-bdiewa kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali jew tal-pjanti, infestazzjoni tal-organiżmi ta' ħsara, jew inċident ambjentali;

(b) 

kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi għall-ħlas ta’ kumpens finanzjarju lill-bdiewa, għal telf ekonomiku kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi jew mit-tfaqqigħ ta’ mard tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni minn organiżmi ta' ħsara jew inċident ambjentali;

▼M7

(c) 

għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul, fil-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa tas-setturi kollha għal meta jkun hemm tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom;

▼M7

(d) 

għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifika għas-settur, fil-forma ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi, li tipprovdi kumpens lill-bdiewa ta' settur speċifiku għal meta jkun hemm tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.

▼M7

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “bidwi” tfisser bidwi attiv skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, kif applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.

3.  Għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1, “fond mutwu” tfisser skema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex il-bdiewa affiljati jassiguraw lilhom infushom, li permezz tagħha jsiru pagamenti ta' kumpens lil bdiewa affiljati għal telf ekonomiku kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi jew mit-tfaqqigħ ta' mard tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni minn organiżmi ta' ħsara jew inċident ambjentali, jew telf ikkawżat minn annimali selvaġġi, jew għal tnaqqis kbir fid-dħul tagħhom.

▼B

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b’konsegwenza tal-kombinazzjoni ta’ din il-miżura ma’ strumenti oħra ta' appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni jew skemi ta' assigurazzjoni privati.

5.  Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi baġitarji tal-FAEŻR, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati taħt l-Artikolu 83 b’rabta mat-tul taż-żmien minimu u massimu tas-self kummerċjali għal fondi mutwi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(3) u l-Artikolu 39(4).

▼M7 —————

▼B

Artikolu 37

Assigurazzjoni fuq il-prodotti tar-raba’, l-annimali u l-pjanti

▼M7

1.  L-appoġġ taħt il-punt (a) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss għal kuntratti tal-assigurazzjoni li jkopru t-telf ikkawżat minn avveniment klimatiku negattiv, jew minn mard tal-annimali jew tal-pjanti, jew infestazzjoni minn organiżmi ta' ħsara, jew inċident ambjentali jew miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jiġu eradikati jew ikkontrollati mard tal-pjanti jew organiżmu ta' ħsara li jeqirdu iżjed minn 20 % tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta' ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni annwali tal-bidwi. Il-metodu tal-kalkolu użat għandu jippermetti li jiġi ddeterminat it-telf reali ta' bidwi individwali f'sena partikolari.

▼B

Il-kejl tal-entità tat-telf ikkawżat jista' jiġi adattat għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull tip ta' prodott bl-użu ta':

(a) 

indiċi bijoloġiċi (kwantità tat-telf tal-bijomassa) jew indiċi ekwivalenti ta' telf fir-rendiment stabbilit fl-livell tal-azjenda agrikola, lokali, reġjonali jew nazzjonali, jew

(b) 

indiċi tat-temp (inkluża l-kwantità ta' xita u t-temperatura) stabbiliti fl-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali.

2.  Il-fatt li jkun seħħ avveniment klimatiku negattiv jew li tkun faqqgħet marda tal-annimali jew tal-pjanti jew infestazzjoni ta' organiżmi ta' ħsara jew inċident ambjentali jrid jiġi rikonoxxut formalment bħala tali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

L-Istati Membri jistgħu, fejn xieraq, jistabbilixxu bil-quddiem il-kriterji li fuq il-bażi tagħhom dan ir-rikonoxximent formali għandu jitqies li ngħata.

3.  Fir-rigward tal-mard tal-annimali, il-kumpens finanzjarju skont il-punt (a) tal-Artikolu 36(1) jista’ jingħata biss fir-rigward tal-mard imsemmi fil-lista ta’ mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali jew fl-Anness għad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

4.  Il-pagamenti tal-assigurazzjoni għandhom jikkumpensaw għal mhux iżjed mit-total tal-ispiża għar-restituzzjoni tat-telf imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 36(1) u ma għandhomx jirrikjedu jew jispeċifikaw it-tip jew il-kwantità tal-produzzjoni futura.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-primjum li hu eliġibbli għall-appoġġ billi japplikaw limiti massimi xierqa.

5.  L-appoġġ għandu jkun limitat għall-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 38

Fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali u tal-pjanti, infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara u inċidenti ambjentali

1.  Sabiex ikun eliġibbli għall-appoġġ, il-fond mutwu kkonċernat għandu:

(a) 

ikun akkreditat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali;

(b) 

ikollu politika trasparenti dwar id-depożiti fil-fond u l-ġbid minnu;

(c) 

ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab.

2.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, b’mod partikolari għall-għoti ta’ pagamenti ta’ kumpens u l-eliġibbiltà tal-bdiewa f’każ ta’ kriżi, kif ukoll għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn ir-regoli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti relatati mal-fondi jipprevedu pieni fil-każ ta' negliġenza min-naħa tal-bidwi.

Il-fatt li jkunu ġraw inċidenti li jissemmew fil-punt (b) tal-Artikolu 36(1) għandu jiġi rikonoxxut formalment bħala tali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

▼M7

3.  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 36(1) jistgħu jkunu marbuta biss ma':

(a) 

l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fond mutwu, mifruxa fuq massimu ta' tliet snin b'mod digressiv;

(b) 

l-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tkun marbuta mal-interess fuq self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f'każ ta' kriżi;

(c) 

is-supplimentar tal-pagamenti annwali fil-fond;

(d) 

l-istokk kapitali inizjali tal-fond mutwu.

▼B

L-appoġġ skont il-punt (b) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss biex ikopri t-telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali jew tal-pjanti, infestazzjoni ta’ organiżmi ta' ħsara, jew miżura adottata skont id-Direttiva 2000/29/KE biex jinqerdu jew jiġu kkontrollati mard tal-pjanti jew organiżmi ta’ ħsara għalihom li jeqirdu iżjed minn 30 % tal-produzzjoni annwali medja tal-bidwi fil-perijodu preċedenti ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta’ ħames snin, esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni annwali tal-bidwi. Il-metodu tal-kalkolu użat għandu jippermetti li jiġi ddeterminat it-telf reali ta' bidwi individwali f'sena partikolari.

▼M7 —————

▼B

4.  Fir-rigward tal-mard tal-annimali, il-kumpens finanzjarju skont il-punt (b) tal-Artikolu 36(1) jista’ jingħata fir-rigward tal-mard imsemmi fil-lista ta’ mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali jew fl-Anness għad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

▼M7

5.  L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rata massima ta' appoġġ stabbilita fl-Anness II. L-appoġġ taħt il-punt (b) tal-paragrafu 3 għandu jikkunsidra kwalunkwe appoġġ mogħti diġà taħt il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 3.

▼B

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-appoġġ billi japplikaw:

(a) 

limiti massimi għal kull fond;

(b) 

limiti massimi xierqa għal kull unità.

▼M7

Artikolu 39

Għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul għall-bdiewa tas-setturi kollha

1.  L-appoġġ taħt il-punt (c) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss fejn it-tnaqqis fid-dħul jeċċedi 30 % tad-dħul annwali medju tal-bidwi individwali fil-perijodu preċedenti ta' tliet snin jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta' ħames snin esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. Id-dħul għall-finijiet tal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluż kwalunkwe forma ta' appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni. Il-pagamenti mill-fond mutwu lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal anqas minn 70 % tad-dħul mitluf fis-sena li fiha l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-assistenza. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex jiġi kkalkulat it-telf annwali ta' introjtu tal-bidwi.

▼B

2.  Sabiex ikun eliġibbli għall-appoġġ, il-fond mutwu kkonċernat għandu:

(a) 

ikun akkreditat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali;

(b) 

ikollu politika trasparenti dwar id-depożiti fil-fond u l-ġbid minnu;

(c) 

ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab.

3.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fondi mutwi, b’mod partikolari għall-għoti ta’ pagamenti ta’ kumpens lill-bdiewa f’każ ta’ kriżi u għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn ir-regoli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti relatati mal-fondi jipprevedu pieni fil-każ ta' negliġenza min-naħa tal-bidwi.

▼M7

4.  Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jistgħu jkunu marbuta biss ma':

(a) 

l-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fond mutwu, mifruxa fuq massimu ta' tliet snin b'mod digressiv;

(b) 

l-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-bdiewa. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tkun marbuta mal-interess fuq is-self kummerċjali meħud mill-fond mutwu għall-finijiet tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju lill-bdiewa f'każ ta' kriżi;

(c) 

is-supplimentar tal-pagamenti annwali fil-fond;

(d) 

l-istokk kapitali inizjali tal-fond mutwu.

5.  L-appoġġ għandu jkun limitat għar-rata massima stabbilita stabbiliti fl-Anness II. L-appoġġ taħt il-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu jikkunsidra kwalunkwe appoġġ mogħti diġà taħt il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 4.

▼M7

Artikolu 39a

Għodda għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul għall-bdiewa ta' settur speċifiku

1.  L-appoġġ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) għandu jingħata biss f'każijiet debitament ġustifikati u fejn it-tnaqqis fid-dħul jaqbeż limitu ta' mill-inqas 20 % tad-dħul annwali medju tal-bidwi individwali fil-perijodu ta' tliet snin preċedenti jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perijodu preċedenti ta' ħames snin esklużi l-ogħla entrata u dik l-iktar baxxa. L-indiċijiet jistgħu jintużaw sabiex jiġi kkalkulat it-telf annwali mid-dħul tal-bidwi. Id-dħul għall-finijiet tal-punt (d) tal-Artikolu 36(1) għandu jirreferi għas-somma tad-dħul li l-bidwi jirċievi mis-suq, inkluż kwalunkwe forma ta' appoġġ pubbliku, wara li jitnaqqsu l-kostijiet tal-input. Il-pagamenti mill-fond mutwu lill-bdiewa għandhom jikkumpensaw għal anqas minn 70 % tad-dħul mitluf fis-sena li fiha l-produttur isir eliġibbli li jirċievi din l-assistenza.

2.  L-Artikolu 39 (2) sa (5) għandu japplika għall-fini ta' appoġġ taħt il-punt (d) tal-Artikolu 36(1).

▼M11

Artikolu 39b

Għajnuna temporanja eċċezzjonali għall-bdiewa u għall-SMEspartikolarment milquta mill-kriżi tal-COVID-19

1.  L-appoġġ li jingħata fil-kuntest ta’ din il-miżura għandu jipprovdi assistenza ta’ emerġenza lill-bdiewa u lill-SMEs partikolarment milquta mill-kriżi tal-COVID-19, bil-għan li tkun żgurata l-kontinwità tal-attività kummerċjali tagħhom, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  L-appoġġ għandu jingħata lill-bdiewa, kif ukoll lill-SMEs li huma attivi fl-ipproċessar, fil-kummerċjalizzazzjoni jew fl-iżvilupp ta’ prodotti agrikoli koperti mill-Anness I għat-TFUE jew tal-qoton, ħlief għall-prodotti tas-sajd. Il-prodott li jirriżulta mill-proċess tal-produzzjoni jista’ jkun prodott li ma jkunx kopert minn dak l-Anness.

3.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu fil-mira tal-appoġġ lill-benefiċjarji li jkunu ntlaqtu b’ mod iżjed gravi mill-kriżi tal-COVID-19, billi jiddetterminaw, abbażi tal-evidenza disponibbli, il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u, fejn meqjus xieraq mill-Istat Membru kkonċernat,il-kriterji tal-għażla, li għandhom ikunu oġġettivi u mhux diskriminatorji.

4.  L-appoġġ għandu jingħata bħala somma f’daqqa li għandha titħallas sat-30 ta’ Ġunju 2021, abbażi tal-applikazzjonijiet għal appoġġ approvati mill-awtorità kompetenti sal-31 ta’ Diċembru 2020. Ir-rimborż sussegwenti mill-Kummissjoni għandha ssir skont l-approprjazzjonijiet tal-baġit u suġġett għad-disponibblita’ ta’ fondi. Il-livell tal-pagament jista’ jvarja minn kategorija ta’ benefiċjarji għall-oħra, skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

5.  L-ammont massimu tal-appoġġ ma għandux ikun ta’ iktar minn EUR 7 000 għal kull bidwi u EUR 50 000 għal kull SME.

6.  Meta jagħtu l-appoġġ skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-appoġġ mogħti fil-kuntest ta’ strumenti ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew fil-kuntest ta’ skemi privati b’rispons għall-impatt tal-kriżi tal-COVID-19.

▼B

Artikolu 40

Finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali kumplementari għall-Kroazja

1.  Jista' jingħata appoġġ lill-bdiewa eliġibbli għall-pagamenti diretti nazzjonali kumplementari skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Il-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-appoġġ li għandu jingħata skont dan l-Artikolu.

2.  L-appoġġ mogħti lil bidwi fir-rigward tas-snin 2014, 2015 u 2016 ma għandux jaqbeż id-differenza bejn:

(a) 

il-livell ta’ pagamenti diretti applikabbli fil-Kroazja għas-sena kkonċernata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013; u

(b) 

45 % tal-livell korrispondenti tal-pagamenti diretti kif applikati mill-2022 'l hemm.

3.  Il-kontribut tal-Unjoni għall-appoġġ mogħti skont dan l-Artikolu fil-Kroazja fir-rigward tas-snin 2014, 2015 u 2016 ma għandux jaqbeż l-20 % tal-allokazzjoni totali annwali rispettiva tagħha tal-FAEŻR.

4.  Ir-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-komplementi għall-pagamenti diretti ma għandhiex taqbeż it-80 %.

Artikolu 41

Regoli dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri f’din it-taqsima li jikkonċernaw:

(a) 

proċeduri għall-għażla ta’ awtoritajiet jew korpi li joffru servizzi konsultattivi tal-biedja u tal-forestrija, servizzi ta’ ġestjoni jew ta’ sostituzzjoni b'rabta mal-azjendi agrikoli u d-digressività tal-għajnuna skont il-miżura tas-servizzi konsultattivi msemmija fl-Artikolu 15;

(b) 

il-valutazzjoni mill-Istat Membru tal-progress tal-pjan tan-negozju, l-alternattivi ta' pagamenti kif ukoll il-modalitajiet tal-aċċess għal miżuri oħra għal bdiewa żgħażagħ skont il-miżura tal-iżvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju msemmija fl-Artikolu 19;

(c) 

konverżjoni għal unitajiet minbarra dawk użati fl-Anness II, u rati ta' konverżjoni ta' annimali għal unitajiet ta' bhejjem (LU - livestock unit) taħt il-miżuri msemmija fl-Artikoli 28, 29, 33 u 34;

(d) 

il-possibbiltà tal-użu ta’ suppożizzjonijiet standard tal-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf skont il-miżuri tal-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34 u l-kriterji għall-kalkolu tagħhom;

(e) 

kalkolu tal-ammont ta’ appoġġ fejn operazzjoni tkun eliġibbli għal appoġġ skont iżjed minn miżura waħda.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.



LEADER

Artikolu 42

Gruppi ta’ azzjoni lokali LEADER

1.  Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-gruppi ta’ azzjoni lokali jistgħu jwettqu kompiti addizzjonali delegati lilhom mill-Awtorità ta’ Ġestjoni u/jew l-aġenzija tal-pagamenti.

2.  Il-gruppi ta’ azzjoni lokali jistgħu jitolbu l-pagament ta’ ħlas bil-quddiem mill-aġenzija tal-pagamenti kompetenti jekk ikun hemm din il-possibbiltà fil-programm ta' żvilupp rurali. L-ammont ta' pagamenti bil-quddiem ma għandux jaqbeż 50 % tal-appoġġ pubbliku marbut mal-ispejjeż operazzjonali.

Artikolu 43

Pakkett tal-bidu LEADER

Appoġġ għall-iżvilupp lokali LEADER jista' jinkludi wkoll "Pakkett tal-bidu LEADER" għall-komunitajiet lokali li ma implimentawx il-LEADER fil-perijodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Il-"Pakkett tal-bidu LEADER" għandu jikkonsisti f'appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċità u proġetti pilota żgħar. L-appoġġ taħt il-"Pakkett tal-bidu LEADER" ma għandux ikun kondizzjonali għall-preżentazzjoni ta' strateġija tal-iżvilupp lokali LEADER.

Artikolu 44

Attivitajiet ta’ kooperazzjoni LEADER

1.  L-appoġġ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu jingħata għal

(a) 

proġetti ta' kooperazzjoni fi Stat Membru (kooperazzjoni interterritorjali) jew proġetti ta' kooperazzjoni bejn territorji f'diversi Stati Membri jew ma' teritorji f'pajjiżi terzi (kooperazzjoni transnazzjonali).

(b) 

appoġġ tekniku preparatorju għal proġetti ta’ kooperazzjoni interterritorjali u transnazzjonali, bil-kundizzjoni li l-gruppi ta’ azzjoni lokali jkunu jistgħu juru li qed jipprevedu l-implimentazzjoni ta’ proġett konkret.

2.  Minbarra gruppi oħra ta’ azzjoni lokali, l-imsieħba ta’ grupp ta’ azzjoni lokali skont il-FAEŻR jistgħu jkunu:

(a) 

grupp ta' msieħba pubbliċi u privati lokali f’territorju rurali li qed jimplimenta strateġija tal-iżvilupp lokali fl-Unjoni jew barra mill-Unjoni;

(b) 

grupp ta' msieħba pubbliċi u privati lokali f’territorju mhux rurali li qed jimplimenta strateġija tal-iżvilupp lokali.

3.  F’każijiet fejn il-proġetti ta’ kooperazzjoni ma jintgħażlux mill-gruppi ta’ azzjoni lokali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ applikazzjoni kontinwa.

Huma għandhom jippubblikaw il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jew reġjonali li jikkonċernaw l-għażla ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u lista ta’ spejjeż eliġibbli mhux iktar tard minn sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tal-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom.

L-approvazzjoni ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni mill-awtorità kompetenti għandha sseħħ mhux iżjed tard minn erba’ xhur wara d-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-proġett.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali approvati.



KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet komuni għal diversi miżuri

Artikolu 45

Investimenti

1.  Sabiex l-operazzjonijiet ta' investiment ikunu eliġibbli għall-appoġġ tal-FAEŻR, dawn għandhom ikunu preċeduti minn valutazzjoni tal-impatt ambjentali mistenni f’konformità mal-liġi speċifika għal dak it-tip ta’ investiment fejn l-investiment x'aktarx li jkollu effetti negattivi fuq l-ambjent.

2.  In-nefqa li hija eliġibbli għall-appoġġ tal-FAEŻR għandha tkun limitata għal:

(a) 

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b) 

ix-xiri jew ix-xiri bil-kiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid sal-valur fis-suq tal-ass;

(c) 

l-ispejjeż ġenerali relatati man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-arkitett, tal-inġinier u dawk tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma' konsulenza dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inkluż studji tal-fattibbiltà. L-istudji tal-fattibbiltà għandhom jibqgħu nefqa eliġibbli anke meta, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma ssir l-ebda nefqa skont il-punti (a) u (b);

(d) 

l-investimenti mhux tanġibbli li ġejjin: l-akkwist jew l-iżvilupp ta' softwer tal-kompjuter u l-akkwist ta' privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur, marki kummerċjali;

(e) 

l-ispejjeż tal-istabbiliment ta' pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti u l-ekwivalenti tagħhom.

3.  Fil-każ ta’ investimenti agrikoli, ix-xiri ta’ drittijiet ta’ produzzjoni agrikola, intitolamenti għal ħlas, annimali, pjanti annwali u t-tħawwil tagħhom ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ ta' investiment. Madankollu, f’każ tar-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola minn diżastri naturali jew avvenimenti katastrofiċi skont il-punt (b) tal-Artikolu 18(1), in-nefqa għax-xiri tal-annimali tista’ tkun nefqa eliġibbli.

4.  Il-benefiċjarji ta’ appoġġ marbut mal-investiment jistgħu jitolbu l-ħlas ta’ pagament bil-quddiem sa massimu ta’ 50 % tal-għajnuna pubblika marbuta mal-investiment mill-aġenziji ta' pagament kompetenti jekk dik il-possibbiltà tkun inkluża fil-programm ta' żvilupp rurali.

▼M7

5.  Fejn l-appoġġ jiġi pprovdut permezz ta' strument finanzjarju stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-kapital operatorju jista' jikkostitwixxi nefqa eliġibbli. Tali nefqa eliġibbli ma għandhiex taqbeż EUR 200 000 jew 30 % tal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli għall-investiment, skont liema minnhom tkun l-ogħla.

▼B

6.  Sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċjali ta' tipi partikolari ta' investimenti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 83, li jistipulaw il-kondizzjonijiet li taħthom spejjeż oħra marbuta ma’ kuntratti ta’ kiri u tagħmir użat jistgħu jitqiesu bħala nefqa eliġibbli u jispeċifikaw it-tipi ta' infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli li għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ.

▼M7

7.  Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw fejn l-appoġġ ikun ipprovdut fil-forma ta' strumenti finanzjarji.

▼B

Artikolu 46

Investimenti fl-irrigazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament, fil-każ ta' irrigazzjoni f'żoni ta' irrigazzjoni ġodda u eżistenti, l-investimenti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet f'dan l-Artikolu biss għandhom jitqiesu bħala nefqa eliġibbli.

2.  Pjan ta' ġestjoni tal-baċir ta' xmara, kif meħtieġ skont it-termini tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, għandu jkun notifikat lill-Kummissjoni għaż-żona kollha li fiha ser isir l-investiment, kif ukoll fi kwalunkwe żona oħra fejn l-ambjent tagħha jista' jiġi affettwat mill-investiment. Il-miżuri li jidħlu fis-seħħ taħt il-pjan ta' ġestjoni tal-baċir ta' xmara skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u li jkunu ta' rilevanza għas-settur agrikolu kellhom ikunu speċifikati fil-programm rilevanti ta' miżuri.

3.  Ikun fis-seħħ l-użu ta' arloġġi tal-ilma li jippermetti l-kejl tal-użu tal-ilma fil-livell tal-investiment appoġġat jew ikollu jitpoġġa fil-prattika bħala parti mill-investiment.

4.  Investiment f'titjib ta' installazzjoni ta' irrigazzjoni eżistenti jew f'element ta' infrastruttura ta' irrigazzjoni, għandu jkun eliġibbli biss jekk jiġi vvalutat ex-ante li joffri ffrankar potenzjali fl-użu tal-ilma ta' massimu ta' bejn 5 % u 25 % skont il-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew l-infrastruttura eżistenti.

Jekk l-investiment jaffettwa korpi ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ li l-istatus tagħhom ġie identifikat bħala anqas minn tajjeb fil-pjan ta' ġestjoni rilevanti tal-baċir ta' xmara għal raġunijiet marbutin mal-kwantità tal-ilma:

(a) 

l-investiment għandu jiżgura tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma, fil-livell tal-investiment, li jammonta minn tal-anqas għal 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jkun sar possibbli permezz tal-investiment;

(b) 

fil-każ ta' investiment f'azjenda agrikola waħda, huwa għandu wkoll jirriżulta fi tnaqqis għall-użu totali ta' ilma mill-azjenda li jammonta minn tal-anqas għal 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jkun sar possibbli fil-livell tal-investiment. L-użu totali ta' ilma mill-azjenda għandu jinkludi l-ilma mibjugħ mill-azjenda.

Ebda waħda mill-kondizzjonijiet fil-paragrafu 4 ma għandha tapplika għal investiment f'installazzjoni eżistenti li taffettwa biss l-effiċjenza enerġetika jew għal investiment fil-ħolqien ta' ġiebja jew għal investiment fl-użu ta' ilma rriċiklat li ma jaffettwax massa ta' ilma ta' taħt l-art jew ta' ilma tal-wiċċ.

5.  Investiment li jirriżulta f'żieda netta taż-żona irrigata li taffettwa korp partikolari ta' ilma ta' taħt l-art jew tal-wiċċ għandu jkun eliġibbli biss jekk:

(a) 

l-istatus tal-korp ta' ilma ma jkunx ġie identifikat bħala anqas minn tajjeb fil-pjan ta' ġestjoni rilevanti tal-baċir ta' xmara għal raġunijiet marbutin mal-kwantità tal-ilma; u

(b) 

analiżi ambjentali turi li mhux ser ikun hemm impatt ambjentali negattiv sinifikanti mill-investiment; tali analiżi tal-impatt ambjentali għandha titwettaq jew tkun approvata mill-awtorità kompetenti u tista' wkoll tirreferi għal gruppi ta' azjendi.

Iż-żoni mingħajr irrigazzjoni iżda li fihom kien hemm installazzjoni ta' irrigazzjoni attiva fil-passat reċenti, li għandhom jiġu stabbiliti jew iġġustifikati fil-programm, jistgħu jitqiesu bħala żoni b'irrigazzjoni għall-fini tad-determinazzjoni taż-żieda netta taż-żona b'irrigazzjoni.

6.  Permezz ta' deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 5, l-investimenti li jirriżultaw f'żieda netta taż-żona ta' irrigazzjoni jistgħu xorta jkunu eliġibbli jekk:

(a) 

l-investiment jiġi kkumbinat ma' investiment f'installazzjoni ta' irrigazzjoni jew element ta' infrastruttura ta' irrigazzjoni eżistenti vvalutat ex-ante li joffri ffrankar potenzjali tal-ilma ta' mill-anqas bejn 5 % u 25 % skont il-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew infrastruttura eżistenti u

(b) 

l-investiment inġenerali jiżgura tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma, fil-livell tal-investiment inġenerali, li jammonta għal tal-anqas 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma possibbli permezz tal-investiment fl-installazzjoni tal-irrigazzjoni jew l-element ta' infrastruttura eżistenti.

Barra minn hekk, permezz ta' deroga, il-kondizzjoni fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ma għandhiex tapplika għal investimenti fl-istabbiliment ta' installazzjoni tal-irrigazzjoni ġdida li tingħata l-ilma minn ġiebja eżistenti approvat mill-awtoritajiet kompetenti qabel il-31 ta' Ottubru 2013 jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

— 
il-ġiebja inkwistjoni jiġi identifikat fil-pjan rilevanti ta' ġestjoni tal-baċin tax-xmara u jkun soġġett għar-rekwiżiti ta' kontroll stabbiliti fl-Artikolu 11(3)(e) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;
— 
fil-31 ta' Ottubru 2013 kien fis-seħħ limitu massimu fuq l-astrazzjonijiet totali mill-ġiebja jew livell minimu meħtieġ ta' fluss fil-korpi tal-ilma affettwati mill-ġiebja;
— 
dak il-limitu massimu jew il-livell minimu meħtieġ ta' fluss jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; u
— 
l-investiment inkwistjoni ma jirriżultax f'astrazzjonijiet lil hinn mil-limitu massimu fis-seħħ fil-31 ta' Ottubru 2013 jew fi tnaqqis tal-livell ta' fluss fil-mases tal-ilma affettwati taħt il-livell minimu meħtieġ fis-seħħ fil-31 ta' Ottubru 2013.

Artikolu 47

Regoli għall-pagamenti skont iż-żona

1.  In-numru ta’ ettari li għalihom jista’ japplika impenn skont l-Artikoli 28, 29 u 34 jista’ jvarja minn sena għal oħra meta:

(a) 

din il-possibbiltà tkun prevista fil-programm ta' żvilupp rurali;

(b) 

l-impenn inkwistjoni ma japplikax għal ħbula tal-art fissi; u

(c) 

ma jkunx hemm periklu li ma jintlaħaqx l-objettiv ambjentali tal-impenn.

2.  Meta l-art kollha jew parti mill-art impenjata, jew l-azjenda kollha, tiġi trasferita lil persuna oħra waqt il-perijodu ta' dak l-impenn, l-impenn jew parti minnu li jikkorrispondi għall-art trasferita jista’ jkompli għaddej għall-kumplament tal-perijodu taħt dik il-persuna l-oħra jew jista' jiskadi u mhux ser ikun meħtieġ rimborż fir-rigward tal-perijodu li waqtu l-impenn kien effettiv.

3.  Meta benefiċjarju ma jkunx jista’ jkompli jikkonforma mal-impenji meħuda għax l-azjenda jew parti mill-azjenda titqassam fi ħbula jew tkun is-suġġett ta’ miżuri ta’ konsolidazzjoni ta’ art pubblika jew miżuri ta’ konsolidazzjoni ta’ art approvati mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu li l-impenji jiġu adattati għas-sitwazzjoni l-ġdida tal-azjenda. Jekk tali adattament ikun impossibbli, l-impenn għandu jiskadi u r-rimborż ma għandux ikun meħtieġ fir-rigward tal-perijodu li fih l-impenn kien effettiv.

4.  Mhux ser jintalab ir-rimborż tal-għajnuna riċevuta f'każijiet ta' force majeureuċirkostanzi eċċezjonali kif imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

5.  Il-paragrafu 2, fir-rigward ta' każijiet ta' trasferiment tal-azjenda kollha, u l-paragrafu 4 għandhom japplikaw ukoll għall-impenji skont l-Artikolu 33.

6.  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti ta’ miżuri marbuta maż-żoni u sabiex jiġu ggarantiti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 83 li jistipula l-kondizzjonijiet applikabbli għall-konverżjoni jew l-aġġustament ta' impenji taħt il-miżuri msemmija fl-Artikoli 28, 29, 33 u 34 u, l-ispeċifikazzjoni ta’ sitwazzjonijiet oħra li fihom ir-rimborż tal-għajnuna ma għandux ikun meħtieġ.

Artikolu 48

Klawsola ta’ reviżjoni

Għandha tiġi prevista klawsola ta’ reviżjoni għal impenji meħuda skont l-Artikoli 28, 29, 33 u 34 sabiex jiġi żgurat l-aġġustament tagħhom fil-każ ta' emendi għall-istandards, ir-rekwiżiti jew l-obbligi obbligatorji rilevanti msemmija f’dawk l-Artikoli; l-impenji għandhom imorru lil hinn mill-Artikoli. Il-klawsola ta' reviżjoni għandha tkopri wkoll l-aġġustamenti meħtieġa biex jiġi evitat finanzjament doppju tal-prattiki msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 fil-każ ta' emendi għal dawk il-prattiki.

L-impenji meħuda skont l-Artikoli 28, 29, 33 u 34 li jmorru lil hinn mill-perijodu ta’ pprogrammar attwali għandu jkun fihom klawsola ta’ reviżjoni li tippermetti l-aġġustament tagħhom skont il-qafas legali tal-perijodu ta’ pprogrammar li jmiss.

Jekk tali aġġustament ma jiġix aċċettat mill-benefiċjarju, l-impenn għandu jiskadi u ma jkunx meħtieġ rimborż fir-rigward tal-perijodu li matulu l-impenn kien effettiv.

Artikolu 49

Għażla ta' operazzjonijiet

1.  Mingħajr preġudizzju għall-punt (d) tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Awtorità ta' Ġestjoni tal-programm ta' żvilupp rurali għandha tiddefinixxi l-kriterji ta' għażla għal operazzjonijiet wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Monitoraġġ. Il-kriterji ta' għażla għandu jkollhom l-għan li jiżguraw it-trattament ugwali tal-applikanti, l-użu aħjar ta’ riżorsi finanzjarji u l-indirizzar ta’ miżuri skont il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali. Fid-definizzjoni u l-applikazzjoni tal-kriterji ta' għażla, il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jitqies b’rabta mad-daqs tal-operat.

▼M7

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati fejn ma jkunx possibbli li jiġu stabbiliti kriterji tal-għażla minħabba n-natura tat-tip ta' operazzjonijiet ikkonċernati, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiddefinixxi metodu ieħor ta' għażla li jrid jiġi deskritt fil-programm ta' żvilupp rurali wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Monitoraġġ.

▼M11

2.  L-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet għandha tiżgura li l-operazzjonijiet, ħlief għall-operazzjonijiet fil-kuntest tal-punt (b) tal-Artikolu 18(1), tal-punt (d) tal-Artikolu 24(1) u tal-Artikoli 28 sa 31, 33, 34 u 36 sa 39b, jintgħażlu skont il-kriterji tal-għażla msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u skont proċedura trasparenti u ddokumentata sew.

▼M7

3.  Il-benefiċjarji jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi ta' sejħiet għal proposti, billi jiġu applikati kriterji ta' effiċjenza ekonomika, soċjali u ambjentali.

▼M7

4.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn l-appoġġ jingħata fil-forma ta' strumenti finanzjarji.

▼B

Artikolu 50

Definizzjoni ta’ żona rurali

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tiddefinixxi “żona rurali” fil-livell tal-programm. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu din id-definizzjoni għal miżura jew tip ta' operazzjoni jekk dan ikun debitament iġġustifikat.



KAPITOLU III

Assistenza teknika u netwerking

Artikolu 51

Finanzjament tal-assistenza teknika

1.   ►M6  F'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-FAEŻR jista' juża sa mhux aktar minn 0,25 % tal-allokazzjoni annwali tiegħu biex jiffinanzja l-kompiti msemmija fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, inklużi l-ispejjeż għall-istabbiliment u t-tħaddim tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali msemmi fl-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament u n-Netwerk tas-SEI msemmi fl-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u/jew f'isimha, li minnhom mhux aktar minn EUR 30 567 000 fi prezzijiet attwali għandhom jiġu allokati għall-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) għall-użu fl-ambitu u l-għan ta' dak il-programm. ◄

▼M10

Il-FAEŻR jista' jiffinanzja attivitajiet li jippreparaw għall-implimentazzjoni tal-PAK fil-perjodu ta' programmazzjoni sussegwenti.

▼B

Il-FAEŻR jista’ jiffinanzja wkoll l-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), b’rabta mal-indikazzjonijiet u s-simboli tal-iskema ta’ kwalità tal-Unjoni.

Dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu li jkunu applikabbli għal din il-forma ta’ eżekuzzjoni tal-baġit.

2.  Fuq inizjattiva tal-Istati Membri, sa massimu ta’ 4 % tal-ammont totali ta’ kull programm ta' żvilupp rurali jista’ jiġi ddedikat għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u għal spejjeż b’rabta ma’ ħidma ta' tħejjija għad-delimitazzjoni ta’ żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi msemmija fl-Artikolu 32.

L-ispejjeż relatati mal-korp ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ma għandhomx ikunu eliġibbli taħt dan il-paragrafu.

Fi ħdan dak il-limitu ta’ 4 %, ammont għandu jkun riservat għall-istabbiliment u l-operazzjoni tan-netwerk rurali nazzjonali msemmi fl-Artikolu 54.

3.  Fil-każ ta' programmi ta' żvilupp rurali li jkopru kemm ir-reġjuni anqas żviluppati kif ukoll reġjuni oħrajn, ir-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 59(3) tista' tiġi determinata billi jitqies it-tip predominanti ta' reġjuni, skont l-għadd tagħhom, fil-programm.

Artikolu 52

Netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali

1.  Għandu jiġi stabbilit netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali għall-ħolqien ta' netwerk tan-netwerks, l-organizzazzjonijiet, u l-amministrazzjonijiet nazzjonali attivi fil-qasam tal-iżvilupp rurali fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 51(1).

2.  Il-ħolqien ta' netwerk permezz tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali għandu jkollu l-għan li:

(a) 

iżid l-involviment tal-partijiet interessati kollha, u b'mod partikolari partijiet interessati oħra għall-iżvilupp agrikolu, forestali u rurali fl-implimentazzjoni tal-iżvilupp rurali;

(b) 

itejjeb il-kwalità tal-programmi ta' żvilupp rurali;

(c) 

ikollu rwol fl-infurmar tal-pubbliku ġenerali dwar il-benefiċċji tal-politika għall-iżvilupp rurali;

(d) 

jappoġġa l-evalwazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali.

3.  Il-kompiti tan-netwerk għandhom ikunu li:

(a) 

jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar azzjoni fil-qasam tal-iżvilupp rurali;

(b) 

jipprovdi appoġġ fil-proċessi ta' evalwazzjoni u fil-ġbir u l-ġestjoni ta' data;

(c) 

jiġbor, jikkonsolida u jxerred prattiki ta' żvilupp rurali tajbin fil-livell tal-Unjoni, inkluż fir-rigward ta' metodoloġiji u għodod ta' evalwazzjoni;

(d) 

jistabbilixxi u jmexxi gruppi tematiċi u/jew workshops bil-għan li jiffaċilita l-iskambju tal-ħiliet esperti u jappoġġja l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-iżvilupp ulterjuri tal-politika ta' żvilupp rurali;

(e) 

jipprovdi informazzjoni dwar żviluppi fiż-żoni rurali tal-Unjoni u f’pajjiżi terzi;

(f) 

jorganizza laqgħat u seminars fil-livell tal-Unjoni għal dawk li huma attivament involuti fl-iżvilupp rurali;

(g) 

jappoġġa n-netwerks nazzjonali u l-inizjattivi ta' kooperazzjoni transnazzjonali u l-iskambju dwar azzjonijiet u esperjenza fil-qasam tal-iżvilupp rurali ma' netwerks f'pajjiżi terzi;

(h) 

speċifikament għall-gruppi ta’ azzjoni lokali:

(i) 

joħloq sinerġiji mal-attivitajiet imwettqa fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew it-tnejn, min-netwerks rispettivi fir-rigward ta’ azzjonijiet tal-bini tal-kapaċità u skambju ta’ esperjenza; u

(ii) 

jikkoopera mal-korpi tan-netwerks u tal-appoġġ tekniku għall-iżvilupp lokali stabbilit mill-FEŻR, il-FSE u l-EMFF fir-rigward tal-attivitajiet ta' żvilupp lokali u l-kooperazzjoni transnazzjonali tagħhom.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta ' atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-netwerk Ewropew għan-netwerk tal-iżvilupp rurali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.

Artikolu 53

Netwerk tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni

1.  Għandu jkun hemm Netwerk tas-SEI li jappoġġa s-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola msemmija fl-Artikolu 55, skont l-Artikolu 51(1). Dan għandu jippermetti l-ħolqien ta' netwerk ta’ gruppi operazzjonali, servizzi konsultattivi u riċerkaturi.

2.  L-għan tan-netwerk tas-SEI għandu jkun li:

(a) 

jiffaċilita l-iskambju ta' ħiliet esperti u prattiki tajbin;

(b) 

jistabbilixxi djalogu bejn il-bdiewa u l-komunità ta' riċerka u jiffaċilita l-inklużjoni tal-partijiet interessati kollha fil-proċess ta' skambju tal-għarfien.

3.  Il-kompiti tan-netwerk tas-SEI għandhom ikunu li:

(a) 

jipprovdi funzjoni ta’ help desk u jipprovdi informazzjoni lil atturi ewlenin dwar is-SEI;

(b) 

iħeġġeġ it-twaqqif ta' gruppi operazzjonali u jagħti tagħrif dwar l-opportunitajiet ipprovduti mill-politiki tal-Unjoni;

(c) 

jiffaċilita t-twaqqif ta' inizjattivi ta' ragruppament u proġetti pilota jew ta' dimostrazzjoni li jirrigwardaw, fost l-oħrajn il-kwistjonijiet li ġejjin:

(i) 

żieda fil-produttività agrikola, il-vijabbiltà ekonomika, is-sostenibbiltà, ir-rendiment u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

(ii) 

l-innovazzjoni b'appoġġ għal ekonomija fuq bażi bijoloġika;

(iii) 

il-biodiversità, is-servizzi tal-ekosistema, il-funzjonalità tal-ħamrija u l-immaniġġjar sostenibbli tal-ilma;

(iv) 

prodotti innovattivi u servizzi għall-katina ta' provvista integrata;

(v) 

il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' prodotti u swieq ġodda għall-prodotturi primarji;

(vi) 

il-kwalità tal-ikel, is-sikurezza tal-ikel u dieta bilanċjata;

(vii) 

it-tnaqqis tat-telf wara l-ħsad u l-ħela ta' ikel.

(d) 

Il-ġbir u t-tixrid tal-informazzjoni fil-qasam tas-SEI, inklużi s-sejbiet tar-riċerka u teknoloġiji ġodda rilevanti għall-innovazzjoni u l-iskambju tal-għarfien u skambji fil-qasam tal-innovazzjoni ma' pajjiżi terzi.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-Netwerk tas-SEI. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.

Artikolu 54

Netwerk rurali nazzjonali

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi netwerk rurali nazzjonali, li jiġbor fi gruppi l-organizzazzjonijiet u l-amministrazzjonijiet involuti fl-iżvilupp rurali. Is-sħubija msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandha tkun ukoll parti min-netwerk rurali nazzjonali.

L-Istati Membri bi programmi reġjonali jistgħu jissottomettu għall-approvazzjoni programm speċifiku għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerk rurali nazzjonali tagħhom.

2.  Il-ħidma permezz ta' netwerk min-netwerk rurali nazzjonali għandu jkollu l-għan li:

(a) 

iżid l-involviment tal-partijiet interessati fl-implimentazzjoni tal-iżvilupp rurali;

(b) 

itejjeb il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali;

(c) 

jinforma lill-pubbliku ġenerali u l-benefiċjarji potenzjali dwar il-politika għall-iżvilupp rurali u opportunitajiet ta' finanzjament;

(d) 

irawwem l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-produzzjoni tal-ikel, il-forestrija u ż-żoni rurali.

▼C1

3.  L-appoġġ mill-FAEŻR skont l-Artikolu 51(2) għandu jintuża:

▼B

(a) 

għall-istrutturi meħtieġa biex jitmexxa n-netwerk;

(b) 

għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni li jkun ikopri mill-inqas dan li ġej:

(i) 

attivitajiet li jirrigwardaw il-ġbir ta’ eżempji ta’ proġetti li jkopru l-prijoritajiet kollha tal-programmi ta' żvilupp rurali;

(ii) 

attivitajiet li jirrigwardaw il-faċilitazzjoni ta' skambji tematiċi u analitiċi bejn il-partijiet interessati tal-iżvilupp rurali, il-kondiviżjoni u t-tixrid tas-sejbiet;

(iii) 

attivitajiet li jirrigwardaw il-provvista ta' taħriġ u netwerking għal gruppi ta’ azzjoni lokali u b’mod partikolari assistenza teknika għal kooperazzjoni interterritorjali u transnazzjonali, l-iffaċilitar ta’ kooperazzjoni fost gruppi ta' azzjoni lokali u t-tiftix ta’ imsieħba għall-miżura msemmija fl-Artikolu 35;

(iv) 

attivitajiet li jirrigwardaw il-provvista ta' netwerking għal kunsilliera u servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni;

(v) 

attivitajiet li jirrigwardaw il-kondiviżjoni u t-tixrid tas-sejbiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

(vi) 

pjan ta’ komunikazzjoni li jinkludi pubbliċità u informazzjoni li jirrigwardaw il-programm ta' żvilupp rurali bi qbil mal-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali;

(vii) 

attivitajiet li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni u l-kontribut f’attivitajiet tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-istabbiliment u l-operat tan-netwerks rurali nazzjonali u l-kontenut tal-programmi speċifiċi msemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.



TITOLU IV

SEI GĦALL-PRODUTTIVITÀ U S-SOSTENIBBILTÀ AGRIKOLA

Artikolu 55

Għanijiet

1.  Is-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola għandha:

(a) 

tippromwovi settur agrikolu u tal-foresterija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ekonomikament vijabbli, produttiv, kompetittiv, b'livell baxx ta' emissjonijiet, li ma jagħmilx ħsara lill-klima u reżistenti, li jaħdem lejn sistemi ta' produzzjoni agroekoloġiċi u li jaħdem f'armonija mar-riżorsi naturali essenzjali li fuqhom tiddependi l-biedja u l-foresterija;

(b) 

tgħin biex ikun hemm provvista kostanti u sostenibbli ta' ikel, għalf u bijomaterjali, inklużi tipi eżistenti u tipi ġodda;

(c) 

ittejjeb il-proċessi tal-preservazzjoni tal-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu;

(d) 

tibni pontijiet bejn ir-riċerka, l-għarfien u t-teknoloġija avvanzati u l-bdiewa, il-maniġers tal-foresti, il-komunitajiet rurali, in-negozji, l-NGOs u s-servizzi konsultattivi.

2.  Is-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola għandha tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha billi:

(a) 

toħloq valur miżjud billi torbot aħjar ir-riċerka u l-prattiki tal-biedja u billi tinkoraġġixxi l-użu iżjed mifrux ta’ miżuri ta’ innovazzjoni disponibbli;

(b) 

tippromwovi t-traspożizzjoni iżjed mgħaġġla u iżjed mifruxa ta’ soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika; u

(c) 

tinforma lill-komunità xjentifika dwar il-ħtiġijiet ta’ riċerka dwar il-prattiki tal-biedja.

3.  Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet tas-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola permezz tal-appoġġ, f'konformità mal-Artikolu 35, tal-gruppi operazzjonali tas-SEI msemmija fl-Artikolu 56 u n-netwerk tas-SEI msemmi fl-Artikolu 53.

Artikolu 56

Gruppi operazzjonali

1.  Gruppi operazzjonali tas-SEI għandhom jiffurmaw parti mis-SEI għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola. Huma għandhom jiġu stabbiliti minn atturi interessati bħal bdiewa, riċerkaturi, konsulenti u negozji involuti fis-settur agrikolu u tal-ikel, li huma rilevanti fil-kisba tal-objettivi tas-SEI.

2.  Il-gruppi operazzjonali tas-SEI għandhom jistabbilixxu proċeduri interni li jiżguraw, li l-operat u t-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom huwa trasparenti u li jevitaw sitwazzjonijiet ta’ konflitt ta’ interess.

3.  L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fi ħdan il-qafas tal-programmi tagħhom sa fejn huma ser jappoġġaw il-gruppi operazzjonali.

Artikolu 57

Kompiti tal-gruppi operazzjonali

1.  Il-gruppi operazzjonali tas-SEI għandhom ifasslu pjan li jkun fih dan li ġej:

(a) 

deskrizzjoni tal-proġett innovattiv li ser jiġi żviluppat, ipprovat, adattat jew implimentat;

(b) 

deskrizzjoni tar-riżultati mistennija u l-kontribut biex jintlaħaq l-objettiv tas-SEI għat-titjib tal-produttività u l-ġestjoni tar-riżorsi sostenibbli.

2.  Meta jimplimentaw il-proġetti innovattivi tagħhom, il-gruppi operazzjonali għandhom:

(a) 

jieħdu deċiżjonijiet dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet innovattivi; u

(b) 

jimplimentaw azzjonijiet innovattivi permezz ta’ miżuri ffinanzjati permezz ta’ programmi ta' żvilupp rurali.

3.  Il-gruppi operazzjonali għandhom ixerrdu r-riżultati tal-proġett tagħhom, b'mod partikolari permezz tan-netwerk tas-SEI.



TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 58

Riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 5, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu, l-ammont totali ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali taħt dan ir-Regolament għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jkun EUR 84 936 miljun, fil-prezzijiet tal-2011,skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2014 sal-2020.

2.  0,25 % tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ddedikati għall-assistenza teknika għall-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 51(1).

3.  Għall-finijiet tal-ipprogrammar u l-inklużjoni sussegwenti tagħhom fil-baġit ġenerali tal-Unjoni, l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indiċjati bir-rata ta’ 2 % fis-sena.

4.  It-tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, wara tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 huwa stipulat fl-Anness I.

▼C1

5.  Fondi trasferiti minn Stat Membru skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jitnaqqsu mill-ammonti allokati lil dak l-Istat Membru f'konformità mal-paragrafu 4.

▼M1

6.  Il-fondi trasferiti lill-FAEŻR bl-applikazzjoni tal-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-fondi trasferiti lill-FAEŻR fl-applikazzjoni tal-Artikoli 10b, 136 u 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-snin kalendarji 2013 u 2014 għandhom jiġu inklużi wkoll fl-analiżi annwali msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

▼B

7.  Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi marbutin mat-tqassim annwali msemmi fil-paragrafi 4, inklużi t-trasferimenti msemmija fil-paragrafi 5 u6; biex isiru aġġustamenti tekniċi mingħajr ma jinbidlu l-allokazzjonijiet ġenerali; jew biex jittieħed kont ta' kwalunkwe bidla oħra prevista minn att leġislattiv wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 83, biex issir reviżjoni tal-limiti massimi stabbiliti fl-Anness I.

8.  Għall-finijiet tal-allokazzjoni tar-riżerva ta' prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, id-dħul assenjat disponibbli miġbur skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-FAEŻR, għandu jiżdied mal-ammonti msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Dak id-dħul assenjat disponibbli għandu jkun allokat lill-Istati Membri b'mod proporzjonat għas-sehem tal-ammont totali tal-appoġġ mill-FAEŻR.

Artikolu 59

Kontribuzzjoni mill-fond

1.  Id-deċiżjoni li tapprova programm ta' żvilupp rurali għandha tistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR lill-programm. Id-deċiżjoni għandha tidentifika b’mod ċar, fejn ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet allokati lir-reġjuni inqas żviluppati.

2.  Il-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli.

►C1  3.  Il-programmi ta' żvilupp rurali għandhom jistabbilixxu rata ta' kontribuzzjoni unika mill-FAEŻR applikabbli għall-miżuri kollha. Fejn applikabbli, għandha tiġi stabbilita rata ta' kontribuzzjoni mill-FAEŻR separata għar-reġjuni inqas żviluppati, għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, kif ukoll għar-reġjuni ta' transizzjoni. ◄ Ir-rata ta’ kontribuzzjoni massima mill-FAEŻR għandha tkun:

▼C1

(a) 

85 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni inqas żviluppati, fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;

▼B

(b) 

75 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għar-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perijodu 2007-2013 kien anqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perijodu ta' referenza iżda li l-PDG per capita tagħhom huwa ogħla minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(c) 

63 % tan-nefqa pubblika eliġibbli għar-reġjuni ta' transizzjoni minbarra dawk imsemmijin fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu;

(d) 

53 % tan-nefqa pubblika eliġibbli fir-reġjuni l-oħra.

Ir-rata ta’ kontribuzzjoni minima mill-FAEŻR għandha tkun 20 %.

4.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, il-kontribuzzjoni massima tal-FAEŻR għandha tkun:

(a) 

80 % għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 14, 27 u 35, għall-iżvilupp lokali LEADER imsemmi fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u għal operazzjonijiet taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 19(1). ►C1  Dik ir-rata tista' tiżdied sa mhux aktar minn 90 % għall-programmi ta' reġjuni inqas żviluppati, tar-reġjuni ultraperiferiċi, tal-gżejjer żgħar tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, u tar-reġjuni ta' transizzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 3; ◄

(b) 

75 % għall-operazzjonijiet li jikkontribwixu għall-objettivi tal-ambjent u tal-mitigazzoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih skont l-Artikoli 17, punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1), l-Artikoli 28, 29, 30, 31 u 34;

(c) 

100 % għall-istrumenti finanzjarji fuq livell tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(d) 

ir-rata ta' kontribuzzjoni applikabbli għall-miżura kkonċernata żdiedet b'10 punti perċentwali addizzjonali għal kontribuzzjonijiet għal strumenti finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 38(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

▼C1

(e) 

100 % għall-operazzjonijiet li qed jirċievu finanzjament mill-fondi ttrasferiti għall-FAEŻR bl-applikazzjoni tal-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

▼M7

(f) 

100 % għal ammont ta' EUR 100 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lill-Irlanda, għal ammont ta' EUR 500 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lill-Portugall u għal ammont ta' EUR 7 miljun, fi prezzijiet tal-2011, allokati lil Ċipru;

▼B

(g) 

Għall-Istati Membri li jirċievu, fl-1 ta' Jannar 2014 jew wara, assistenza finanzjarja f'konformità mal-Artikoli 136 u 143 TFUE, ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tista' togħla b'massimu ta' 10 punti perċentwali addizzjonali sa massimu totali ta' 95 %, għan-nefqa li għandha titħallas minn dawn l-Istati Membri fl-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali. Ir-rata tal-kuntribuzzjoni tal-FAEŻR li tkun applikabbli mingħajr din id-deroga għandha, madankollu, tkun rispettata għan-nefqa pubblika totali magħmula matul il-perijodu ta' pprogrammar;

▼M7

(h) 

ir-rata ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 39a(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) ta' dak ir-Regolament.

▼B

5.  Mill-anqas 5 %, u fil-każ tal-Kroazja 2,5 %, tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR lill-programm ta' żvilupp rurali għandu jiġi rriżervat għal-LEADER.

6.  Tal-inqas 30 % tal-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programm ta' żvilupp rurali għandu jkun riservat għal miżuri taħt l-Artikoli li ġejjin: l-Artikolu 17 għall-investimenti relatati mal-ambjent u l-klima; l-Artikoli 21, 28, 29 u 30, bl-eċċezzjoni tal-ħlasijiet relatati mad-Direttiva Qafas dwar l-ilma; u l-Artikoli 31, 32 u 34.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għar-reġjuni ultraperiferiċi u t-territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri.

▼M11

6a.  L-appoġġ tal-FAEŻR ipprovdut skont l-Artikolu 39b m’għandux jeċċedi 2 % mill-kontribuzzjoni totali tal-FAEŻR għall-programmi tal-iżvilupp rurali.

▼B

7.  Fejn Stat Membru jippreżenta kemm programm nazzjonali kif ukoll sett ta' programmi reġjonali, il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għall-programm nazzjonali. Il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-programm nazzjonali għandha titqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-perċentwal imsemmi fil-paragrafi 5 u 6 għal kull programm reġjonali, b'mod proporzjonali għas-sehem ta' dak il-programm reġjonali mill-allokazzjoni nazzjonali.

8.  Nefqa kkofinanzjata mill-FAEŻR ma għandhiex tkun ikkofinanzjata permezz ta’ kontribuzzjoni mill-Fondi Strutturali, mill-Fond ta’ Koeżjoni jew minn kwalunkwe strument finanzjarju ieħor tal-Unjoni.

9.  In-nefqa pubblika fl-għajnuna lill-intrapriżi għandha tikkonforma mal-limiti ta' għajnuna stabbiliti fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, sakemm dan ir-Regolament ma jipprevedix mod ieħor.

Artikolu 60

Eliġibbiltà tan-nefqa

▼M7

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 65(9) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, f'każijiet ta' miżuri ta' emerġenza dovuti għal diżastri naturali, għal avvenimenti katastrofiċi jew għal avvenimenti klimatiċi avversi jew għal bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, il-programmi ta' żvilupp rurali jistgħu jipprevedu li l-eliġibbiltà tan-nefqa relatata mal-bidliet fil-programm tista' tibda mid-data meta jkun seħħ l-avveniment.

▼B

2.  In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR biss meta tkun imġarrba għal operazzjonijiet li ġew deċiżi mill-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-programm inkwistjoni jew taħt ir-responsabbiltà tagħha, skont il-kriterji ta' għażla msemmija fl-Artikolu 49.

▼M7

Bl-eċċezzjoni ta' kostijiet ġenerali kif iddefiniti fil-punt (c) fl-Artikolu 45(2), fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' investiment taħt miżuri li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE, hija biss in-nefqa mġarrba wara li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni lill-awtorità kompetenti li għandha titqies eliġibbli. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-programm tagħhom li n-nefqa li tkun relatata ma' miżuri ta' emerġenza dovuti għal diżastri naturali, għal avvenimenti katastrofiċi jew għal avvenimenti klimatiċi avversi jew għal bidla f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew tar-reġjun, u li ġġarrbet mill-benefiċjarju wara li jkun seħħ l-avveniment, hija eliġibbli wkoll.

▼B

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-programmi tagħhom li n-nefqa għandha tkun eliġibbli biss meta tkun iġġarrbet wara li l-applikazzjoni għall-appoġġ tkun ġiet approvata mill-awtorità kompetenti.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-Artikolu 51(1) u (2).

▼M7

4.  Il-pagamenti minn benefiċjarji għandhom ikunu appoġġati minn fatturi u dokumenti li jagħtu prova tal-pagament. Fejn dan ma jkunx jista' jsir, il-pagamenti għandhom jiġu appoġġati b'dokumenti ta' valur probatorju ekwivalenti, minbarra għall-forom ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ħlief taħt il-punt (a) tiegħu.

▼B

Artikolu 61

Nefqa eliġibbli

1.  Meta l-ispejjeż operazzjonali jkunu koperti b’appoġġ skont dan ir-Regolament, għandhom ikunu eliġibbli t-tipi ta’ spejjeż li ġejjin:

(a) 

spejjeż operazzjonali;

(b) 

spejjeż tal-persunal;

(c) 

spejjeż tat-taħriġ;

(d) 

spejjeż marbuta mar-relazzjonijiet pubbliċi;

(e) 

spejjeż finanzjarji;

(f) 

spejjeż tan-netwerks.

2.  L-istudji għandhom jikkostitwixxu nefqa eliġibbli biss meta jkunu marbuta ma’ operazzjoni speċifika taħt il-programm jew l-objettivi u l-miri speċifiċi tal-programm.

3.  Il-kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta' provvediment ta' xogħlijiet, oġġetti, servizzi, art u proprjetà immobbli li għalihom ma sar l-ebda ħlas bi flus kontanti u li huma apoġġati minn fatturi u dokumenti oħra li għandhom valur ġustifikattiv ekwivalenti, jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 62

Verifikabbiltà u kontrollabbiltà tal-miżuri

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri kollha għall-iżvilupp rurali li jkollhom l-intenzjoni li jimplimentaw ikunu verifikabbli u kontrollabbli. Għal dan il-għan, l-Awtorità ta’ Ġestjoni u l-aġenzija tal-pagamenti ta’ kull programm ta' żvilupp rurali għandhom jipprovdu valutazzjoni ex ante tal-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri li għandhom jiġu inklużi fil-programm ta' żvilupp rurali. L-Awtorità ta’ Ġestjoni u l-aġenzija tal-pagamenti għandhom iwettqu wkoll il-valutazzjoni tal-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà tal-miżuri waqt l-implimentazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali. Il-valutazzjoni ex ante u l-valutazzjoni waqt il-perijodu tal-implimentazzjoni għandhom iqisu r-riżultati tal-kontrolli fil-perijodu tal-ipprogrammar preċedenti u dak kurrenti. Meta l-valutazzjoni tiżvela li r-rekwiżiti tal-verifikabbiltà u l-kontrollabbiltà ma jkunux ġew sodisfatti, il-miżuri kkonċernati għandhom jiġu aġġustati skont dan.

▼M7

2.  Fejn l-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta' kostijiet standard jew kostijiet addizzjonali u ta' dħul mitluf skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 21(1), fir-rigward tad-dħul mitluf u l-ispejjeż ta' manutenzjoni, u l-Artikoli 28 sa 31, 33 u 34, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti huma adegwati u preċiżi u stabbiliti minn qabel fuq il-bażi ta' metodu ta' kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli. Għal dan il-għan, korp li jkun funzjonalment indipendenti mill-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi u li jkollu l-kompetenza xierqa għandu jagħmel il-kalkoli jew jikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli. Fil-programm ta' żvilupp rurali għandha tiġi inkluża dikjarazzjoni li tikkonferma l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-kalkoli.

▼B

Artikolu 63

Ħlasijiet bil-quddiem

1.  Il-pagament ta’ ħlasijiet bil-quddiem għandu jkun soġġett għall-istabbiliment ta’ garanzija tal-bank jew garanzija ekwivalenti korrispondenti għal 100 % tal-ammont tal-ħlas bil-quddiem. Fir-rigward tal-benefiċjarji pubbliċi, il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jitħallsu lill-muniċipalitajiet, l-awtoritajiet reġjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, kif ukoll lil korpi tal-liġi pubblika.

Faċilità pprovduta bħala garanzija minn awtorità pubblika għandha titqies li hi ekwivalenti għall-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu, sakemm l-awtorità timpenja ruħha li tħallas l-ammont kopert minn dik il-garanzija jekk l-intitolament għall-ħlas bil-quddiem imħallas ma jkunx stabbilit.

2.  Il-garanzija tista’ tiġi rilaxxata meta l-aġenzija tal-pagamenti kompetenti tistabbilixxi li l-ammont ta’ nefqa proprja korrispondenti għall-kontribuzzjoni pubblika marbuta mal-operazzjoni jaqbeż l-ammont tal-ħlas bil-quddiem.



TITOLU VI

ĠESTJONI, KONTROLL U PUBBLIĊITÀ

Artikolu 64

Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta, skont l-Artikolu 317 TFUE, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri u twettaq il-kontrolli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 65

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġislattivi, statutorji u amministrattivi skont l-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 sabiex jiġi żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti effettivament.

2.  L-Istati Membri għandhom jaħtru, għal kull programm ta' żvilupp rurali, l-awtoritajiet li ġejjin:

(a) 

l-Awtorità ta’ Ġestjoni, li tista’ tkun korp pubbliku jew privat li jaġixxi fil-livell nazzjonali jew reġjonali, jew l-Istat Membru nnifsu meta jwettaq dak il-kompitu, u li tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-programm ikkonċernat;

(b) 

l-aġenzija tal-pagamenti akkreditata skont it-tifsira tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(c) 

il-korp ta’ ċertifikazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, għal kull programm ta' żvilupp rurali, li s-sistema rilevanti tal-ġestjoni u l-kontroll tkun ġiet stabbilita b’mod li tiżgura allokazzjoni ċara u separazzjoni tal-funzjonijiet bejn l-Awtorità ta’ Ġestjoni u korpi oħra. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li s-sistemi jiffunzjonaw b’mod effettiv matul il-perijodu ta’ pprogrammar.

4.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar il-kompiti tal-Awtorità ta’ Ġestjoni, l-Aġenzija tal-Pagamenti u l-gruppi ta’ azzjoni lokali taħt LEADER fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' għażla u l-proċedura tal-għażla tal-proġetti.

Artikolu 66

Awtorità ta' Ġestjoni

1.  L-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-programm b’mod effiċjenti, effettiv u korrett u b’mod partikolari li:

(a) 

tiżgura li jkun hemm sistema elettronika sikura xierqa li tirreġistra, iżżomm, timmaniġġa u tirrapporta informazzjoni statistika dwar il-programm u l-implimentazzjoni tiegħu meħtieġa għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u, b’mod partikolari, l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-progress b’rabta mal-objettivi u l-prijoritajiet definiti;

▼M7 —————

▼B

(c) 

tiżgura li l-benefiċjarji u l-korpi l-oħra involuti fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet:

(i) 

jiġu mgħarrfa dwar l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-għajnuna mogħtija, u jżommu sistema ta’ kontabbiltà separata jew kodiċi ta’ kontabbiltà xieraq għat-transazzjonijiet kollha marbuta mal-operazzjoni;

(ii) 

ikunu konxji tar-rekwiżiti fir-rigward tal-provvediment tad-data lill-Awtorità ta' Ġestjoni u r-reġistrazzjoni tar-rendiment u r-riżultati;

(d) 

tiżgura li l-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tikkonforma mas-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni u taċċettahom u tippreżentahom lill-Kummissjoni;

(e) 

tiżgura li l-pjan ta' evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ikun introdott, li l-evalwazzjoni tal-programm ex post imsemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru1303/2013 issir fil-limiti ta' żmien stipulat f'dak ir-Regolament, sabiex ikun żgurat li dawn l-evalwazzjonijiet jikkonformaw mas-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni u tippreżentahom lill-Kumitat ta' Monitoraġġ u lill-Kummissjoni;

(f) 

tipprovdi lill-Kumitat ta' Monitoraġġ bl-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa biex tkun issorveljata l-implimentazzjoni tal-programm fid-dawl tal-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi tiegħu;

(g) 

tfassal il-programm annwali dwar il-progress, inklużi t-tabelli ta' monitoraġġ aggregati, u, wara approvazzjoni mill-Kumitat ta' Monitoraġġ, tippreżentah lill-Kummissjoni;

(h) 

tiżgura li l-aġenzija tal-pagamenti tirċievi l-informazzjoni meħtieġa kollha, b'mod partikolari dwar il-proċeduri operati u kwalunkwe kontroll imwettaq b'relazzjoni mal-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, qabel ma jkunu awtorizzati l-pagamenti;

(i) 

tiżgura l-pubbliċità għall-programm, inkluż permezz tan-netwerk rurali nazzjonali, billi tgħarraf lill-benefiċjarji potenzjali, lill-organizzazzjonijiet professjonali, lill-imsieħba ekonomiċi u soċjali, lill-korpi involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi ikkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, dwar il-possibbiltajiet offruti mill-programm u r-regoli sabiex jinkiseb aċċess għall-finanzjament tal-programm kif ukoll billi tgħarraf lill-benefiċjarji dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali dwar ir-rwol li għandha l-Unjoni fil-programm.

2.  L-Istat Membru jew l-Awtorità ta’ Ġestjoni jistgħu jaħtru korp intermedjarju wieħed jew iktar li jinkludi lill-awtoritajiet lokali, il-korpi għall-iżvilupp reġjonali jew l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, biex iwettqu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet għall-iżvilupp rurali.

Meta parti mill-kompiti tagħha jiġu delegati lil korp ieħor, l-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha żżomm responsabbiltà sħiħa għall-effiċjenza u l-korrettezza tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawk il-kompiti. L-Awtorità ta' Ġestjoni għandha tiżgura li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet xierqa li jippermettu lill-korp ieħor jikseb id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dawk il-kompiti.

3.  Meta sottoprogramm tematiku, kif imsemmi fl-Artikolu 7, jiġi inkluż fil-programm għall-iżvilupp rurali, l-Awtorità ta’ Ġestjoni tista’ taħtar korp intermedjarju wieħed jew iktar, inklużi awtoritajiet lokali, gruppi ta’ azzjoni lokali jew organizzazzjonijiet mhux governattivi, biex iwettqu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija. F’dan il-każ għandu japplika l-paragrafu 2.

L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-operazzjonijiet u r-rendimenti ta’ dan is-sottoprogramm tematiku jiġu identifikati separatament għall-finijiet tas-sistema tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 67.

4.  Soġġett għar-rwol tal-aġenziji ta' pagament u korpi oħra kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fejn Stat Membru għandu aktar minn programm wieħed, jista' jiġi nominat korp ta' koordinazzjoni bil-għan li jiżgura l-konsistenza fl-immaniġġjar tal-fondi u li jipprovdi rabta bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' ġestjoni nazzjonali.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-informazzjoni u r-rekwiżiti tal-pubbliċità msemmija fil-punt (i) tal-paragrafu 1.



TITOLU VII

MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali



Taqsima 1

Stabbiliment u objettivi sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 67

Sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni

F'konformità ma' dan it-Titolu, għandha titfassal sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni b’kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.

Artikolu 68

Għanijiet

Is-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għandu jkollha l-objettivi li:

(a) 

turi l-progress u l-kisbiet tal-politika ta' żvilupp rurali u li tevalwa l-impatt, l-effikaċja, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-interventi tal-politika ta’ żvilupp rurali;

(b) 

tikkontribwixxi biex jingħata appoġġ immirat aħjar għall-iżvilupp rurali;

(c) 

tappoġġa proċess ta’ tagħlim komuni marbut mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.



Taqsima 2

Dispożizzjonijiet tekniċi

Artikolu 69

Indikaturi komuni

1.  Għandha tiġi speċifikata lista ta’ indikaturi komuni marbuta mas-sitwazzjoni inizjali kif ukoll mal-eżekuzzjoni finanzjarja, ir-rendimenti, ir-riżultati u l-impatt tal-programm u li tkun applikabbli għal kull programm fis-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni previsti fl-Artikolu 67 biex tkun tista’ ssir l-aggregazzjoni tad-data fil-livell tal-Unjoni.

2.  L-indikaturi komuni għandhom ikunu bbażati fuq data disponibbli u għandhom ikunu marbuta mal-istruttura u l-objettivi tal-politika ta’ żvilupp rurali u għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-progress, l-effiċjenza u l-effikaċja tal-implimentazzjoni tal-politika abbażi tal-objettivi u l-miri fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u tal-programm. L-indikaturi komuni ta' impatt għandhom ikunu bbażati fuq id-data disponibbli.

3.  L-evalwatur għandu jikkwantifika l-impatt tal-programm imkejjel mill-indikaturi tal-impatt. Abbażi tal-evidenza fl-evalwazzjonijiet dwar il-PAK, inklużi l-evalwazzjonijiet dwar programmi ta' Żvilupp Rurali, il-Kummissjoni għandha, bl-għajnuna tal-Istati Membri, tevalwa l-impatt ikkombinat tal-istrumenti kollha tal-PAK.

Artikolu 70

Sistema Elettronika ta' Informazzjoni

Informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-programm, dwar kull operazzjoni magħżula għall-finanzjament, kif ukoll dwar operazzjonijiet kompluti, meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, inkluż informazzjoni ewlenija dwar kull benefiċjarju u proġett, għandhom jiġu rrekordjati u miżmuma elettronikament.

Artikolu 71

Għoti ta' informazzjoni

Il-benefiċjarji tal-appoġġ skont il-miżuri ta' żvilupp rurali u l-gruppi ta' azzjoni lokali għandhom jimpenjaw ruħhom li jipprovdu lill-Awtorità ta’ Ġestjoni u/jew lill-evalwaturi maħtura jew korpi oħra delegati li jwettqu funzjonijiet f'isimha, l-informazzjoni kollha meħtieġa li tippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm, b’mod partikolari biex jintlaħqu objettivi u prijoritajiet speċifikati.



KAPITOLU II

Monitoraġġ

Artikolu 72

Proċeduri ta' monitoraġġ

1.  L-Awtorità ta’ Ġestjoni u l-Kumitat għall-Monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandhom jissorveljaw il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.  L-Awtorità ta’ Ġestjoni u l-Kumitat għall-Monitoraġġ għandhom iwettqu l-monitoraġġ ta’ kull programm ta' żvilupp rurali permezz ta’ indikaturi finanzjarji, tar-rendimenti u tal-miri.

Artikolu 73

Kumitat ta' monitoraġġ

L-Istati Membri bi programmi reġjonali jistgħu jistabbilixxu Kumitat għall-Monitoraġġ nazzjonali biex jikkoordina l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi b’rabta mal-Qafas Nazzjonali u l-użu tar-riżorsi finanzjarji.

Artikolu 74

Responsabbiltajiet tal-Kumitat ta' Monitoraġġ

Il-Kumitat għall-Monitoraġġ għandu jkun sodisfatt bil-prestazzjoni tal-programm ta' żvilupp rurali u bl-effikaċja tal-implimentazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, minbarra l-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Kumitat għall-Monitoraġġ għandu:

▼M7

(a) 

jiġi kkonsultat u għandu joħroġ opinjoni, qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħa rilevanti għal proposti, dwar il-kriterji tal-għażla għal operazzjonijiet iffinanzjati, li għandhom jiġu riveduti skont il-ħtiġijiet ta' programmazzjoni;

▼B

(b) 

jeżamina l-attivitajiet u r-rendimenti relatati mal-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni tal-programm;

(c) 

jeżamina, b'mod partikolari, azzjonijiet fil-programmrelatati mal-issodisfar tal-kondizzjonalitajiet ex ante, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tal-Awtorità ta' Ġestjoni, u għandu jkun informat dwar azzjonijiet relatati mal-issodisfar ta' kondizzjonalitajiet ex ante oħrajn;

(d) 

jipparteċipa fin-netwerk rurali nazzjonali għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm; u

(e) 

jqis u japprova r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Artkolu 75

Rapport dwar l-implementazzjoni annwali

1.  Sat-30 ta' Ġunju 2016 u sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2024, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport annwali ta' implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali fis-sena kalendarja ta' qabel. Ir-rapport ippreżentat fl-2016 għandu jkopri s-snin kalendarji 2014 u 2015.

2.  Minbarra li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali għandhom jinkludu informazzjoni, inter alia, dwar l-impenji finanzjarji u n-nefqa għal kull miżura, u taqsira tal-attivitajiet magħmula b’rabta mal-pjan ta’ evalwazzjoni.

3.  Minbarra li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ppreżentat fl-2017 għandu jkopri wkoll deskrizzjoni tal-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe sottoprogramm inkluż fil-programm.

4.  Minbarra li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ppreżentat fl-2019 għandu jkopri wkoll deskrizzjoni tal-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe sottoprogramm inkluż fil-programm u valutazzjoni tal-progress li jkun sar biex jiġi żgurat approċċ integrat biex il-FAEŻR u strumenti finanzjarji oħra tal-UE jintużaw għall-appoġġ tal-iżvilupp territorjali taż-żoni rurali, inkluż permezz ta’ strateġiji ta' żvilupp lokali.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-preżentazzjoni tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.



KAPITOLU III

Evalwazzjoni

Artikolu 76

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-elementi li għandhom jiġu inklużi fl- evalwazzjoni ex ante u ex post, imsemmija fl-Artikoli 55 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u li jistabilixxu r-rekwiżiti minimi għall-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evalwazzjonijiet huma f'konformità mal-approċċ ta’ evalwazzjoni komuni miftiehem f’konformità mal-Artikolu 67, għandhom jorganizzaw il-produzzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa, u għandhom jipprovdu d-diversi biċċiet ta’ informazzjoni pprovduti mis-sistema ta’ monitoraġġ lill-evalwaturi.

3.  Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli mill-Istati Membri fuq l-internet u mill-Kummissjoni fuq is-sit tal-internet tagħha.

Artikolu 77

Evalwazzjoni ex ante

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evalwatur ex ante huwa involut minn stadju bikri fil-proċess tal-iżvilupp tal-programm ta' żvilupp rurali, inkluż fl-iżvilupp tal-analiżi msemmi fl-Artikolu 8(1)(b), fid-disinn tal-loġika tal-intervent tal-programm u fl-istabbiliment tal-miri tal-programm.

Artikolu 78

Evalwazzjoni ex post

Fl-2024, għandu jitħejja rapport ta’ evalwazzjoni ex post mill-Istati Membri għal kull wieħed mill-programmi ta' żvilupp rurali tagħhom. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 79

Sinteżi tal-evalwazzjonijiet

Għandhom isiru sinteżi fil-livell tal-Unjoni tar-rapporti ta' evalwazzjoni ex ante u ex post taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

Is-sinteżi tar-rapporti tal-evalwazzjoni għandha titlesta sa mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena wara l-preżentazzjoni tal-evalwazzjonijiet rilevanti.



TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOMPETIZZJONI

Artikolu 80

Regoli li japplikaw għall-intrapriżi

Meta jingħata appoġġ skont dan ir-Regolament għal forom ta’ kooperazzjoni bejn intrapriżi, dan għandu jingħata biss lil dawk il-forom ta’ kooperazzjoni li jikkonformaw mar-regoli ta’ kompetizzjoni kif japplikaw bis-saħħa tal-Artikoli 206 sa 210 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 81

Għajnuna mill-Istat

1.  Sakemm mhux previst mod ieħor skont dan it-Titolu, l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE għandhom japplikaw għal appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Istati Membri.

2.  L-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE ma għandhomx japplikaw għal pagamenti magħmula mill-Istati Membri skont, u f’konformità ma’ dan ir-Regolament, jew għal finanzjament nazzjonali addizzjonali msemmi fl-Artikolu 82, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE.

Artikolu 82

Finanzjament nazzjonali addizzjonali

Il-ħlasijiet li saru mill-Istati Membri fir-rigward tal-operazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE u intenzjonati li jipprovdu finanzjament addizzjonali għall-iżvilupp rurali li għalih jingħata l-appoġġ tal-Unjoni fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu ta' programmar, għandhom jiġu inklużi mill-Istati Membri fil-programm għall-iżvilupp rurali kif previst fil-paragrafu 1(j) tal-Artikolu 8 u, fejn ikunu konformi mal-kriterji skont dan ir-Regolament, għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni.



TITOLU IX

SETGĦAT TAL-KUMMISSJONI, DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI



KAPITOLU I

Setgħat tal-Kummissjoni

Artikolu 83

Eżerċizzju tad-delega

▼C1

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6), l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 89, soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

▼B

►C1  2.  Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6), l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 89 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. ◄ Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' seba' snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

►C1  3.  Is-setgħa biex jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6), l-Artikolu 47(6), l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 89 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. ◄ Deċiżjoni li tirrevoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tibda tapplika mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iżjed tard speċifikata fih. Hija m’għandha taffetwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess żmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

▼C1

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(3), l-Artikolu 14(5), l-Artikolu 16(5), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 28(10) u (11), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 30(8), l-Artikolu 33(4), l-Artikolu 34(5), l-Artikolu 35(10), l-Artikolu 36(5), l-Artikolu 45(6) u l-Artikolu 47(6), l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 89 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 84

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat imsejjaħ "Kumitat għall-Iżvilupp Rurali". Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.



KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet Komuni

Artikolu 85

Skambju ta’ informazzjoni u dokumenti

1.  Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi sistema ta' informazzjoni li tippermetti l-iskambju sikur ta' data ta' interess komuni bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar it-tħaddim ta' dik is-sistema. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 84.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm sistema elettronika sikura xierqa li tirreġistra, iżżomm u timmaniġġa informazzjoni ewlenija u tirrapporta dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

Artikolu 86

Proċessar u protezzjoni tad-data personali

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġbru d-data personali bil-għan li jwettqu l-obbligi rispettivi tagħhom ta' ġestjoni, kontroll, monitoraġġ u evalwazzjoni skont dan ir-Regolament, u b'mod partikolari, dawk stabbiliti fit-Titoli VI u VII, u ma għandhomx jipproċessaw din id-data b'mod li hija inkompatibbli ma' dan il-fini.

2.  Fejn id-data personali hija pproċessata għall-finijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni skont it-Titolu VII, bl-użu tas-sistema elettronika sigura msemmija fl-Artikolu 85, din għandha tkun anonima, u pproċessata f'forma aggregata biss.

3.  Data personali għandha tiġi proċessata skont ir-regoli tad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. B'mod partikolari, tali data ma għandiex tiġi maħżuna f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun inġabret jew li għalihom tiġi pproċessata ulterjorment, b'kont meħud tal-perijodi ta' żamma minimi stabbiliti fil-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lis-suġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tista' tiġi pproċessata mill-korpi nazzjonali u tal-Unjoni skont il-paragrafu 1 u li f'dan ir-rigward huma jgawdu mid-drittijiet stabbiliti fir-regoli tal-protezzjoni tad-data ta', rispettivament, id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

5.  L-Artikoli 111 sa 114 fir-Regolament (UE) 1306/2013 għandhom japplikaw għal dan l-Artikolu.

Artikolu 87

Dispożizzjonijiet ġenerali tal-PAK

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u d-dispożizzjonijiet adottati skontu għandhom japplikaw b’rabta mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.



KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

Artikolu 88

Regolament (KE) Nru 1698/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jitħassar.

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jibqa’ japplika għal operazzjonijiet implimentati skont il-programmi approvati mill-Kummissjoni taħt dak ir-Regolament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 89

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Sabiex tiffaċilita t-transizzjoni mis-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati taħt l-Artikolu 83 li jistipula l-kondizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jista’ jiġi integrat f’appoġġ previst taħt dan ir-Regolament, inkluż għal assistenza teknika u għall-evalwazzjonijiet ex-post. Dawk l-atti delegati jistgħu wkoll jipprovdu kondizzjonijiet għat-tranżizzjoni mill-appoġġ għall-iżvilupp rurali għall-Kroazja skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 għall-appoġġ stipulat skont dan ir-Regolament.

Artikolu 90

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M8




ANNESS I

TQASSIM TAL-APPOĠĠ TAL-UNJONI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2014 SA 2020)



(prezzijiet kurrenti f'EUR)

 

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

TOTAL 2014-2020

Il-Belġju

40 855 562

97 243 257

109 821 794

97 175 076

97 066 202

102 912 713

102 723 155

647 797 759

Il-Bulgarija

0

502 807 341

505 020 057

340 409 994

339 966 052

339 523 306

338 990 216

2 366 716 966

Ir-Repubblika Ċeka

0

470 143 771

503 130 504

344 509 078

343 033 490

323 242 050

321 615 103

2 305 673 996

Id-Danimarka

90 287 658

90 168 920

136 397 742

144 868 072

153 125 142

152 367 537

151 588 619

918 803 690

Il-Ġermanja

664 601 903

1 498 240 410

1 685 574 112

1 404 073 302

1 400 926 899

1 397 914 658

1 394 588 766

9 445 920 050

L-Estonja

103 626 144

103 651 030

111 192 345

122 865 093

125 552 583

127 277 180

129 177 183

823 341 558

L-Irlanda

0

469 633 941

469 724 442

313 007 411

312 891 690

312 764 355

312 570 314

2 190 592 153

Il-Greċja

0

907 059 608

1 007 736 821

703 471 245

701 719 722

700 043 071

698 261 326

4 718 291 793

Spanja

0

1 780 169 908

1 780 403 445

1 185 553 005

1 184 419 678

1 183 448 718

1 183 394 067

8 297 388 821

Franza

4 353 019

2 336 138 618

2 363 567 980

1 665 777 592

1 668 304 328

1 984 761 729

1 987 739 983

12 010 643 249

Il-Kroazja

0

448 426 250

448 426 250

282 342 500

282 342 500

282 342 500

282 342 500

2 026 222 500

L-Italja

0

2 223 480 180

2 231 599 688

1 493 380 162

1 495 583 530

1 498 573 799

1 501 763 408

10 444 380 767

Ċipru

0

28 341 472

28 345 126

18 894 801

18 892 389

18 889 108

18 881 481

132 244 377

Il-Latvja

138 327 376

150 968 424

153 066 059

155 139 289

157 236 528

159 374 589

161 491 517

1 075 603 782

▼M9

Il-Litwanja

230 392 975

230 412 316

230 431 887

230 451 686

230 472 391

247 213 599

264 151 386

1 663 526 240

▼M8

Il-Lussemburgu

0

21 385 468

21 432 133

14 366 484

14 415 051

14 464 074

14 511 390

100 574 600

L-Ungerija

0

742 851 235

737 099 981

488 620 684

488 027 342

487 402 356

486 662 895

3 430 664 493

Malta

0

20 905 107

20 878 690

13 914 927

13 893 023

13 876 504

13 858 647

97 326 898

In-Netherlands

87 118 078

87 003 509

118 496 585

118 357 256

118 225 747

148 107 797

147 976 388

825 285 360

L-Awstrija

557 806 503

559 329 914

560 883 465

562 467 745

564 084 777

565 713 368

567 266 225

3 937 551 997

Il-Polonja

1 569 517 638

1 175 590 560

1 193 429 059

1 192 025 238

1 190 589 130

1 189 103 987

1 187 301 202

8 697 556 814

Il-Portugall

577 031 070

577 895 019

578 913 888

579 806 001

580 721 241

581 637 133

582 456 022

4 058 460 374

Ir-Rumanija

0

1 723 260 662

1 751 613 412

1 186 544 149

1 184 725 381

1 141 925 604

1 139 927 194

8 127 996 402

Is-Slovenja

118 678 072

119 006 876

119 342 187

119 684 133

120 033 142

120 384 760

120 720 633

837 849 803

Is-Slovakkja

271 154 575

213 101 979

215 603 053

215 356 644

215 106 447

214 844 203

214 524 943

1 559 691 844

Il-Finlandja

335 440 884

336 933 734

338 456 263

340 009 057

341 593 485

343 198 337

344 776 578

2 380 408 338

L-Iżvezja

0

386 944 025

378 153 207

249 386 135

249 552 108

249 710 989

249 818 786

1 763 565 250

Ir-Renju Unit

475 531 544

848 443 195

850 859 320

754 569 938

754 399 511

755 442 113

756 171 870

5 195 417 491

▼M9

Total tal-EU-28

5 264 723 001

18 149 536 729

18 649 599 495

14 337 026 697

14 346 899 509

14 656 460 137

14 675 251 797

100 079 497 365

▼M8

 

Assistenza teknika

34 130 699

34 131 977

34 133 279

34 134 608

34 135 964

34 137 346

34 138 756

238 942 629

▼M9

Total

5 298 853 700

18 183 668 706

18 683 732 774

14 371 161 305

14 381 035 473

14 690 597 483

14 709 390 553

100 318 439 994

▼B




ANNESS II



AMMONTI U RATI TA’ APPOĠĠ

Artikolu

Suġġett

Ammont Massimu f’EUR jew rata

 

15(8)

Servizzi konsultattivi, servizzi ta’ ġestjoni u ta’ sostituzzjoni b’rabta mal-azjendi agrikoli

1 500

Għal kull parir

200 000

Għal kull tliet snin għat-taħriġ tal-konsulenti

16(2)

Attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni

70 %

Tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjoni

16(4)

Skemi ta’ kwalità jew prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

3 000

Għal kull azjenda għal kull sena

17(3)

Investiment f’assi fiżiċi

 

Settur agrikolu

50 %

Tal-ammont tal-investiment eliġibbli f'reġjuni inqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perijodu 2007 - 2013 kien anqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perijodu ta' referenza iżda li l-PDG per capita tagħhom huwa ogħla minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

75 %

Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi

75 %

Tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-Kroazja għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (1) (*1) f'perijodu massimu ta' erba' snin mid-data tal-adeżjoni skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5(1) ta' dik id-Direttiva

75 %

Tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew

40 %

►M7  Tal-ammont ta' investiment eliġibbli f'reġjuni oħra

Dawn ir-rati ta' hawn fuq jistgħu jiżdiedu b'20 punt perċentwali addizzjonali, sakemm l-appoġġ massimu kkombinat ma jaqbiżx 90 %, għal:

— Bdiewa żgħażagħ għal massimu ta' ħames snin mid-data tal-istabbiliment kif stipulat fil-programm ta' żvilupp rurali, jew sa meta jitlestew l-azzjonijiet definiti fil-pjan tan-negozju msemmi fl-Artikolu 19(4); ◄

— Investimenti kollettivi u proġetti integrati, inklużi dawk marbutin ma' amalgamazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi;

— Żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet oħrajn speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 32;

— Operazzjonijiet appoġġati fil-qafas tas-SEI;

— Investimenti marbutin mal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 28 u 29

 

Proċessar u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I tat-TFUE

50 %

Tal-ammont tal-investiment eliġibbli f'reġjuni inqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG per capita tagħhom għall-perijodu 2007 - 2013 kien anqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perijodu ta' referenza iżda li l-PDG per capita tagħhom huwa ogħla minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

75 %

Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi

75 %

Tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew

40 %

►M7  Tal-ammont ta' investiment eliġibbli f'reġjuni oħra

Ir-rati ta' hawn fuq jistgħu jiżdiedu b'20 punt perċentwali addizzjonali, sakemm dak it-total tal-appoġġ massimu pprovdut ma jaqbiżx 90 %, għal operazzjonijiet appoġġjati fil-qafas tas-SEI, għal investimenti kollettivi u proġetti jew operazzjonijiet integrati marbutin ma' fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi ◄

17(4)

Investiment f’assi fiżiċi

100 %

Investimenti mhux produttivi u infrastruttura agrikola u forestali

18(5)

Ir-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b’diżastri naturali u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni xierqa

80 %

Tal-ammont ta' spejjeż tal-investiment eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ prevenzjoni mwettqa mill-bdiewa individwali.

100 %

Tal-ammont ta' spejjeż tal-investiment eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ prevenzjoni mwettqa kollettivamemt minn aktar minn benefiċjarju wieħed.

100 %

Tal-ammont ta' spejjeż ta' investiment eliġibbli għal operazzjonijiet għar-restawr ta' art agrikola u potenzjal tal-produzzjoni li saritilhom ħsara minħabba diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi.

19(6)

Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju

70 000

Għal kull bidwi żgħażugħ skont l-Artikolu 19(1)(a)(i)

70 000

Għal kull intrapriża skont l-Artikolu 19(1)(a)(ii)

15 000

Għal kull azjenda agrikola żgħira skont l-Artikolu 19(1)(a)(iii)

23(3)

Stabbiliment ta’ sistemi agroforestali

80 %

Tal-ammont ta' invesiment eliġibbli għall-istabbiliment ta’ sistemi agroforestali

26(4)

Investimenti f’ teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija

65 %

Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni inqas żviluppati

75 %

Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi

75 %

Tal-ammont ta' investiment eliġibbli fil-gżejjer żgħar tal-Eġew

40 %

Tal-ammont ta’ investiment eliġibbli f’reġjuni oħra

27(4)

Stabbiliment ta' gruppi u organizzazzjonijiet ta' produtturi

10 %

Bħala perċentwal tal-produzzjoni kummerċjalizzata fl-ewwel ħames snin wara r-rikonoxximent. L-appoġġ għandu jkun digressiv.

100 000

L-ammont massimu fis-sena fil-każijiet kollha.

28(8)

Agroambjent - klima

600  (*1)

Għal kull ettaru fis-sena għall-uċuħ tar-raba’ annwali

900  (*1)

Għal kull ettaru fis-sena għall-uċuħ tar-raba’ perenni speċjalizzati

450  (*1)

Għal kull ettaru fis-sena għal użi oħra tal-art

200  (*1)

Għal kull unità ta' bhejjem (“LU” – Livestock Unit) fis-sena għal speċijiet lokali fil-periklu li jintilfu għall-iskopijiet tal-bdiewa

29(5)

Biedja organika

600  (*1)

Għal kull ettaru fis-sena għall-uċuħ tar-raba’ annwali

900  (*1)

Għal kull ettaru fis-sena għall-uċuħ tar-raba’ perenni speċjalizzati

450  (*1)

Għal kull ettaru fis-sena għal użi oħra tal-art

30(7)

Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-ilma

500  (*1)

Massimu għal kull ettaru fis-sena fil-perijodu inizjali li ma jaqbiżx ħames snin

200  (*1)

Massimu għal kull ettaru fis-sena

50  (*2)

Minimu għal kull ettaru fis-sena għal pagamenti skont id-Direttiva Qafas dwar l-ilma

31(3)

Pagamenti lil żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra

25

Minimu għal kull ettaru fis-sena fuq il-medja taż-żona tal-benefiċjarju li qed jirċievi l-appoġġ

250  (*1)

Massimu għal kull ettaru fis-sena

450 (*1)

Massimu għal kull ettaru fis-sena fiż-żoni bil-muntanji kif definit fl-Artikolu 32(2)

33(3)

Trattament xieraq tal-annimali

500

Għal kull LU

34(3)

Servizzi ambjentali u klimatiċi tal-foresti u konservazzjoni tal-foresti

200  (*1)

Għal kull ettaru fis-sena

▼M7

37(5)

Assigurazzjoni fuq l-uċuħ tar-raba', l-annimali u l-pjanti

70 %

Tal-primjum tal-assigurazzjoni dovut

38(5)

Fond mutwu għal avvenimenti klimatiċi negattivi, mard tal-annimali u tal-pjanti, infestazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara u inċidenti ambjentali

70 %

Tal-ispejjeż eliġibbli

39(5)

Għodda għall-istabilizzazzjoni tad- dħul

70 %

Tal-ispejjeż eliġibbli

▼B

(1)   Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(*1)   Dawn l-ammonti jistgħu jiġu miżjuda f’każijiet sostanzjati kif xieraq filwaqt li jitqiesu ċirkostanzi speċifiċi li għandhom jiġu ġġustifikati fil-programmi ta' żvilupp rurali.

(*2)   Dan l-ammont jista' jitnaqqas f’każijiet sostanzjati kif xieraq filwaqt li jitqiesu ċirkostanzi speċifiċi li għandhom jiġu ġġustifikati fil-programmi ta' żvilupp rurali.

NB:  L-intensità tal-għajnuna hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar Għajnuna mill-Istat




ANNESS III



KRITERJI BIJOFIZICI GHAD-DELIMITAZZJONI TAZ-ZONI LI JIFFACCJAW RESTRIZZJONIJIET NATURALI

KRITERJU

DEFINIZZJONI

LIMITU MINIMU

KLIMA

Temperatura Baxxa (*1)

Tul tal-perijodu ta' tkabbir (numru ta’ jiem) definit bin-numru ta’ jiem bit-temperatura medja ta’ kuljum > 5 °C (LGPt5) jew

≤ 180 jum

Total ta’ żmien termali (grad-jiem) għal Perjodu ta' Tkabbir definit bit-temperatura medja akkumulata ta’ kuljum > 5 °C

≤ 1 500 grad-jiem

Nixfa

Proporzjon tal-preċipitazzjoni annwali (P) mal-evapotranspirazzjoni potenzjali annwali (PET)

P/PET ≤ 0.5

KLIMA U ĦAMRIJA

Eċċess ta’ Umdità fil-Ħamrija

Numru ta’ jiem fil-kapaċità tal-għalqa jew iktar

≥ 230 jum

ĦAMRIJA

Skular Limitat ta’ Ilma mill-Ħamrija (*1)

Żoni li huma mifqugħa bl-ilma għal tul ta’ żmien sinifikanti tas-sena

Imxarrba sa fond ta’ 80 cm mill-wiċċ tal-ħamrija għal iktar minn 6 xhur, jew sa fond ta’ 40 cm għal iktar minn 11-il xahar jew

Ħamrija li fiha ma jiskulax jew ma tantx jiskula ilma jew

Xejra ta’ kulur “gleyic” f’fond ta’ 40 cm mill-wiċċ

Konsistenza Mhux Favorevoli u Natura Ġeblija (*1)

Abbundanza relattiva ta’ tafal, ħama, ramel, materjal organiku (piż %) u frazzjonijiet ta’ materjal grezz (volumetriku %)

≥ 15 % tal-volum tal-ħamrija ta’ fuq hu materjal grezz inkluż blat, ġebel kbir jew

klassi ta' konsistenza ta' nofs jew aktar (b'mod kumulattiv) ta' 100 cm tal-wiċċ tal-ħamrija hija ramel, ramel sedimentali definit bħala:

ħama % + (2 × tafal %) ≤ 30 % jew

Klassi ta’ konsistenza tal-ħamrija ta’ fuq hija tafal tqil

(≥ 60 % tafal) jew

Ħamrija organika (materja organika ≥ 30 %) ta’ mill-inqas 40 cm jew

Il-ħamrija ta' fuq fiha 30 % jew aktar tafal, u hemm proprjetajiet vertiċi sa fond ta' 100 cm mill-wiċċ tal-ħamrija

Għeruq Mhux fil-Fond

Fond (cm) mill-wiċċ tal-ħamrija għall-ġebel iebes koerenti jew il-qiegħ iebes

≤ 30 cm

Proprjetajiet Kimiċi Dgħajfa (*1)

Preżenza ta’ mluħa, sodju li jista’ jiġi skambjat, aċidità eċċċessiva

Salinità: ≥ 4 deċi-Siemens għal kull metru (dS/m) fil-ħamrija ta' fuq jew

Sodiċità: ≥ 6 Perċentwal tas-sodju li jista' jiġi skambjat (ESP) f'nofs jew aktar (b'mod kumulattiv) tas-saff tal-wiċċ sa 100 cm fond tal-ħamrija jew

Aċidità tal-Ħamrija: pH ≤ 5 (fl-ilma) fil-ħamrija tal-wiċċ

TERREN

Xaqliba Wieqfa

Bidla fl-elevazzjoni fir-rigward tad-distanza planimetrika (%)

≥ 15 %

(*1)   L-Istati Membri jeħtieġu jivverifikaw l-ilħuq ta' dan il-kriterju fil-konfront biss tal-limiti li huma rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika ta' żona




ANNESS IV

LISTA INDIKATTIVA TA’ MIŻURI U OPERAZZJONIJIET TA’ RILEVANZA PARTIKOLARI GĦAS-SOTTOPROGRAMMI TEMATIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

Bdiewa żgħażagħ:

Għajnuna għall-bidu ta' negozju għal bdiewa żgħażagħ li jwaqqfu għall-ewwel darba azjenda agrikola
Investimenti f’assi fiżiċi
Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni
Servizzi konsultattivi, servizzi ta’ ġestjoni u ta’ sostituzzjoni b’rabta mal-azjendi agrikoli
Kooperazzjoni
Investimenti f’attivitajiet mhux agrikoli

Azjendi agrikoli żgħar:

Għajnuna għall-bidu ta' negozju għall-iżvilup ta' azjendi agrikoli żgħar
Investimenti f’assi fiżiċi
Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni
Servizzi konsultattivi, servizzi ta’ ġestjoni u ta’ sostituzzjoni b’rabta mal-azjendi agrikoli
Kooperazzjoni

Investimenti f’attivitajiet mhux agrikoli

Stabbiliment ta' gruppi ta' produtturi
LEADER

Żoni bil-muntanji:

Pagamenti lil żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra
Operazzjonijiet agroambjentali klimatiċi
Kooperazzjoni
Investimenti f’assi fiżiċi
Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju fiż-żoni rurali
Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
Stabbiliment ta’ sistemi agroforestali
Servizzi bażiċi u tiġdid ta’ villaġġi f’żoni rurali
Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni
Servizzi konsultattivi, servizzi ta’ ġestjoni u ta’ sostituzzjoni b’rabta mal-azjendi agrikoli
Stabbiliment ta' gruppi ta' produtturi
LEADER

Ktajjen tal-provvista qosra:

Kooperazzjoni
Stabbiliment ta' gruppi ta' produtturi
LEADER
Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
Servizzi bażiċi u tiġdid ta’ villaġġi f’żoni rurali
Investimenti f’assi fiżiċi
Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni
Servizzi konsultattivi, servizzi ta’ ġestjoni u ta’ sostituzzjoni b’rabta mal-azjendi agrikoli

Nisa fiż-żoni rurali:

Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni
Servizzi konsultattivi, servizzi ta’ ġestjoni u ta’ sostituzzjoni b’rabta mal-azjendi agrikoli
Investimenti f’assi fiżiċi
Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju
Servizzi bażiċi u tiġdid ta’ villaġġi f’żoni rurali
Kooperazzjoni
LEADER

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u bijodiversità:

Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni
Servizzi konsultattivi, servizzi ta’ ġestjoni u ta’ sostituzzjoni b’rabta mal-azjendi agrikoli
Investimenti f’assi fiżiċi
Ir-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b’diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni adatta
Servizzi bażiċi u tiġdid ta’ villaġġi f’żoni rurali
Investimenti fl-iżvilupp taż-żoni forestali u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti
Agroambjent - klima
Biedja organika
Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-ilma
Pagamenti lil żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħra (bijodiversità)
Servizzi ambjentali u klimatiċi b’rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti
Kooperazzjoni
Ġestjoni tar-riskji




ANNESS V

KONDIZZJONALITAJIET EX ANTE GĦALL-IŻVILUPP RURALI



1.  KONDIZZJONALITAJIET MARBUTA MA' PRIJORITAJIET

Prijorità tal-UE għall-Objettiv Tematiku (OT) tal-Iżvilupp Rurali / RDK

Kondizzjonalità ex-ante

Kriterji għat-twettiq

Prijorità 3 tal-Iżvilupp Rurali: promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel, inklużi l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskju fl-agrikoltura

OT 5: promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji

3.1.  Prevenzjoni tar-riskji u ġestjoni tar-riskji: l-eżistenza ta’ evalwazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali tar-riskju għall-ġestjoni tad-diżastri, li jqisu l-adattament għat-tibdil fil-klima

— Għandha tiġi stabbilita evalwazzjoni nazzjonali jew reġjonali tar-riskju bl-elementi li ġejjin:

— 

— Deskrizzjoni tal-proċess, metodoloġija, metodi u data mhux sensittiva użati għall-evalwazzjoni tar-riskju […] kif ukoll tal-kriterji bbażati fuq ir-riskju għall-prijoritizzazzjoni tal-investiment;

— Deskrizzjoni tax-xenarji b’riskju wieħed u b’diversi riskji;

— Fejn xieraq, il-kunsiderazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali ta' adattament għat-tibdil fil-klima.

Prijorità 4 tal-Iżvilupp Rurali: restawr, preservazzjoni u tisħiħ tal-ekosistemi […] marbutin mal-agrikoltura u l-forestrija

4.1  Kondizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin (KAAT): standards għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art imsemmija fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) 1306/2013 huma stabbiliti fil-livell nazzjonali

— L-istandards tal-GAEC huma definiti fil-liġi nazzjonali u speċifikati fil-programmi;

OT 5: promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji

4.2  Rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti: rekwiżiti minimi għal fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 28 tal-Kapitolu I tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament huma definiti fil-livell nazzjonali

— ir-rekwiżiti minimi għall-fertilizzanti u l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti msemmija fil-Kapitolu I tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament huma speċifikati fil-programmi;

OT 6: preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi

4.3  standards nazzjonali oħra rilevanti: ġew definiti standards nazzjonali obbligatorji rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 28 tal-Kapitolu I tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament

— l-istandards nazzjonali obbligatorji rilevanti huma speċifikati fil-programmi;

Prijorità 5 tal-Iżvilupp Rurali: promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi u l-appoġġ għat-trasferiment lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima fis-settur agrikolu u dak tal-ikel kif ukoll fil-qasam tal-forestrija

OT 4: appoġġ għat-trasferiment lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi kollha

OT 6: Preservazzjoni u protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi

5.1  Effiċjenza fl-enerġija: Twettqu azzjonijiet biex jiġi promoss titjib kosteffettiv fl-effiċjenza tal-użu finali tal-enerġija u investiment kosteffettiv fl-Effiċjenza fl-enerġija meta jinbena jew jiġi rinovat bini.

— L-azzjonijiet huma:

— 

— Miżuri li jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti minimi relatati mal-prestazzjoni tal-enerġija tal-binjiet konsistenti mal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

— Miżuri meħtieġa sabiex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-binjiet konsistenti mal-Artkolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE

— Miżuri sabiex jiġi żgurat l-ippjanar strateġiku dwar l-effiċjenza fl-enerġija, konsistenti mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

— Miżuri konsistenti mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar l-effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti aħħarin jiġu provduti individwalment b’arloġġi tal-kejl dment li dan ikun teknikament possibbli, finanzjarjament raġonevoli u proporzjonat b'rabta mal-iffrankar potenzjali tal-enerġija.

5.2  Settur tal-ilma: L-eżistenza ta' a) politika tal-ipprezzar tal-ilma li tipprovdi inċentivi adegwati għall-utenti biex jużaw ir-riżorsi tal-ilma b’mod effiċjenti u b) kontribuzzjoni adegwata tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma, b'rata stabbilita fil-pjan ta' ġestjoni approvat tal-baċir tax-xmara għal investiment appoġġat mill-programmi.

— F'setturi appoġġati mill-FAEŻR, […] Stat Membru jkun […] żgura kontribuzzjoni tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma mis-settur konsistenti mal-Artikolu 9 l-ewwel inċiż tal-paragrafu tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma b'kont meħud fejn adatt tal-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru kif ukoll il-kondizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun jew ir-reġjuni affettwati.

5.3  Enerġija rinnovabbli: Twettqu azzjonijiet biex tiġi promossa l-produzzjoni u d-distribuzzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (4).

— Ikun hemm skemi ta' appoġġ trasparenti, prijorità fl-aċċess għan-netwerk jew aċċess u prijorità garantiti fil-kunsinna, kif ukoll regoli standard relatati mal-ħlas u l-kondiviżjoni tal-ispejjeż ta' adattamenti tekniċi li jkunu saru pubbliċi implimentati f'konformità mal-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 16(2,) (3) tad-Direttiva 2009/28/KE

— Stat Membru adotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli konsistenti mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE

Prijorità 6 tal-Iżvilupp Rurali: promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali

OT 2: It-titjib tal-aċċess għal, l-użu l-kwalità ta', teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (il-mira tal-Broadband)

6.  L-Infrastruttura għan-Netwerk tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGN): L-eżistenza ta’ Pjanijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ NGA (aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss) li jqisu l-azzjonijiet reġjonali sabiex jilħqu l-miri tal-Unjoni għal aċċess għall-Internet veloċi ħafna, li jiffukaw fuq iż-żoni fejn is-suq jonqos milli jipprovdi infrastruttura miftuħa bi prezz li jintlaħaq mill-but ta' kulħadd u ta’ kwalità f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, u biex jipprovdu servizzi aċċessibbli għal gruppi vulnerabbli.

— Hemm stabbilit Pjan NGN nazzjonali jew reġjonali li jkun fih:

— 

— pjan ta' investimenti tal-infrastrutturabbażat fuq analiżi ekonomika b'kont meħud tal-infrastrutturi privati u pubbliċi eżistenti u investimenti ppjanati;

— mudelli ta' investiment sostenibbli li jtejbu l-kompetizzjoni u jipprovdu aċċess għal infrastruttura u servizzi li jkunu miftuħa, bi prezz li jintlaħaq, ta' kwalità u li jgħoddu għall-ġejjieni;

— miżuri li jistimulaw l-investiment privat.

(1)   Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(2)   Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012).

(3)   Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64).

(4)   Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).




ANNESS VI

LISTA INDIKATTIVA TA' MIŻURI B'RILEVANZA GĦAL PRIJORITÀ WAĦDA JEW IKTAR TAL-UNJONI GĦALL-IŻVILUP RURALI

Miżuri ta' rilevanza partikolari għal diversi prijoritajiet tal-Unjoni

Artikolu 15

Servizzi konsultattivi, ġestjoni tal-azjendi agrikoli u servizzi ta' skambju tal-azjendi agrikoli

Artikolu 17

Investimenti f’assi fiżiċi

Artikolu 19

Żvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju

Artikolu 35

Kooperazzjoni

Artikoli 42-44

LEADER

Miżuri ta' rilevanza partikolari għat-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni r-rurali

Artikolu 14

Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta' informazzjoni

Artikolu 26

Investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-forestrija

Miżuri ta' rilevanza partikolari għat-tisħiħ tal-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura u t-tisħiħ tal-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli

Artikolu 16

Skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

Miżuri ta' rilevanza partikolari għall-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel u l-ġestjoni tar-riskju fl-agrikoltura

Artikolu 18

Restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritilu ħsara b’diżastri naturali u naturali u avvenimenti katastrofiċi u l-introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni xierqa

Artikolu 24

Prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien tal-foresti u diżastri naturali, u l-avvenimenti katastrofiċi

Artikolu 27

Stabbiliment ta’ gruppi ta' produtturi

Artikolu 33

Trattament xieraq tal-annimali

Artikolu 36

Ġestjoni tar-riskju

Artikolu 37

Assigurazzjoni fuq il-prodotti tar-raba’, l-annimali u l-pjanti

Artikolu 38

Fondi mutwi għal mard tal-annimali u tal-pjanti u inċidenti ambjentali

Artikolu 39

Għodda għall-istabilizzazzjoni tad-dħul

▼C1

Miżura ta' rilevanza partikolari għall-irkupru, il-preservazzjoni u t-titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija

▼B

u
Promozzjoni tal-effikaċja tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija

Artikolu 21(1)(a)

Afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ żoni msaġġra

Artikolu 21(1)(b)

Stabbiliment ta’ sistemi agroforestali

Artikolu 21(1)(d)

Investimenti li jtejbu r-reżistenza u l-valur ambjentali kif ukoll il-migrazzjoni ta' ekosistemi tal-foresti potenzjali

Artikolu 28

Agroambjent - klima

Artikolu 29

Biedja Organika

Artikolu 30

Pagamenti skont Natura 2000 u d-Direttiva Qafas dwar l-ilma

Artikoli 31 - 32

Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra

Artikolu 34

Servizzi ambjentali u klimatiċi b’rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti

Miżuri ta' rilevanza partikolari għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali

Artikolu 20

Servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali

Artikoli 42 - 44

LEADER



( 1 ) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew,il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (Ara paġna 549 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 2 ) Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

( 3 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30).

( 4 ) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

( 5 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

( 6 ) Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta' Ġunju 1991 dwar id-definizzjoni, deskrizzjoni u preżentazzjoni ta' nbejjed aromatizzati, xorb bil-bażi ta' nbid aromatizzat, u cocktails prodotti minn inbid aromatizzat (ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1).

( 8 ) Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).

( 9 ) Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

( 10 ) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79,(KE)Nru 1037/2001 u (KE)Nru 1234/2007 (Ara paġna 671 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

( 11 ) Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu 2017 sa 2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 1).

( 12 ) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

( 13 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Top