This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Directive 2012/27/EU of the European Parliament and of the Council of 25 October 2012 on energy efficiency, amending Directives 2009/125/EC and 2010/30/EU and repealing Directives 2004/8/EC and 2006/32/EC (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
02012L0027 — MT — 09.07.2018 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2012/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315 14.11.2012, p. 1) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 141 |
28 |
28.5.2013 |
||
L 156 |
75 |
19.6.2018 |
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2012/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Ottubru 2012
dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
IS-SUĠĠETT, IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI, ID-DEFINIZZJONIJIET U L-MIRI GĦALL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA
Artikolu 1
Suġġett u Ambitu
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni ta' miżuri għall-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija fi ħdan l-Unjoni sabiex ikun żgurat li sal-2020 tintlaħaq il-mira ewlenija għall-effiċjenza fl-enerġija ta' 20 % u sabiex titwitta t-triq għal iktar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija lil hinn minn dik id-data.
Hija tistabbilixxi regoli mfassla sabiex ineħħu l-ostakli fis-suq tal-enerġija u sabiex jegħlbu n-nuqqasijiet tas-swieq li jimpedixxu l-effiċjenza fil-provvista u fl-użu tal-enerġija, u tipprovdi sabiex ikunu stabbiliti miri nazzjonali indikattivi għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020.
2. Ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva huma rekwiżiti minimi u ma għandhom jipprevjenu lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri iktar stretti. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni. Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tipprevedi miżuri aktar stretti, l-Istati Membru għandu jinnotifika tali leġislazzjoni lill-Kummissjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “enerġija” tfisser kull forma ta' prodotti tal-enerġija, karburanti kombustibbli, sħana, enerġija rinnovabbli, elettriku, jew kwalunkwe forma oħra ta' enerġija, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija ( 1 );
(2) “konsum primarju tal-enerġija” tfisser il-konsum intern gross, esklużi l-użi mhux tal-enerġija;
(3) “konsum finali tal-enerġija” tfisser l-enerġija kollha pprovduta lill-industrija, it-trasport, id-djar, is-servizzi u l-agrikoltura. Dan jeskludi l-konsenji lis-settur tat-trasformazzjoni tal-enerġija u l-industriji tal-enerġija fihom infushom;
(4) “effiċjenza fl-enerġija” tfisser il-proporzjon bejn l-output ta' prestazzjoni, servizz, oġġetti jew enerġija, għall-input ta' enerġija;
(5) “iffrankar tal-enerġija” tfisser ammont ta' enerġija frankata ddeterminat billi jitkejjel u/jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni ta' miżura ta' titjib fl-effiċjenza fl-enerġija, filwaqt li tiġi żgurata n-normalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet esterni li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija;
(6) “titjib fl-effiċjenza fl-enerġija” tfisser żieda fl-effiċjenza fl-enerġija b'riżultat ta' bidliet teknoloġiċi, fl-imġieba u/jew ekonomiċi;
(7) “servizz tal-enerġija” tfisser il-benefiċċju fiżiku, l-utilità jew il-vantaġġ li jirriżulta minn kombinazzjoni ta' enerġija ma' teknoloġija jew azzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li tista' tinkludi l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni u l-kontroll meħtieġa biex jitwassal is-servizz, li jitwassal fuq il-bażi ta' kuntratt u li f'ċirkostanzi normali wera li jwassal għal titjib fl-effiċjenza fl-enerġija jew għal iffrankar tal-enerġija primarja li jista' jiġi vverifikat u mkejjel jew stmat;
(8) “korpi pubbliċi” tfisser kull “awtorità kontraenti” kif iddefinit fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi ( 2 );
(9) “gvern ċentrali” tfisser id-dipartimenti amministrattivi kollha li l-kompetenzi tagħhom jestendu fuq it-territorju kollu ta' Stat Membru;
(10) “spazju totali ta’ art li tista' tintuża” tfisser id-daqs tal-ispazju tal-art ta' bini jew parti minn bini, fejn l-enerġija tintuża biex tikkondizzjona l-klima ta' ġewwa;
(11) “sistema ta' ġestjoni tal-enerġija” tfisser sett ta' elementi interrelatati jew interattivi ta' pjan li jistabbilixxi għan ta' effiċjenza fl-enerġija u strateġija sabiex jintlaħaq dak il-għan;
(12) “standard Ewropew” tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat- Telekomunikazzjoni u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;
(13) “Standard internazzjonali” tfisser standard adottat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni u magħmul disponibbli għall-pubbliku;
(14) “parti obbligata” tfisser distributur tal-enerġija jew il-kumpannija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum li hija marbuta bl-iskema nazzjonali ta' obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7;
(15) “parti inkarigata” tfisser entità legali b'setgħa ddelegata minn gvern jew korp pubbliku ieħor biex tiżviluppa, tmexxi jew tħaddem skema ta' finanzjament f'isem il-gvern jew korp pubbliku ieħor;
(16) “parti parteċipanti” tfisser intrapriża jew korp pubbliku li impenja ruħu li jilħaq ċerti għanijiet taħt ftehim volontarju, jew huwa kopert minn strument regolatorju ta' politika nazzjonali;
(17) “awtorità pubblika ta' implimentazzjoni” tfisser korp irregolat mil-liġi pubblika li hu responsabbli għat-twettiq jew il-monitoraġġ tat-tassazzjoni fuq l-enerġija jew il-karbonju, skemi u strumenti finanzjarji, inċentivi fiskali, standards u regoli, skemi ta' tikkettar tal-enerġija, taħriġ jew edukazzjoni;
(18) “miżura ta' politika” tfisser strument ta' dispożizzjoni regolatorju, finanzjarju, fiskali, volontarju jew ta' informazzjoni formalment stabbilit u implimentat fi Stat Membru biex jinħoloq qafas ta' appoġġ, rekwiżit jew inċentiv għall-atturi tas-suq biex jipprovdu u jixtru servizzi ta' enerġija u biex jieħdu miżuri oħrajn għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija;
(19) “azzjoni individwali” tfisser azzjoni li twassal għal titjib fl-effiċjenza fl-enerġija li jista' jiġi vverifikat, u li jista' jitkejjel jew jiġi stmat, u li titwettaq b'riżultat ta' mizura ta' politika;
(20) “distributur tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, inkluż operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni li hija responsabbli għall-kunsinna tal-enerġija, bil-għan li titwassal lil klijenti aħħarin jew lil stazzjonijiet ta' distribuzzjoni li jbiegħu l-enerġija lil klijenti aħħarin;
(21) “operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni” tfisser “operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni” kif definit fid-Direttiva 2009/72/KE u d-Direttiva 2009/73/KE rispettivament;
(22) “kumpanija tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tbigħ l-enerġija lil klijenti aħħarin;
(23) “klijent aħħari” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tixtri l-enerġija għall-użu aħħari tagħha stess;
(24) “fornitur ta' servizz tal-enerġija” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twassal servizzi ta' enerġija jew miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija f'faċilità jew f'bini ta' klijent aħħari;
(25) “verifika tal-enerġija” tfisser proċedura sistematika bil-għan li jinkiseb għarfien adegwat tal-profil eżistenti tal-konsum tal-enerġija ta' bini jew ta' grupp ta' bini, ta' operazzjoni jew ta' installazzjoni industrijali jew kummerċjali jew ta' servizz privat jew pubbliku, li jidentifika u jikkwantifika opportunitajiet kosteffettivi għall-iffrankar tal-enerġija, u jirrapporta s-sejbiet;
(26) “intrapriżi żgħar u ta' daqs medju” jew “SMEs” tfisser intrapriżi kif definit fit-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju ( 3 ); il-kategorija ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat totali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun, u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx EUR 43 miljun;
(27) “kuntratt għall-prestazzjoni tal-enerġija” tfisser arranġament kuntrattwali bejn il-benefiċjarju u l-fornitur ta' miżura għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, ivverifikata u sorveljata matul it-terminu kollu tal-kuntratt, fejn l-investimenti (ix-xogħol, il-provvista jew is-servizz) f'dik il-miżura isir ħlas għalihom b'rabta ma' livell ta' titjib tal-effiċjenza fl-enerġija miftiehem kuntrattwalment jew ma' kriterju ieħor miftiehem ta' prestazzjoni tal-enerġija, bħal iffrankar finanzjarju;
(28) "sistema ta' arloġġi intelliġenti" tfisser sistema elettronika li tista' tkejjel il-konsum tal-enerġija, billi tipprovdi aktar informazzjoni minn arloġġ konvenzjonali, u jista' jittrasmetti d-data billi juża forma ta' komunikazzjoni elettronika.
(29) “operatur tas-sistema ta' trasmissjoni” tfisser “operatur tas-sistema ta’ trasmissjoni” kif definit fid-Direttiva 2009/72/KE u d-Direttiva 2009/73/KE rispettivament;
(30) “koġenerazzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta' enerġija termali u ta' enerġija elettrika jew mekkanika;
(31) “domanda ekonomikament ġustifikabbli” tfisser domanda li ma taqbiżx il-ħtiġijiet għat-tisħin jew għat-tkessiħ u li kieku tiġi sodisfatta f'kundizzjonijiet tas-suq minn proċessi ta' ġenerazzjoni tal-enerġija għajr il-koġenerazzjoni;
(32) “sħana utli” tfisser sħana prodotta fi proċess ta' koġenerazzjoni biex tissodisfa domanda ekonomikament ġustifikabbli għal tisħin jew għal tkessiħ;
(33) “elettriku minn koġenerazzjoni” tfisser elettriku ġġenerat fi proċess marbut mal-produzzjoni ta' sħana utli u kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilità fl-Anness I;
(34) “koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja” tfisser koġenerazzjoni li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II;
(35) “effiċjenza kumplessiva” tfisser is-somma annwali tal-produzzjoni tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika u tal-output ta' sħana utli diviża bl-input ta' karburant użat għas-sħana prodotta fi proċess ta' koġenerazzjoni u bil-produzzjoni grossa tal-elettriku u tal-enerġija mekkanika;
(36) “proporzjon tal-enerġija għas-sħana” tfisser il-proporzjon tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għas-sħana utli meta t-tagħmir jopera f'modalità ta' koġenerazzjoni sħiħa fejn tintuża d-data operattiva tal-unità speċifika;
(37) “unità ta' koġenerazzjoni” tfisser unità li tista' topera f'modalità ta' koġenerazzjoni;
(38) “unità ta' koġenerazzjoni ta' skala żgħira” tfisser unità ta' koġenerazzjoni b' kapaċità installata taħt il-1 MWe;
(39) “unità ta' mikrokoġenerazzjoni” tfisser unità ta' koġenerazzjoni b'kapaċità massima taħt il-50 kWe;
(40) “proporzjon ta' biċċa art” tfisser il-proporzjon tal-erja tal-qiegħa tal-art għall-bini għall-erja tal-art f'territorju speċifikat;
(41) “tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti” tfisser sistema ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali li tuża mill-inqas 50 % enerġija rinnovabbli, 50 % sħana mitlufa, 75 % sħana koġenerata jew 50 % ta' kombinazzjoni ta' tali enerġija u sħana;
(42) “tisħin u tkessiħ effiċjenti” tfisser alternattiva ta' tisħin u tkessiħ li meta mqabbla ma' xenarju bażiku li jirrifletti sitwazzjoni ta' negozju normali tnaqqas b'mod miżurabbli l-input ta' enerġija primarja meħtieġ biex tiġi pprovduta unità waħda ta' enerġija pprovduta fi ħdan konfini tas-sistema rilevanti b'mod kosteffettiv, kif ivvalutata fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji msemmija f'din id-Direttiva, b'kont meħud tal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni, il-konverżjoni, it-trasport u d-distribuzzjoni;
(43) “tisħin u tkessiħ individwali effiċjenti” tfisser alternattiva ta' provvista ta' tisħin u tkessiħ individwali li, meta mqabbla ma' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, tnaqqas b'mod miżurabbli l-input ta' enerġija primarja mhux rinnovabbli meħtieġ biex tiġi pprovduta unità waħda ta' enerġija pprovduta fi ħdan konfini tas-sistema rilevanti jew teħtieġ l-istess input ta' enerġija primarja mhux rinnovabbli izda bi spiża aktar baxxa, b'kont meħud tal-enerġija meħtieġa għall-estrazzjoni, il-konverżjoni, it-trasport u d-distribuzzjoni;
(44) “rinovazzjoni sostanzjali” tfisser rinovazzjoni li l-ispiża għaliha taqbeż il-50 % tal-ispiża tal-investiment għal unità ġdida komparabbli;
(45) “aggregatur” tfisser fornitur ta' servizz li għalih hemm domanda li jgħaqqad tagħbijiet multipli ta' tul qasir tal-konsumaturi għall-bejgħ jew għall-bejgħ bl-irkant fis-swieq tal-enerġija organizzati.
Artikolu 3
Miri għall-effiċjenza tal-enerġija
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mira nazzjonali indikattiva għall-effiċjenza fl-enerġija, abbażi tal-konsum tal-enerġija primarja jew finali, l-iffrankar tal-enerġija primarja jew finali, jew l-intensità tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk il-miri f'konformità mal-Artikolu 24(1) u l-Anness XIV Parti 1. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jesprimu wkoll dawk il-miri f'termini ta' livell assolut ta' konsum primarju tal-enerġija u konsum finali tal-enerġija fl-2020 u għandhom jispjegaw kif, u abbażi ta' liema data, dan ġie kkalkulat.
Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont:
(a) li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020 għandu jkun ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta’ enerġija finali;
(b) tal-miżuri previsti f'din id-Direttiva;
(c) tal-miżuri adottati biex jintlaħqu l-miri nazzjonali tal-iffrankar tal-enerġija adottati skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE;
(d) ta' miżuri oħrajn biex tiġi promossa l-effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.
Meta jistabbilixxu dawk il-miri, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont ukoll taċ-ċirkostanzi nazzjonali li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija primarja, bħal:
(a) il-potenzjal li fadal biex tiġi ffrankata l-enerġija b'mod kosteffettiv;
(b) l-evoluzzjoni u t-tbassir tal-PDG;
(c) il-bidliet fl-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-enerġija;
(d) l-iżvilupp tas-sorsi kollha ta' enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju; u
(e) l-azzjoni bikrija.
2. Sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress miksub u jekk hux probabbli li l-Unjoni tikseb konsum tal-enerġija ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 Mtoe ta’ enerġija finali fl-2020.
3. Fit-twettiq tar-reviżjoni imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha:
(a) tiġbor il-miri indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija rrapportati mill-Istati Membri;
(b) tivvaluta jekk il-ġabra ta' dawk il-miri tistax titqies bħala gwida affidabbli għal jekk l-Unjoni kollha kemm hi hijiex qiegħda fit-triq it-tajba, filwaqt li tqis, l-evalwazzjoni tal-ewwel rapport annwali f'konformità mal-Artikolu 24(1), u l-evalwazzjoni tal-Pjani Nazzjonali ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-enerġija f'konformità mal-Artikolu 24(2);
(c) tieħu kont tal-analiżi komplementari li tirriżulta minn:
(i) valutazzjoni tal-progress fil-konsum tal-enerġija assolut, u fil-konsum tal-enerġija skont l-attività ekonomika fil-livell tal-Unjoni, inkluż il-progress fl-effiċjenza tal-provvista tal-enerġija fl-Istati Membri li bbażaw il-miri indikattivi tagħhom fuq il-konsum finali tal-enerġija jew l-iffrankar finali tal-enerġija, inkluż il-progress bis-saħħa tal-konformità ta' dawn l-Istati Membri mal-Kapitolu III ta' din id-Direttiva;
(ii) riżultati mill-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward ta' xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni;
(d) qabbel ir-riżultati taħt il-punti (a) sa (c) mal-kwantità tal-konsum tal-enerġija li tinħtieġ biex jintlaħaq konsum tal-enerġija ta’ mhux aktar minn 1 483 Mtoe ta’ enerġija primarja u/jew mhux aktar minn 1 086 ta’ enerġija finali fl-2020.
KAPITOLU II
L-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA
Artikolu 4
Rinnovazzjoni tal-bini
L-ewwel verżjoni tal-istrateġija fit-tul tal-Istati Membri għall-mobilizzazzjoni tal-investiment fir-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali u kummerċjali, kemm pubbliku kemm privat għandha tiġi ppubblikata sat-30 ta’ April 2014 u aġġornata kull tliet snin wara dik id-data u ppreżentata lill-Kummissjoni bħala parti mill-Pjani ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija.
Artikolu 5
Ir-rwol eżemplari tal-bini tal-korpi pubbliċi
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, kull Stat Membru għandu jiżgura li, mill-1 ta' Jannar 2014, tiġi rrinovata kull sena 3 % mill-erja totali tal-art tal-bini msaħħan u/jew imkessaħ li tkun il-proprjetà ta' u okkupata mill-gvern ċentrali tiegħu sabiex ikunu ssodisfati mill-inqas ir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta' d-Direttiva 2010/31/UE.
Ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' iktar minn 500 m2 ta' art utilizzabbli li tkun il-proprjetà ta' u okkupata mill-gvern ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE. Dak il-limitu għandu jitnaqqas għal 250 m2 mid-9 ta' Lulju 2015.
Fejn Stat Membru jeħtieġ li l-obbligu li kull sena tiġi rinovata 3 % tal-erja totali tal-art jestendi għall-erja tal-art li hija proprjetà ta' u okkupata mid-dipartimenti amministrattivi f'livell taħt il-gvern ċentrali, ir-rata ta' 3 % għandha tiġi kkalkulata fuq l-erja totali tal-art tal-bini li jkollu erja totali ta' art utilizzabbli ta' iktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, iktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà ta' u kkontrollatat mill-gvern ċentrali jew dawn id-dipartimenti amministrattivi tal-Istat Membru kkonċernat li, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi nazzjonali tal-prestazzjoni tal-enerġija stabbiliti b'applikazzjoni tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/31/UE.
Meta jimplimentaw miżuri għar-rinovazzjoni komprensiva tal-bini tal-gvern ċentrali f'konformità mal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jqisu l-bini inġenerali, inklużi l-pakkett finanzjarju, it-tagħmir, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-bini.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini tal-gvern ċentrali bl-aktar prestazzjoni baxxa ta' enerġija jkun prijorità għall-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija, fejn dan ikun kosteffettiv u teknikament fattibbli.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:
(a) bini uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent magħżul, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma' ċerti rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija tibdel b'mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;
(b) bini li hu proprjetà tal-forzi armati jew il-gvern ċentrali u li qed jintuża għal finijiet ta' difiża nazzjonali, iżda li mhux postijiet ta' għajxien singoli jew bini tal-uffiċċji tal-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali;
(c) bini użat bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi.
3. Jekk Stat Membru jirrinova aktar minn 3 % tal-erja totali tal-art tal-bini tal-gvern ċentrali f'sena speċifika, huwa jista'jgħodd mar-rata annwali ta' rinovazzjoni kwalunkwe waħda mit-tliet snin preċedenti jew sussegwenti.
4. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu mar-rata tar-rinovazzjoni annwali ta' bini tal-gvern ċentrali bini ġdid okkupat u li huwa proprjetà bħala sostitut għal bini speċifiku li jkun twaqqa' f'waħda mis-sentejn preċedenti, jew bini li jkun inbiegħ, li twaqqa' jew li m'għadux jintuża f'xi waħda mis-sentejn preċedenti minħabba użu aktar intensiv ta' bini ieħor.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2013, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jagħmlu pubblikament disponibbli inventarju ta' bini tal-gvern ċentrali imsaħħan u/jew imkessaħ b'art utilizzabbli ta' daqs totali ta' aktar minn 500 m2 u, mid-9 ta' Lulju 2015, ta' aktar minn 250 m2, bl-esklużjoni ta' bini eżentat abbażi tal-paragrafu 2. L-inventarju għandu jkollu fih id-data li ġejja:
(a) l-erja tal-art f'm2; u
(b) il-prestazzjoni tal-enerġija ta' kull binja jew data rilevanti dwar l-enerġija.
6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2010/31/UE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu approċċ alternattiv għall-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu, fejn huma jieħdu miżuri kosteffettivi oħrajn, inklużi rinovazzjonijiet profondi u miżuri għal bidla fl-imġiba tal-okkupanti, sabiex sal-2020 jiksbu ammont ta' ffrankar tal-enerġija f'bini eliġibbli li huwa l-proprjetà ta' u okkupat mill-gvern ċentrali tagħhom li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak meħtieġ fil-paragrafu 1, rappurtat fuq bażi annwali.
Għall-finijiet ta l-approċċ alternattiv, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu stima tal-iffrankar tal-enerġija ġġenerat mill-paragrafi 1 sa 4 billi jużaw valuri standard xierqa għall-konsum tal-enerġija ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali qabel u wara r-rinovazzjoni u skont l-istimi tas-superfiċje tal-istokk tagħhom. Il-kategoriji ta' bini ta' riferiment tal-gvern ċentrali għandhom jirrappreżentaw l-istokk ta' tali bini tal-gvern ċentrali.
L-Istati Membri li jagħżlu l-approċċ alternattiv għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2013, dwar il-miżuri alternattivi li biħsiebhom jadottaw, filwaqt li juru kif se jiksbu titjib ekwivalenti fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini li huwa proprjetà tal-gvern ċentrali.
7. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, u lill-korpi ta' akkomodazzjoni soċjali rregolati mid-dritt pubbliku, b' konsiderazzjoni debita għall-kompetenzi u l-istruttura amministrattiva rispettivi tagħhom, biex:
(a) jadottaw pjan għall-effiċjenza fl-enerġija, awtonomu jew bħala parti minn pjan usa' għall-klima jew għall-ambjent, li jkun fih għanijiet u azzjonijiet speċifiċi għall-iffrankar u l-effiċjenza fl-enerġija, bil-ħsieb li jsegwi r-rwol eżemplari tal-bini tal-gvern ċentrali stabbilit fil-paragrafi 1, 5 u 6;
(b) jistabbilixxu sistema ta' ġestjoni tal-enerġija, inklużi verifiki tal-enerġija, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom;
(c) jużaw, fejn xieraq, kumpanniji ta' servizzi tal-enerġija, u kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija għall-finanzjament tar-rinovazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-pjani għall-manutenzjoni jew it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fit-tul.
Artikolu 6
Xiri minn korpi pubbliċi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gvernijiet ċentrali jixtru biss prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni għolja fl-effiċjenza enerġetika, dment li dak ikun konsistenti mal-kost-effettività, il-fattibilità ekonomika, is-sostenibilità aktar wiesgħa, l-adattabbiltà teknika kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti, kif imsemmi fl-Anness III.
L-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kuntratti għax-xiri ta' prodotti, servizzi u bini minn korpi pubbliċi sa fejn tali kuntratti jkollhom valur ugwali għal jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18/KE.
2. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika għall-kuntratti tal-forzi armati, biss safejn l-applikazzjoni tiegħu ma toħloqx konflitt man-natura u l-għan primarji tal-attivitajiet tal-forzi armati. L-obbligu ma għandux japplika għat-tagħmir militari kif iddefinit mid-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà ( 4 ).
3. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-korpi pubbliċi, inkluż fil-livell reġjonali u lokali, b'rispett dovut għall-kompetenzi rispettivi u l-istruttura amministrattiva tagħhom, biex isegwu r-rwol eżemplari tal-gvernijiet ċentrali tagħhom biex jixtru biss prodotti, servizzi u bini bi prestazzjoni għolja tal-effiċjenza fl-enerġija. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi, meta jinħarġu offerti għal kuntratti ta' servizzi b'kontenut sinifikanti ta' enerġija, biex jivvalutaw il-possibbiltà li jiġu konklużi kuntratti ta' prestazzjoni tal-enerġija fit-tul li jipprovdu ffrankar tal-enerġija fit-tul.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta jinxtara pakkett ta' prodotti kopert kollu mill-att iddelegat adottat taħt id-Direttiva 2010/30/UE, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-effiċjenza aggregata tal-enerġija għandha tieħu prijorità fuq l-effiċjenza fl-enerġija tal-prodotti individwali f'dak il-pakkett, bix-xiri tal-pakkett ta' prodotti li jikkonforma mal-kriterju li jappartjeni għall-ogħla klassi ta' effiċjenza fl-enerġija.
Artikolu 7
L-iskemi tal-obbligi tal-effiċjenza l-użu tal-enerġija
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi skema waħda ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija. Dik l-iskema għandha tiżgura li d-distributuri tal-enerġija u/jew il-kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum li huma nnominati bħala partijiet obbligati skont il-paragrafu 4 li joperaw fit-territorju ta' kull Stat Membru jiksbu mira kumulattiva ta' effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija jew iffrankar fl-enerġija sal-31 ta' Diċembru 2020, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.
Dik il-mira għandha tkun mill-inqas ekwivalenti għall-kisba ta' ffrankar ġdid kull sena mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 ta' 1,5 % tal-bejgħ annwali tal-enerġija, bil-volum, lil klijenti aħħarin tad-distributuri kollha tal-enerġija jew tal-kumpanniji kollha li jbiegħu l-enerġija fil-livell tal-konsum, bil-medja kkalkulata fuq il-perijodu ta' tliet snin l-aktar reċenti qabel l-1 ta' Jannar 2013. Il-bejgh tal-enerġija, bil-volum, użata fit-trasport jista' jiġi parzjalment jew kompletament eskluż minn dan il-kalkolu.
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif il-kwantità kkalkulata tal-iffrankar ġdid msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tinfirex fuq il-perijodu.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, kull Stat Membru jista':
(a) jagħmel il-kalkolu meħtieġ mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 bl-użu tal- valuri ta' 1 % fl-2014 u l-2015; 1,25 % fl-2016 u l-2017; u ta' 1,5 % fl-2018, l-2019 u l-2020;
(b) jeskludi mill-kalkolu parti mill-bejgħ jew il-bejgħ kollu, bil-volum, tal-enerġija użata f'attivitajiet industrijali elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE;
(c) jippermetti li l-iffrankar tal-enerġija miksub fis-setturi tat-trasformazzjoni, id-distribuzzjoni u t-trasmissjoni tal-enerġija, inkluża infrastruttura ta' tisħin u tkessiħ effiċjenti tad-distretti, b'riżultat tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14(4), il-punt (b) tal-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 15(1) sa (6) u (9) li għandhom jingħaddu mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ skont il-paragrafu 1; u
(d) jgħodd l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta minn azzjonijiet individwali li għadhom kemm ġew implimentati mill-31 ta' Diċembru 2008 li jkun għad għandu impatt fl-2020 u li jista' jitkejjel u jiġi vverifikat, mal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1.
3. L-applikazzjoni tal-paragrafu 2 m'għandhiex twassal għal tnaqqis ta' aktar minn 25 % tal-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 2. L-Istati Membri li jużaw il-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw dak il-fatt lill-Kummissjoni sal-5 ta' Ġunju 2014, inklużi l-elementi elenkati taħt il-paragrafu 1a li għandhom jiġu applikati u kalkolu li juri l-impatt tagħhom fuq l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija msemmi fil-paragrafu 1.
4. Mingħajr preġudizzju għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għall-mira skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu, għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jinnomina, abbażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, partijiet obbligati fost id-distributuri tal-enerġija u/jew kumpanniji li jbiegħu l-enerġija fil-livell tal-konsum li joperaw fit-territorju tiegħu u dawn jistgħu jinkludu distributuri tal-karburant għat-trasport jew bejjiegħa fil-livell tal-konsum tal-karburant għat-trasport li joperaw fit-territorju tiegħu. L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija biex jiġi ssodisfat l-obbligu għandu jinkiseb mill-partijiet obbligati fost il-klijenti aħħarin, nominati, kif xieraq, mill-Istat Membru, indipendentement mill-kalkolu magħmul fil-paragrafu 1, jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, permezz ta' ffrankar iċċertifikat li jkun ġej minn partijiet oħra kif deskritt fil-punt (b) tal-paragrafu 5.
5. L-Istati Membri għandhom jesprimu l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija meħtieġ minn kull parti obbligata f'termini jew ta' konsum finali tal-enerġija jew ta' konsum primarju tal-enerġija. Il-metodu magħżul biex jiġi espress l-ammont mitlub ta' ffrankar tal-enerġija għandu jintuża wkoll sabiex jiġi kkalkulat l-iffrankar sostnut mill-partijiet obbligati. Għandhom japplikaw il-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti fl-Anness IV.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iffrankar li jirriżulta mill-paragrafi 1, 2 u 9 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 20(6) jiġi kkalkulat f'konformità mal-punti (1) u (2) tal-Anness V. Huma għandhom jistabbilixxu sistemi ta' kejl, kontroll u verifika fejn mill-inqas jiġi vverifikat proporzjon statistikament sinifikanti u kampjun rappreżentattiv tal-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija stabbiliti mill-partijiet obbligati. Dak il-kejl, kontroll u verifika għandhom jitwettqu indipendentament mill-partijiet obbligati.
7. Fl-iskema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri jistgħu:
(a) jinkludu rekwiżiti b'għan soċjali fl-obbligi ta' ffrankar li jimponu huma, inkluż billi jeżiġu li proporzjon tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija jiġi implimentat bħala prijorità fi djar affettwati mill-faqar fl-enerġija jew fl-akkomodazzjoni soċjali;
(b) iħallu lill-partijiet obbligati jgħoddu mal-obbligu tagħhom l-iffrankar ċertifikat ta' enerġija miksub minn fornituri ta' servizzi ta' enerġija jew partijiet terzi oħrajn, inkluż meta partijiet obbligati jippromwovu miżuri permezz ta' korpi oħrajn approvati mill-istat jew permezz ta' awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu jinvolvu jew ma jinvolvux sħubijiet formali u jistgħu jkunu kkombinati ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Fejn l-Istati Membri hekk jippermettu, huma għandhom jiżguraw li jkun stabbilit proċess ta' approvazzjoni li jkun ċar, trasparenti u miftuħ għall-atturi kollha tas-suq, u jkollu l-għan li jimminimizza l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni;
(c) jħallu l-partijiet obbligati jgħoddu l-iffrankar miksub f'sena partikolari bħallikieku nkiseb fi kwalunkwe waħda mill-erba' snin preċedenti jew mit-tliet snin sussegwenti.
8. Darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-iffrankar tal-enerġija miksub minn kull parti obbligata, jew kull sottokategorija ta' parti obbligata, u b'kollox taħt l-iskema.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet obbligati jipprovdu, fuq talba:
(a) l-informazzjoni statistika aggregata dwar il-klijenti aħħarin tagħhom (fejn jiġu identifikati l-bidliet sinifikanti fl-informazzjoni li tkun tressqet qabel); u
(b) l-informazzjoni kurrenti dwar il-konsum tal-klijenti aħħarin, inkluż, fejn dan ikun applikabbli, il-profili tat-tagħbijiet (load profiles), is-segmentazzjoni tal-klijenti u l-lokalità ġeografika tal-klijenti, filwaqt li jiġu ppreservati l-integrità u l-kunfidenzjalità ta' data privata jew kummerċjalment sensittiva, f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
Tali rikjesta ma għandhiex issir aktar minn darba f'sena.
9. Bħala alternattiva għall-istabbiliment ta' skema ta' obbligi tal-effiċjenza enerġetika skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu miżuri ta' politika oħra biex jiksbu l-iffrankar fl-enerġija fost il-klijenti aħħarin, ladarba dawk il-miżuri ta' politika jilħqu l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 10 u 11. L-ammont annwali ta' ffrankar ġdid tal-enerġija permezz ta' dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għall-ammont ta' ffrankar ġdid ta' enerġija meħtieġ mill-paragrafi 1, 2 u 3. Dment li tinżamm l-ekwivalenza, l-Istati Membri jistgħu jikkombinaw skemi ta' obbligu ma' miżuri ta' politika alternattivi, inklużi programmi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija.
Il-miżuri ta' politika msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu, iżda mhumiex ristretti għall-miżuri ta' politika li ġejjin jew kombinazzjonijiet tagħhom:
(a) taxxi fuq l-enerġija jew il-karbonju li jkollhom l-effett li jnaqqsu l-konsum finali tal-enerġija;
(b) skemi u strumenti ta' finanzjament jew inċentivi fiskali li jwasslu għall-applikazzjoni ta' teknoloġija jew tekniki effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jkollhom l-effett li jnaqqsu l-konsum finali tal-enerġija;
(c) regolamenti jew ftehimiet volontarji li jwasslu għall-applikazzjoni ta' teknoloġija jew tekniki effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jkollhom l-effett li jnaqqsu l-konsum finali tal-enerġija;
(d) standards u regoli li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija ta' prodotti u servizzi, inklużi bini u vetturi, għajr meta dawn ikunu obbligatorji u applikabbli fl-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni;
(e) skemi ta' tikkettar tal-enerġija, bl-eċċezzjoni ta' dawk li jkunu obbligatorji u applikabbli fl-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni;
(f) it-taħriġ u l-edukazzjoni, inklużi programmi konsultattivi dwar l-enerġija, li jwasslu għall-applikazzjoni ta' teknoloġija jew tekniki effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jkollhom l-effett li jnaqqsu l-konsum finali tal-enerġija.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-5 ta' Diċembru 2013, dwar il-miżuri ta' politika li huma qed jippjanaw li jadottaw għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu u tal-Artikolu 20(6), skont il-qafas li jinsab fil-punt (4) tal-Anness V, filwaqt li juru kif ser jilħqu l-ammont ta' ffrankar meħtieġ. Fil-każ ta' miżuri ta' politika msemmijin fit-tieni subparagrafu u fl-Artikolu 20(6), din in-notifika għandha turi kif il-kriterji fil-paragrafu 10 qed jiġu ssodisfati. Fil-każ ta' miżuri ta' politika minbarra dawk imsemmijin fit-tieni subparagrafu jew fl-Artikolu 20(6), l-Istati Membri għandhom jispjegaw kif jinkiseb livell ekwivalenti ta' ffrankar, monitoraġġ u verifika. Il-Kummissjoni tista' tagħti suġġerimenti għall-modifiki fit-tliet xhur wara n-notifika.
10. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 11, il-kriterji għall-miżuri ta' politika meħudin skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 9 u l-Artikolu 20(6) għandhom ikunu kif ġej:
(a) il-miżuri ta' politika jipprevedu mill-inqas żewġ perijodi intermedji sal-31 ta' Diċembru 2020 u jwasslu għall-kisba tal-livell ta' ambizzjoni kif stipulat fil-paragrafu 1;
(b) tiġi ddefinita r-responsabbiltà ta' kull parti inkarigata, parti parteċipanti jew awtorità pubblika ta' implimentazzjoni, skont liema tkun rilevanti;
(c) l-iffrankar ta' enerġija li għandu jintlaħaq jiġi ddeterminat b'mod trasparenti;
(d) l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija meħtieġ jew li għandu jintlaħaq mill-miżura ta' politika jiġi espress fil-konsum finali tal-enerġija jew primarja, bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni fl-Anness IV;
(e) l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat bl-użu tal-metodi u l-prinċipji previsti fil- punti (1) u (2) tal-Anness V;
(f) l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkulat bl-użu tal-metodi u l-prinċipji previsti fil-punt 3 tal-Anness V;
(g) rapport annwali tal-iffrankar tal-enerġija miksub jiġi pprovdut mill-partijiet parteċipanti dment li jkun fattibbli u jsir disponibbli pubblikament;
(h) jiġi żgurat il-monitoraġġ tar-riżultati u jiġu previsti miżuri xierqa jekk il-progress ma jkunx sodisfaċenti;
(i) tiġi stabbilita sistema ta' kontroll li tinkludi wkoll il-verifika indipendenti ta' proporzjon statistikament sinifikanti tal-miżuri għat-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija; u
(j) kull sena tiġi ppubblikata data dwar ix-xejra annwali ta' ffrankar tal-enerġija.
11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-taxxi msemmijin fil- punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 9, jikkonformaw mal-kriterji elenkati fil-punti (a), (b), (c), (d), (f), (h) u (j) tal-paragrafu 10.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamenti u l-ftehimiet volontarji msemmijin fil- punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 9, jikkonformaw mal-kriterji elenkati fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (i) u (j) tal-paragrafu 10.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' politika oħrajn imsemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Paragrafu 9 u l-Fondi Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija msemmijin fl-Artikolu 20(6) jikkonformaw mal-kriterji elenkati fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (h), (i) u (j) tal-paragrafu 10.
12. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkun hemm duplikazzjoni fl-impatt ta' miżuri ta' politika jew azzjonijiet individwali, ma jsirx għadd doppju ta' ffrankar tal-enerġija.
Artikolu 8
Il-verifiki tal-enerġija u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-disponibbiltà lill-klijenti aħħarin kollha ta' verifiki tal-enerġija ta' kwalità għolja li huma kosteffettivi u
(a) imwettqa b'mod indipendenti minn esperti kwalifikati u/jew akkreditati skont il-kriterji ta' kwalifikazzjoni; jew
(b) implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti taħt il-leġislazzjoni nazzjonali.
Il-verifiki tal-enerġija msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitwettqu minn esperti interni jew kontrolluri tal-enerġija dment li l-Istati Membru kkonċernat ikun stabbilixxa skema biex jiżgura u jivverifika l-kwalità tagħhom, inkluż, jekk xieraq, għażla annwali u għal għarrieda ta' mill-inqas perċentwali statistikament sinifikanti tal-kontrolli kollha tal-enerġija li huma jwettqu.
Għall-għan tal-garanzija ta' kwalità għolja tal-verifiki tal-enerġija u s-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji trasparenti u nondiskriminatorji minimi għall-verifiki tal-enerġija bbażati fuq l-Anness VI.
Il-verifiki tal-enerġija m'għandhomx jinkludu klawżoli li jipprevjenu s-sejbiet tal-verifika milli jiġu trasferiti lil xi fornitur ta' servizz tal-enerġija kwalifikat/akkreditat, bil-kondizzjoni li l-klijent ma joġġezzjonax.
2. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw programmi biex jinkoraġġixxu ill-SMEs biex iwettqu verifiki tal-enerġija u l-implimentazzjoni sussegwenti tar-rakkomandazzjonijiet minn dawn il-verifiki.
Abbażi ta' kriterji trasparenti u nondiskriminatorji u mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skemi ta' appoġġ għall-SMEs, inkluż jekk dawn ikunu kkonkludew ftehimiet volontarji, biex ikopru l-ispejjeż ta' verifika tal-enerġija u tal-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet kosteffettivi ħafna mill-verifiki tal-enerġija, jekk il-miżuri proposti jkunu implimentati.
L-Istati Membri għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-SMEs, inkluż permezz tal-organizzazzjonijiet intermedjarji rappreżentattivi rispettivi tagħhom, għal eżempji konkreti ta' kif is-sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija jistgħu jgħinu lin-negozju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri billi tappoġġa l-iskambji tal-aħjar prattika f'dan il-qasam.
3. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżviluppaw programmi biex iqajmu kuxjenza fost id-djar dwar il-benefiċċji ta' tali kontrolli permezz ta' servizzi xierqa ta' konsulenza.
L-Istati Membri għandhom iħeġġu programmi ta' taħriġ għall-kwalifika tal-awdituri tal-enerġija sabiex jiffaċilitaw disponibbiltà suffiċjenti ta' esperti.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi li mhumiex SMEs ikunu soġġetti għal verifika tal-enerġija li ssir b'mod indipendenti u kosteffettiv minn esperti kkwalifikati u/jew akkreditati jew implimentati u sorveljati minn awtoritajiet indipendenti skont il-leġislazzjoni nazzjonali sal-5 ta' Diċembru 2015 u tal-anqas kull erba' snin mid-data tal-verifika tal-enerġija preċedenti.
5. Il-verifiki tal-enerġija għandhom jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-paragrafu 4 meta jitwettqu b'mod indipendenti, abbażi ta' kriterji minimi bbażati fuq l-Anness VI, u implimentati taħt ftehimiet volontarji konklużi bejn organizzazzjonijiet ta' partijiet interessati u korp maħtur u ssorveljat mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn korpi oħrajn li lilhom l-awtoritajiet kompetenti ddelegaw ir-responsabbiltà kkonċernata, jew mill-Kummissjoni.
L-aċċess għall-parteċipanti fis-suq li joffru servizzi tal-enerġija għandu jkun ibbażat fuq kriterji trasparenti u nondiskriminatorji.
6. Intrapriżi li mhumiex SMEs u li qed jimplimentaw sistema ta' ġestjoni ta' enerġija jew ambjentali - ċertifikata minn korp indipendenti konformement mal-Istandards Ewropej jew Internazzjonali rilevanti - għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżiti tal-paragrafu 4, dment li l-Istati Membri jiżguraw li s-sistema ta' ġestjoni kkonċernata tinkludi verifika tal-enerġija abbażi tal-kriterji minimi bbażati fuq l-Anness VI.
7. Il-verifiki tal-enerġija jistgħu jkunu awtonomi jew ikunu parti minn awditjar ambjentali iktar wiesa'. L-Istati Membri jistgħu ikunu jeħtieġu li valutazzjoni tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tal-konnessjoni għal netwerk ippjanat jew eżistenti ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali tkun parti mill-verifika tal-enerġija.
Mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw skemi li jinċentivaw u jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-verifiki tal-enerġija u miżuri simili.
Artikolu 9
Arloġġi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, safejn huwa teknikament possibbli, raġonevoli mil-lat finanzjarju u proporzjonat fir-rigward tal-iffrankar potenzjali tal-enerġija, il-klijent aħħari tal-elettriku, tal-gass naturali, tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali u tal-ilma sħun fid-djar jingħataw arloġġi individwali bi prezz kompettitiv li jirriflettu b'mod preċiż il-konsum finali ta' enerġija mill-klijent u li jagħtu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu.
Tali arloġġi individwali bi prezz kompetittiv għandhom jiġu dejjem ipprovduti meta:
(a) arloġġ eżistenti jinbidel, sakemm dan ma jkunx teknikament impossibbli jew ma jkunx kosteffettiv meta wieħed jikkunsidra l-iffrankar potenzjali stmat fuq tul ta' żmien.
(b) ssir konnessjoni ġdida f'bini ġdid jew f'bini li fih isiru rinnovazzjonijiet kbar, kif stipulat fid-Direttiva 2010/31/UE.
2. Meta, u sa fejn, l-Istati Membri jimplimentaw sistemi ta' arloġġi intelliġenti f'konformità u jintroduċu arloġġi intelliġenti għall-gass naturali u/jew l-elettriku konformement mad-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE:
(a) huma għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-arloġġi jagħtu informazzjoni dwar il-ħin effettiv ta' użu għall-klijenti aħħarin u li l-għanijiet tal-effiċjenza fl-enerġija u l-benefiċċji tal-klijenti aħħarin jitqiesu bis-sħiħ meta jiġu stabbiliti l-funzjonalitajiet minimi tal-arloġġi u l-obbligi imposti fuq il-parteċipanti fis-suq;
(b) huma għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-arloġġi intelliġenti u l-komunikazzjoni tad-data, u l-privatezza tal-klijenti aħħarin, f'konformità mal-protezzjoni tad-data u l-leġislazzjoni dwar il-privatezza rilevanti tal-Unjoni.
(c) fil-każ tal-elettriku u fuq talba tal-klijent aħħari, huma għandhom jirrikjedu lill-operaturi tal-arloġġi biex jiżguraw li l-arloġġ jew arloġġi jistgħu jagħtu kont tal-elettriku li ddaħħal fil-grilja mill-bini tal-klijent aħħari.
(d) huma għandhom jiżguraw li jekk il-klijenti aħħarin jagħmlu talba, id-data mill-arloġġi dwar l-elettriku li jitfgħu (l-input) u l-gass li jieħdu (l-offtake) tkun disponibbli għalihom jew għal parti terza li tkun qed taġixxi f'isem il-klijent aħħari f'format li jista' jiftiehem faċilment li jistgħu jużaw sabiex iqabblu l-ftehimiet b'mod identiku.
(e) huma għandhom jeħtieġu li jingħataw il-konsulenza u l-informazzjoni adegwati lill-klijenti fil-ħin tal-installazzjoni tal-arloġġi intelliġenti, b'mod partikolari dwar il-potenzjal sħiħ tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tal-qari tal-arloġġi u l-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija.
3. Fejn it-tisħin u t-tkessiħ jew il-misħun jkunu pprovduti lil bini minn netwerk ta' tisħin distrettwali jew minn sors ċentrali li jkun qed jaqdi għadd ta' bini, għandu jiġi installat arloġġ tas-sħana jew tal-misħun fejn isir l-iskambju tat-tisħin jew fil-punt ta' konsenja.
Għandhom jiġu installati wkoll sal-31 ta' Diċembru 2016 arloġġi individwali tal-konsum f'bini b'aktar minn appartament wieħed u b'numru ta' użi b'sors ċentrali ta' tisħin/tkessiħ jew moqdi minn netwerk ta' tisħin distrettwali jew minn sors ċentrali li jaqdi għadd ta' binjiet, biex jitkejjel il-konsum ta' sħana jew tkessiħ jew misħun għal kull unità fejn ikun teknikament fattibbli u kosteffiċjenti. Fejn l-użu ta' arloġġi individwali ma jkunx teknikament fattibbli jew ma jkunx kosteffiċjenti, biex ikejlu s-sħana, għandhom jintużaw allokaturi individwali tal-ispiża għat-tisħin biex jitkejjel il-konsum tas-sħana f'kull radjatur, dment l-Istat Membru inkwistjoni ma jurix li l-installazzjoni ta' tali allokaturi tal-ispiża għat-tisħin ma tkunx kosteffiċjenti. F'dawk il-każijiet, jistgħu jiġu kkunsidrati metodi kosteffiċjenti alternattivi ta' kejl tal-konsum tas-sħana.
Fejn binjiet b'aktar minn appartament wieħed moqdija minn tisħin jew tkessiħ distrettwali, jew fejn is-sistemi komuni tagħhom ta' tisħin jew tkessiħ għal tali binjiet ikunu prevalenti, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu regoli trasparenti dwar l-allokazzjoni tal-ispiża ta' konsum termali jew tal-misħun f'tali bini biex tiġi żgurata t-trasparenza u l-preċiżjoni tal-kontijiet tal-konsum individwali. Fejn ikun xieraq, tali regoli għandhom jinkludu linji gwida dwar il-mod ta' allokazzjoni ta' spejjeż tas-sħana u/jew tal-misħun li hu użat kif ġej:
(a) misħun għall-ħtiġijiet domestiċi;
(b) sħana mormija mill-installazzjoni tal-bini u għall-iskop tat-tisħin taż-żoni komuni (fejn it-taraġ u l-kurituri jkunu mgħammra b'radjaturi);
(c) għall-iskop tat-tisħin ta' appartamenti.
Artikolu 10
Informazzjoni dwar il-kontijiet
1. Meta l-klijenti aħħarin ma jkollhomx l-arloġġi intelliġenti kif imsemmi fid-Direttiva 2009/72/KE u mid-Direttiva 2009/73/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-31 ta' Diċembru 2014, li l-informazzjoni dwar il-kontijiet ikunu preċiżi u bbażati fuq il-konsum reali, skont il-punt (1.1) tal-Anness VII, għas-setturi kollha koperti minn din id-Direttiva, inklużi d-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-kumpaniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum, fejn dan ikun teknikament possibbli u ekonomikament iġġustifikat.
Dan l-obbligu jista' jiġi ssodisfat minn sistema ta' qari tal-konsum proprju mill-klijenti aħħarin li permezz tiegħu huma jikkomunikaw il-qari mill-arloġġ tagħhom lill-fornitur tal-enerġija. Biss meta l-klijent aħħari ma jkunx ipprovda qari mill-arloġġ għal perijodu partikolari ta' kontijiet, il-kontijiet għandhom ikunu bbażat fuq konsum stmat jew rata fissa.
2. L-arloġġi installati skont id-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE għandhom jippermettu informazzjoni preċiża dwar kontijiet ibbażata fuq il-konsum effettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikollhom il-possibbiltà ta' aċċess faċli għal informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku li jippermettu verifiki dettaljati minnhom stess.
L-informazzjoni komplementari dwar il-konsum storiku għandha tinkludi:
(a) data kumulattiva għal mill-anqas it-tliet snin preċedenti jew il-perijodu mill-bidu tal-kuntratt tal-provvista jekk dan ikun iqsar. Id-data għandha tikkorrispondi għall-perijodi li għalihom ġiet prodotta informazzjoni frekwenti dwar kontijiet; u
(b) data dettaljata skont il-ħin ta' użu għal kull jum, ġimgħa, xahar u sena. Din id-data għandha ssir disponibbli lill-klijent aħħari permezz tal-internet jew l-interfaċċja tal-arloġġ għall-perijodu ta' mill-anqas 24 xahar preċedenti jew il-perijodu mill-bidu tal-kuntratt ta' provvista jekk dan ikun inqas.
3. Indipendentement minn jekk l-arloġġi intelliġenti jkunux ġew installati jew le, l-Istati Membri:
(a) għandhom jirrikjedu li, safejn l-informazzjoni dwar il-kontijiet tal-enerġija u l-konsum storiku tal-klijenti aħħarin tkun disponibbli, din issir disponibbli, fuq it-talba tal-klijent aħħari, għal fornitur ta' servizz ta' enerġija magħżul mill-klijent aħħari.
(b) għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin ikunu offruti l-għażla ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u kontijiet elettroniċi u li jirċievu, fuq talba, spjegazzjoni ċara u li tiftiehem ta' kif il-kont tagħhom ġie dderivat, speċjalment fejn il-kontijiet ma jkunux ibbażati fuq il-konsum attwali;
(c) għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha xierqa tkun disponibbli mal-kont biex il-klijent aħħari ikun ipprovdut b'kont komprensiv tal-kosti kurrenti tal-enerġija, f'konformità mal-Anness VII;.
(d) jistgħu jistipulaw li, fuq talba tal-klijent aħħari, l-informazzjoni li fihom dawn il-kontijiet ma jkollhiex titqies li tikkostitwixxi talba għall-ħlas. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-sorsi tal-enerġija joffru arranġamenti flessibbli għal ħlasijiet effettivi;
(e) għandhom jeħtieġu li l-informazzjoni u l-estimi għall-ispejjeż tal-enerġija jkunu pprovduti lill-konsumaturi fuq talba fil-ħin u f'format li jiftiehem faċilment li jippermetti lill-konsumaturi jqabblu ftehimiet b'mod identiku.
Artikolu 11
Spiża tal-aċċess għal informazzjoni dwar arloġġi u kontijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti aħħarin jirċievu l-kontijiet u informazzjoni kollha dwar il-kontijiet għal konsum tal-enerġija mingħajr ħlas u li l-klijenti aħħarinukoll ikollhom aċċess għad-data dwar il-konsum tagħhom b'mod adegwat u mingħajr ħlas.
2. Minkejja l-paragrafu 1, id-distribuzzjoni tal-ispejjeż tal-informazzjoni dwar il-kontijiet għall-konsum individwali tat-tisħin u t-tkessiħ f'bini b'aktar minn appartament wieħed u b'numru ta' użi skont l-Artikolu 9(3) għandha ssir mingħajr profitt. L-ispejjeż li jirriżultaw mill-assenjament ta' dan il-kompitu għal parti terza, bħal fornitur ta' servizz jew il-fornitur lokali tal-enerġija, li jkopri l-kejl, l-allokazzjoni u l-kontabbiltà għall-konsum individwali attwali f'tali bini, jistgħu jingħataw lill-klijenti finali, safejn tali spejjeż ikunu raġonevoli.
Artikolu 12
Informazzjoni lill-konsumatur u programm ta' għoti ta' setgħa
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jippromwovu u jiffaċilitaw użu effiċjenti tal-enerġija minn klijenti żgħar tal-enerġija, inklużi l-klijenti domestiċi. Dawn il-miżuri jistgħu jkunu parti minn strateġija nazzjonali.
2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, dawn il-miżuri għandhom jinkludu element wieħed jew aktar elenkati taħt il-punt (a) jew (b):
(a) firxa ta' strumenti u politiki għall-promozzjoni ta' bidla fl-imġiba li jistgħu jinkludu:
(i) inċentivi fiskali;
(ii) aċċess għal finanzi, għotjiet jew sussidji;
(iii) għoti ta' informazzjoni;
(iv) proġetti eżemplari;
(v) attivitajiet fuq il-post tax-xogħol;
(b) modi u mezzi għall-involviment tal-konsumaturi u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi matul l-implimentazzjoni possibbli tal-arloġġi intelliġenti permezz tal-komunikazzjoni ta':
(i) bidliet kosteffettivi u faċli biex jintlaħqu fl-użu tal-enerġija;
(ii) informazzjoni dwar miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija.
Artikolu 13
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikoli 7 sa 11 u l-Artikolu 18(3) u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifiikaw lill-Kumissjoni dawk id-disposizzjonijet sal-5 ta' Ġunju 2014 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b' kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
KAPITOLU III
EFFIĊJENZA FIL-PROVVISTA TAL-ENERĠIJA
Artikolu 14
Il-promozzjoni tal-effiċjenza fit-tisħin u fit-tkessiħ
1. Sal-31 ta' Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom iwettqu u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal għall-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti, li jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VIII. Jekk ikunu diġà wettqu valutazzjoni ekwivalenti, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwarha.
Il-valutazzjoni komprensiva għandha tieħu kont sħiħ tal-analiżi tal-potenzjali nazzjonali għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza kbira li titwettaq taħt id-Direttiva 2004/8/KE.
Fuq talba tal-Kummissjoni, il-valutazzjoni għandha tiġi aġġornata u l-Kummissjoni għandha tiġi nnotifikata dwarha kull ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tagħmel tali talba tal-inqas sena qabel id-data ta' skadenza.
2. L-Istati Membri għandhom jadottaw politiki li jinkoraġġixxu li jittieħed kont debitu fil-livelli lokali u reġjonali tal-potenzjal tal-użu ta' sistemi ta' tisħin u ta' tkessiħ effiċjenti, b'mod partikolari dawk li jużaw koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja. Għandu jittieħed kont tal-potenzjal għall-iżvilupp ta' swieq lokali u reġjonali ta' sħana.
3. Għall-għan tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji li tkopri t-territorju tagħhom skont il-Parti 1 tal-Anness VIIIbis, ibbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi, il-fattibbiltà ekonomika jew l-adegwatezza teknika skont il-Parti 1 tal-Anness IX. Dik l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji għandha tkun kapaċi tiffaċilita l-identifikazzjoni tas-soluzzjonijiet l-aktar effiċjenti fir-riżorsi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġiet tat-tisħin u t-tkessiħ. L-analiżi tal-kosteffiċjenza tista' tkun parti minn valutazzjoni ambjentali, skont id-Direttiva 2001/42/KE tas-27 ta' Ġunju 2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjani u programmi fuq l-ambjent ( 5 ).
4. Fejn il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 3 jidentifikaw potenzjal għall-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u/jew għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti li l-benefiċċju tiegħu jaqbeż l-ispejjeż, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jiżviluppaw infrastruttura għal tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti u/jew ħalli jiġu akkomodati l-iżvilupp ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u l-użu ta' tisħin u ta' tkessiħ minn sħana mitlufa u minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija skont il-paragrafi 1, 5, u 7.
Fejn il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-analiżi msemmija fil-paragarfu 3 ma jidentifikawx potenzjal li l-benefiċċji tiegħu jaqbeż l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż amministrattivi għat-twettiq tal-analiżi tal-kosteffiċjenza msemmija fil-paragrafu 5, l-Istat Membru kkonċernat jista' jeżenta installazzjonijiet mir-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-paragrafu.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq l-analiżi tal-kosteffiċjenza f'konformità mal-Parti 2 tal-Anness IX meta, wara l-5 ta' Ġunju 2014:
(a) tkun ippjanata installazzjoni ġdida għall-ġenerazzjoni tal-elettriku b'input termali kklassifikat li jaqbeż l-20 MW, sabiex jiġu analizzati l-ispiża u l-benefiċċju tal-proviżjoni għall-operazzjoni tal-installazzjoni bħala installazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;
(b) tkun modernizzata installazzjoni termali eżistenti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku b'input termali li jaqbeż l-20 MW, sabiex jiġu analizzati l-ispiża u l-benefiċċju li din tiġi kkonvertita għal waħda ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;
(c) tkun ippjanata jew sostanzjalment modernizzata installazzjoni industrijali[…] b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW li jiġġenera sħana żejda b'livell utli ta' temperatura, sabiex jiġu vvalutati l-ispiża u l-benefiċċji tal-użu tas-sħana żejda biex tintlaħaq id-domanda ekonomikament ġustifikata, inkluż permezz tal-koġenerazzjoni, u tal-konnessjoni ta' dik l-installazzjoni għal netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti;
(d) tkun ippjanata netwerk ta' tisħin u tkessiħ distrettwali jew, f'netwerk eżistenti, tiġi ppjanata installazzjoni ġdida għall-produzzjoni tal-enerġija b'input termali totali li jaqbeż l-20 MW jew tkun ser tiġi sostanzjalment irrinovata installazzjoni eżistenti li taqbeż l-20 MW, biex jiġu vvalutati l-ispiża u l-benefiċċji li tintuża s-sħana mitlufa minn installazzjonijiet industrijali fil-qrib.
L-installazzjoni ta' tagħmir li jaqbad id-dijossidu tal-karbonju prodott minn installazzjoni ta' kombustjoni bil-ħsieb li jinħażen ġeoloġikament kif previst fid-Direttiva 2009/31/KE m'għandhiex titqies bħala rinovazzjoni għall-finijiet tal-punti (b), (c) u (d) ta' dan il-paragrafu.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji msemmija fil-punti (c) u (d) titwettaq f'kooperazzjoni mal-kumpanniji responsabbli għall-operazzjoni tan-netwerks ta' tisħin u tkessiħ distrettwali.
6. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-paragrafu 5:
(a) dawk l-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-elettriku għall-ħinijiet tal-ogħla konsum u l-użu f'każ ta' bżonn li huma ppjanati li joperaw għal anqas minn 1 500 siegħa ta' operazzjoni kull sena bħala medja inizjali fuq perijodu ta' ħames snin, abbażi ta' proċedura ta' verifika stabbilita mill-Istati Membri li tiżgura li dan il-kriterju għall-eżenzjoni jiġi ssodisfat;
(b) installazzjonijiet ta' enerġija nukleari;
(c) installazzjonijiet li jeħtieġ li jkunu lokalizzati qrib sit ta' ħżin ġeoloġiku li għandu permess approvati skont id-Direttiva 2009/31/KE.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limiti, espressi f'termini tal-ammont ta' sħana mitlufa utli disponibbli, id-domanda għas-sħana jew id-distanzi bejn l-installazzjonijiet industrijali u n-netwerks ta' tisħin distrettwali, sabiex jeżentaw installazzjonijiet individwali mid-dispożizzjonijiet tal-punti (c) u (d) tal-paragrafu 5.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-eżenzjonijiet adottati taħt dan il-paragrafu lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013 u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom wara.
7. L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji ta' awtorizzazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/72/KE, jew kriterji ta' permess ekwivalenti, biex:
(a) jieħdu kont tal-eżitu tal-valutazzjonijiet komprensivi msemmija fil-paragrafu 1;
(b) jiżguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti għall-paragrafu 5; u
(c) jieħdu kont tal-eżitu tal-analiżi tal-kostbenefiċċju msemmija fil-paragrafu 5.
8. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw installazzjonijiet individwali mir-rekwiżiti, bl-awtorizzazzjoni u l-kriterji tal-permess imsemmija fil-paragrafu 7, li jimplimentaw għażliet li l-benefiċċji tagħhom jaqbżu l-ispejjeż tagħhom, jekk ikun hemm raġunijiet imperattivi ta' liġi, sjieda jew finanzjament biex dan isir. F'dawn il-każijiet l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta notifika motivata tad-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data li fiha ttieħdet.
9. Il-paragrafi 5, 6, 7 u 8 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2010/75/UE mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva.
10. Fuq il-bażi tal-valuri ta' referenza armonizzati għall-effiċjenza msemmija fil-punt (f) tal-Anness II, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja tista' tiġi ggarantita skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji stabbiliti minn kull Stat Membru. Huma għandhom jiżguraw li din il-garanzija tal-oriġini tkun konformi mar-rekwiżiti u tkun tinkludi mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fl-Anness X. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b'mod reċiproku l-garanziji tal-oriġini tagħhom, esklużivament bħala prova tal-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu. Kwalunkwe rifjut biex tiġi rikonoxxuta garanzija tal-oriġini bħala prova ta' din ix-xorta, b'mod partikolari għal raġunijiet relatati mal-prevenzjoni ta' frodi, irid ikun ibbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali rifjut u bil-ġustifikazzjoni għalih. Fil-każ ta' rifjut biex tiġi rikonoxxuta garanzija tal-oriġini, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni sabiex iġġiegħel lill-parti li qed tirrifjuta li tirrikonoxxiha biex tagħmel dan, b'mod partikolari fir-rigward ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji li fuqhom ikun ibbażat tali rikonoxximent.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirrevendi, permezz ta' atti delegat skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva, l-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummisjoni 2011/877/UE ( 6 ) fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/8/KE sal-31 ta' Diċembru 2014.
11. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe appoġġ disponibbli għall-koġenerazzjoni ikun suġġett għall-fatt illi l-elettriku prodott ikun oriġina minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u li s-sħana mitlufa tintuża effettivament sabiex jinkiseb iffrankar tal-enerġija primarja. L-appoġġ pubbliku għall-koġenerazzjoni u għall-ġenerazzjoni u għan-netwerks ta’ tisħin distrettwali għandu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn dan ikun applikabbli.
Artikolu 15
Trasformazzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jikkunsidraw debitament l-effiċjenza fl-enerġija fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati fid-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE fir-rigward tad-deċiżjonijiet tagħhom dwar it-tħaddim tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku.
L-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija nazzjonali permezz tal-iżvilupp ta' tariffi u regolamenti tan-netwerk, fil-qafas tad-Direttiva 2009/72/KE u b'kont meħud tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' kull miżura, jipprovdu inċentivi għall-operaturi tal-grilja sabiex jagħmlu disponibbli servizzi tas-sistema lill-utenti tan-netwerk li permezz tagħhom ikunu jistgħu jimplimentaw miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija fil-kuntest tal-użu kontinwu tal-grilji intelliġenti.
Tali servizzi ta' sistemi jistgħu jkunu determinati mill-operatur tas-sistema u ma għandux ikollhom impatt negattiv tas-sigurtà tas-sistema.
Għall-elettriku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regolamentazzjoni tan-netwerks, u t-tariffi tan-netwerks, jissodisfaw il-kriterji fl-Anness XI, b'kunsiderazzjoni għal-linji gwida u l-kodiċijiet żviluppati skont ir-Regolament (KE) Nru 714/2009.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sat-30 ta' Ġunju 2015, li:
(a) issir valutazzjoni tal-potenzjali tal-effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura tal-gass u l-elettriku u tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasmissjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ġestjoni tat-tagħbiji u tal-interoperabbiltà, kif ukoll tal-konnessjoni mal-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, inklużi l-possibbiltajiet ta' aċċess għal ġeneraturi tal-enerġija mikro;
(b) jiġu identifikati miżuri u investimenti konkreti għall-introduzzjoni ta' titjib kosteffettiv tal-effiċjenza fl-enerġija fl-infrastruttura tan-netwerks, bi skeda ta' żmien għall-introduzzjoni tagħhom.
3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu komponenti ta’ skemi u ta’ strutturi tariffarji b’għan soċjali għat-trasmissjoni u għad-distribuzzjoni tal-enerġija destinata għan-netwerk, sakemm kwalunkwe effett li jista' jfixkel is-sistema ta' trasmissjoni u distribuzzjoni jinżamm għall-minimu neċessarju u ma jkunx spropozjonat mal-għan soċjali.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tneħħija ta' dawk l-inċentivi fit-tariffi tat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni li jagħmlu ħsara lill-effiċjenza ġenerali (inkluża l-effiċjenza fl-enerġija) tal-ġenerazzjoni, it-trasmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku jew dawk li jistgħu jfixklu l-parteċipazzjoni ta' rispons ta' domanda, fl-ibbilanċjar tas-swieq u fl-akkwist tas-servizzi anċillari. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-netwerk ikunu inċentivati biex itejbu l-effiċjenza fid-disinn u l-ħidma tal-infrastruttura, u, fil-qafas tad-Direttiva 2009/72/KE, li t-tariffi jippermettu lill-fornituri jtejbu l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi fl-effiċjenza tas-sistema, inkluż ir-rispons tad-domanda skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali.
5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE u b'kont meħud tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-ħtieġa li tkun żgurata l-kontinwità fil-provvista tas-sħana, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, suġġett għar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-operaturi tas-sistema ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni meta jkunu responsabbli mid-dispaċċ tal-installazzjonijiet li jiġġeneraw l-enerġija fit-territorju tagħhom:
(a) jiggarantixxu t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;
(b) jipprovdu aċċess prijoritarju jew iggarantit għall-grilja tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;
(c) meta jiddispaċċaw l-installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku, jipprovdu dispaċċ prijoritarju ta' elettriku minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja sakemm jippermetti t-tħaddim sigur tas-sistema nazzjonali tal-elettriku.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli relatati mal-klassifikazzjoni tal-prijoritajiet differenti ta' aċċess u dispaċċ mogħtija fis-sistemi tal-elettriku tagħhom jiġu spjegati fid-dettall u ppubblikati. Meta jipprovdu aċċess jew dispaċċ prijoritarju għal koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-klassifikazzjonijiet bħala bejn l-enerġija rinnovabbli u l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, jew fi ħdan tipi differenti tagħhom u fi kwalunkwe każ għandhom jiżguraw li l-aċċess jew id-dispaċċ prijoritarji għall-enerġija minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u varjabbli ma jkunux imfixkla.
6. Soġġett għar-rekwiżiti relatati maż-żamma tal-affidabbiltà u tas-sikurezza tal-grilja, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jiżguraw li, fejn dan ikun teknikament u ekonomikament fattibbli mal-mod ta' operazzjoni tal-installazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, l-operaturi tal-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja jistgħu joffru servizzi ta' bbilanċjar u servizzi operattivi oħrajn fuq il-livell tal-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni jew tal-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni fejn dan ikun konsistenti mal-modalità ta' tħaddim tal-installazzjoni ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja. L-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiżguraw li tali servizzi jkunu parti minn proċess ta' tfigħ ta' offerti għas-servizzi li jkun trasparenti, mhux diskriminatorji u miftuħa għal skrutinju.
Fejn ikun xieraq, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni jinkoraġġixxu li l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja titqiegħed f'post qrib iż-żoni ta' domanda billi jnaqqsu t-tariffi tal-konnessjoni u tal-użu tas-sistema.
7. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-produtturi ta' elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja li jixtiequ jkunu konnessi mal-grilja joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-konnessjoni.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji tal-enerġija jinkoraġġixxu riżorsi fuq in-naħa tad-domanda, bħar-risposta għad-domanda, biex jipparteċipaw flimkien mal-provvista fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut.
Soġġett għal limiti tekniċi inerenti fit-tmexxija tan-netwerks, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, fl-ilħuq tar-rekwiżiti għal servizzi ta' bilanċjar u anċillari, jittrattaw lill-fornituri tar-risposta għad-domanda, inklużi l-aggregaturi, b'mod mhux diskriminatorju, abbażi tal-kapaċitajiet tekniċi tagħhom.
Soġġett għal limiti tekniċi inerenti fit-tmexxija tan-netwerks, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-aċċess għal u l-parteċipazzjoni fir-risposta għad-domanda fl-ibbilanċjar, ir-riżerva u swieq oħrajn ta' sistema ta' servizzi, fost l-oħrajn bir-rekwiżit li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija jew, fejn is-sistemi regolatorji nazzjonali tagħhom hekk jeħtieġu, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-fornituri u l-konsumaturi tas-servizz tad-domanda, biex jiġu definiti l-modalitajiet tekniċi għall-parteċipazzjoni f'dawn is-swieq abbażi tar-rekwiżiti tekniċi ta' dawn is-swieq u l-kapaċitajiet tar-risposta għad-domanda. Tali speċifikazzjonijiet għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni tal-aggregaturi.
9. Fir-rappurtar taħt id-Direttiva 2010/75/UE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-inklużjoni ta' informazzjoni dwar il-livelli ta' effiċjenza tal-enerġija ta' installazzjonijiet li jwettqu l-kombustjoni ta' karburanti b'input termali kklassifikat totali ta' 50 MW jew aktar fid-dawl tal-aħjar tekniki disponibbli rilevanti, kif żviluppat skont id-Direttivi 2010/75/UE u 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż ( 7 ).
L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu lill-operaturi tal-installazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu biex itejbu r-rati operattivi netti medji annwali tagħhom.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ORIZZONTALI
Artikolu 16
Disponibbilta' ta' skemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni
1. Fejn Stat Membru jikkunsira li l-livell nazzjonali ta' kompetenza, oġġettività u affidabbiltà teknika mhux suffiċjenti, huwa għandu jiżgura li, sal-31 ta' Diċembru 2014, l-iskemi ta' ċertifikazzjoni u/jew ta' akkreditazzjoni u/jew l-iskemi ta' kwalifiki ekwivalenti, inkluż, fejn meħtieġ, programmi xierqa ta' taħriġ, isiru jew ikunu disponibbli għall-fornituri ta' servizzi tal-enerġija, għall-verifiki tal-enerġija, għall-managers tal-enerġija u għall-installaturi tal-elementi tal-bini relatati mal-enerġija kif ġew iddefiniti fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi msemmija fil-paragrafu 1 jipprovdu trasparenza għall-konsumaturi, ikunu affidabbli u jikkontribwixxu għall-objettivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija.
3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament l-iskemi ta' ċertifikazzjoni u/jew ta' akkreditazzjoni jew l-iskemi ta' kwalifiki ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni dwar il-paraguni bejn l-iskemi u r-rikonoxximent tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu lill-konsumaturi konxji mid-disponibbiltà tal-iskemi ta' kwalifika u/jew ċertifikazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 18(1).
Artikolu 17
Informazzjoni u taħriġ
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-mekkaniżmi disponibbli tal-effiċjenza fl-enerġija u l-oqfsa finanzjarji u legali jkunu trasparenti u distribwiti b'mod wiesa' mal-atturi rilevanti kollha tas-suq, bħall-konsumaturi, il-bennejja, l-arkitetti, l-inġiniera, l-awditjarri ambjentali u tal-enerġija, u l-installaturi tal-elementi tal-bini kif definit fid-Direttiva 2010/31/UE.
L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-għoti ta' informazzjoni lill-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn dwar il-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni, inkluż permezz tal-ħolqien ta' sħubiji pubbliċi/privati, fil-finanzjament tal-miżuri ta' titjib tal-effiċjenza fl-enerġija.
2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kondizzjonijiet xierqa għall-operaturi tas-swieq biex jipprovdu informazzjoni adegwata u mmirata u konsulenza lill-konsumaturi tal-enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija.
3. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-impatt tal-miżuri tagħha biex tappoġġa l-iżvilupp ta' pjattaformi li jinvolvu, fost l-oħrajn, korpi ta' djalogu soċjali Ewropew fit-trawwim ta' programmi ta' taħriġ għall-effiċjenza fl-enerġija, u għandha tressaq aktar miżuri jekk ikun xieraq. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lis-sħab soċjali Ewropej fid-diskussjonijiet tagħhom dwar l-effiċjenza fl-enerġija.
4. L-Istati Membri għandhom, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jippromwovu l-informazzjoni xierqa, is-sensibilizzazzjoni u l-inizjattivi ta' taħriġ biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-benefiċċji u l-prattiċitajiet li jittieħdu miżuri ta' titjib fl-effiċjenza fl-enerġija.
5. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iskambju u d-distribuzzjoni wiesa' tal-informazzjoni dwar l-aħjar prattiki ta' effiċjenza fl-enerġija fl-Istati Membri.
Artikolu 18
Servizzi ta' enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jippromwovu s-suq tas-servizzi tal-enerġija u l-aċċess tal-SMEs għal dan is-suq billi:
(a) jiddistribwixxu informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli dwar
(i) il-kuntratti u l-klawsoli tas-servizzi tal-enerġija disponibbli li għandhom ikunu inklużi f'kuntratti ta' din ix-xorta sabiex jiġu ggarantiti l-iffrankar tal-enerġija u d-drittijiet tal-klijenti aħħarin;
(ii) strumenti finanzjarji, inċentivi, għotjiet u self sabiex jingħata appoġġ lill-proġetti tas-servizzi tal-effiċjenza fl-enerġija;
(b) jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta' tikketti ta' kwalità, fost l-oħrajn, minn assoċjazzjonijiet kummerċjali;
(c) jagħmlu pubblikament disponibbli u jaġġornaw regolarment lista ta' fornituri disponibbli ta' servizzi ta' enerġija li huma kwalifikati u/jew ċertifikati u l-kwalifiki tagħhom u/jew ċertifikazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16, jew jipprovdu pjattaforma fejn il-fornituri ta' servizzi ta' enerġija jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni;
(d) jappoġġaw lis-settur pubbliku biex jieħu l-offerti ta' servizz tal-enerġija, b'mod partikolari għall-modernizzazzjoni tal-bini, billi:
(i) jipprovdu mudell ta' kuntratti għall-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija li jinkludi mill-inqas il-punti elenkati fl-Anness XIII;
(ii) jipprovdu informazzjoni dwar l-aħjar prattiki għall-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija, inkluża, jekk ikunu disponibbli, l-analiżi tal-ispiża u l-benefiċċji bl-użu ta' approċċ ta' ċiklu tal-ħajja;
(e) jagħmlu rieżami kwalitattiv fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija dwar l-iżvilupp attwali u futur tas-suq tas-servizzi tal-enerġija.
2. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-funzjonament tajjeb tas-suq tas-servizzi tal-enerġija, fejn xieraq, billi:
(a) jidentifikaw u jippubbliċizzaw il-punt(i) ta' kuntatt fejn il-klijenti aħħarin jistgħu jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
(b) jieħdu, jekk ikun meħtieġ, miżuri biex jitneħħew l-ostakoli regolatorji u mhux regolatorji li jipprojbixxu t-teħid tal-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija u mudelli oħrajn ta' servizzi ta' effiċjenza fl-enerġija għall-identifikazzjoni u/jew l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' ffrankar tal-enerġija;
(c) jikkunsidraw l-implimentazzjoni jew l-assenjament tar-rwol ta' mekkaniżmu indipendenti, bħal ombudsman, biex jiġi żgurat it-trattament effiċjenti tal-ilmenti u r-riżoluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti li jirriżulta mill-kuntratti tas-servizzi tal-enerġija.
(d) jippermettu li intermedjarji tas-suq indipendenti ikollhom rwol fl-istimolu tal-iżvilupp tas-suq fuq in-naħat tad-domanda u l-provvista.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni u l-kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsum joqogħdu lura minn kwalunkwe attività li tista' timpedixxi d-domanda għal u t-twassil tas-servizzi ta' enerġija, jew miżuri oħrajn għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, jew li tfixkel l-iżvilupp tas-swieq għal tali servizzi jew miżuri, inkluż l-għeluq tas-suq għall-kompetituri jew l-abbuż minn pożizzjonijiet dominanti.
Artikolu 19
Miżuri oħrajn sabiex tkun promossa l-effiċjenza fl-enerġija
1. L-Istati Membri għandhom jevalwaw u jekk ikun meħtieġ jieħdu miżuri xierqa sabiex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza fl-enerġija, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażiċi tal-proprjetà u l-liġi dwar il-kera tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward ta':
(a) il-qsim tal-inċentivi bejn is-sid u l-kerrej ta' bini jew fost is-sidien, sabiex ikun żgurat li dawn il-partijiet ma jiġux skoraġġiti milli jagħmlu investimenti għal titjib tal-effiċjenza li kienu jagħmlu kieku ma kienx għall-fatt li ma jiksbux individwalment il-benefiċċji sħaħ jew minħabba n-nuqqas ta' regoli għad-diviżjoni tal-ispejjeż u tal-benefiċċji bejniethom, inklużi r-regoli u l-miżuri nazzjonali li jirregolaw il-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-proprjetà b'diversi sidien;
(b) id-dispożizzjonijiet legali u regolatorji, u l-prattiki amministrattivi, fir-rigward tax-xiri pubbliku u tal-ibbaġitjar u tal-kontabbiltà annwali, sabiex ikun żgurat li l-korpi pubbliċi individwali ma jiġux skoraġġiti milli jagħmlu investimenti fit-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-minimizzar tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja mistennija u mill-użu tal-kuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija u mekkaniżmi ta' finanzjament ta' partijiet terzi oħrajn fuq bażi kuntrattwali fit-tul;
Tali miżuri sabiex jitneħħew l-ostakli jistgħu jinkludu l-għoti ta' inċentivi, ir-revoka jew l-emendar ta' dispożizzjonijiet legali jew regolatorji, jew l-adozzjoni ta' linji gwida u ta' komunikazzjonijiet interpretattivi, jew is-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi. Il-miżuri jistgħu jiġu kkombinati mal-għoti ta' edukazzjoni, taħriġ u ma' informazzjoni u assistenza teknika speċifiċi dwar l-effiċjenza fl-enerġija.
2. L-evalwazzjoni tal-ostakli u tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni fl-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija msemmi fl-Artikolu 24(2). Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki nazzjonali f'dan ir-rigward.
Artikolu 20
Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija, Finanzjament u Appoġġ Tekniku
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-istabbiliment tal-faċilitajiet ta' finanzjament, jew l-użu ta' dawk eżistenti, għall-miżuri ta' titjib tal-effiċjenza fl-enerġija biex jiġu massimizzati l-benefiċċji ta' diversi sorsi ta' finanzjament.
2. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, direttament jew permezz tal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, tassisti lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta' faċilitajiet ta' finanzjament u skemi ta' appoġġ tekniku bl-għan li tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija f'setturi differenti.
3. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali kompetenti, pereżempju permezz ta' laqgħat annwali tal-korpi regolatorji, bażijiet tad-data pubbliċi bl-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri mill-Istati Membri, u l-paragun bejn il-pajjiżi.
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija. L-iskop ta' dan il-fond għandu jkun li jappoġġa inizjattivi nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.
5. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5(1) jintlaħqu bil-kontribuzzjonijiet annwali lill-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija ta' ammont ugwali għall-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-obbligi.
6. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-partijiet obbligati jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom stipulati fil-Artikolu 7(1) billi kull sena jikkontribwixxu għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija ammont ugwali għall-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-obbligi.
7. L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul tagħhom mill-allokazzjonijiet annwali ta' emissjonijiet skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE fl-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' finanzjament innovattivi biex jagħtu effett prattiku għall-objettiv fl-Artikolu 5 tat-titjib tal-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini.
Artikolu 21
Fatturi ta' konverżjoni
Għall-finijiet tal-paragun tal-iffrankar u l-konverżjoni tal-enerġija ma' unità paragunabbli, għandhom japplikaw il-fatturi ta' konverżjoni stipulati fl-Anness IV sakemm ma jistax jiġi ġġustifikat l-użu ta' fatturi ta' konverżjoni oħrajn.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Atti delegati
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegat skont l-Artikolu 23 sabiex tirrevedi l-valuri armonizzati ta' referenza tal-effiċjenza msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(10).
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 23 sabiex tadatta l-valuri, il-metodi ta' kalkolu, il-koeffiċjent tal-enerġija primarja u r-rekwiżiti fl-Annessi I, II, III, IV, V, VII, VIII, IX, X u XII għall-progress tekniku.
Artikolu 23
Tħaddim tad-delega
1. Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 22 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-4 ta' Diċembru 2012.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 22 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
5. Att iddelegat li ġie adottat skont l-Artikolu 22 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma informaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu jiġġedded b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 24
Rieżami u monitoraġġ tal-implimentazzjoni
1. Sat-30 ta' April ta' kull sena mill-2013, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-miri nazzjonali għall-effiċjenza enerġeika, skont il-Parti 1 tal-Anness XIV (1). Ir-rapport jista' jifforma parti mill-Programmi Nazzjonali ta' Riforma msemmijin fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2010/410/UE tat-13 ta' Lulju 2010 dwar linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Unjoni ( 8 ).
2. Sat-30 ta' April 2014, u imbagħad kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija. Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom ikopru miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija mistenni u/jew miksub sinifikanti, inklużi dawk fil-provvista, it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija kif ukoll fl-użu finali tal-enerġija, bil-ħsieb li jintlaħqu l-miri nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija msemmijin fl-Artikolu 3(1). Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom ikunu kkomplementati bi stimi aġġornati tal-konsum totali mistenni tal-enerġija primarja fl-2020, kif ukoll b'livelli stmati tal-konsum tal-enerġija primarja fis-setturi indikati fl-Anness XIV(1).
Sal-31 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tipprovdi mudell bħala gwida għall-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija. Dak il-mudell għandu jkun adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2). Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija fi kwalunkwe każ għandhom jinkludu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XIV.
3. Il-Kummissjoni għandha tevalwa r-rapporti annwali u l-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għandha tivvaluta kemm għamlu progress l-Istati Membri sabiex jilħqu l-miri nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija mitluba mill-Artikolu 3(1) u sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-valutazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tar-rapporti u l-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija l-Kummissjoni tista' tagħti rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.
4. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-impatt tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fuq id-Direttivi 2003/87/KE, 2009/28/KE u 2010/31/UE u d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, u fuq is-setturi industrijali, b'mod partikolari dawk li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-karbonju, kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2010/2/UE.
5. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ħtieġa kontinwa għall-possibbiltà ta' eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(6) għall-ewwel darba fil-valutazzjoni tal-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u kull tliet snin wara dan. Meta r-reviżjoni turi li kwalunkwe wieħed mill-kriterji għal dawn l-eżenzjonijiet m'għadux jista' jiġi ġġustifikat billi titqies id-disponibbiltà tat-tagħbija tas-sħana u l-kondizzjonijiet operattivi reali tal-installazzjonijiet eżenti, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa.
6. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni, qabel it-30 ta' April ta' kull sena, statistika dwar il-produzzjoni nazzjonali tal-elettriku u tas-sħana minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u baxxa, skont il-metodoloġija murija fl-Anness I, b'relazzjoni għall-produzzjoni totali tas-sħana u tal-elettriku. Huma għandhom iressqu wkoll statistika annwali dwar il-kapaċitajiet tal-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku u l-karburanti għall-koġenerazzjoni, u dwar il-produzzjoni u l-kapaċitajiet tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, b'relazzjoni għall-kapaċitajiet totali tas-sħana u tal-produzzjoni tal-elettriku. L-Istati Membri għandhom iressqu statistika dwar l-iffrankar tal-enerġija primarja miksub bl-applikazzjoni tal-koġenerazzjoni skont il-metodoloġija murija fl-Anness II.
7. Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tressaq il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti għal miżuri oħrajn.
8. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 sa sal-5 ta' Diċembru 2015, b'kont meħud tar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2004/18/KE u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.
9. Sat-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 7. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġislattiva għal għan wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:
(a) sabiex tinbidel id-data finali stabbilita fl-Artikolu 7(1);
(b) sabiex jiġu riveduti l-ħtiġijiet preskritti fl-Artikolu 7(1), (2) u (3);
(c) sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni addizzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7(7).
10. Sat-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li għamlu l-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakli regolatorji u mhux regolatorji msemmijin fl-Artikolu 19(1). Din il-valutazzjoni għandha tkun segwita, jekk ikun xieraq, minn proposti għal aktar miżuri.
11. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli r-rapporti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 25
Pjattaforma online
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma online biex titrawwem l-implimentazzjoni prattika ta' din id-Direttiva fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Dik il-pjattaforma għandha tappoġġa l-iskambju ta' esperjenzi fuq il-prattiki, il-punti ta' riferiment, l-attivitajiet ta' netwerking, kif ukoll il-prattiki innovattivi.
Artikolu 26
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 27
Emendi u Revoka
1. Id-Direttiva 2006/32/KE hija revokata mill-5 ta' Ġunju 2014, minbarra għall-Artikolu 4(1) sa (4) tagħha l-Annessi I, III u IV għaliha, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali. L-Artikolu 4(1) sa (4) tal-Annessi I, III u IV għad-Direttiva 2006/32/KE għandhom jiġu mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2017.
Id-Direttiva 2004/8/KE hija rrevokata mill-5 ta' Ġunju 2014, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali.
Ir-referenzi għad-Direttivi 2006/32/KE u 2004/8/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness XV.
2. L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2010/30/UE huwa mħassar mill-5 ta' Ġunju 2014.
3. Id-Direttivas 2009/125/KE hija emendata kif ġej:
(1) tiddaħħal il-premessa li ġejja:
“(35a) |
Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ( *1 ) teħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-enerġija bħall-bini ta' elementi li jagħmlu parti mill-allokazzjoni għall-bini u rekwiżiti tas-sistema fir-rigward tal-prestazzjoni ġenerali tal-enerġija, l-installazzjoni xierqa, u d-dimensjonar, aġġustament u kontroll xierqa tas-sistemi tekniċi għall-bini li jkunu installati fil-bini eżistenti. Huwa konsistenti mal-objettivi ta' din id-Direttiva li dawn ir-rekwiżiti jistgħu f'ċerti ċirkostanzi jillimitaw l-installazzjoni ta' prodotti relatati mal-enerġija li jikkonformaw ma' din id-Direttiva u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux ostakolu mhux ġustifikat għas-suq. |
(2) is-sentenza li ġejja tiżdied mal-aħħar tal-Artikolu 6(1):
“Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti dwar il-prestazzjoni u r-rekwiżiti għas-sistema stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/31/UE.”.
Artikolu 28
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-5 ta' Ġunju 2014.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 4, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 5(6), l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 7(9), l-Artikolu 14(6), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(2) u l-punt (4) tal-Anness V sad-dati speċifikati fihom.
Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 30
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
IL-PRINĊIPJI ĠENERALI GĦALL-KALKOLU TAL-ELETTRIKU MILL-KOĠENERAZZJONI
Parti I
Il-prinċipji ġenerali
Il-valuri użati għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi tat-tħaddim tal-unità mistenni jew effettiv f'kundizzjonijiet ta' użu normali. Għall-unitajiet ta' mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu jista' jkun ibbażat fuq valuri ċċertifkati.
(a) Il-produzzjoni tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandha titqies bħala ugwali għall-produzzjoni annwali totali tal-elettriku tal-unità mkejla fl-iżbokk tal-ġeneraturi ewlenin;
(i) f'unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tipi (b), (d), (e), (f), (g) u (h) imsemmijia f'Parti II, b'effiċjenza annwali totali ffissata mill-Istati Membri f'livell ta' mill-inqas 75 %; u
(ii) f'unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tip (a) u (c) imsemmija f'Parti II b'effiċjenza annwali totali ffissata mill-Istati Membri f'livell ta' mill-inqas 80 %.
(b) F'unitajiet ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza annwali totali taħt il-valur imsemmi fil- punt (i) tal-punt (a) (unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tipi (b), (d), (e), (f), (g), u (h) imsemmija fil-Parti II) jew b'effiċjenza annwali totali taħt il-valur imsemmi fil- punt (ii) tal-punt (a) (unitajiet ta' koġenerazzjoni tat-tipi (a) u (c) imsemmija fil-Parti II) il-koġenerazzjoni tiġi kkalkolata skont il-formula li ġejja:
ECHP=HCHP*C
fejn:
ECHP hija l-ammont ta' elettriku mill-koġenerazzjoni;
C hija l-proporzjon tal-enerġija għas-sħana;
HCHP hija l-ammont ta'sħana siewja mill-koġenerazzjoni (ikkalkolat għal dan il-għan bħala l-produzzjoni totali ta' sħana bit-tnaqqis ta' kwalunkwe sħana prodotta f'boljers separati jew bl-estrazzjoni ta' fwar taħt pressjoni (live steam) mill-ġeneratur tal-fwar qabel it-turbina).
Il-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-proporzjon effettiv tal-enerġija għas-sħana. Jekk il-proporzjon effettiv tal-enerġija għas-sħana tal-unità ta' koġenerazzjoni mhuwiex magħruf, jistgħu jintużaw il-valuri awtomatiċi li ġejjin, b'mod partikolari għal finijiet statistiċi, għal unitajiet tat-tip (a), (b), (c), (d) u (e) msemmija f'Parti II, bil-kundizzjoni li l-elettriku mill-koġenerazzjoni kkalkolat ikun inqas jew ugwali għall-produzzjoni totali tal-elettriku tal-unità:
Tip ta 'l-unità |
Setgħa Default għal enerġija termali, C |
Flimkien ċiklu turbina tal-gass bl-irkupru tas-sħana |
0,95 |
Turbina tal-fwar pressjoni lura |
0,45 |
Turbina tal-fwar estrazzjoni kondensazzjoni |
0,45 |
Turbina tal-gass bl-irkupru tas-sħana |
0,55 |
Magna ta 'kombustjoni interna |
0,75 |
Jekk l-Istati Membri jintroduċu valuri awtomatiċi għall-proporzjonijiet tal-enerġija għas-sħana għall-unitajiet tat-tip (f), (g), (h), (i), (j) u (k) imsemmija fil-Parti II, tali valuri awtomatiċi għandhom jiġu ppubblikati u nnotifikati lill-Kummissjoni.
(c) Jekk sehem mill-kontenut tal-enerġija tal-input tal-karburant fil-proċess ta' koġenerazzjoni jiġi rkuprat f'kimiċi u rriċiklat, dan is-sehem jista' jiġi mnaqqas mill-input tal-karburant qabel ma tiġi kkalkolata l-effiċjenza totali użata fil-punti (a) u (b).
(d) L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-proporzjon tal-enerġija għas-sħana bħala l-proporzjon tal-elettriku għas-sħana siewja meta t-tħaddim isir fil-modalità ta' koġenerazzjoni b'kapaċità iktar baxxa fejn tintuża d-data operattiva tal-unità speċifika.
(e) L-Istati Membri jistgħu jużaw perijodi ta' rappurtaġġ oħrajn minflok ta' sena għall-għan tal-kalkoli skont il-punti (a) u (b).
Parti II
It-Teknoloġiji ta' koġenerazzjoni koperti minn din id-Diretttiva
(a) Turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat bl-irkupru tas-sħana
(b) Turbina ta' kontropressjoni tal-fwar
(c) Turbina ta' estrazzjoni bil-kondensazzjoni tal-fwar
(d) Turbina tal-gass bl-irkupru ta' sħana
(e) Magna li taħdem bil-kombustjoni interna
(f) Mikroturbini
(g) Magni Stirling
(h) Ċelloli tal-karburant
(i) Magni tal-fwar
(j) Ċikli organiċi Rankine
(k) Kwalunkwe tip ieħor ta' teknoloġija jew kombinazzjoni ta' teknoloġiji li jaqa' taħt id-definizzjoni stabbilità fl-Artikolu 2(30).
Meta jimplimentaw u japplikaw il-prinċipji ġenerali għall-kalkolu tal-elettriku mill-koġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-Linji Gwida dettaljati stabbiliti bid-Deċiżjoni 2008/952/KE tad-19 ta’ Novembru 2008 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness II tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).
ANNESS II
METODOLOĠIJA BIEX TKUN IDDETERMINATA L-EFFIĊJENZA TAL-PROĊESS TA’ KOĠENERAZZJONI
Il-valuri użati għall-kalkolu tal-effiċjenza tal-koġenerazzjoni u tal-iffrankar tal-enerġija primarja għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tat-tħaddim mistenni jew effettiv tal-unità f'kundizzjonijiet tal-użu normali.
(a) Koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
— produzzjoni ta' koġenerazzjoni minn unitajiet ta' koġenerazzjoni għandha tipprovdi ffrankar tal-enerġija primarja kkalkulat skont punt (b) ta' mill-inqas 10 % meta mqabbel mar-referenzi għall-produzzjoni separata tas-sħana u l-elettriku,
— produzzjoni minn unitajiet ta' skala żgħira u mikro koġenerazzjoni li jipprovdu ffrankar tal-enerġija primarja, jistgħu jikkwalifikaw bħala koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.
(b) Kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija primarja
L-ammont ta' ffrankar tal-enerġija primarja pprovdut minn produzzjoni ta' koġenerazzjoni ddefinit skont l-Anness I għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-formula li ġejja:
Fejn:
PES hija l-iffrankar tal-enerġija primarja.
CHP Hη hija l-effiċjenza tas-sħana tal-produzzjoni ta' koġenerazzjoni ddefinita bħala l-output annwali ta' sħana siewja diviż bl-input ta' karburant użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta' sħana siewja u ta' elettriku mill-koġenerazzjoni.
Ref Hη hija l-valur ta' referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata tas-sħana.
CHP Eη hija l-effiċjenza elettrika tal-produzzjoni ta' koġenerazzjoni ddefinita bħala l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni diviż bl-input ta' karburant użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta' sħana siewja u ta' elettriku mill-koġenerazzjoni. Fejn unità ta' koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni jista' jitkabbar b'element addizzjonali li jirrappreżenta l-ammont ta' elettriku li huwa ekwivalenti għal dak tal-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali ma joħloqx dritt għall-ħruġ ta' garanziji tal-oriġini skont l-Artikolu 14(10).
Ref Eη hija l-valur ta' referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata tal-elettriku.
(c) Kalkoli ta' ffrankar tal-enerġija bl-użu ta' kalkolu alternattiv
L-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw l-iffrankar tal-enerġija primarja minn produzzjoni ta' sħana u ta' elettriku u ta' enerġija mekkanika, kif indikat iktar 'l isfel, mingħajr ma japplikaw l-Anness I sabiex jeskludu l-partijiet tas-sħana u tal-elettriku mhux mill-koġenerazzjoni tal-istess proċess. Produzzjoni ta' din ix-xorta tista' tiġi kkunsidrata bħala koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja sakemm tissodisfa l-kriterji tal-effiċjenza fil-punt (a) ta' dan l-Anness u, għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni b'kapaċità elettrika ta' iktar minn 25 MW, l-effiċjenza totali tkun ta' iktar minn 70 %. Madankollu, l-ispeċifikazzjoni tal-kwantità ta' elettriku mill-koġenerazzjoni prodotta fi produzzjoni ta' din ix-xorta, għall-ħruġ ta' garanzija tal-oriġini u għal finijiet statistiċi, għandha tkun iddeterminata skont l-Anness I.
Jekk l-iffrankar tal-enerġija primarja ta' proċess jiġi kkalkolat permezz tal-kalkolu alternattiv, kif indikat iktar 'il fuq, l-iffrankar tal-enerġija primarja għandu jiġi kkalkolat permezz tal-formula fil-paragrafu (b) ta' dan l-Anness bis-sostituzzjoni ta':“CHP Hη” bi “Hη” u“CHP Eη” bi “Eη”, fejn:
Hη għandha tfisser l-effiċjenza tas-sħana tal-proċess, iddefinita bħala l-output annwali ta' sħana diviż bl-input tal-karburant użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta' sħana u tal-output ta' elettriku.
Eη għandha tfisser l-effiċjenza tal-elettriku tal-proċess, iddefinita bħala l-output annwali tal-elettriku diviż bl-input tal-karburant użat sabiex tkun prodotta s-somma tal-output ta' sħana u tal-output ta' elettriku. Fejn unità ta' koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriku annwali mill-koġenerazzjoni jista' jitkabbar b'element addizzjonali li jirrappreżenta l-ammont ta' elettriku li huwa ekwivalenti għal dak tal-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali mhuwiex se joħloq dritt għall-ħruġ ta' garanziji tal-oriġini skont l-Artikolu 14(10).
(d) |
L-Istati Membri jistgħu jużaw perijodi ta' rappurtaġġ oħrajn minflok ta' sena għall-għan tal-kalkoli skont il-punti (b) u (c) ta' dan l-Anness. |
(e) |
Għall-unitajiet ta' mikrokoġenerazzjoni, il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija primarja jista' jkun ibbażat fuq data ċċertifikata. |
(f) |
Valuri ta' referenza għall-effiċjenza għall-produzzjoni separata ta' sħana u elettriku Il-valuri armonizzati ta' referenza għall-effiċjenza għandhom jikkonsistu f'matriċi ta' valuri differenzjati skont fatturi rilevanti, inkluża s-sena tal-kostruzzjoni u t-tipi ta' karburant, u jridu jkunu bbażati fuq analiżi dokumentata sew li tqis, fost l-oħrajn, id-data mill-użu operattiv f'kundizzjonijiet realistiċi, it-taħlita tal-karburanti u l-kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll it-teknoloġiji ta' koġenerazzjoni applikati. Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għal produzzjoni separata ta' sħana u ta' elettriku skont il-formula stabbilita fil-punt (b) għandhom jistabbilixxu l-effiċjenza operattiva tal-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku li l-koġenerazzjoni hija maħsuba li tissostitwixxi. Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għandhom jiġu kkalkolati skont il-prinċipji li ġejjin: 1. Għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni il-paragun ma' produzzjoni separata tal-elettriku għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju li jiġu mqabbla l-istess kategoriji ta' karburanti. 2. Kull unità ta' koġenerazzjoni għandha titqabbel mal-aħjar teknoloġija disponibbli u ekonomikament ġustifikabbli għall-produzzjoni separata tas-sħana u l-elettriku fis-suq fis-sena tal-kostruzzjoni tal-unità ta' koġenerazzjoni. 3. Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni li jkollhom iktar minn għaxar snin għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-valuri ta' referenza ta' unitajiet li jkollhom għaxar snin. 4. Il-valuri ta' referenza għall-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u għall-produzzjoni separata tas-sħana għandhom jirriflettu d-differenzi klimatiċi bejn l-Istati Membri. |
ANNESS III
REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA GĦAX-XIRI TA’ PRODOTTI, SERVIZZI U BINI MILL-GVERN ĊENTRALI
Gvernijiet ċentrali li jixtru prodotti, servizzi jew bini, dment li dawn ikunu konsistenti mal-kosteffettività, il-fattibbiltà ekonomika, sostenibbiltà ikbar, l-istabilità teknika, kif ukoll kompetizzjoni suffiċjenti, għandhom:
(a) fejn prodott ikun kopert minn att iddelegat adottat skont id-Direttiva 2010/30/UE jew b'direttiva implimentattiva tal-Kummissjoni relatata, jixtru biss il-prodotti li jikkonformaw mal-kriterju li jkunu jappartjenu għall-ogħla klassi ta' effiċjenza fl-enerġija possibbli fid-dawl tal-ħieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni suffiċjenti;
(b) fejn prodott li ma jkunx kopert taħt punt a) jkun kopert minn miżura ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE adottata wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, jixtru biss prodotti li jikkonformaw mal-parametri ta' effiċjenza fl-enerġija speċifikati f'dik il-miżura ta' implimentazzjoni;
(c) jixtru prodotti ta' tagħmir tal-uffiċċji koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1005/KE tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konlużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji ( 10 ) li jikkonformaw ma' rekwiżiti ta' effiċjenza fl-enerġija mhux inqas stretti minn dawk elenkati fl-Anness C għall-Ftehim mehmuż ma' dik id-Deċiżjoni;
(d) jixtru biss tajers li jikkonformaw mal-kriterju li jkollhom l-ogħla klassi ta' effiċjenza fl-enerġija fl-użu tal-karburant, kif definit mir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ( 11 ). Dan ir-rekwiżit ma għandux jipprevjeni lill-korpi pubbliċi milli jixtru tajers bl-ogħla klassi tal-qbid fuq l-imxarrab jew tal-istorbju estern tad-tidwir, fejn dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta' sikurezza jew ta' saħħa pubblika;
(e) jeżiġu fis-sejħiet għall-offerti tagħhom għal kuntratti ta' servizzi li l-fornituri tas-servizzi jużaw, għall-għanijiet tal-forniment tas-servizzi involuti, biss prodotti li jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fil-punti (a) sa (d), meta jipprovdu s-servizzi inkwistjoni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika biss għal prodotti ġodda mixtrija mill-fornituri tas-servizzi parzjalment jew totalment għall-għan li jagħtu s-servizz inkwistjoni;
(f) jixtru, jew jagħmlu ftehimiet ta' kiri ġodda, biss għal bini li jkun konformi mill-inqas mar-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 5(1) sakemm l-għan tax-xiri ma jkunx:
(i) sabiex iwettaq rinnovazzjoni kompleta jew demolizzjoni;
(ii) fil-każ ta' korpi pubbliċi, sabiex jerġa' jbiegħ il-bini mingħajr ma jużah għall-finijiet tal-korp pubbliku, jew
(iii) li jippreservah bħala bini uffiċjalment protett bħala parti minn ambjent ikklassifikat, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu.
Il-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti għandha tkun ivverifikata permezz taċ-ċertifikati tal-prestazzjoni tal-enerġija msemmijin fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2010/31/UE.
ANNESS IV
IL-KONTENUT TAL-ENERĠIJA TA’ FJUWILS MAGĦŻULA GĦALL-UŻU AĦĦARI – TABELLA TA’ KONVERŻJONI ( 12 )
Prodott tal-enerġija |
kJ (NCV) |
kgoe (NCV) |
kWh (NCV) |
1 kg kokk |
28 500 |
0,676 |
7,917 |
1 kg faħam iebes |
17 200 — 30 700 |
0,411 — 0,733 |
4,778 — 8,528 |
1 kg maltunelli ta' faħam kannella |
20 000 |
0,478 |
5,556 |
1 kg linjite iswed |
10 500 — 21 000 |
0,251 — 0,502 |
2,917 — 5,833 |
1 kg faħam kannella |
5 600 — 10 500 |
0,134 — 0,251 |
1,556 — 2,917 |
1 kg shale taż-żejt |
8 000 — 9 000 |
0,191 — 0,215 |
2,222 — 2,500 |
1 kg pit |
7 800 — 13 800 |
0,186 — 0,330 |
2,167 — 3,833 |
1 kg maltunelli tal-pit |
16 000 — 16 800 |
0,382 — 0,401 |
4,444 — 4,667 |
1 kg żejt tal-karburant residwu (żejt tqil) |
40 000 |
0,955 |
11,111 |
1 kg żejt tal-karburant ħafif |
42 300 |
1,010 |
11,750 |
1 kg spirtu tal-magni (petrol) |
44 000 |
1,051 |
12,222 |
1 kg paraffin |
40 000 |
0,955 |
11,111 |
1 kg gass taż-żejt mhux raffinat likwifikat |
46 000 |
1,099 |
12,778 |
1 kg gass naturali (1) |
47 200 |
1,126 |
13,10 |
1 kg gass naturali likwifikat |
45 190 |
1,079 |
12,553 |
1 kg injam (umdità ta' 25 %) (2) |
13 800 |
0,330 |
3,833 |
1 kg gerbub/briks tal-injam |
16 800 |
0,401 |
4,667 |
1 kg skart |
7 400 — 10 700 |
0,177 — 0,256 |
2,056 — 2,972 |
1 MJ sħana derivata |
1 000 |
0,024 |
0,278 |
1 kWh enerġija elettrika |
3 600 |
0,086 |
1 (3) |
(1) 93 % metan. (2) L-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri oħrajn skont it-tip ta' njam l-iktar użat fl-Istat Membru rispettiv. (3) Applikabbli meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkolat f'termini ta' enerġija primarja fejn jintuża approċċ minn isfel għal fuq ibbażat fuq il-konsum tal-enerġija finali. Għall-iffrankar f'kWh tal- elettriku, l-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent awtomatiku ta' 2,5. L-Istati Membri jistgħu japplikaw koeffiċjent differenti bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu jiġġustifikawh. Sors: Eurostat. |
ANNESS V
Metodi u prinċipji komuni biex jiġi kkalkulat l-impatt ta' skemi tal-obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija jew miżuri ta' politika oħrajn skont l-Artikolu 7(1), (2) u (9) u l-Artikolu 20(6)
1. Il-metodi biex jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-enerġija għall-finijiet tal-Artikolu 7(1) u (2), u l-punti (b), (c), (d), (e) u (f) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(9), u l-Artikolu 20(6)
Partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati jew awtoritajiet pubbliċi implimentattivi jistgħu jużaw wieħed jew aktar mill-metodi li ġejjin biex jikkalkulaw l-iffrankar tal-enerġija:
(a) iffrankar stmat, b'referenza għar-riżultati ta' titjib preċedenti fl-enerġija mmonitorjat preċedentement b'mod indipendenti f'installazzjonijiet simili. L-approċċ ġeneriku jissejjaħ ex-ante;
(b) iffrankar imkejjel bl-arloġġi, fejn l-iffrankar mill-installazzjoni ta' miżura, jew pakkett ta' miżuri, jiġi ddeterminat permezz tar-reġistrazzjoni tat-tnaqqis proprju fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jitqiesu fatturi bħall-addizzjonalità, l-okkupazzjoni tal-bini, il-livelli ta' produzzjoni u t-temp li jistgħu jaffettwaw il-konsum. L-approċċ ġeneriku jissejjaħ ex-post.
(c) iffrankar skalat, fejn jintużaw stimi tal-inġinerija tal-iffrankar. Dan l-approċċ jista' jintuża biss fejn l-istabbiliment ta' data mkejla robusta għal stallazzjoni speċifika jkun diffiċli jew sproporzjonatament għali pereżempju s-sostituzzjoni ta' kompressur jew mutur tal-elettriku b'rata ta' kWh differenti minn dak li għalih tkejlet l-informazzjoni indipendenti dwar l-iffrankar, jew fejn isiru fuq il-bażi ta' metodoloġiji u punti ta' riferiment nazzjonali stabbiliti minn esperti kwalifikati jew akkreditati li huma indipendenti mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati involuti;
(d) iffrankar mistħarreġ, fejn tiġi ddeterminata r-reazzjoni tal-konsumaturi għall-parir, kampanji ta' informazzjoni, skemi ta' tikkettar jew ċertifikazzjoni, jew arloġġi intelliġenti. Dan l-approċċ jista' jintuża biss għal iffrankar li jirriżulta minn bidliet fl-imġiba tal-konsumatur. Ma jistax jintuża għal iffrankar li jirriżulta mill-installazzjoni ta' miżuri fiżiċi.
2. Fid-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija għal miżura ta' effiċjenza fl-enerġija għall-finijiet tal-Artikolu 7(1) u (2), u l-punti (b), (c), (d), (e) u (f) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(9) u l-Artikolu 20(6) għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
(a) jista' jingħata kreditu biss għall iffrankar li jaqbeż il-livelli li ġejjin:
(i) standards tal-Unjoni għall-prestazzjoni dwar l-emissjonijiet għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda wara l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief ( 13 ) u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief ( 14 ), rispettivament;
(ii) rekwiżiti tal-Unjoni relatati mat-tneħħija mis-suq ta' ċerti prodotti relatati mal-enerġija wara l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE; u
(b) biex iqisu l-varjazzjonijiet klimatiċi bejn ir-reġjuni, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jaġġustaw l-iffrankar għal valur standard jew li jagħtu ffrankar tal-enerġija differenti skont il-varjazzjonijiet fit-temperatura bejn ir-reġjuni;
(c) l-attivitajiet tal-parti obbligata, parteċipanti jew fdata għandhom ikunu evidentement rilevanti għall-kisba tal-iffrankar sostnut;
(d) l-iffrankar minn azzjoni individwali ma jistax jiġi sostnut minn iktar minn parti waħda;
(e) il-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija għandu jqis it-tul ta' ħajja tal-miżuri. Dan jista' jsir billi jingħadd l-iffrankar li kull persuna individwali tikseb bejn id-data ta' implimentazzjoni tiegħu u l-31 ta' Diċembru 2020. Inkella, l-Istati Membri jistgħu jadottaw metodu ieħor li huwa stmat li jikseb mill-inqas l-istess kwantità totali ta' ffrankar. Meta jużaw metodi oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ammont totali ta' ffrankar tal-enerġija kkalkulat b'dawn il-metodi l-oħra ma jaqbiżx l-ammont ta' ffrankar tal-enerġija li kien jirriżulta mill-kalkolu tagħhom meta jingħadd l-iffrankar li kull azzjoni individwali kienet tikseb bejn id-data ta' implimentazzjoni tiegħu u l-31 ta' Diċembru 2020. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fid-dettall l-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija tagħhom skont l-Anness XIV ta' din id-Direttiva, liema metodi oħrajn użaw u liema dispożizzjonijiet saru biex jiġi żgurat dan ir-rekwiżit vinkolanti għal kalkolu; u
(f) l-azzjonijiet minn partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati, individwalment jew flimkien, li jkollhom l-għan li jwasslu għal trasformazzjoni dejjiema ta' prodotti, apparat, jew swieq f'livell ogħla ta' effiċjenza fl-enerġija huma permessi; u
(g) fil-promozzjoni tat-teħid ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżammu l-istandards ta’ kwalità għall-prodotti, is-servizzi u l-installazzjoni ta’ miżuri. Fejn standards bħal dawn ma jeżistux, l-Istati Membri għandhom jaħdmu ma' partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati biex jintroduċuhom.
3. Fid-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta' politika applikati skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(9), għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
(a) il-kreditu għandu jingħata biss għal iffrankar tal-enerġija minn miżuri ta' tassazzjoni li jaqbeż il-livelli minimi ta' tassazzjoni applikabbli għall-karburanti kif meħtieġ fid- Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku ( 15 ) jew fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud ( 16 ); u
(b) data uffiċjali reċenti u rappreżentattiva dwar l-elastiċità tal-prezz għandha tintuża għall-kalkolu tal-impatt; u
(c) l-iffrankar tal-enerġija minn strumenti ta' politika tat-tassazzjoni li jakkumpanjawhom, inkluż inċentivi fiskali jew pagament għal fond, għandu jitqies separatament.
4. Notifika tal-metodoloġija
L-Istati Membri għandhom, sal-5 ta' Diċembru 2013, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-metodoloġija dettaljata proposta tagħhom għat-tħaddim tal-iskemi ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija u għall-finijiet tal-Artikolu 7(9) u l-Artikolu 20(6). Minbarra fil-każ tat-taxxi, notifika bħal din għandha tinkludi dettalji ta':
(a) partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati jew awtoritajiet pubbliċi implimentattivi;
(b) setturi fil-mira;
(c) il-livell tal-mira ta' ffrankar tal-enerġija jew iffrankar mistenni li għandu jikseb fuq il-perijodu sħaħ u intermedji;
(d) it-tul tal-perijodu obbligatorju u perijodi intermedji;
(e) kategoriji ta' miżuri eliġibbli;
(f) il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż kif għandhom jiġu ddeterminati l-addizzjonalità u l-materjalità u liema metodoloġiji u punti ta' riferiment jintużaw għall-istimi tal-inġinerija;
(g) tul tal-ħajja tal-miżuri;
(h) l-approċċ meħud biex jiġu indirizzati l-varjazzjonijiet klimatiċi fl-Istat Membru;
(i) l-istandards ta' kwalità;
(j) protokolli ta' monitoraġġ u verifika u kif l-indipendenza ta' dawn mill-partijiet obbligati, parteċipanti jew fdati tista' tiġi żgurata;
(k) protokolli ta' verifika u
(l) kif jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(1).
Fil-każ tat-taxxi, in-notifika għandha tinkludi dettalji ta':
(a) is-setturi u t-taqsima ta' min iħallas it-taxxa fil-mira;
(b) l-awtorità pubblika implimentattiva;
(c) l-iffrankar li mistenni jinkiseb;
(d) it-tul tal-miżura ta' tassazzjoni u perijodi intermedji; u
(e) il-metodoloġija tal-kalkolu, inkluż liema elastiċità tal-prezz tintuża.
ANNESS VI
Kriterji minimi għall-verifiki tal-enerġija inklużi dawk li jsiru bħala parti mis-sistemi tal-ġestjoni tal-enerġija
Il-verifiki tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 8 għandhom ikunu bbażati fuq il-linji gwida li ġejjin:
(a) ikunu bbażati fuq data operattiva aġġornata, imkejla u traċċabbli fuq il-konsum tal-enerġija u (għall-elettriku) il-profili tat-tagħbija;
(b) jinkludu rieżami dettaljat tal-profil tal-konsum tal-enerġija ta' bini jew gruppi ta' bini, operazzjonijiet jew installazzjonijiet industrijali, inkluż it-trasport;
(c) jibbażaw, meta possibbli, fuq analiżi tal-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja (LCCA) minflok Perijodi ta' Ripagament Sempliċi (SPP) sabiex jittieħed kont tal-iffrankar fit-tul, il-valuri residwali tal-investimenti fit-tul u r-rati ta' skont;
(d) ikunu proporzjonati, u suffiċjentement rappreżentattivi biex jippermettu t-tfassil ta' stampa affidabbli tal-prestazzjoni ġenerali tal-enerġija u l-identifikazzjoni affidabbli tal-aktar opportunitajiet sinifikanti għal titjib.
Il-verifiki tal-enerġija għandhom jippermettu kalkoli dettaljati u vvalidati għall-miżuri proposti sabiex tiġi pprovduta informazzjoni ċara fuq l-iffrankar potenzjali.
Id-data użata fil-verifiki tal-enerġija għandha tkun tista' tinħażen għall-analiżi storika u t-traċċar tal-prestazzjoni.
ANNESS VII
Rekwiżiti minimi għal kontijiet u informazzjoni fil-kontijiet ibbażata fuq il-konsum proprju
1. Rekwiżiti minimi għall-kontijiet
1.1. Kontijiet ibbażati fuq il-konsum proprju
Biex il-klijenti aħħarin ikunu jistgħu jirregolaw il-konsum tagħhom tal-enerġija, il-kontijiet għandhom isiru fuq il-bażi tal-konsum proprju tal-inqas darba fis-sena, u l-informazzjoni fil-kontijiet għandha tkun disponibbli tal-inqas kull tliet xhur, fuq talba jew fejn il-konsumaturi jkunu għażlu li jirċievu kont elettroniku jew inkella darbtejn fis-sena. Il-gass li jintuża biss għal skopijiet ta' tisjir jista' jkun eżentat minn dan ir-rekwiżit.
1.2. Informazzjoni minima inkluża fil-kont
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn xieraq, l-informazzjon li ġejja tkun disponibbli għall-klijenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu fil-kontijiet, kuntratti, transazzjonijiet, u irċevuti fl-istazzjonijiet ta' distribuzzjoni jew mehmuża magħhom:
(a) il-prezzijiet effettivi kurrenti u l-konsum effettiv tal-enerġija;
(b) il-paraguni tal-konsum kurrenti tal-enerġija tal-klijent aħħari mal-konsum għall-istess perijodu fis-sena preċedenti, preferibbilment f'forma grafika;
(c) l-informazzjoni ta' kuntatt għall-organizzazzjonijiet tal-klijenti aħħarin, għall-aġenziji tal-enerġija jew għal korpi simili, inklużi l-indirizzi tas-siti elettroniċi minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri disponibbli għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili komparattivi tal-utenti aħħarin u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oġġettivi għal tagħmir li juża l-enerġija;
Barra minn dan, kull fejn ikun possibbli u siewi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-paraguni ma' klijent aħħari medju normalizzat jew skont parametri ta' referenza fil-kategorija l-istess utent isiru disponibbli għall-klijenti aħħarin f'termini ċari u li jinftiehmu, fil-kontijiet, fil-kuntratti, fit-transazzjonijiet, u fl-irċevuti maħruġin mill-istazzjonijiet ta' distribuzzjoni jew fid-dokumenti mehmużin magħhom..
1.3. Il-pariri dwar l-effiċjenza fl-enerġija mehmuża mal-kontijiet u rispons ieħor għall-klijenti aħħarin
Meta jibagħtu kuntratti u bidliet fil-kuntratti, u fil-kontijiet li jirċievu l-klijenti jew permezz ta' siti elettroniċi li jindirizzaw lil klijenti individwali, id-distributuri tal-enerġija, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-kumpanniji tal-bejgħ tal-enerġija fil-livell tal-konsumatur, għandhom jgħarrfu lill-klijenti tagħhom b'mod ċar u li jinftiehem bl-informazzjoni ta' kuntatt għal ċentri ta' pariri indipendenti għall-konsumaturi, aġenziji tal-enerġija jew istituzzjonijiet simili, inklużi l-indirizzi fuq l-internet tagħhom, fejn jistgħu jiksbu pariri dwar il-miżuri disponibbli tal-effiċjenza fl-enerġija, il-profili tal-parametri ta' referenza għall-konsum tal-enerġija tagħhom u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tat-tagħmir li juża l-enerġija li jistgħu jservu sabiex inaqqsu l-konsum ta' dan it-tagħmir.
ANNESS VIII
Potenzjal għal effiċjenza fit-tisħin u fit-tkessiħ
1. Il-valutazzjoni komprensiva tal-potenzjali għat-tisħin u għat-tkessiħ imsemmija fl-Artikolu 14(1) għandha tinkludi:
(a) deskrizzjoni tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ;
(b) tbassir ta' kif din id-domanda ser tinbidel fl-għaxar snin li ġejjin, fejn titqies b'mod partikolari l-evoluzzjoni tad-domanda fil-bini u s-setturi differenti tal-industrija;
(c) mappa tat-territorju nazzjonali, li tidentifika, filwaqt li tippreserva informazzjoni kummerċjalment sensittiva:
(i) il-punti tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ, inklużi:
— muniċipalitajiet u konurbazzjonijiet bi proporzjon ta' art ta' mill-inqas 0,3; u
— żoni industrijali b'konsum totali annwali ta' tisħin u ta' tkessiħ ta' iktar minn 20 GWh;
(ii) l-infrastruttura eżistenti u ppjanata għat-tisħin u għat-tkessiħ distrettwali;
(iii) il-punti ta' provvista potenzjali tat-tisħin u tat-tkessiħ, inklużi:
— l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni tal-elettriku bi produzzjoni totali annwali tal-elettriku ta' iktar minn 20 GWh; u
— l-impjanti ta' inċinerazzjoni tal-iskart;
— l-installazzjonijiet ta' koġenerazzjoni eżistenti u ppjanati li jużaw it-teknoloġiji msemmija fil-Parti II tal-Anness VI, u l-installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali.
(d) l-identifikazzjoni tad-domanda għat-tisħin u għat-tkessiħ li tista' tiġi sodisfatta b'koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, inkluża l-mikrokoġenerazzjoni residenzjali, u bit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali;
(e) l-identifikazzjoni tal-potenzjal għal koġenerazzjoni addizzjonali b'effiċjenza għolja, inkluż mir-rinnovazzjoni tal-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni u industrijali eżistenti jew faċilitajiet oħrajn li jiġġeneraw sħana mormija u mill-kostruzzjoni ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni u industrijali ġodda jew ta' faċilitajiet oħrajn li jiġġeneraw sħana mormija;
(f) l-identifikazzjoni ta' potenzjali tal-effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura tal-elettriku u tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali;
(g) strateġiji, politiki u miżuri li jistgħu jiġu adottati sal-2020 u sal-2030 biex jiġi sfruttat il-potenzjal fil-punt (e) sabiex tiġi sodisfatta d-domanda fil-punt (d), inkluż, fejn xieraq, proposti biex:
(i) jiżdied is-sehem tal-koġenerazzjoni fil-produzzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ u fil-produzzjoni tal-elettriku;
(ii) tiġi żviluppata infrastruttura effiċjenti għat-tisħin u għat-tkessiħ distrettwali sabiex ikun akkomodat l-iżvilupp ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u l-użu ta' tisħin u ta' tkessiħ minn sħana mormija u minn sorsi rinnovabbli tal-enerġija;
(iii) jiġi inkoraġġi li l-installazzjonijiet ġodda ta' ġenerazzjoni tal-elettriku termali u l-impjanti industrijali li jipproduċu sħana mormija jkunu jinsabu f'siti fejn se jiġi rkuprat ammont massimu tas-sħana mormija disponibbli sabiex tkun sodisfatta d-domanda eżistenti jew imbassra għas-sħana u għat-tkessiħ;
(iv) jiġu inkoraġġiti żoni residenzjali ġodda jew impjanti industrijali ġodda li jikkonsmaw is-sħana fil-proċessi ta' produzzjoni tagħhom ikunu jinsabu fejn is-sħana mormija disponibbli, kif identifikata fil-valutazzjoni komprensiva, tista' tikkontribwixxi biex jiġu sodisfatti d-domandi tagħhom għat-tisħin u t-tkessiħ. Dan jista' jinkludi proposti li jappoġġaw il-ġbir fi gruppi ta' għadd ta' installazzjonijiet individwali fl-istess post bil-ħsieb li jiġi żgurat l-aħjar bilanċ bejn id-domanda u l-provvista għat-tisħin u t-tkessiħ;
(v) jiġi inkoraġġit li l-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni tal-elettriku termali, l-impjanti industrijali li jipproduċu sħana mormija, l-impjanti ta' inċinerazzjoni tal-iskart u impjanti oħrajn ta' skart għall-enerġija, ikunu konnessi man-netwerk lokali ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali;
(vi) jiġi inkoraġġit li ż-żoni residenzjali u l-impjanti industrijali li jikkonsmaw is-sħana fil-proċessi ta' produzzjoni tagħhom ikunu konnessi man-netwerk lokali ta' tisħin jew ta' tkessiħ distrettwali;
(h) is-sehem tal-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u l-potenzjal stabbilit u l-progress imwettaq skont id-Direttiva 2004/8/KE;
(i) stima tal-enerġija primarja li għandha tiġi ffrankata;
(j) stima tal-miżuri ta' appoġġ pubbliku għat-tisħin u għat-tkessiħ, jekk ikun hemm, bil-baġit annwali u bl-identifikazzjoni tal-element potenzjali ta' għajnuna. Dan ma jippreġudikax notifika separata tal-iskemi ta' appoġġ pubbliku għal valutazzjoni ta' għajnuna mill-Istat.
2. Sa fejn ikun xieraq, il-valutazzjoni komprensiva tista' tkun magħmula minn għadd ta' pjani u strateġiji reġjonali jew lokali.
ANNESS IX
ANALIŻI TAL-BENEFIĊĊJI MQABBLA MAL-ISPEJJEŻ
Parti 1
Prinċipji ġenerali tal-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż
L-għan tat-tħejjija ta' analiżijiet tal-kostbenefiċċji b'rabta ma' miżuri biex tiġi promossa l-effiċjenza fit-tisħin u t-tkessiħ kif imsemmi fl-Artikolu 14(3) huwa li tiġi pprovduta bażi għal deċiżjoni għal prijoritizzazzjoni kwalifikata ta' riżorsi limitati fil-livell tas-soċjetà.
L-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż tista' tkopri valutazzjoni ta' proġett jew grupp ta' proġetti għal valutazzjoni usa' lokali, reġjonali jew nazzjonali sabiex tiġi stabbilita l-għażla l-aktar kosteffettiva u ta' benefiċċju għat-tisħin u t-tkessiħ għal żona ġeografika partikolari għall-għan tal-ippjanar tat-tisħin.
Analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għall-finijiet tal-Artikolu 14(3) għandhom jinkludu analiżi ekonomika li tkopri fatturi soċjoekonomiċi u ambjentali.
L-analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għandhom jinkludi l-passi u l-konsiderazzjonijiet li ġejjin:
(a) L-istabbiliment ta' konfini ta' sistema u konfini ġeografiku
L-ambitu tal-analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż inkwistjoni jiddetermina s-sistema tal-enerġija rilevanti. Il-konfini ġeografiku għandu jkopri żona ġeografika xierqa ddefinita sew, eż. reġjun partikolari jew żona metropolitana, biex jiġi evitat li jintagħżlu soluzzjonijiet mhux ottimali skont il-proġett.
(b) Approċċ integrat għal għażliet ta' domanda u provvista
L-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għandha tqis ir-riżorsi rilevanti kollha ta' provvista disponibbli fil-konfini tas-sistema u ġeografiku, bl-użu tad-data disponibbli, inkluż is-sħana mormija mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-installazzjonijiet industrijali u l-enerġija rinnovabbli, u l-karatteristiċi u x-xejriet fid-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ.
(c) Il-ħolqien ta' linja bażi
L-għan ta' linja bażi huwa li jservi bħala punt ta' riferiment, li fuqu jiġu vvalutati x-xenarji alternattivi.
(d) L-identifikazzjoni ta' xenarji alternattivi
L-alternattivi rilevanti kollha għal-linja bażi għandhom jitqiesu. Xenarji li mhux fattibbli minħabba raġunijiet tekniċi, raġunijiet finanzjarji, regolamentazzjoni nazzjonali jew limiti ta' żmien jistgħu jiġi esklużi fi stadju bikri tal-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż jekk dan ikun ġustifikat abbazi ta' kunsiderazzjonijiet attenti, espliċiti u dokumentati sew.
Huma biss għażliet ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti jew sistemi individwali ta' tisħin u tkessiħ effiċjenti li għandhom jitqiesu fl-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż bħala xenarji alternattivi mqabbla mal-linja bażi.
(e) Metodu għall-kalkolu ta' eċċess ta' spejjeż u benefiċċji
(i) L-ispejjeż u l-benefiċċji totali dejjiema tal-għażliet ta' tisħin u tkessiħ għandhom jiġu vvalutati u mqabblin.
(ii) Il-kriterju għall-evalwazzjoni għandu jkun il-kriterju tal-valur nett attwali (NPV).
(iii) Il-medda ta' żmien għandha tintgħażel b'mod li l-ispejjeż u l-benefiċċji rilevanti kollha tax-xenarji jiġu inklużi. Pereżempju, għal impjant li jaħdem bil-gass medda xierqa ta' żmien tista' tkun ta' 25 sena, għal sistema ta' tisħin distrettwali, 30 sena, jew għal tagħmir tat-tisħin bħal bojlers, 20 sena.
(f) Il-kalkolu u t-tbassir tal-prezzijiet u stimi oħrajn għall-analiżi ekonomika
(i) L-Istati Membri għandhom jipprovdu stimi, għall-finijiet tal-analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż, fuq il-prezzijiet ta' fatturi ewlenin ta' input u output u r-rata ta' tnaqqis.
(ii) Ir-rata ta' tnaqqis użata fl-analiżi ekonomika għall-kalkolu tal-valur nett preżenti għandha tintgħażel skont il-linji gwida Ewropej jew nazzjonali ( 17 ).
(iii) L-Istati Membri għandhom jużaw tbassir tal-iżvilupp tal-prezz tal-enerġija nazzjonali Ewropew jew internazzjonali jekk ikun xieraq fil-kuntest nazzjonali u/jew reġjonali/lokali tagħhom.
(iv) Il-prezzijiet użati fl-analiżi ekonomika għandhom jirriflettu l-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi reali u għandhom jinkludu spejjeż esterni, bħall-effetti ambjentali u ta' saħħa safejn possibbli, jiġifieri meta jkun hemm prezz tas-suq jew meta dan ikun diġà inkluż for-regolamentazzjoni Ewropea jew nazzjonali.
(g) Analiżi ekonomika: Inventarju tal-effetti
L-analiżijiet ekonomiċi għandhom jieħdu kont tal-effetti ekonomiċi rilevanti kollha.
L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw u jieħdu kont fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-ispejjeż u l-iffrankar tal-enerġija mill-flessibbiltà miżjuda fil-provvista tal-enerġija u minn tħaddim aktar ottimali tan-netwerks tal-elettriku, inklużi l-ispejjeż evitati u l-iffrankar mill-investiment imnaqqas fl-infrastruttura, fix-xenarji analizzati.
L-ispejjeż u l-benefiċji meqjusa għandhom jinkludu mill-inqsas dawn li ġejjin:
(i) Benefiċċji
— Valur tal-output għall-konsumatur (tisħin u elettriku)
— Benefiċċji esterni bħall-benefiċċji ambjentali jew ta' saħħa, safejn possibbli.
(ii) Spejjeż
— Spejjeż kapitali ta' impjanti u tagħmir
— Spejjeż kapitali tan-netwerks tal-enerġija assoċjati
— Spejjeż ta' tħaddim varjabbli u fissi
— Spejjeż tal-enerġija
— Spiża ambjentali u ta' saħħa, safejn possibbli
(h) Analiżi ta' sensittività:
Analiżi ta' sensittività għandha tiġi inkluża biex jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' proġett jew grupp ta' proġetti bbażati fuq prezzijiet ta' enerġija differenti, rati ta' tnaqqis u fatturi varjabbli oħrajn b'impatt sinifikanti fuq l-eżitu tal-kalkoli.
L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-analizijiet tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż skont l-Artikolu 14. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-awtoritajiet jew l-operaturi lokali, reġjonali u nazzjonali kompetenti ta' installazzjonijiet individwali jagħmlu l-analiżi ekonomika u finanzjarja. Huma għandhom jipprovdu l-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet dettaljati skont dan l-Anness u jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi l-proċeduri għall-analiżi ekonomika.
Parti 2
Prinċipji għall-għan tal-Artikolu 14(5) u (7)
L-analiżijiet tal-kostbenefiċċji għandhom jipprovdu informazzjoni għall-għan tal-miżuri fl-Artikolu 14(5) u (7):
Jekk tiġi ppjanata installazzjoni tal-elettriku biss jew installazzjoni mingħajr irkupru ta' sħana, għandu jsir tqabbil bejn l-installazzjonijiet ippjanati jew il-modernizzazzjoni ppjanata u installazzjoni ekwivalenti li tipproduċi l-istess ammont ta' elettriku jew sħana fil-proċessi, iżda li tirkupra s-sħana mormija u tipprovdi sħana permezz ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u/jew netwerks ta' tisħin u tkessiħ distrettwali.
F'konfini ġeografiċi partikolari l-valutazzjoni għandha tieħu kont tal-installazzjoni ppjanata u kwalunkwe punt eżistenti jew potenzjali ta' domanda għas-sħana xierqa li jistgħu jkunu fornuti minnha, b'kont meħud tal-possibbiltajiet razzjonali (pereżempju, l-fattibbiltà teknika u d-distanza).
Il-konfini tas-sistema għandu jinkludi l-installazzjoni ppjanata u t-tagħbijiet tas-sħana, bħall-bini u l-proċess industrijali. F'dan il-konfini tas-sistema, l-ispiża totali tal-forniment tas-sħana u l-enerġija għandha tkun iddeterminata għaż-żewġ każijiet u mqabbla.
It-tagħbijiet tas-sħana għandhom jinkludu t-tagħbijiet tas-sħana eżistenti, bħal installazzjoni industrijali jew sistema ta' tisħin distrettwali eżistenti, u wkoll, f'żoni urbani, it-tagħbija u l-ispiża tas-sħana li jkun hemm jekk grupp ta' bini jew parti minn belt tkun ġiet ipprovduta bi u/jew konnessa ma' netwerk ġdida ta' tisħin distrettwali.
L-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għandha tiġi bbażata fuq deskrizzjoni tal-installazzjoni ppjanata u l-installazzjon(ijiet) ta' tqabbil, li tkopri l-kapaċità elettrika u termali, kif applikabbli, it-tip ta' karburant, l-użu ppjanat u l-għadd ta' sigħat ta' tħaddim ippjanati kull sena, il-post u d-domanda għall-elettriku u termali.
Għall-għan tat-tqabbil, għandu jittieħed kont tad-domanda għall-enerġija termali u t-tipi ta' tisħin u tkessiħ użati mill-punti ta' domanda għas-sħana fil-qrib. Il-paragun għandu jkopri l-ispejjeż relatati mal-infrastruttura għall-installazzjoni u l-paragun ippjanati.
Analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għall-finijiet tal-Artikolu 14(5) għandhom jinkludu analiżi ekonomika li tkopri analiżi finanzjarja li tirrifletti t-transazzjonijiet attwali tal-flussi ta' flus kontanti mill-investimenti fi u t-tħaddim ta' installazzjonijiet individwali.
Il-proġetti b'eżitu kosteffiċjenti pożittiv huma dawk fejn it-total tal-benefiċċji skontati fl-analiżi ekonomika u finanzjarja jaqbeż it-total tal-ispejjeż skontati (provvista ta' kostbenefiċċju).
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-prinċipji li jiggwidaw il-metodoloġija, l-istimi u l-medda taż-żmien għall-analiżi ekonomika.
L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-kumpanniji responsabbli mit-tħaddim ta' installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni tal-elettriku termali, kumpanniji industrijali, netwerks ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, jew partijiet oħrajn influwenzati mill-konfini definit tas-sistema u dak ġeografiku, jikkontribwixxu data għall-użu fil-valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' installazzjoni individwali.
ANNESS X
Garanzija tal-oriġini għall-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja
(a) L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li:
(i) il-garanzija tal-oriġini tal-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja:
— tagħmilha possibbli għall-produtturi juru li l-elettriku li jbigħu jkun prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja u jinħareġ għal dan il-għan b'reazzjoni għal talba mingħand il-produttur;
— tkun preċiża, affidabbli u reżistenti għall-frodi;
— tinħareġ, tiġi ttrasferita u tiġi kkanċellata elettronikament;
(ii) l-istess unità tal-enerġija mill-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja tkun ikkunsidrata darba waħda biss.
(b) Il-garanzija tal-oriġini msemmija fl-Artikolu 14(10) għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(i) l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità (termali u elettrika) tal-installazzjoni fejn kienet prodotta l-enerġija;
(ii) id-dati u l-postijiet ta' produzzjoni;
(iii) il-valur kalorifiku iktar baxx tas-sors tal-karburant li minnu kien prodott l-elettriku;
(iv) il-kwantità u l-użu tas-sħana ġġenerata flimkien mal-elettriku;
(v) il-kwantità tal-elettriku minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja skont l-Anness II li tirrappreżenta l-garanzija;
(vi) l-iffrankar tal-enerġija primarja kkalkolat skont l-Anness II fuq il-bażi tal-valuri armonizzati ta' referenza għall-effiċjenza inidikati fil-punt (f) tal-Anness II;
(vii) l-effiċjenza elettrika u termali nominali tal-impjant;
(viii) jekk u sa liema punt l-installazzjoni gawdiet minn appoġġ għall-investiment;
(ix) jekk u sa liema punt l-unità tal-enerġija gawdiet bi kwalunkwe mod ieħor minn skema ta' appoġġ nazzjonali, u t-tip ta' skema ta' appoġġ;
(x) id-data li fiha l-impjant sar operazzjonali; u
(xi) id-data u l-pajjiż li joħroġ il-garanzija u numru ta' identifikazzjoni uniku.
Il-garanzija tal-oriġini għandha tkun ta' qies standard ta' 1 MWh. Għandha tkun marbuta mal-output nett ta' elettriku mkejjel fil-parametru tal-istazzjoni u esportat fil-grilja.
ANNESS XI
Kriterji ta' effiċjenza fl-enerġija għar-regolamentazzjoni tan-netwerk tal-enerġija u għat-tariffi tan-netwerk tal-elettriku
1. It-tariffi tan-netwerk għandhom jirriflettu l-ispejjeż tal-iffrankar tal-ispejjeż fin-netwerks miksuba mil-lat tad-domanda u l-miżuri ta' reazzjoni għad-domanda u l-ġenerazzjoni distribwita, inkluż l-iffrankar mit-tnaqqis tal-ispiża tat-twassil jew tal-investiment fin-netwerks u tħaddim iktar ottimali tan-netwerk.
2. Ir-regolamentazzjoni u t-tariffi tan-netwerk m'għandhomx jipprevjenu lill-operaturi tan-netwerk jew il-bejjiegħa tal-enerġija milli jagħmlu disponibbli servizzi tas-sistema għal miżuri ta' reazzjoni għad-domanda, ġestjoni tad-domanda u ġenerazzjoni distribwita fis-swieq organizzati tal-elettriku, b'mod partikolari:
(a) it-trasferiment tat-tagħbija mill-ħinijiet tal-ikbar domanda għal ħinijiet mhux tal-ikbar domanda mill-klijenti aħħarin b'kont meħud tad-disponibbiltà tal-enerġija rinnovabbli, l-enerġija mill-koġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni distribwita;
(b) l-iffrankar tal-enerġija mir-reazzjoni għad-domanda tal-konsumaturi distribwiti mill-aggregaturi tal-enerġija;
(c) it-tnaqqis tad-domanda minn miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija mwettqa mill-fornituri tas-servizzi ta' enerġija, inklużi l-kumpanniji tas-servizzi ta' enerġija;
(d) il-konnessjoni u d-dispaċċ ta' sorsi ta' ġenerazzjoni f'livelli iktar baxxi ta' vultaġġ;
(e) il-konnessjoni tas-sorsi ta' ġenerazzjoni minn post eqreb għall-konsum; u
(f) il-ħżin tal-enerġija.
Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, it-terminu “swieq organizzati tal-elettriku” għandu jinkludi s-swieq b'bejgħ dirett u l-boroż tal-enerġija elettrika għall-kummerċ ta' enerġija, ta' kapaċità kif ukoll servizzi ta' bbilanċjar u servizzi anċillari fil-perijodi kollha ta' żmien, inklużi s-swieq bil-quddiem, bil-ġurnata 'l quddiem u ta' dak inhar stess.
3. It-tariffi tan-netwerk jew tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jappoġġaw il-prezz dinamiku għall-miżuri ta' rispota għad-domanda mill-konsuamturi finali, bħal:
(a) tariffi skont il-ħin tal-użu (time-of-use tariffs);
(b) ipprezzar għall-ħinijiet kritiċi tal-iktar użu (critical peak pricing);
(c) ipprezzar f'ħin reali; u
(d) rifużjonijiet tal-ħinijiet tal-iktar użu.
ANNESS XII
REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FL-ENERĠIJA GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMA TA’ TRASMISSJONI U GĦALL-OPERATURI TAS-SISTEMA TA’ DISTRIBUZZJONI
L-operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni u ta' distribuzzjoni għandhom:
(a) jistabbilixxu u jagħmlu pubbliċi r-regoli standard tagħhom relatati mas-sostenn u mal-kondiviżjoni tal-ispejjeż tal-adattamenti tekniċi, bħall-konnessjonijiet mal-grilja u t-tisħiħ tal-grilja, it-titjib fit-tħaddim tal-grilja u r-regoli dwar implimentazzjoni mhux diskriminatorja tal-kodiċijiet tal-grilja, li huma meħtieġa għall-integrazzjoni tal-produtturi l-ġodda li jalimentaw l-elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja fil-grilja interkonnessa;
(b) jipprovdu lil kwalunkwe produttur ġdid ta' elettriku prodott minn koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja li jixtieq ikun konness mas-sistema bl-informazzjoni komprensiva u meħtieġa mitluba, inklużi:
(i) stima komprensiva u dettaljata tal-ispejjeż assoċjati mal-konnessjoni;
(ii) skeda ta' żmien raġonevoli u preċiża sabiex tasal it-talba u tkun pproċessata għal konnessjoni mal-grilja;
(iii) skeda ta' żmien indikattiva raġonevoli għal kwalunkwe konnessjoni mal-grilja proposta. Il-proċess ġenerali għall-konnessjoni mal-grilja m'għandux ikun itwal minn 24 xahar, b'kont meħud ta' dak li huwa raġonevolment pratikabbli u mhux diskriminatorju;
(c) jipprovdu proċeduri standardizzati u ssimplifikati għall-konnessjoni ta' produtturi distribwiti ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja sabiex jiffaċilitaw il-konnessjoni tagħhom mal-grilja.
Ir-regoli standard imsemmija fil-punt (a) għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji fejn b'mod partikolari jkunu kkunsidrati l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta' dawk il-produtturi mal-grilja. Huma jistgħu jipprovdu għal tipi differenti ta' konnessjoni.
ANNESS XIII
Elementi minimi li għandhom jiġu inkużi fil-kuntratti tal-prestazzjoni tal-enerġija mas-settur pubbliku jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta assoċjati
— Lista ċara u trasparenti tal-miżuri ta' effiċjenza li għandhom jiġu implimentati jew ir-riżultati tal-effiċjenza li għandhom jinkisbu.
— L-iffrankar iggarantit li għandu jinkiseb bl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kuntratt.
— It-tul u l-punti ewlenin tal-kuntratt, it-termini u l-perijodu ta' notifika.
— Lista ċara u trasparenti tal-obbligi ta' kull parti kontraenti.
— Id-data(i) ta' referenza sabiex ikun stabbilit l-iffrankar miksub.
— Lista ċara u trasparenti tal-passi li għandhom jitwettqu biex tkun implimentata miżura jew pakkett ta' miżuri u, fejn rilevanti, l-ispejjeż assoċjati.
— Obbligu li l-miżuri fil-kuntratt jiġu implimentati b'mod sħiħ u li l-bidliet kollha li jsiru waqt il-proġett jiġu ddokumentati.
— Regolamenti li jispeċifikaw l-inklużjoni ta' rekwiżiti ekwivalenti fi kwalunkwe sottokuntrattar ma' partijiet terzi.
— Wirja ċara u trasparenti tal-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proġett u distribuzzjoni tas-sehem taż-żewġ partijiet fl-iffrankar monetarju miksub (jiġifieri, ir-remunerazzjoni tal-fornitur tas-servizz).
— Dispożizzjonijiet ċari u trasparenti dwar il-kejl u l-verifika tal-iffrankar iggarantit miksub, il-kontrolli u l-garanziji tal-kwalità.
— Dispożizzjonijiet li jiċċaraw il-proċedura sabiex ikunu indirizzati l-kundizzjonijiet ta' qafas li jinbidlu li jaffettwaw il-kontenut u l-eżitu tal-kuntratt (jiġifieri, prezzijiet tal-enerġija li jinbidlu, l-intensità tal-użu ta' installazzjoni).
— Informazzjoni dettaljata tal-obbligi ta' kull wieħed mill-parti kontraenti u tal-penali għall-ksur tagħhom.
ANNESS XIV
QAFAS ĠENERALI GĦAR-RAPPORTAĠĠ
Parti 1
Qafas ġenerali għar-rapporti annwali
Ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 24(1) jipprovdu bażi għall-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri nazzjonali tal-2020. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti jinkludu l-informazzjoni minima li ġejja:
(a) stima tal-indikaturi li ġejjin fis-sena qabel l-aħħar (sena X ( 18 ) -2):
(i) il-konsum tal-enerġija primarja;
(ii) il-konsum totali tal-enerġija finali;
(iii) il-konsum tal-enerġija finali skont is-settur
— l-industrija;
— it-trasport (maqsum bejn it-trasport tal-passiġġieri u dak tal-merkanzija, jekk disponibbli)
— l-unitajiet domestiċi
— is-servizzi;
(iv) il-valur gross miżjud skont is-settur
— l-industrija;
— is-servizzi;
(v) id-dħul disponibbli tal-familji;
(vi) il-prodott domestiku gross (PDG);
(vii) il-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali;
(viii) il-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sħana u enerġija kkombinati;
(ix) il-ġenerazzjoni tas-sħana mill-ġenerazzjoni tal-enerġija termali;
(x) il-ġenerazzjoni tas-sħana minn impjanti ta' sħana u enerġija kkombinati, inkluż sħana mormija industrijali;
(xi) l-input ta' karburant għall-ġenerazzjoni tal-enerġija termali;
(xii) kilometri tal-passiġġieri (pkm), jekk disponibbli;
(xiii) kilometri tat-tunnellati (tkm), jekk disponibbli;
(xiv) kilometri ta' trasport ikkombinat (pkm + tkm), fil-każ li (xii) u (xiii) ma jkunux disponibbli;
(xv) il-popolazzjoni;
F'setturi fejn il-konsum tal-enerġija jibqa' stabbli jew qed jikber, l-Istati Membri għandhom janalizzaw ir-raġunijiet għal dan u jehmżu l-evalwazzjoni tagħhom mal-istimi.
It-tieni rapport u dawk sussegwenti għandhom jinkludu wkoll il-punti (b) sa (e):
(b) aġġornamenti ta' miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżattivi ewlenin implimentati fis-sena preċedenti li jagħtu kontribut għall-miri nazzjonali kumplessivi għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020;
(c) id-daqs totali tal-wiċċ l-art tal-binjiet b'daqs totali tal-wiċċ tal-art siewi ta' iktar minn 500 m2 u mid-9 ta' Lulju 2015 iktar minn 250 m2 li tkun il-proprjetà tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri tiegħu u okkupata minnu li, fl-1 ta' Jannar tas-sena meta għandu jitressaq ir-rapport, ma ssodisfatx ir-rekwiżiti għall-prestazzjoni tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 5(1);
(d) id-daqs totali ta' wiċċ l-art tal-binjiet imsaħħna u/jew imkessħa li huma l-proprjetà tal-gvern ċentrali tal-Istati Membri u okkupati minnu li ġie rinnovat fis-sena preċedenti msemmi fl-Artikolu 5(1) jew l-ammont ta' ffrankar ta' enerġija f'binjiet eliġibbli li huma l-proprjetà tal-gvern ċentrali tagħhom u okkupati minnu kif imsemmi fl-Artikolu 5(6);
(e) l-iffrankar tal-enerġija miksub permezz tal-iskemi nazzjonali ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija msemmija fl-Artikolu 7(1) jew il-miżuri alternattivi adottati fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7(9).
L-ewwel rapport għandu jinkludu wkoll il-mira nazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(1).
Fir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 24(1) l-Istati Membri jistgħu jinkludu wkoll miri nazzjonali addizzjonali. Dawn jistgħu ikunu marbuta b'mod partikolari mal-indikaturi statistiċi elenkati fil-punt (a) ta' din il-Parti jew kombinazzjonijiet tagħhom, bħall-intensità enerġetika primarja jew finali jew intensitajiet enerġetiċi settorjali.
Parti 2
Qafas ġenerali għall-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija
Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija imsemmija fl-Artikolu 24(2) għandhom jipprovdu qafas għall-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija.
Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom ikopru miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija mistenni/miksub sinifikanti, inklużi dawk fil-provvista, fit-trasmissjoni u fid-distribuzzjoni tal-enerġija kif ukoll fl-użu aħħari tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija jinkludu l-informazzjoni minima li ġejja:
1. Miri u strateġiji
— il-mira nazzjonali indikattiva għall-effiċjenza fl-enerġija għall-2020 kif inhu mitlub mill-Artikolu 3(1);
— il-mira indikattiva nazzjonali ta' ffrankar tal-enerġija stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/32/KE;
— miri eżistenti oħrajn għall-effiċjenza fl-enerġija li jindirizzaw l-ekonomija kollha jew setturi speċifiċi.
2. Miżuri u ffrankar tal-enerġija
Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-miżuri adottati jew li hu ppjanat li jiġu adottati bil-ħsieb li jiġu implimentati l-elementi ewlenin ta' din id-Direttiva u dwar l-iffrankar relatat tagħhom.
(a) Iffrankar tal-enerġija primarja
Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jelenkaw miżuri u azzjonijiet sinfikanti meħuda għall-iffrankar tal-enerġija primarja fis-setturi kollha tal-ekonomija. Għal kull miżura jew għal kull pakkett ta' miżuri/azzjonijiet għandhom ikunu pprovduti stimi tal-iffrankar mistenni għall-2020 u l-iffrankar miksub sa żmien ir-rappurtaġġ.
Fejn disponibbli, għandha tingħata informazzjoni dwar impatti/benefiċċji oħrajn tal-miżuri (tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gass serra, titjib fil-kwalità tal-arja, il-ħolqien tal-impjiegi, eċċ.) u dwar il-baġit għall-implimentazzjoni.
(b) Iffrankar tal-enerġija finali
L-ewwel u t-tieni Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu r-riżultati fir-rigward tal-kisba tal-mira għall-iffrankar tal-enerġija finali stabbilita fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva 2006/32/KE. Jekk il-kalkolu/stima tal-iffrankar għal kull miżura ma jkunx disponibbli, għandu jintwera t-tnaqqis fl-enerġija fil-livell tas-settur minħabba (l-kombinazzjoni) ta' miżuri.
L-ewwel u t-tieni Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu wkoll il-metodoloġija tal-kejl u/jew tal-kalkolu użata biex jiġi kkalkolat l-iffrankar tal-enerġija. Jekk il-“metodoloġija rakkomandata ( 19 )” tiġi applikata, il-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandu jipprovdi referenzi għal dan.
3. Informazzjoni speċifika relatata ma' din id-Direttiva
3.1. Korpi pubbliċi (Artikolu 5)
Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu l-lista ta' korpi pubbliċi li jkunu żviluppaw pjan għall-effiċjenza fl-enerġija skont l-Artikolu 5(7).
3.2. Obbligi tal-effiċjenza fl-enerġija (Artikolu 7)
Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu l-koeffiċjenti nazzjonali magħżula skont l-Anness IV.
L-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandu jinkludi deskrizzjoni qasira tal-iskema nazzjonali msemmija fl-Artikolu 7(1) jew il-miżuri alternattivi adottati b'applikazzjoni tal-Artikolu 7(9).
3.3. Verifiki u sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija (Artikolu 8)
Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu:
(a) l-għadd ta' verifiki tal-enerġija mwettqa fil-perijodu preċedenti;
(b) l-għadd ta' verifiki tal-enerġija mwettqa fl-impriżi l-kbar fil-perijodu preċedenti;
(c) l-għadd ta' kumpanniji kbar fit-territorju tagħhom, b'indikazzjoni tal-għadd ta' dawk li japplika għalihom l-Artikolu 8(5).
3.4. Promozzjoni ta' tisħin u ta' tkessiħ effiċjenti (Artikolu 14)
Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu valutazzjoni tal-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-valutazzjoni komprensiva msemmija fl-Artikolu 14(1).
3.5. Trasmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija (Artikolu 15)
L-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u r-rapporti sussegwenti mistennija kull 10 snin minn dakinhar 'il quddiem għandhom jinkludu l-valutazzjoni magħmula, il-miżuri u l-investimenti identifikati biex jiġu utilizzati l-potenzjali ta' effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku msemmija fl-Artikolu 15(2).
3.6. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw, bħala parti mill-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija, dwar il-miżuri li ttieħdu biex jippermettu u jiżviluppaw ir-risposta għad-domanda kif imsemmi fl-Artikolu 15.
3.7. Disponibbilta' ta' skemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni (Artikolu 16)
Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-iskemi ta' kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta' kwalifiki ekwivalenti disponibbli għall-fornituri tas-servizzi ta' enerġija, il-verifiki tal-enerġija u l-miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija.
3.8. Servizzi tal-Enerġija (Artikolu 18)
Il-Pjani ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandhom jinkludu link tal-internet għas-sit elettroniku fejn il-lista jew il-pjattaforma tal-fornituri tas-servizzi tal-enerġija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(1) jistgħu jkunu aċċessibbli.
3.9. Miżuri oħrajn għall-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija (Artikolu 19)
L-ewwel Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija għandu jinkludi lista tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 19(1).
ANNESS XV
Tabella tal-korrelazzjoni
Id-Direttiva 2004/8/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 2 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 3, punt (a) |
Artikolu 2, punt (30) |
Artikolu 3, punt (b) |
Artikolu 2, punt (32) |
Artikolu 3, punt (c) |
Artikolu 2, punt (31) |
Artikolu 3, punt (d) |
Artikolu 2, punt (33) |
Artikolu 3, punt (e) u (f) |
— |
Artikolu 3, punt (g) |
Artikolu 2, punt (35) |
Artikolu 3, punt (h) |
— |
Artikolu 3, punt (i) |
Artikolu 2, punt (34) |
Artikolu 3, punt (j) |
— |
Artikolu 3, punt (k) |
Artikolu 2, punt (36) |
Artikolu 3, punt (l) |
Artikolu 2, punt (37) |
Artikolu 3, punt (m) |
Artikolu 2, punt (39) |
Artikolu 3, punt (n) |
Artikolu 2, punt (38) |
Artikolu 3, punt (o) |
— |
— |
Artikolu 2, punt (40),(41), (42), (43) u (44) |
Artikolu 4(1) |
Anness II, punt (f), l-ewwel subpunt |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 14(10), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(3) |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 14(10), l-ewwel subparagrafu u l-Anness X |
Artikolu 6 |
Artikolu 14(1), u (3), l-Anness VIII u IX |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 14(11) |
Artikolu 7(2) u (3) |
— |
Artikolu 8 |
Artikolu 15(5) |
— |
Artikolu 15(6), (7), (8) u (9) |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 14(1) u 24(2), Anness XIV, Parti 2 |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 24(6) |
Artikolu 11 |
Artikolu 24(3) |
— |
Artikolu 24(5) |
Artikolu 12 (1) u (3) |
— |
Artikolu 12 (2) |
Anness II, punt (c) |
Artikolu 13 |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 14 |
— |
Artikolu 15 |
Artikolu 28 |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 29 |
Artikolu 18 |
Artikolu 30 |
Anness I |
Anness I, Parti II |
Anness II |
Anness I, Parti I u Parti II, l-aħħar subparagrafu |
Anness III |
Anness II |
Anness IV |
Anness VIII |
— |
Anness IX |
Id-Direttiva 2006/32/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 2 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 3, punt (a) |
Artikolu 2, punt (1) |
Artikolu 3, punt (b) |
Artikolu 2, punt (4) |
Artikolu 3, punt (c) |
Artikolu 2, punt (6) |
Artikolu 3, punt (d) |
Artikolu 2, punt (5) |
— |
Artikolu 2, punti (2) u (3) |
Artikolu 3 punt (e) |
Artikolu 2, punt (7) |
Artikolu 3, punti (f), (g), (h) u (i) |
— |
— |
Artikolu 2, punti (8) sa (19) |
Artikolu 3, punt (j) |
Artikolu 2, punt (27) |
— |
Artikolu 2, punt (28) |
Artikolu 3, punt (k) |
— |
Artikolu 3, punt (l) |
Artikolu 2, punt (25) |
— |
Artikolu 2, punt (26) |
Artikolu 3, punt (m) |
— |
Artikolu 3, punt (n) |
Artikolu 2, punt (23) |
Artikolu 3, punt (o) |
Artikolu 2, punt (20) |
Artikolu 3, punt (p) |
Artikolu 2, punt (21) |
Artikolu 3, punt (q) |
Artikolu 2, punt (22) |
Artikolu 3, punti (r) u (s) |
— |
— |
Artikolu 2, punti (24), (29), (44) u (45) |
— |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
— |
Artikolu 5 |
Artikoli 5 u 6 |
Artikolu 6(1)(a) |
Artikolu 7(8), punti (a) u (b) |
Artikolu 6 (1)(b) |
Artikolu 18(3) |
Artikolu 6 (2) |
Artikolu 7(1), (5), (6), (7), (9), (10), (11) u (12) |
— |
Artikolu 7(2) u (3) |
Artikolu 6 (3) |
Artikolu 18(2), punti (b) u (c) |
Artikolu 6 (5) |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 17 |
Artikolu 8 |
Artikolu 16(1) |
— |
Artikolu 16(2) u (3) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 19 |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 18(1) punt (d), subpunt (i) |
— |
Artikolu 18(1), punti (a), (b), (c), (d), subpunt (ii), u (e) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 15(4) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 15(3) |
— |
Artikolu 15(7), (8) u (9) |
Artikolu 11 |
Artikolu 20 |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 12(2) |
— |
— |
Artikolu 8(2), (3), (4), (5), (6) u (7) |
Artikolu 12(3) |
— |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 9 |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 10 u Anness VII, punt 1.1 |
Artikolu 13(3) |
Anness VII, punti 1.2 u 1.3 |
— |
Artikolu 11 |
— |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
— |
Artikolu 15(1) u (2) |
— |
Artikolu 18(2), punti (a) u (d) |
— |
Artikolu 21 |
Artikolu 14(1) and (2) |
Artikolu 24(1) u (2) |
Artikolu 14(3) |
— |
Artikolu 14(4) and (5) |
Artikolu 24(3) |
— |
Artikolu 24(4) u (7) sa (11) |
— |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 15(2), (3) and (4) |
— |
— |
Artikolu 23 |
— |
Artikolu 25 |
Artikolu 16 |
Artikolu 26 |
Artikolu 17 |
Artikolu 27 |
Artikolu 18 |
Artikolu 28 |
Artikolu 19 |
Artikolu 29 |
Artikolu 20 |
Artikolu 30 |
Anness I |
— |
Anness II |
Anness IV |
Anness III |
— |
Anness IV |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
Anness III |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
— |
Anness VII |
— |
Anness XI |
— |
Anness XII |
— |
Anness XIII |
— |
Anness XIV |
— |
Anness XV |
( 1 ) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.
( 2 ) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
( 3 ) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
( 4 ) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
( 5 ) ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.
( 6 ) ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91.
( 7 ) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.
( 8 ) ĠU L 191, 23.7.2010, p. 28.
( *1 ) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.”;
( 9 ) ĠU L 338, 17.12.2008, p. 55.
( 10 ) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 24.
( 11 ) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.
( 12 ) Member States may apply different conversion factors if these can be justified.
( 13 ) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.
( 14 ) ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.
( 15 ) ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.
( 16 ) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
( 17 ) Ir-rata ta' tnaqqis nazzjonali magħżula għall-għan tal-analiżi ekonomika għandha tqis id-data mogħtija mill-Bank Ċentrali Ewropew.
( 18 ) X=sena kurrenti.
( 19 ) Rakkomandazzjonijiet dwar il-Metodi ta' Kejl u ta' Verifika fil-qafas tad-Direttiva 2006/32/KE dwar Effiċjenza fl-Użu Finali tal-Enerġija u dwar Servizzi ta' Enerġija.