EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R0810-20200202

Consolidated text: Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/810/2020-02-02

02009R0810 — MT — 02.02.2020 — 005.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (KE) Nru 810/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi

(Kodiċi dwar il-Viżi)

(ĠU L 243 15.9.2009, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 977/2011 tat-3 ta’ Ottubru 2011

  L 258

9

4.10.2011

 M2

REGOLAMENT (UE) Nru 154/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Frar 2012

  L 58

3

29.2.2012

►M3

REGOLAMENT (UE) Nru 610/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013

  L 182

1

29.6.2013

►M4

REGOLAMENT (UE) 2016/399 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2016

  L 77

1

23.3.2016

►M5

REGOLAMENT (UE) 2019/1155 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Ġunju 2019

  L 188

25

12.7.2019


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 020, 24.1.2020, p.  25 (2019/1155)




▼B

REGOLAMENT (KE) Nru 810/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Lulju 2009

li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi

(Kodiċi dwar il-Viżi)



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

▼M5

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi għal soġġorni intenzjonati fit-territorju tal-Istati Membri li ma jeċċedux id-90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum.

▼B

2.  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz, li jrid ikun fil-pussess ta’ viża meta jaqsam il-fruntieri esterni tal-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit ( 1 ), u dan mingħajr preġudizzju:

(a) 

għad-drittijiet ta’ moviment liberu li jgawdu minnhom ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni,

(b) 

għad-drittijiet ekwivalenti li jgawdu ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, li, taħt ftehimiet bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u dawn il-pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, igawdu drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom.

3.  Dan ir-Regolament jelenka wkoll il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ tranżitu liberu stabbilit fl-Anness 9 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili ta’ Chicago u jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għall-finijiet ta’ tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti tal-Istati Membri.

▼M5

4.  Meta japplikaw dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu f'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni, inkluż il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-dritt tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali.

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhix ċittadina tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat;

(2) 

“viża” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru bl-għan ta’:

▼M5

(a) 

soġġorn intenzjonat fit-territorju tal-Istati Membri li ma jkunx aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum; jew

▼B

(b) 

tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti tal-Istati Membri;

(3) 

“viża uniformi” tfisser viża valida għat-territorju kollu tal-Istati Membri;

(4) 

“viża b’validità territorjali limitata” tfisser viża valida għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew ta’ diversi Stati Membri, iżda mhux kollha;

(5) 

“viża għal tranżitu fl-ajruport” tfisser viża valida għal tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali ta’ ajruport wieħed jew ta’ diversi ajruporti tal-Istati Membri;

(6) 

“sticker tal-viża” tfisser il-format uniformi għall-viżi kif definit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta’ Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viżi ( 2 );

▼M5

(7) 

“dokument tal-ivvjaġġar rikonoxxut” tfisser dokument tal-ivvjaġġar rikonoxxut minn Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri bl-iskop tal-qsim tal-fruntieri esterni u li fih jitwaħħlu l-viżi f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

▼B

(8) 

“folja separata għat-twaħħil tal-viża” tfisser il-format uniformi għal formoli għat-twaħħil tal-viża maħruġin mill-Istati Membri lil persuni li għandhom dokumenti tal-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istat Membru li jfassal il-formola kif definit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 fuq format uniformi għall-formuli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istati Membri lill-persuni li jkollhom dokumenti għall-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istat Membru li jirrediġu l-formola ( 4 );

(9) 

“konsulat” tfisser missjoni diplomatika ta’ Stat Membru jew uffiċċju konsulari ta’ Stat Membru, awtorizzati li joħorġu l-viżi, u mmexxija minn uffiċjal konsulari ta’ karriera kif definit mill-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24 ta’ April 1963;

(10) 

“applikazzjoni” tfisser applikazzjoni għal viża;

(11) 

“intermedjarju kummerċjali” tfisser aġenzija amministrattiva privata, kumpannija tat-trasport jew aġenzija tal-ivvjaġġar (operaturi turistiċi u bejjiegħa bl-imnut);

▼M5

(12) 

“baħħar” tfisser kwalunkwe persuna li tkun impjegata, ingaġġata jew taħdem fi kwalunkwe kapaċità abbord vapur f'navigazzjoni marittima jew vapur li jbaħħar f'ibħra interni internazzjonali;

(13) 

“firma elettronika” tfisser firma elettronika kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

▼B



TITOLU II

VIŻA GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT

Artikolu 3

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport

1.  Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness VII għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri.

2.  F’każijiet urġenti ta’ fluss massiv ta’ immigranti illegali, l-Istati Membri individwali jistgħu jeħtieġu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi diversi minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-tali deċiżjonijiet, qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ, u bl-irtirar ta’ tali rekwiżit ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport.

3.  Fil-qafas tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 52(1), dawk in-notifiki għandhom jiġu riveduti fuq bażi annwali bil-ħsieb li l-pajjiż terz ikkonċernat jiġi trasferit għal-lista mniżżla fl-Anness VII.

4.  Jekk il-pajjiż terż mhuwiex trasferit għall-lista mħejjia fl-Anness IV, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jżomm, sakemm il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 2 jiġu sodisfatti, jew jirtira r-rekwiżit ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport.

5.  Il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport prevista fil-paragrafi 1 u 2:

(a) 

id-detenturi ta’ viża uniformi valida, viża nazzjonali ta’ żjarat fit-tul jew permess ta’ residenza maħruġin mill-Istat Membru;

▼M5

(b) 

ċittadini ta' pajjiżi terzi fil-pussess ta' permess ta' residenza validu maħruġ minn Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament jew minn Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, jew ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu fil-pussess ta' wieħed mill-permessi ta' residenza validi elenkati fl-Anness V maħruġa mill-Andorra, il-Kanada, il-Ġappun, San Marino jew l-Istati Uniti tal-Amerka li jiggarantixxu r-riammissjoni mhux kondizzjonata tad-detentur, jew li huma fil-pussess ta' permess ta' residenza validu għal wieħed jew aktar mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej tar-Renju tan-Netherlands (Aruba, Curaçao, Sint Maarten, Bonaire, Sint Eustatius u Saba);

▼C1

(c) 

ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pussess ta’ viża valida għal Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew għal Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jew għall-Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti tal-Amerka, jew detenturi ta' viża valida għal wieħed jew aktar mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej tar-Renju tan-Netherlands (Aruba, Curaçao, Sint Maarten, Bonaire, Sint Eustatius u Saba), meta jivvjaġġaw lejn il-pajjiż li jkun ħareġ il-viża jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew meta, wara li jkunu għamlu użu mill-viża, jirritornaw mill-pajjiż li jkun ħareġ il-viża;

▼B

(d) 

il-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni msemmijin fl-Artikolu 1(2)(a);

(e) 

id-detenturi tal-passaporti diplomatiċi;

(f) 

l-ekwipaġġ tat-titjiriet li huma ċittadini ta’ Parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.



TITOLU III

PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-ĦRUĠ TA’ VIŻI



KAPITOLU I

Awtoritajiet li jipparteċipaw fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet

Artikolu 4

Awtoritajiet li huma kompetenti biex jieħdu sehem fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet

1.  L-applikazzjonijiet għal viża għandhom jiġu eżaminati mill-konsulati li għandhom ukoll jieħdu deċiżjoni dwarhom.

▼M5

1a.  B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-applikazzjonijiet jiġu eżaminati u deċiżi mill-awtoritajiet ċentrali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet ikollhom biżżejjed għarfien taċ-ċirkostanzi lokali tal-pajjiż fejn tiġi ppreżentata l-applikazzjoni sabiex jivvalutaw ir-riskju migratorju u r-riskju għas-sigurtà, kif ukoll għarfien suffiċjenti tal-lingwa biex janalizzaw id-dokumenti, u li l-konsolati jkunu involuti, fejn ikun neċessarju, biex iwettqu eżamijiet u intervisti addizzjonali.

▼B

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu eżaminati u tittieħed deċiżjoni dwarhom mal-fruntieri esterni tal-Istati Membri mill-awtoritajiet responsabbli għal kontrolli fuq il-persuni, skont l-Artikoli 35 u 36.

3.  Fit-territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ezaminati u tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-awtoritajiet nominati mill-IstatMembru kkonċernat.

4.  Stat Membru jista’ jeħtieġ l-involviment ta’ awtoritajiet diversi minn dawk nominati taħt il-paragrafi 1 u 2 fl-eżami tal-applikazzjonijiet u fit-teħid ta’ deċiżjoni dwarhom.

5.  Stat Membru jista’ jitlob li jiġi kkonsultat jew infurmat minn Stat Membru ieħor skont l-Artikoli 22 u 31.

Artikolu 5

Stat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni u jieħu deċiżjoni dwarha

1.  L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni għal viża uniformi u jieħu deċiżjoni dwarha għandu jkun:

(a) 

l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni unika taż-żjara(t),

▼M5

(b) 

jekk iż-żjara tinkludi aktar minn destinazzjoni waħda, jew jekk għandhom jitwettqu diversi żjarat separati f'perijodu ta' xahrejn, l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni prinċipali taż-żjara(t) fir-rigward tat-tul tas-soġġorn, f'numru ta' jiem, jew l-iskop tas-soġġorn, jew

▼B

(c) 

jekk ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata l-ebda destinazzjoni prinċipali, l-Istat Membru li l-applikant bi ħsiebu jaqsam il-fruntieri esterni tiegħu biex jidħol fit-territorju tal-Istati Membri.

2.  L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni għal viża uniformi għall-fini ta’ tranżitu u jieħu deċiżjoni dwarha għandu jkun:

(a) 

fil-każ ta’ tranżitu minn Stat Membru wieħed biss, l-Istat Membru kkonċernat, jew

(b) 

fil-każ ta’ tranżitu minn diversi Stati Membri, l-Istat Membru li l-applikant bi ħsiebu jaqsam l-fruntiera esterna tiegħu biex jibda t-tranżitu.

3.  L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni għal viża għal tranżitu fl-ajruport u jieħu deċiżjoni dwarha għandu jkun:

(a) 

fil-każ ta’ tranżitu f’ajruport uniku, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-ajruport ta’ tranżitu, jew

(b) 

fil-każ ta’ tranżitu doppju jew multiplu f’ajruport, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab l-ewwel ajruport ta’ tranżitu.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jipprevjenu li applikazzjoni ma tkunx tista’ tiġi eżaminata u tittieħed deċiżjoni dwarha minħabba li l-Istat Membru li huwa kompetenti skont il-paragrafi 1 sa 3 la huwa preżenti u lanqas huwa rappreżentat fil-pajjiż terz fejn l-applikant jippreżenta l-applikazzjoni skont l-Artikolu 6.

Artikolu 6

Kompetenza territorjali konsulari

1.  Applikazzjoni għal viża għandha tiġi eżaminata u tittieħed deċiżjoni dwarha mill-konsulat tal-Istat Membru kompetenti li l-applikant jirresjedi legalment fil-gurisdizzjoni tiegħu.

2.  Il-konsulat tal-Istat Membru kompetenti għandu jeżamina u jiddeċiedi dwar applikazzjoni mressqa minn ċittadin ta’ pajjiż terz preżenti legalment li madankollu ma jirresjedix fil-ġurisdizzjoni tiegħu, jekk il-konsulat iqis li l-applikant ikun iġġustifika li ressaq l-applikazzjoni fil-konsulat imsemmi.

Artikolu 7

Kompetenza għall-ħruġ ta’ viżi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu preżenti legalment fit- territorju ta’ Stat Membru

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma preżenti legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u li huma meħtieġa jkollhom viża biex jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar għandhom japplikaw għal viża fil-konsulat tal-Istat Membru li hu kompetenti skont l-Artikolu 5(1) jew (2).

Artikolu 8

Arranġamenti dwar rappreżentanza

▼M5

1.  Stat Membru jista' jaqbel li jirrappreżenta Stat Membru ieħor li jkun kompetenti f'konformità mal-Artikolu 5 bl-iskop li jeżamina l-applikazzjonijiet u jiddeċiedi dwarhom f'isem dak l-Istat Membru. Stat Membru jista' wkoll jirrappreżenta Stat Membru ieħor b'mod limitat unikament għall-ġbir tal-applikazzjonijiet u għar-reġistrazzjoni ta' identifikaturi bijometriċi.

▼M5 —————

▼M5

3.  Meta r-rappreżentanza tkun limitata f'konformità mat-tieni sentenza tal-paragrafu 1, il-ġbir u t-trasmissjoni tad-data lill-Istat Membru rappreżentat għandhom jitwettqu f'konformità mar-regoli rilevanti tal-protezzjoni tad-data u r-regoli tas-sigurtà.

4.  Għandu jiġi stabbilit arranġament bilaterali bejn l-Istat Membru rappreżentanti u l-Istat Membru rappreżentat. Dak l-arranġament:

(a) 

għandu jispeċifika t-tul tal-perijodu tar-rappreżentanza, anki jekk temporanju, u l-proċeduri għat-terminazzjoni tagħha;

(b) 

jista', b'mod partikolari fejn l-Istat Membru rappreżentat ikollu konsulat fil-pajjiż terz ikkonċernat, jipprevedi l-forniment ta' uffiċċji, persunal u ħlasijiet mill-Istat Membru rappreżentat.

▼B

5.  L-Istati Membri li m’għandhomx konsulat tagħhom stess f’pajjiż terz għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentanza ma’ Stati Membri li għandhom konsulati f’dak il-pajjiż.

6.  Bil-ħsieb li jkun żgurat li infrastruttura ta’ trasport fqira jew distanzi twal f’reġjun speċifiku jew żona ġeografika ma jeħtieġux sforz sproporzjonat min-naħa tal-applikanti tal-viża biex ikollhom aċċess għal konsulat, l-Istati Membri li m’għandhomx konsulat tagħhom stess f’dak ir-reġjun jew dik iż-żona għandhom jimpenjaw ruħhom li jikkonkludu arranġamenti dwar rappreżentanza mal-Istati Membri li għandhom konsulati f’dak ir-reġjun jew dik-iż-żona.

▼M5

7.  L-Istat Membru rappreżentat għandu jinnotifika l-arranġamenti dwar rappreżentanza jew it-tmiem ta' dawn l-arranġamenti lill-Kummissjoni mill-inqas 20 jum kalendarju qabel ma jidħlu fis-seħħ jew jintemmu, minbarra fil-każijiet ta' force majeure.

8.  Il-konsulat tal-Istat Membru rappreżentanti għandu, fl-istess ħin li ssir in-notifika msemmija fil-paragrafu 7, jinforma kemm lill-konsulati tal-Istati Membri l-oħrajn kif ukoll lid-delegazzjoni tal-Unjoni fil-ġurisdizzjoni kkonċernata dwar l-arranġamenti ta' rappreżentanza jew dwar it-terminazzjoni ta' tali arranġamenti.

▼B

9.  Jekk il-konsulat tal-Istat Membru rappreżentant jiddeċiedi li jikkoopera ma’ fornitur ta’ servizzi esterni skont l-Artikolu 43 jew ma’ intermedjarji kummerċjali akkreditati, skont l-Artikolu 45, tali kooperazzjoni għandha tinkludi l-applikazzjonijiet koperti mill-arranġamenti dwar rappreżentanza. L-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru rappreżentat għandhom ikunu infurmati minn qabel dwar il-modilitajiet ta’ din il-kooperazzjoni.

▼M5

10.  Jekk Stat Membru la jkun preżenti u lanqas ma jkun irrappreżentat fil-pajjiż terz fejn l-applikant ser jippreżenta l-applikazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jimpenja ruħu biex jikkoopera ma' fornitur estern tas-servizzi, f'konformità mal-Artikolu 43, f' dak il-pajjiż terz.

11.  Fejn konsulat ta' Stat Membru f'post partikolari jesperjenza forza maġġuri teknika fit-tul, dak l-Istat Membru għandu jfittex rappreżentanza temporanja minn Stat Membru ieħor f'dak il-post għal kull kategorija ta' applikanti jew għal uħud mill-kategoriji.

▼B



KAPITOLU II

L-applikazzjoni

Artikolu 9

Modalitajiet prattiċi għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal viża

▼M5

1.  L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati mhux aktar minn sitt xhur, u fil-każ ta' baħħara fil-qadi ta' dmirijiethom, mhux aktar minn disa' xhur, qabel ma tibda ż-żjara intenzjonata, u, bħala regola, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel ma tibda ż-żjara intenzjonata. F'każijiet ta' urġenza individwali ġġustifikati, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali jistgħu jippermettu li l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel ma tibda ż-żjara intenzjonata.

▼B

2.  L-applikanti jistgħu jkunu meħtieġa jiksbu appuntament għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni. Il-ħatra għandha, bħala regola, isseħħ fi żmien ġimagħtejn mid-data meta ntalbet il-ħatra.

3.  F’każijiet ta’ urġenza ġġustifikati, l-applikanti għandhom jitħallew mill-konsulat jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom jew mingħajr appuntament, jew għandu jingħata appuntament minnufih.

▼M5

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati:

(a) 

mill-applikant;

(b) 

minn intermedjarju kummerċjali akkreditat;

(c) 

minn xi assoċjazzjoni jew istituzzjoni professjonali, kulturali, sportiva jew edukattiva f'isem il-membri tagħha.

▼M5

5.  Applikant ma għandux ikun obbligat jidher personalment f'aktar minn post wieħed biex ikun jista' jippreżenta applikazzjoni.

▼B

Artikolu 10

Regoli ġenerali għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni

▼M5

1.   ►C1  Meta jippreżentaw applikazzjoni, l-applikanti għandhom jidhru personalment sabiex jittiħdulhom il-marki tas-swaba’, f’konformità mal-Artikolu 13(2) u (3) u l-punt (b) tal-Artikolu 13(7). ◄ Mingħajr preġudizzju għall-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu u għall-Artikolu 45, l-applikanti jistgħu jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom b'mod elettroniku, fejn disponibbli.

▼M5 —————

▼B

3.  Meta jippreżenta applikazzjoni, l-applikant għandu:

(a) 

jippreżenta formola tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 11;

(b) 

jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar skont l-Artikolu 12;

(c) 

jippreżenta ritratt skont l-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1683/95 jew, fejn il-VIS hija operattiva konformement mal-Artikolu 48 tar-Regolament VIS, skont l-istandards mniżżlin fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

jippermetti t-teħid tal-marki tas-swaba’ tiegħu skont l-Artikolu 13, fejn meħtieġ;

(e) 

iħallas it-tariffa tal-viża skont l-Artikolu 16;

(f) 

jipprovdi dokumenti ta’ sostenn skont l-Artikolu 14 u l-Anness II;

(g) 

fejn meħtieġ, jipprovdi prova tal-pussess ta’ assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, skont l-Artikolu 15.

Artikolu 11

Il-formola tal-applikazzjoni

►M5  1.  Kull applikant għandu jippreżenta formola tal-applikazzjoni mimlija manwalment jew elettronikament kif stipulat fl-Anness I. Il-formola tal-applikazzjoni għandha tiġi ffirmata. Din tista' tiġi ffirmata manwalment jew, fejn firma elettronika tkun rikonoxxuta mill-Istat Membru kompetenti li jeżamina u jiddeċiedi dwar applikazzjoni, elettronikament. ◄ Il-persuni inklużi fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant għandhom jippreżentaw formola tal-applikazzjoni separata. Il-minuri għandhom jippreżentaw formola tal-applikazzjoni ffirmata minn persuna li qiegħda teżerċita awtorità ta’ ġenitur permanenti jew temporanja jew tutela legali.

▼M5

1a.  Fejn l-applikant jiffirma l-formola tal-applikazzjoni elettronikament, il-firma elettronika għandha tkun firma elettronika, fis-sens tal-punt (12) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

1b.  Il-kontenut tal-verżjoni elettronika tal-formola tal-applikazzjoni, jekk applikabbli, għandu jkun kif stipulat fl-Anness I.

▼B

2.  Il-konsulati għandhom jagħmlu l-formola tal-applikazzjoni disponibbli b’mod mifrux għall-pubbliku u faċilment aċċessibbli għall-applikanti mingħajr ħlas.

▼M5

3.  Il-formola għandha bħala minimu tkun disponibbli bil-lingwi li ġejjin:

(a) 

il-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li għalih tkun qiegħda tintalab viża jew l-Istat Membru rappreżentanti; u

(b) 

il-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-pajjiż ospitanti.

Minbarra bil-lingwa/i msemmija fil-punt (a), il-formola tista' tkun disponibbli bi kwalunkwe lingwa/i oħra uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

4.  Jekk il-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ospitanti ma tkunx/jkunux integrata/i fil-formola, traduzzjoni f'dik/dawk il-lingwa/i għandha tkun disponibbli separatament għall-applikanti.

▼B

5.  It-traduzzjoni tal-formola tal-applikazzjoni fil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ospitant għandha ssir skont il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen skont l-Artikolu 48.

6.  Il-konsulat għandu jinforma lill-applikanti dwar il-lingwa/i li jistgħu jintużaw meta jimlew il-formola tal-applikazzjoni.

Artikolu 12

Dokument tal-ivvjaġġar

L-applikant għandu jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar validu li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-validità tiegħu għandha testendi mill-anqas tliet xhur wara d-data prevista tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri jew, fil-każ ta’ diversi żjarat, wara l-aħħar data prevista tat-tluq mit-territorju tal-Istati Membri. Madankollu, f’każ ta’ emerġenza ġġustifikat, dan l-obbligu jista’ jiġi rinunzjat;

(b) 

għandu jkun fih mill-anqas żewġ paġni vojta;

(c) 

għandu jkun inħareġ fl-għaxar snin preċedenti.

Artikolu 13

Identifikaturi bijometriċi

1.  L-Istati Membri għandhom jiġbru l-identifikaturi bijometriċi tal-applikant li jkunu jikkonsistu f’ritratt tiegħu u għaxar marki tas-swaba’ tiegħu konformement mas-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

2.  Fil-mument ta’ preżentazzjoni tal-ewwel applikazzjoni, l-applikant għandu jkun meħtieġ jidher personalment. F’dak il-ħin għandhom jinġabru l-identifikaturi bijometriċi tal-applikant, li ġejjin:

— 
ritratt, skannjat jew meħud fi żmien l-applikazzjoni, u
— 
għaxar marki tas-swaba’ meħudin ċatti u miġbura b’mod diġitali.

3.  Meta l-marki tas-swaba’ miġbura mill-applikant bħala parti minn applikazzjoni aktar bikrija jkunu ddaħħlu għall-ewwel darba fil-VIS anqas minn 59 xahar qabel id-data tal-applikazzjoni l-ġdida, huma għandhom jiġu kkopjati għall-applikazzjoni sussegwenti.

Madankollu, f’każ ta’ dubji raġonevoli dwar l-identità tal-applikanti, il-konsulat għandu jiġbor l-marki tas-swaba’ fil-perijodu speċifikat fl-ewwel subparagrafu.

Barra minn hekk, jekk fil-waqt li tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, ma jistax jiġi kkonfermat minnufih li l-marki tas-swaba’ inġabru fil-perijodu speċifikat fl-ewwel subparagrafu, l-applikant jista’ jitlob li jinġabru.

4.  Konformement mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament VIS, ir-ritratt mehmuż ma’ kull applikazzjoni għandu jiddaħħal fil-VIS. L-applikant mhux ser ikun meħtieġ jidher personalment għal dan l-iskop.

Ir-rekwiżiti tekniċi għar-ritratt għandhom ikunu konformi mal-istandards internazzjonali kif stabbiliti fid-dokument 9303 parti 1, is-sitt edizzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).

5.  Il-marki tas-swaba’ għandhom jittieħdu skont l-istandards ICAO u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/648/KE tat-22 ta’ Settembru 2006 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-istandards għall-karatteristiċi bijometriċi relatati mal-iżvilupp tas-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża ( 6 ).

6.  L-identifikaturi bijometriċi għandhom jinġabru minn persunal kkwalifikat u debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(1), (2) u (3). Taħt is-superviżjoni tal-konsulati, l-identifikaturi bijometriċi jistgħu wkoll jinġabru minn persunal kwalifikat u debitament awtorizzat ta’ konslu onorarju kif imsemmi fl-Artikolu 42 jew ta’ fornitur estern tas-servizzi kif imsemmi fl-Artikolu 43. L-Istat jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom, f’każ ta’ dubju, jipprovdu għall-possibbiltà ta’ verifika tal-marki tas-swaba’ li ttieħdu mill-fornitur estern tas-servizzi.

7.  L-applikanti li ġejjin għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’:

(a) 

tfal li jkollhom anqas minn 12-il sena;

(b) 

persuni li għalihom huwa fiżikament impossibbli li jitteħdulhom il-marki tas-swaba’. Jekk ikun possibbli li jittieħdu l-marki ta’ inqas minn għaxar swaba’, għandu jittieħed in-numru massimu ta’ marki tas-swaba’. Madankollu, jekk l-impossibbiltà tkun temporanja, l-applikant għandu jkun meħtieġ li jagħti l-marki tas-swaba’ fl-applikazzjoni li jmiss. L-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(1), (2) u (3) għandhom ikunu intitolati jitolbu aktar ċarezza fir-rigward tar-raġunijiet ta’ impossibbiltà temporanja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri adatti li jiggarantixxu d-dinjità tal-applikant fil-każ li jkun hemm diffikultajiet fir-reġistrazzjoni;

(c) 

il-kapijiet tal-Istat jew gven u membri tal-gvern nazzjonali akkumpanjati minn żwieġhom, u l-membri tad-delegazzjoni uffiċjali tagħhom meta mistienda mill-gvernijiet tal-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali;

(d) 

sovrani u membri għolja oħrajn ta’ familja rjali, meta jkunu mistiedna minn gvernijiet ta’ Stati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali għal skop uffiċjali.

8.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 7, id-daħla “mhux applikabbli” m’għandhiex tiġi introdotta fil-VIS konformement mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar il-VIS.

Artikolu 14

Dokumenti ta’ sostenn

1.  Meta japplika għal viża uniformi, l-applikant għandu jippreżenta:

(a) 

dokumenti li jindikaw l-fini tal-vjaġġ;

(b) 

dokumenti relatati mal-akkomodazzjoni, jew prova ta’ biżżejjed mezzi biex ikopri l-akkomodazzjoni tiegħu;

(c) 

dokumenti li jindikaw li l-applikant għandu biżżejjed mezzi finanzjarji ta’ sussistenza kemm għat-tul tas-soġġorn previst kif ukoll għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tiegħu ta’ oriġini jew ta’ residenza jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew li huwa f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi legalment, skont l-Artikolu 5(1)(c) u (3) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;

(d) 

informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiskadi l-viża li għaliha saret l-applikazzjoni.

2.  Meta japplika għal viża għal tranżitu fl-ajruport, l-applikant għandu jippreżenta:

(a) 

dokumenti rigward il-vjaġġ ‘il barra lejn id-destinazzjoni finali wara t-tranżitu previst fl-ajruport;

(b) 

informazzjoni li tippermetti li ssir valutazzjoni tal-intenzjoni tal-applikant li ma jidħolx fit-territorju tal-Istati Membri.

▼M5

3.  L-Anness II jinkludi lista mhux eżawrjenti ta' dokumenti ta' sostenn li jistgħu jintalbu mingħand l-applikant sabiex jiġi vverifikat jekk ikunux ġew issodisfati l-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafi 1 u 2.

4.  L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-applikanti jippreżentaw prova ta' sponsorizzazzjoni jew ta' akkomodazzjoni privata, jew tat-tnejn li huma, billi jimlew formola abbozzata minn kull Stat Membru. Dik il-formola għandha tindika b'mod partikolari:

(a) 

jekk l-iskop tagħha huwiex li tagħti prova ta' sponsorizzazzjoni jew ta' akkomodazzjoni privata, jew tat-tnejn li huma;

(b) 

jekk l-isponsor jew il-persuna li stiednet tkunx individwu, kumpannija jew organizzazzjoni;

(c) 

l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-isponsor jew tal-persuna li stiednet;

(d) 

id-data tal-identità (isem u kunjom, data tat-twelid, post tat-twelid u ċittadinanza) tal-applikant jew applikanti;

(e) 

l-indirizz tal-akkomodazzjoni;

(f) 

it-tul u l-iskop tas-soġġorn;

(g) 

irbit familjari possibbli mal-isponsor jew il-persuna li stiednet;

(h) 

l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament VIS.

Minbarra bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru, il-formola għandha titfassal tal-inqas b'lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għandu jintbagħat kampjun tal-formola lill-Kummissjoni.

5.  Il-konsulati għandhom, fil-kuntest tal-kooperazzjoni lokali ta' Schengen, jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali, ir-riskji migratorji u r-riskji għas-sigurtà.

▼M5

5a.  Fejn ikun meħtieġ sabiex jittieħed kont taċ-ċirkostanzi lokali kif imsemmi fl-Artikolu 48, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta lista armonizzata ta' dokumenti ta' sostenn li għandhom jiġu użati f'kull ġurisdizzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

▼M5

6.  Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu rinunzjati fil-każ ta' applikant li jkun magħruf lill-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għall-integrità u l-affidabbiltà tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu legali ta' viżi preċedenti, jekk ma jkun hemm l-ebda dubju li huwa ser jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) meta jaqsam il-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

▼B

Artikolu 15

Assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar

1.  L-applikanti għal viża uniformi għal dħul wieħed jew tnejn għandhom jipprovaw li għandhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida li tkopri kwalunkwe kwalunkwe spiża li tista’ tinqala’ marbuta mar-ripatrijazzjoni għal raġunijiet mediċi, attenzjoni medika urġenti u/jew trattament ta’ emerġenza jew mewt, fi sptar matul is-soġġorn(i) tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri.

▼M5

2.  L-applikanti għal viża bi dħul multiplu għandhom jagħtu prova li jkollhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida li tkopri l-perijodu tal-ewwel żjara intenzjonata tagħhom.

▼B

Barra minn hekk, dawn l-applikanti għandhom jiffirmaw id-dikjarazzjoni, imniżżla fil-formola tal-applikazzjoni, li tiddikjara li huma konxji mir-rekwiżit li jkollhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar għal soġġorni sussegwenti.

3.  L-assigurazzjoni għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Istati Membri u tkopri l-perijodu kollu tas-soġġorn jew tat-tranżitu previst tal-persuna. Il-kopertura minima għandha tkun ta’ EUR 30 000 .

Meta tinħareġ viża b’validità territorjali limitata li tkopri t-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, il-kopertura tal-assigurazzjoni għandha tkun valida tal-anqas fl-Istati Membri kkonċernati.

4.  Fil-prinċipju, l-applikanti għandhom jagħmlu assigurazzjoni fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom. Fejn dan mhux possibbli, huma għandhom jagħmlu assigurazzjoni fi kwalunkwe pajjiż ieħor.

Meta persuna oħra tagħmel assigurazzjoni f’isem l-applikant, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.

5.  Huma u jivvalutaw jekk l-assigurazzjoni hijiex adegwata, il-konsulati għandhom jaċċertaw li l-pretensjonijiet kontra l-kumpannija tal-assigurazzjoni jkunux rekuperabbli fi Stat Membru.

6.  Ir-rekwiżit tal-assigurazzjoni jista’ jitqies li ġie sodisfatt meta jkun ġie stabbilit li wieħed jista’ jassumi livell adegwat ta’ assigurazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni professjonali tal-applikant. L-eżenzjoni mill-preżentazzjoni tal-prova tal-assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar tista’ tikkonċerna lil gruppi professjonali partikolari, bħall-baħrin, li diġà huma koperti minn assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar bħala riżultat tal-attivitajiet professjonali tagħhom.

7.  Id-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jkollhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida.

Artikolu 16

It-tariffa tal-viża

▼M5

1.  L-applikanti għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta' EUR 80.

2.  Tfal mill-età ta' sitt snin sa inqas minn 12-il sena għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta' EUR 40.

▼M5

2a.  Għandha tapplika tariffa tal-viża ta' EUR 120 jew EUR 160 jekk deċiżjoni ta' implimentazzjoni tiġi adottata mill-Kunsill skont il-punt (b) tal-Artikolu 25a(5). Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal tfal taħt l-età ta' 12-il sena.

▼M5 —————

▼B

4.  It-tariffa tal-viża għandha tiġi rinunzjata għal applikanti li jagħmlu parti minn waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

it-tfal taħt sitt snin;

(b) 

it-tfal tal-iskola, l-istudenti, l-istudenti fil-livell postuniversitarju u l-għalliema li jakkumpanjawhom li jagħmlu soġġorni għall-fini ta’ studju jew ta’ taħriġ edukattiv;

▼M5

(c) 

riċerkaturi, kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), li jivvjaġġaw bl-iskop li jwettqu riċerka xjentifika jew li jipparteċipaw f'seminar jew konferenza xjentifika;

▼B

(d) 

ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ li m’għandhomx aktar minn ħamsa u għoxrin sena li jipparteċipaw f’seminars, konferenzi, avvenimenti kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta’ qligħ.

▼M5

5.  It-tariffa tal-viża tista' tiġi rinunzjata għal:

(a) 

tfal mill-età ta' sitt snin u taħt it-18-il sena;

(b) 

detenturi ta' passaporti diplomatiċi u ta' servizz;

(c) 

parteċipanti li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali jew edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ, u li ma għandhomx aktar minn 25 sena.

6.  F'każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista' tiġi rinunzjata jew imnaqqsa meta din il-miżura sservi biex tippromwovi interessi kulturali jew sportivi, interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta' interess pubbliku vitali, jew għal raġunijiet umanitarji jew minħabba obbligi internazzjonali.

▼B

7.  It-tariffa tal-viża għandha tiġi imposta f’Euro, fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz jew fil-munita li hi normalment użata fil-pajjiż terz fejn qiegħda tiġi preżentata l-applikazzjoni u għandha tkun mingħajr il-possibbiltà ta’ rifużjoni minbarra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 18(2) u 19(3).

▼M5

Meta l-ammont tat-tariffa tal-viża jkun impost f'munita li mhijiex l-Euro, l-ammont tat-tariffa tal-viża impost f'dik il-munita għandu jiġi ddeterminat u rieżaminat b'mod regolari fl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ta' referenza esterna tal-euro stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew. L-ammont impost jista' jiġi aġġustat għall-eqreb ċifra u għandu jiġi żgurat li jiġu imposti tariffi simili skont il-kooperazzjoni lokali ta' Schengen.

▼B

8.  L-applikant għandu jingħata rċevuta għat-tariffa tal-viża mħallsa.

▼M5

9.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi l-ammont tat-tariffi tal-viża stipulat fil-paragrafi 1, 2 u 2a ta' dan l-Artikolu kull tliet snin, b'kont meħud ta' kriterji oġġettivi, bħalma huma r-rata tal-inflazzjoni ġenerali fl-Unjoni kollha, kif ippubblikata mill-Eurostat, u l-medja ponderata tas-salarji tal-uffiċjali pubbliċi tal-Istati Membri. Abbażi ta' dawk il-valutazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn ikun xieraq, atti delegati f'konformità mal-Artikolu 51a dwar l-emenda ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-ammont tat-tariffi tal-viża.

▼B

Artikolu 17

It-tariffa tas-servizz

►M5  1.  Tista' tiġi imposta tariffa għas-servizz minn fornitur estern tas-servizzi kif imsemmi fl-Artikolu 43. ◄ It-tariffa għas-servizz għandha tkun proporzjonata għall-ispejjeż magħmula mill-fornitur estern ta’ servizz waqt li jwettaq kompitu wieħed jew aktar imsemmijin fl-Artikolu 43(6).

2.  It-tariffa għas-servizzi għandha tkun speċifikata fl-istrument legali msemmi fl-Artikolu 43(2).

▼M5 —————

▼B

4.  It-tariffa għas-servizzi m’għandhiex taqbeż nofs l-ammont tat-tariffa għall-viża mniżżla fl-Artikolu 16(1) irrispettivament mit-tnaqqis ta’ jew l-eżenzjonijiet possibbli mit-tariffa għall-viża kif previst fl-Artikolu 16(2), (4), (5) u (6).

▼M5

4a.  B'deroga mill-paragrafu 4, it-tariffa għas-servizz, fil-prinċipju, ma għandhiex tkun aktar minn EUR 80 f'pajjiżi terzi fejn l-Istat Membru kompetenti ma jkollux konsulat bl-iskop tal-ġbir ta' applikazzjonijiet u ma jkunx rappreżentat minn Stat Membru ieħor.

4b.  F'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-ammont imsemmi fil-paragrafu 4a ma jkunx biżżejjed biex jingħata servizz sħiħ, tista' tiġi imposta tariffa ogħla għas-servizz sa mhux aktar minn EUR 120. F'tali każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni l-intenzjoni tiegħu li jippermetti li tiġi imposta tariffa ogħla għas-servizz, mhux aktar tard minn tliet xhur qabel il-bidu tal-implimentazzjoni tagħha. In-notifika għandha tispeċifika r-raġunijiet li abbażi tagħhom jiġi ddeterminat il-livell tat-tariffa għas-servizz, b'mod partikolari l-ispejjeż dettaljati li jwasslu biex jiġi ddeterminat ammont ogħla.

▼M5

5.  L-Istat Membru kkonċernat jista' jżomm il-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tiegħu jew fil-konsulat ta' Stat Membru li miegħu jkollu arranġament ta' rappreżentanza, f'konformità mal-Artikolu 8.

▼B



KAPITOLU III

Eżami ta’ applikazzjoni u teħid ta’ deċiżjoni dwarha

Artikolu 18

Verifika ta’ kompetenza konsulari

1.  Meta tiġi preżentata applikazzjoni, il-konsulat għandu jivverifika jekk huwiex kompetenti biex jeżaminaha u jieħu deċiżjoni dwarha skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6.

2.  Jekk il-konsulat mhuwiex kompetenti, dan għandu mingħajr dewmien irodd lura l-formola tal-applikazzjoni u kwalunkwe dokument ippreżentat mill-applikant, jirrimborsa t-tariffa għall-viża, u jindika liema konsulat huwa kompetenti.

Artikolu 19

Ammissibbiltà

▼M5

1.  Il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

▼B

— 
l-applikazzjoni tkunx ġiet ippreżentata fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 9(1),
— 
l-applikazzjoni jkunx fiha l-punti msemmijin fil-punti (a) sa (c) tal-l-Artikolu 10(3),
— 
tkunx inġabret id-data bijometrika tal-applikant, u
— 
tkunx inġabret it-tariffa tal-viża.

▼M5

2.  Fejn il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti jikkonkludu li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu ġew issodisfati, l-applikazzjoni għandha tkun ammissibbli u l-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom:

— 
isegwu l-proċeduri deskritti fl-Artikolu 8 tar-Regolament VIS, u
— 
ikomplu jeżaminaw l-applikazzjoni.

▼B

Id-data għandha tiddaħħal fil-VIS biss minn persunal konsulari debitament awtorizzat skont l-Artikoli 6(1), 7, 9(5) u 9(6) tar-Regolament VIS.

▼M5

3.  Fejn il-konsulat kompetenti jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru kompetenti jikkonkludu li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, l-applikazzjoni ma għandhiex tkun ammissibbli u l-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom mingħajr dewmien:

— 
iroddu lura l-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti kollha ppreżentati mill-applikant,
— 
jeqirdu d-data bijometrika miġbura,
— 
jirrimborżaw it-tariffa tal-viża, u
— 
ma jeżaminawx l-applikazzjoni.

4.  B'deroga mill-paragrafu 3, applikazzjoni li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 tista' titqies ammissibbli għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali.

▼B

Artikolu 20

Timbru li jindika li l-applikazzjoni hi ammissibbli

1.  Meta applikazzjoni hi ammissibbli, il-konsulat kompetenti għandu jittimbra d-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant. It-timbru għandu jkun skont il-mudell imniżżel fl-Anness III u għandu jitwaħħal skont id-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Anness.

2.  Il-passaporti diplomatiċi, tas-servizz/uffiċjali u dawk speċjali m’għandhomx ikunu ttimbrati.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-konsulati tal-Istati Membri sad-data li fiha l-VIS issir kompletament operattiva fir-reġjuni kollha, skont l-Artikolu 48 tar-Regolament VIS.

Artikolu 21

Verifika tal-kondizzjonijiet ta’ dħul u stima tar-riskju

1.  Fl-eżami ta’ applikazzjoni għal viża uniformi, għandu jiġi aċċertat jekk l-applikant jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a), (c), (d) u (e) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u għandha tingħata konsiderazzjoni partikolari lill-istima dwar jekk l-applikant ikunx jippreżenta riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għas-sigurtà tal-Istati Membri u jekk l-applikant huwiex bi ħsiebu jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li għaliha qiegħda ssir applikazzjoni.

2.  Fir-rigward ta’ kull applikazzjoni, il-VIS għandha tiġi kkonsultata skont l-Artikoli 8 (2) u 15 tar-Regolament VIS. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir użu sħiħ tal-kriterji kollha tar-riċerka taħt l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-VIS sabiex jiġi evitat li jsiru ċaħdiet u identifikazzjonijiet foloz.

▼M5

3.  Waqt il-verifika ta' jekk l-applikant jissodisfax il-kondizzjonijiet tad-dħul, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom jivverifikaw:

▼B

(a) 

li d-dokument tal-ivvjaġġar li qiegħed jiġi ppreżentat mhuwiex falz, kontrafatt jew iffalsifikat;

(b) 

il-ġustifikazzjoni tal-applikant tal-iskop u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst, u li huwa/hija għandu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst u għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew ta’ residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew li hu f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;

(c) 

jekk l-applikant huwiex persuna li fir-rigward tagħha tkun inħarġet twissija fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul;

(d) 

li l-applikant mhuwiex ikkunsidrat theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika kif definit fl-Artikolu 2 punt 19 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi wieħed mill-Istati Membri, u partikolarment fejn ma tkun inħarġet l-ebda twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-iskop ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;

▼M5

(e) 

li l-applikant ikollu fil-pussess tiegħu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli, li tkun tkopri l-perijodu tas-soġġorn intenzjonat, jew, jekk issir applikazzjoni għal viża bi dħul multiplu, il-perijodu tal-ewwel żjara intenzjonata.

4.  Fejn applikabbli, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom jivverifikaw it-tul tas-soġġorni preċedenti u dawk intenzjonati sabiex jivverifikaw li l-applikant ma qabiżx it-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri, irrispettivament minn soġġorni potenzjalment awtorizzati minn viża nazzjonali għal soġġorn twil jew permess ta' residenza.

▼B

5.  Il-mezzi ta’ sussistenza għas-soġġorn previst għandhom jiġu vvalutati skont it-tul u l-fini tas-soġġorn u b’referenza għall-prezzijiet medji fl-Istat jew Stati Membri kkonċernati għall-ikel u l-irqad f’akkomodazzjoni rħisa, immultiplikat bin-numru ta’ jiem ta’ soġġorn, abbażi tal-ammonti ta’ referenza stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 34(1)(c) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen. Dikjarazzjoni ta’ garanzija u/jew akkomodazzjoni privata tista’ tikkostitwixxi wkoll evidenza ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza.

▼M5

6.  Waqt l-eżami ta' applikazzjoni għal viża għal transitu fl-ajruport, il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom b'mod partikolari jivverifikaw:

▼B

(a) 

li d-dokument tal-ivvjaġġar li qiegħed jiġi ppreżentat mhuwiex falz, kontrafatt jew iffalsifikat;

(b) 

il-punti tat-tluq u tad-destinazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat u l-koerenza tal-itinerarju previst u t-tranżitu fl-ajruport;

(c) 

il-prova tal-vjaġġ ‘il barra lejn id-destinazzjoni finali.

7.  L-eżami ta’ applikazzjoni għandu jkun ibbażat b’mod partikolari fuq l-awtentiċità u l-affidabbiltà tad-dokumenti ppreżentati u fuq il-veraċità u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-applikant.

▼M5

8.  Waqt l-eżami ta' applikazzjoni, il-konsulati jew l-awtoritajiet ċentrali jistgħu, f'każijiet ġustifikati, jagħmlu intervista lill-applikant u jitolbuh dokumenti addizzjonali.

▼B

9.  Ċaħda ta’ viża preċedenti m’għandhiex twassal għal ċaħda awtomatika ta’ applikazzjoni ġdida. Applikazzjoni ġdida għandha tkun ivvalutata abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli.

Artikolu 22

Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn

▼M5

1.  Għal raġunijiet ta' theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, ir-relazzjonijiet internazzjonali jew is-saħħa pubblika, Stat Membru jista' jitlob lill-awtoritajiet ċentrali ta' Stati Membri oħra biex jikkonsultaw lill-awtoritajiet ċentrali tiegħu matul l-eżami tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn ċittadini ta' pajjiżi terzi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta' dawn iċ-ċittadini. Tali konsultazzjoni ma għandhiex tapplika għall-applikazzjonijiet għal viżi għal transitu fl-ajruport.

2.  L-awtoritajiet ċentrali kkonsultati għandhom iwieġbu b'mod definit mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji minn meta jiġu kkonsultati. In-nuqqas ta' tweġiba qabel dik l-iskadenza għandha tfisser li huma ma jkollhomx raġunijiet biex joġġezzjonaw għall-ħruġ tal-viża.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni jew it-tneħħija tar-rekwiżit għal konsultazzjoni minn qabel, bħala regola, tal-inqas 25 jum kalendarju qabel ma ssir applikabbli. Dik l-informazzjoni għandha tingħata wkoll fil-kuntest tal-kooperazzjoni lokali ta' Schengen fil-ġurisdizzjoni kkonċernata.

▼B

4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar it-tali notifiki.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 23

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

1.  L-applikazzjonijiet għandhom jiġu deċiżi fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni li hija ammissibbli skont l-Artikolu 19.

▼M5

2.  Dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa massimu ta' 45 jum kalendarju f'każijiet individwali, b'mod notevoli meta jkun meħtieġ skrutinju ulterjuri tal-applikazzjoni.

▼M5

2a.  Għandha tittieħed deċiżjoni mingħajr dewmien dwar l-applikazzjonijiet f'każijiet ta' urġenza individwali ġġustifikati.

▼M5 —————

▼B

4.  Sakemm l-applikazzjoni ma tkunx ġiet irtirata, għandha tittieħed deċiżjoni sabiex:

(a) 

tinħareġ viża uniformi, skont l-Artikolu 24,

(b) 

tinħareġ viża b’validità territorjali limitata, skont l-Artikolu 25,

▼M5

(ba) 

tinħareġ viża għal transitu fl-ajruport f'konformità mal-Artikolu 26, jew

▼M5

(c) 

tinċaħad viża skont l-Artikolu 32.

▼M5 —————

▼B

Il-fatt li t-teħid tal-marki tas-swaba’ ma jkunx fiżikament possibbli, skont l-Artikolu 13(7)(b), m’għandux jinfluwenza l-ħruġ jew iċ-ċaħda ta’ viża.



KAPITOLU IV

Il-ħruġ tal-viża

Artikolu 24

Ħruġ ta’ viża uniformi

1.  Il-perijodu ta’ validità ta’ viża u t-tul tas-soġġorn awtorizzat għandhom ikunu bbażati fuq l-eżami mwettaq skont l-Artikolu 21.

Il-viża tista’ tinħareġ għal numru ta’ dħul li jista’ jkun wieħed, tnejn jew aktar. Il-perijodu ta’ validità m’għandux jaqbeż il-ħames snin.

▼M5 —————

▼M5

Mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-Artikolu 12, il-perijodu ta' validità ta' viża għal dħul wieħed għandu jinkludi “perijodu ta' konċessjoni” addizzjonali ta' 15-il jum kalendarju.

▼B

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux dan il-perijodu ta’ konċessjoni għal raġunijiet ta’ politika pubblika jew minħabba r-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

▼M5

2.  Dment li l-applikant jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' dħul stipulati fil-punt (a) u l-punti (c) sa (e) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/399, viżi bi dħul multiplu b'validità twila għandhom jinħarġu għall-perijodi ta' validità li ġejjin, sakemm il-validità tal-viża ma tkunx taqbeż dik tad-dokument tal-ivvjaġġar:

(a) 

għal perijodu ta' validità ta' sena, dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment tliet viżi fi żmien is-sentejn preċedenti;

(b) 

għal perijodu ta' validità ta' sentejn, dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment viża bi dħul multiplu preċedenti valida għal sena matul is-sentejn preċedenti;

(c) 

għal perijodu ta' validità ta' ħames snin, dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment viża bi dħul multiplu preċedenti valida għal sentejn matul it-tliet snin preċedenti.

Viżi għal transitu fl-ajruport u viżi b'validità territorjali limitata maħruġa f'konformità mal-Artikolu 25(1) ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-ħruġ ta' viżi bi dħul multiplu.

▼M5

2a.  B'deroga mill-paragrafu 2, il-perijodu ta' validità tal-viża maħruġa jista' jitqassar f'każijiet individwali fejn ikun hemm dubju raġonevoli dwar jekk il-kondizzjonijiet tad-dħul ikunux ser jiġu ssodisfati għall-perijodu kollu.

2b.  B'deroga mill-paragrafu 2, il-konsulati għandhom, fil-kuntest tal-kooperazzjoni lokali ta' Schengen, jikkunsidraw jekk ir-regoli dwar il-ħruġ ta' viżi bi dħul multiplu stipulati fil-paragrafu 2 għandhomx jiġu adattati biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali, ir-riskji migratorji u r-riskji għas-sigurtà, fid-dawl tal-adozzjoni ta' regoli aktar favorevoli jew aktar restrittivi f'konformità mal-paragrafu 2d.

2c.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, viża bi dħul multiplu valida għal massimu ta' ħames snin tista' tinħareġ lil applikanti li jagħtu prova tal-ħtieġa jew jiġġustifikaw l-intenzjoni tagħhom li jivvjaġġaw ta' spiss jew regolarment, dment li jagħtu prova tal-integrità u l-affidabbiltà tagħhom, b'mod partikolari l-użu legali ta' viżi preċedenti, is-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż tal-oriġini u l-intenzjoni ġenwina tagħhom li jitilqu mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li jkunu applikaw għaliha.

2d.  Fejn ikun meħtieġ, abbażi tal-kunsiderazzjoni msemmija fil-paragrafu 2b ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta r-regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi bi dħul multiplu stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, li għandhom jiġu applikati f'kull ġurisdizzjoni sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali, tar-riskji migratorji u għas-sigurtà, u tar-relazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni mal-pajjiż terz inkwistjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

▼B

3.  Id-data mniżżla fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament VIS għandha tiddaħħal fil-VIS meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ tali viża.

Artikolu 25

Ħruġ ta’ viża b’validità territorjali limitata

1.  Viża b’validità territorjali limitata għandha tinħareġ eċċezzjonalment, fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-Istat Membru kkonċernat iqis li huwa meħtieġ, għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali,

(i) 

b’deroga mill-prinċipju li għandhom ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a), (c), (d) u (e), tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;

(ii) 

biex tinħareġ viża minkejja l-oġġezjoni mill-Istat Membru kkonsultat skont l-Artikolu 22 għall-ħruġ ta’ viża uniformi; jew

(iii) 

biex tinħareġ visa għal raġunijiet ta’ urġenza, għalkemm ma tkunx twettqet il-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 22,

jew

▼M3

(b) 

meta għal raġunijiet meqjusa ġustifikati mill-konsulat, tinħareġ viża ġdida għal soġġorn matul l-istess perjodu ta’ 180 jum lil applikant li, tul dan il-perjodu ta’ 180 jum, diġà jkun uża viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata li ppermettiet soġġorn ta' 90 jum.

▼B

2.  Viża b’validità territorjali limitata għandha tkun valida għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġha. Eċċezzjonalment hi tista’ tkun valida għat-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, suġġett għall-kunsens ta’ kull Stat Membru.

3.  Jekk l-applikant ikollu dokument tal-ivvjaġġar li ma jkunx rikonoxxut minn Stat Membru wieħed jew iżjed, iżda mhux minn kollha, għandha tinħareġ viża valida għat-territorju tal-Istati Membri li jirrikonoxxu d-dokument tal-ivvjaġġar. Jekk l-Istat Membru li joħroġha ma jirrikonoxxix id-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant, il-viża maħruġa għandha tkun valida biss għal dak l-Istat Membru.

4.  Meta tkun inħarġet viża b’validità territorjali limitata fil-każijiet deskritti fil-paragrafu 1(a), l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru li joħroġha għandu jiċċirkola l-informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien, permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament VIS.

5.  Id-data mniżżla fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament VIS għandha tiddaħħal fil-VIS meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ tali viża.

▼M5

Artikolu 25a

Kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni

1.  Skont il-livell ta' kooperazzjoni ta' pajjiż terz mal-Istati Membri dwar ir-riammissjoni ta' migranti irregolari, ivvalidata abbażi ta' data rilevanti u oġġettiva, l-Artikolu 14(6), l-Artikolu 16(1), il-punt (b) tal-Artikolu 16(5), l-Artikolu 23(1), u l-Artikolu 24(2) u (2c) ma għandhomx japplikaw għal applikanti jew kategoriji ta' applikanti li jkunu ċittadini ta' pajjiż terz li jkun meqjus li ma jikkooperax biżżejjed f'konformità ma' dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta regolarment, tal-inqas darba fis-sena, il-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward tar-riammissjoni, billi tqis, b'mod partikolari, l-indikaturi li ġejjin:

(a) 

l-għadd ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa lil persuni mill-pajjiż terz inkwistjoni li jkunu b'soġġorn illegali fit-territorju tal-Istati Membri

(b) 

l-għadd ta' ritorni reali furzati ta' persuni li jkunu nħarġulhom deċiżjonijiet ta' ritorn bħala perċentwal tal-għadd ta' deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa lil ċittadini tal-pajjiż terz inkwistjoni inkluż, fejn xieraq, abbażi ta' ftehimiet ta' riammissjoni tal-Unjoni jew bilaterali, l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu għaddew mit-territorju tal-pajjiż terz inkwistjoni;

(c) 

l-għadd ta' talbiet ta' riammissjoni għal kull Stat Membru aċċettati mill-pajjiż terz bħala perċentwal tal-għadd ta' tali talbiet sottomessi lilu;

(d) 

il-livell ta' kooperazzjoni prattika fir-rigward tar-ritorn fl-istadji differenti tal-proċedura tar-ritorn, bħal:

(i) 

l-assistenza li tingħata fl-identifikazzjoni tal-persuni b'soġġorn illegali fit-territorju tal-Istati Membri u fil-ħruġ f'waqtu tad-dokumenti tal-ivvjaġġar;

(ii) 

l-aċċettazzjoni tad-dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment jew laissez-passer;

(iii) 

l-aċċettazzjoni tar-riammissjoni ta' persuni li għandhom jiġu ritornati legalment lejn pajjiżhom;

(iv) 

l-aċċettazzjoni tat-titjiriet u l-operazzjonijiet ta' ritorn.

Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-użu ta' data affidabbli pprovduta mill-Istati Membri, kif ukoll mill-istituzzjonijiet,, il-korpi, l-uffiċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment, tal-inqas darba f'sena, il-valutazzjoni tagħha lill-Kunsill.

3.  Stat Membru jista' wkoll jinnotifika lill-Kummissjoni jekk ikollu problemi prattiċi sostanzjali u persistenti fil-kooperazzjoni ma' pajjiż terz fir-riammissjoni ta' migranti irregolari abbażi tal-istess indikaturi bħal dawk elenkati fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bin-notifika.

4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe notifika magħmula skont il-paragrafu 3 fi żmien perijodu ta' xahar. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati tal-eżami tagħha.

5.  Fejn, abbażi tal-analiżi msemmija fil-paragrafi 2 u 4, u b'kont meħud tal-passi meħudin mill-Kummissjoni biex jittejjeb il-livell ta' kooperazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat fil-qasam tar-riammissjoni u r-relazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni ma' dak il-pajjiż terz, inkluż fil-qasam tal-migrazzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li pajjiż mhux qed jikkoopera biżżejjed u li għalhekk jeħtieġ li tittieħed azzjoni, jew fejn, fi żmien 12-il xahar, maġġoranza sempliċi tal-Istati Membri tkun innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 3, il-Kummissjoni, filwaqt li tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kooperazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, għandha tippreżenta proposta lill-Kunsill biex tiġi adottata:

(a) 

deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tissospendi temporanjament l-applikazzjoni ta' xi wieħed jew aktar mill-Artikolu 14(6), il-punt (b) tal-Artikolu 16(5), l-Artikolu 23(1) jew l-Artikolu 24(2) u (2c), għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat jew għal ċerti kategoriji minnhom;

(b) 

fejn, wara valutazzjoni mill-Kummissjoni, il-miżuri applikati skont id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jitqiesu ineffikaċi, deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tapplika, fuq bażi gradwali, waħda mit-tariffi tal-viża stabbiliti fl-Artikolu 16(2a) għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat jew għal ċerti kategoriji minnhom.

6.  Il-Kummissjoni għandha kontinwament tivvaluta u tirrapporta abbażi tal-indikaturi stabbiliti fil-paragrafu 2 jekk ikunx jista' jiġi stabbilit titjib sostanzjali u sostnut fil-kooperazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat dwar ir-riammissjoni ta' migranti irregolari u, b'kont meħud ukoll tar-relazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni ma' dak il-pajjiż terz, tista' tippreżenta proposta lill-Kunsill biex jiġu revokati jew emendati d-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.

7.  Mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress miksub fejn tidħol il-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni ta' dak il-pajjiż terz.

8.  Fejn, abbażi tal-analiżi msemmija fil-paragrafu 2 u b'kont meħud tar-relazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, speċjalment fejn tidħol il-kooperazzjoni fil-qasam tar-riammissjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pajjiż terz ikkonċernat ikun qed jikkoopera biżżejjed, hija tista' tippreżenta proposta lill-Kunsill biex tiġi adottata deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar applikanti jew kategoriji ta' applikanti li jkunu ċittadini ta' dak il-pajjiż terz u li japplikaw għal viża fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz, li tipprevedi waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

tnaqqis tat-tariffa tal-viża msemmija fl-Artikolu 16(1) għal EUR 60;

(b) 

tnaqqis taż-żmien li fih għandhom isiru d-deċiżjonijiet dwar applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) għal għaxart ijiem;

(c) 

żieda fil-perijodu tal-validità tal-viżi bi dħul multiplu skont l-Artikolu 24(2).

Dik id-deċiżjoni ta' implimentazzjoni għandha tapplika għal massimu ta' sena. Din tista' tiġġedded.

▼B

Artikolu 26

Ħruġ ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport

1.  Viża għal tranżitu fl-ajruport għandha tkun valida għal tranżitu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali ta’ ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(a), il-perijodu ta’ validità tal-viża għandu jinkludi “perijodu ta’ konċessjoni” addizzjonali ta’ 15-il jum.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux dan il-perijodu ta’ konċessjoni għal raġunijiet ta’ politika pubblika jew minħabba r-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12(a), il-viżi għal tranżitu fl-ajruport bi dħul multiplu jistgħu jinħarġu b’perjodu ta’ validità ta’ mhux aktar minn sitt xhur.

4.  Il-kriterji li ġejjin huma b’mod partikolari rilevanti għat-teħid tad-deċiżjoni biex jinħarġu viżi għal tranżitu fl-ajruport bi dħul multiplu:

(a) 

il-ħtieġa tal-applikant ta’ tranżitu frekwenti u/jew regolari, u

(b) 

l-integrità u l-affidibbiltà tal-applikant, b’mod partikolari l-użu skont il-liġi ta’ viżi uniformi preċedenti, ta’ viżi b’validità territorjali limitata jew ta’ viżi għal tranżitu fl-ajruport, is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu u l-intenzjoni ġenwina tiegħu li jkompli bil-vjaġġ tiegħu.

5.  Meta l-applikant huwa meħtieġ li jkollu viża għal tranżitu fl-ajruport skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2), il-viża għal tranżitu fl-ajruport għandha tkun valida meta jgħaddu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati.

6.  Id-data mniżżla fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament dwar il-VIS għandha tiddaħħal fil-VIS meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-ħruġ ta’ tali viża.

Artikolu 27

Il-mili tal-isticker tal-viża

▼M5

1.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta r-regoli għall-mili tal-istiker tal-viża. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

2.  L-Istati Membri jistgħu jżidu annotamenti nazzjonali fit-taqsima tal-“kummenti” fl-istiker tal-viża. Dawk l-annotamenti ma għandhomx jidduplikaw l-annotamenti obbligatorji stabbiliti f'konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1.

▼B

3.  L-annotamenti kollha fuq l-isticker tal-viża għandhom jiġu stampati u m’għandha ssir l-ebda bidla manwali fl-isticker tal-viża stampata.

▼M5

4.  Stiker tal-viża għal dħul wieħed tista' timtela manwalment biss fil-każ ta' forza maġġuri teknika. Ma għandha ssir ebda bidla fi stiker tal-viża li tkun imtliet manwalment.

▼B

5.  Meta l-isticker tal-viża timtela manwalment skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, din l-informazzjoni għandha tiddaħħal fil-VIS skont l-Artikolu 10(1)(k) tar-Regolament VIS.

Artikolu 28

Invalidar tal-istickers tal-viżi mimlijin

1.  Jekk jinstab żball fuq sticker tal-viża li tkun għadha ma twaħħlitx fuq id-dokument tal-ivvjaġġar, l-isticker tal-viża għandha tiġi invalidata.

2.  Jekk jinstab żball wara li l-isticker tal-viża tkun twaħħlet fuq id-dokument tal-ivvjaġġar, l-isticker tal-viża għandha tkun invalidata billi jitpinġa salib b’inka li ma titħassarx fuq l-isticker tal-viża u titwaħħal sticker tal-viża ġdida fuq paġna differenti.

3.  Jekk jinstab żball wara li tkun ġiet introdotta d-data rilevanti fil-VIS skont l-Artikolu 10 (1) tar-Regolament VIS, l-iżball għandu jiġi kkoreġut skont l-Artikolu 24(1) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 29

Twaħħil tal-istickers tal-viża

▼M5

1.  L-istiker tal-viża għandha titwaħħal mad-dokument tal-ivvjaġġar.

▼M5

1a.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta r-regoli dettalji dwar it-twaħħil tal-istiker tal-viża. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

▼B

2.  Fejn l-Istat Membru li joħroġ il-viża ma jirrikonoxxix id-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant, il-folja separata għandha tintuża għat-twaħħil ta’ viża.

3.  Meta l-isticker tal-viża tkun twaħħlet mal-folja separata għat-twaħħil tal-viża, din l-informazzjoni għandha tiddaħħal fil-VIS skont l-Artikolu 10(1)(j) tar-Regolament VIS.

4.  Il-viżi individwali maħruġa lil persuni li huma inklużi fid-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant għandhom jitwaħħlu f’dak id-dokument tal-ivvjaġġar.

5.  Fejn id-dokument tal-ivvjaġġar li fih ikunu ġew inklużi dawn il-persuni mhuwiex rikonoxxut mill-Istat Membru tal-ħruġ, l-isticker tal-viżi individwali għandhom jitwaħħlu fuq il-folji separati għat-twaħħil tal-viżi.

Artikolu 30

Drittijiet li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ viża

Is-sempliċi pussess ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata ma jikkonferix dritt awtomatiku ta’ dħul.

Artikolu 31

Informazzjoni tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn

▼M5

1.  Stat Membru jista' jeħtieġ li l-awtoritajiet ċentrali tiegħu jiġu infurmati dwar viżi maħruġa minn Stati Membri oħrajn lil ċittadini ta' pajjiżi terzi speċifiċi jew lil kategoriji speċifiċi ta' tali ċittadini, minbarra fil-każ ta' viżi għal tranżitu fl-ajruport.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni jew it-tneħħija tar-rekwiżit għal din l-informazzjoni tal-inqas sa 25 jum kalendarju qabel ma ssir applikabbli. Dik l-informazzjoni għandha tingħata wkoll fil-kuntest tal-kooperazzjoni lokali ta' Schengen fil-ġurisdizzjoni kkonċernata.

▼B

3.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar it-tali notifiki.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 32

Ċaħda ta’ viża

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1), viża għandha tinċaħad:

(a) 

jekk l-applikant:

(i) 

jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li hu falz, kontrafatt jew iffalsifikat;

(ii) 

ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst;

▼M5

(iia) 

ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-iskop u l-kondizzjonijiet tat-transitu fl-ajruport intenzjonat;

▼B

(iii) 

ma jipprovdix prova ta’ mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst jew għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew mhuwiex f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;

▼M3

(iv) 

ikun diġà qagħad għal 90 jum matul il-perijodu preżenti ta’ 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata;

▼B

(v) 

hu persuna li nħarġitilha twissija fis-SIS għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul;

(vi) 

hu meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika kif definita fl-Artikolu 2 punt 19 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi wieħed mill-Istati Membri, u partikolarment fejn tkun inħarġet twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;

(vii) 

ma jagħtix prova li għandu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli;

jew

(b) 

jekk ikun hemm dubji raġonevoli dwar l-awtentiċità tad-dokumenti ta’ sostenn ippreżentati mill-applikant jew dwar il-veraċità tal-kontenut tagħhom, dwar il-kredibbiltà tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-applikant jew l-intenzjoni tiegħu li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li għaliha qiegħda ssir applikazzjoni.

▼M5

2.  Id-deċiżjoni għaċ-ċaħda u r-raġunijiet li fuqhom hi bbażata għandhom jiġu nnotifikati lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI bil-lingwa tal-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u b'lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

▼B

3.  L-applikanti li tkun inċaħditilhom viża għandu jkollhom id-dritt għall-appell. L-appelli għandhom jitmexxew kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti b’informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ appell, kif speċifikat fl-Anness VI.

▼M5 —————

▼B

5.  L-informazzjoni dwar il-viża miċħuda għandha tiddaħħal fil-VIS skont l-Artikolu 12 tar-Regolament VIS.



KAPITOLU V

Modifika ta’ viża maħruġa

Artikolu 33

Estensjoni

1.  Il-perijodu ta’ validità u/jew it-tul tas-soġġorn ta’ viża maħruġa għandhom jiġu estiżi fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tqis li d-detentur tal-viża jkun ipprovda prova ta’ force majeure jew raġunijiet umanitarji li ma ħallewħx jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ validità jew tad-durata tas-soġġorn awtorizzat mill-viża. Din l-estensjoni għandha tingħata mingħajr ħlas.

2.  Il-perjodu ta’ validità u/jew it-tul ta’ soġġorn ta’ viża maħruġa għandu jiġi estiż jekk id-detentur tal-viża jipprovdi prova ta’ raġunijiet personali serji li jiġġustifikaw l-estensjoni tal-perijodu ta’ validità jew it-tul tas-soġġorn. Għandha titħallas tariffa ta’ EUR 30 għal tali estensjoni.

3.  Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-awtorità li testendi l-viża, il-validità territorjali tal-viża estiża għandha tibqa’ l-istess bħal dik tal-viża oriġinali.

4.  L- awtorità kompetenti għall-estensjoni tal-viża għandha tkun dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun preżenti fil-mument tal-applikazzjoni għal estensjoni.

5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni liem huma l-awtoritajiet kompetenti għall-estensjoni tal-viżi.

6.  L-estensjoni tal- viżi għandha tieħu l-forma ta’ sticker tal-viża.

7.  L-informazzjoni dwar viża estiża għandha tiddaħħal fil-VIS skont l-Artikolu 14 tar-Regolament VIS.

Artikolu 34

Annullament u revoka

1.  Viża għandha tiġi annullata fejn isir evidenti li l-kondizzjonijiet għall-ħruġ tal-viża ma ġewx sodisfatti fiż-żmien tal-ħruġ tagħha, b’mod partikolari jekk hemm raġunijiet serji biex wieħed jaħseb li l-viża nkisbet b’mod frodulenti. Fil-prinċipju, viża għandha tiġi annullata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża. Viża tista’ tiġi revokata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, f’liema każ l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għandu jkun infurmat b’tali revoka.

2.  Viża għandha tkun revokata meta jsir evidenti li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħha m’għadhomx ikunu sodisfatti. Viża fil-prinċipju għandha tkun revokata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li jkun ħariġha. Viża tista’ tiġi annullata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, f’liema każ l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-viża għandu jkun infurmat b’tali annullament.

3.  Viża tista’ tiġi revokata fuq it-talba tad-detentur tal-viża. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li ħarġu l-viża għandhom ikunu infurmati b’tali revoka.

4.  In-nuqqas tad-detentur tal-viża li jipproduċi, mal-fruntiera, wieħed jew aktar dokumenti ta’ sostenn imsemmijin fl-Artikolu 14(3), m’għandux iwassal awtomatikament għal deċiżjoni ta’ annullament jew revoka tal-viża.

5.  Jekk viża hija annullata jew revokata, għandu jiġi mehmuż magħha timbru li jiddikjara “ANNULLATA” jew “REVOKATA” u l-varjazzjoni ottika tal-isticker tal-viża, il-fattur ta’ sigurtà ta’ “effett ta’ xbieha moħbija” kif ukoll il-kelma ‘viża’ għandhom jitħassru billi jiġu ingassati.

6.  Deċiżjoni dwar l-annullament jew ir-revoka ta’ viża u r-raġunijiet li fuqhom hi bbażata għandhom jiġu nnotifikati lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI.

7.  Id-detentur tal-viża li l-viża tiegħu tkun ġiet annullata jew revokata għandu jkollu d-dritt tal-appell, sakemm il-viża ma tkunx ġiet revokata fuq it-talba tiegħu skont il-paragrafu 3. L-appelli għandhom jitmexxew kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-annullament jew ir-revoka u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti b’informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ appell, kif speċifikat fl-Anness VI.

8.  L-informazzjoni dwar viża annullata jew revokata għandha tiddaħħal fil-VIS, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament VIS.



KAPITOLU VI

Viżi maħruġa fuq il-fruntieri esterni

Artikolu 35

Applikazzjonijiet għal viżi fuq il-fruntieri esterni

1.  F’każijiet eċċezzjonali, il-viżi jistgħu jinħarġu f’punti ta’ qsim tal-fruntieri jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-applikant jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a), (c), (d) u (e) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;

(b) 

l-applikant ma kienx f’pożizzjoni li japplika għal viża minn qabel u jippreżenta, fejn meħtieġ, dokumenti ta’ sostenn li jissostanzjaw ir-raġunijiet imprevedibbli u imperattivi għad-dħul, u

(c) 

ir-ritorn tal-applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu jew ir-residenza jew it-tranżitu minn Stati li mhumiex Stati Membri li jimplimentaw bis-sħiħ l-acquis ta’ Schnegen ikun meqjus bħala ċert.

2.  Meta ssir applikazzjoni għal viża mal-fruntiera esterna, jista’ jitneħħa r-rekwiżit li l-applikant ikollu fil-pussess tiegħu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar meta t-tali assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar mhijiex disponibbli f’dak il-punt tal-qsim tal-fruntieri jew għal raġunijiet umanitarji.

3.  Viża maħruġa mal-fruntiera esterna għandha tkun viża uniformi, li tintitola lid-detentur għal soġġorn ta’ tul ta’ mhux aktar minn 15-il jum, li jiddependi fuq l-fini u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst. Fil-każ ta’ tranżitu, it-tul tas-soġġorn awtorizzat għandu jikkorrispondi għaż-żmien meħtieġ għall-fini tat-tranżitu.

4.  Fejn ma jiġux sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) a), (c), (d) u (e) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen, l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-viża mal-fruntiera jistgħu joħorġu viża b’validità territorjali limitata għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-viża biss, skont l-Artikolu 25(1)(a) ta’ dan ir-Regolament.

5.  Ċittadin ta’ pajjiż terz li jaqa’ f’kategorija ta’ persuni li għalihom tkun meħtieġa konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 22, m’għandux, fil-prinċipju, tinħariġlu viża mal-fruntiera esterna.

Madankollu, mal-fruntiera esterna tista’ tinħareġ viża b’validità territorjali limitata għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-viża għal dawn il-persuni f’każijiet eċċezzjonali, skont l-Artikolu 25(1)(a).

6.  Minbarra r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-viża previsti fl-Artikolu 32(1) viża għandha tkun miċħuda fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera, jekk il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu ma jkunux sodisfatti.

7.  Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-ġustifikazzjoni u n-notifika taċ-ċaħdiet u d-dritt tal-appell stabbilit fl-Artikolu 32(3)u l-Anness VI.

Artikolu 36

Viżi maħruġa lill-baħħara fi tranżitu fuq il-fruntiera esterna

1.  Baħri li huwa mitlub li jkollu viża meta jaqsam il-fruntieri esterni tal-Istati Membri jista’ jingħata viża għal fini ta’ tranżitu mal-fruntiera fejn:

(a) 

jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(1), u

(b) 

ikun qiegħed jaqsam taqsam il-fruntiera inkwistjoni sabiex jimbarka fuq, jerġa’ jimbarka fuq jew jiżbarka minn fuq vapur li fuqu hu ser jaħdem jew fejn ħadem bħala baħri.

▼M5 —————

▼M5

2a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, istruzzjonijiet operazzjonali għall-ħruġ ta' viżi fuq il-fruntiera lil baħħara. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

▼B

3.  Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35(3), (4) u (5).



TITOLU IV

ĠESTJONI U ORGANIZZAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 37

Organizzazzjoni tat-taqsimiet tal-viżi

1.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jorganizzaw it-taqsimiet tal-viża tal-konsulati tagħhom.

Bil-għan ta’ prevenzjoni ta’ kwalunkwe tnaqqis fil-livell ta’ viġilanza u biex il-persunal ikun imħares milli jkun espost għal pressjoni fuq livell lokali, għandhom jitwaqqfu skemi ta’ rotazzjoni għall-persunal li jittratta direttament mal-applikanti, fejn xieraq. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil strutturi ċari ta’ xogħol u għal allokazzjoni/diviżjoni distinta tar-responsabbiltajiet fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet finali dwar l-applikazzjonijiet. L-aċċess għall-konsultazzjoni tal-VIS u s-SIS u informazzjoni kunfidenzjali oħra għandu jkun ristrett għal numru limitat tal-persunal debitament awtorizzati. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi prevenut l-aċċess mhux awtorizzat għal dawn il-bażijiet ta’ data.

▼M5

2.  Il-ħażna u l-ġestjoni tal-istikers tal-viża għandhom ikunu soġġetti għal miżuri ta' sigurtà adatti biex jiġu evitati l-frodi jew it-telf. Kull konsulat għandu jżomm kont tal-istokk ta' stikers tal-viża tiegħu u jirreġistra kif intużat kull stiker tal-viża. Kwalunkwe telf sinifikanti ta' stikers vojta tal-viża għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni.

3.  Il-konsulati jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom iżommu arkivji tal-applikazzjonijiet stampati jew f'format elettroniku. Kull fajl individwali għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti li tippermetti rikostruzzjoni, jekk ikun hemm bżonn, tal-isfond għad-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni.

Il-fajls individwali tal-applikazzjonijiet għandhom jinżammu għal tal-inqas sena mid-data tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 23(1) jew, fil-każ ta' appell, sa tmiem il-proċedura tal-appell, skont liema perijodu jkun l-itwal. Jekk ikun applikabbli, il-fajls individwali tal-applikazzjonijiet elettroniċi għandhom jinżammu għall-perijodu tal-validità tal-viża maħruġa.

▼B

Artikolu 38

▼M5

Riżorsi għall-eżami tal-applikazzjonijiet u l-monitoraġġ tal-proċeduri tal-viża

1.  Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn persunal adatt f'għadd suffiċjenti fil-konsulati biex iwettqu l-kompiti relatati mal-eżami tal-applikazzjonijiet, b'tali mod li jiżguraw kwalità raġonevoli u armonizzata tas-servizz lill-pubbliku.

▼M5

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura kollha tal-viża fil-konsulati, inkluż il-preżentazzjoni u t-trattament tal-applikazzjonijiet, l-istampar tal-istikers tal-viża u l-kooperazzjoni prattika mal-fornituri esterni tas-servizzi, tiġi ssorveljata minn persunal espatrijat biex tiġi żgurata l-integrità tal-istadji kollha tal-proċedura.

▼B

2.  L-uffiċċji għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti funzjonali adatti ta’ adegwatezza u jagħtu lok għal miżuri ta’ sigurtà adatti.

▼M5

3.  L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ adegwat kemm lill-membri tal-persunal espatrijati kif ukoll lill-membri tal-persunal impjegati lokalment u għandhom ikunu responsabbli biex jipprovdulhom informazzjoni kompluta, preċiża u aġġornata dwar il-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali.

▼M5

3a.  Fejn applikazzjonijiet jiġu eżaminati u deċiżi mill-awtoritajiet ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 4(1a), l-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ speċifiku biex jiżguraw li l-persunal ta' dawk l-awtoritajiet ċentrali ikollu għarfien suffiċjenti u aġġornat dwar il-pajjiż fir-rigward taċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi lokali, u informazzjoni kompleta, preċiża u aġġornata dwar il-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali.

3b.  L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-konsulati jkollhom numru suffiċjenti ta' persunal adegwatament imħarreġ biex jassisti lill-awtoritajiet ċentrali jeżaminaw u jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet, notevolment billi jipparteċipa f'laqgħat ta' kooperazzjoni lokali ta' Schengen, jiskambja informazzjoni ma' konsulati u awtoritajiet lokali oħrajn, jiġbor informazzjoni rilevanti lokalment dwar ir-riskju migratorju u prattiki frodulenti, u jwettaq intervisti u eżamijiet addizzjonali.

▼B

4.  L-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ frekwenti u adegwat tat-twettiq tal-eżami tal-applikazzjonijiet u għandhom jieħdu miżuri korrettivi meta jinstabu devjazzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

▼M5

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm proċedura fis-seħħ li tippermetti li l-applikanti jippreżentaw ilmenti rigward:

(a) 

l-imġiba tal-persunal fil-konsulati u, fejn applikabbli, tal-fornituri esterni tas-servizzi; jew

(b) 

il-proċess ta' applikazzjoni.

Il-konsulati jew l-awtoritajiet ċentrali għandhom iżommu rekord tal-ilmenti u s-segwitu li jingħata.

L-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-informazzjoni dwar il-proċedura prevista f'dan il-paragrafu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

▼B

Artikolu 39

Imġiba tal-persunal

1.  Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu b’korteżija.

▼M5

2.  Fit-twettiq ta' dmirijietu, il-persunal konsulari u tal-awtoritajiet ċentrali għandu jirrispetta b'mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem. Kwalunkwe miżura meħuda għandha tkun proporzjonata għall-objettivi segwiti minn dawn il-miżuri.

3.  Fit-twettiq ta' dmirijietu, il-persunal konsulari u tal-awtoritajiet ċentrali ma għandux jiddiskrimina kontra persuni fuq bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.

Artikolu 40

Organizzazzjoni u kooperazzjoni konsulari

1.  Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jorganizza l-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom:

(a) 

jgħammru lill-konsulati u lill-awtoritajiet responsabbli tagħhom għall-ħruġ tal-viżi fuq il-fruntieri bil-materjal meħtieġ għall-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi, kif ukoll lill-uffiċċji tal-konsli onorarji tagħhom, fejn jagħmlu użu minnhom, biex ikunu jistgħu jinġabru l-identifikaturi bijometriċi f'konformità mal-Artikolu 42;

(b) 

jikkooperaw ma' Stat Membru wieħed jew aktar taħt arranġamenti ta' rappreżentazzjoni jew kwalunkwe forma oħra ta' kooperazzjoni konsulari.

3.  Stat Membru jista' jikkoopera wkoll ma' fornitur estern tas-servizzi f'konformità mal-Artikolu 43.

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni u l-kooperazzjoni konsulari tagħhom f'kull rappreżentanza konsulari.

5.  Fil-każ li jtemmu l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra, l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jassiguraw il-kontinwità ta' servizz sħiħ.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 42

Rikors għand konsli onorarji

1.  Konsli onorarji jistgħu wkoll ikunu awtorizzati li jwettqu xi kompiti jew il-kompiti kollha msemmija fl-Artikolu 43(6). Għandhom jittieħdu miżuri adegwati sabiex ikunu assigurati s-sigurtà u l-protezzjoni tad-data.

2.  Fejn il-konslu onorarju ma jkunx impjegat taċ-ċivil tal-Istat Membru, it-twettiq ta’ dawk il-kompiti għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness X ħlief għad-dispożizzjonijiet fil-punt D(c) ta’ dak l-Anness.

3.  Fejn il-konslu onorarju ma jkunx impjegat taċ-ċivil tal-Istat Membru, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jiġu applikati r-rekwiżiti komparabbli ma’ dawk li jkunu japplikaw kieku l-kompiti jitwettqu mill-konsulat tiegħu.

Artikolu 43

Kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi

1.  L-Istati Membri għandhom ifittxu li jikkooperaw ma’ fornitur estern tas-servizzi flimkien ma’ Stat Membru wieħed jew aktar, mingħajr preġudizzju għall-akkwist pubbliku u r-regoli tal-kompetizzjoni.

2.  Kooperazzjoni mal-fornitur estern tas-servizzi għandha tkun ibbażata fuq strument legali li għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness X.

▼M5 —————

▼B

4.  L-eżami ta’ applikazzjonijiet, intervisti, fejn ikun adatt id-deċiżjoni dwar applikazzjonijiet u l-istampar u t-twaħħil tal-istickers tal-viża għandhom jitwettqu biss mill-konsulat.

▼M5

5.  Il-fornituri esterni tas-servizzi fl-ebda ċirkostanza m'għandu jkollhom aċċess għall-VIS. L-aċċess għall-VIS għandu jkun riżervat esklużivament għall-persunal debitament awtorizzat tal-konsulati jew tal-awtoritajiet ċentrali.

▼B

6.  Il-fornitur estern tas-servizzi jista’ jkun fdat bit-twettiq b’wieħed jew aktar minn dawn il-kompiti li ġejjin:

▼M5

(a) 

jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti għall-viża, f'konformità mal-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 47(1), u l-formoli tal-applikazzjoni;

▼B

(b) 

jinforma lill-applikant dwar id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa, abbażi ta’ lista ta’ verifika;

▼M5

(c) 

jiġbor data u applikazzjonijiet (inkluż ġbir ta' identifikaturi bijometriċi) u jittrasmetti l-applikazzjoni lill-konsulat jew lill-awtoritajiet ċentrali;

▼B

(d) 

jiġbor it-tariffa tal-viża;

▼M5

(e) 

jiġġestixxi l-appuntamenti għall-applikant, fejn applikabbli, fil-konsulat jew fil-bini ta' fornitur estern tas-servizzi;

(f) 

jiġbor id-dokumenti tal-ivvjaġġar, inkluż notifika ta' ċaħda jekk applikabbli, mingħand il-konsulat jew l-awtoritajiet ċentrali u jgħaddihom lura lill-applikant.

7.  Fl-għażla tal-fornitur estern tas-servizzi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jivvaluta l-affidabbiltà u s-solvenza tal-organizzazzjoni jew il-kumpannija u għandu jiżgura li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta' interess. Il-valutazzjoni għandha tinkludi, kif xieraq, l-iskrutinju tal-liċenzji neċessarji, ir-reġistrazzjoni kummerċjali, l-istatuti u l-kuntratti bankarji.

▼B

8.  L-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-fornitur estern tas-servizzi magħżul jikkonforma mat-termini u l-kondizzjonijiet assenjati lilu fl-istrument legali msemmi fil-paragrafu 2.

▼M5

9.  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali u jiżguraw li l-fornitur estern tas-servizzi jkun soġġett għal sorveljanza mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tal-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ).

▼B

10.  L-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu taħriġ lill-fornitur estern tas-servizzi, sal-livell li jikkorrispondi għall-għarfien meħtieġ biex jiġi offrut servizz adatt u informazzjoni suffiċjenti lill-applikanti.

11.  L-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom iwettqu monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-istrument legali msemmi fil-paragrafu 2, inkluż:

▼M5

(a) 

l-informazzjoni ġenerali dwar il-kriterji, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex issir applikazzjoni għal viża, kif stipulat fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 47(1), u l-kontenut tal-formoli ta' applikazzjoni pprovduti mill-fornitur estern tas-servizzi lill-applikanti;

(b) 

il-miżuri ta' sigurtà kollha tekniċi u organizzattivi meħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali kontra distruzzjoni aċċidentali jew illegali, jew telf, alterazzjoni, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat aċċidentali, b'mod partikolari meta l-kooperazzjoni tkun tinvolvi t-trasmissjoni ta' fajls u data lill-konsulati jew lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati, u l-forom illegali l-oħra kollha ta' pproċessar ta' data personali;

▼B

(c) 

il-ġbir u t-trasmissjoni tal-identifikaturi bijometriċi;

(d) 

il-miżuri meħuda biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data.

▼M5

Għal dan l-iskop, il-konsulat(i) jew l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom, fuq bażi regolari u tal-inqas kull disa' xhur, iwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-post tal-fornitur estern tas-servizzi. L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jaqsmu bejniethom l-oneru ta' dan il-monitoraġġ regolari.

▼M5

11a.  Sal-1 ta' Frar ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni magħhom u s-sorveljanza tagħhom, kif imsemmi fil-punt C tal-Anness X, tal-fornituri esterni tas-servizzi madwar id-dinja.

▼B

12.  Fil-każ li tintemm il-kooperazzjoni mal-fornitur estern tas-servizzi, l-Istati Membri għandhom jassiguraw il-kontinwità ta’ servizz sħiħ.

13.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’kopja tal-istrument legali msemmi fil-paragrafu 2.

▼M5

Artikolu 44

Kriptaġġ u trasferiment sigur ta' data

1.  Fil-każ ta' kooperazzjoni fost l-Istati Membri u kooperazzjoni ma' fornitur estern tas-servizzi u r-rikors għal konsli onorarji, l-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li d-data tkun kompletament kriptata, kemm jekk trasferita elettronikament jew fiżikament fuq mezz ta' ħżin elettroniku.

2.  F'pajjiżi terzi li jipprojbixxu li d-data kriptata ta' tiġi trasferita elettronikament, l-Istat jew Stati Membri kkonċernati ma għandhomx jippermettu li d-data tiġi trasferita elettronikament.

F'dawn il-każijiet, l-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li d-data elettronika tiġi trasferita fiżikament f'forma kompletament kriptata fuq mezz ta' ħżin elettroniku minn uffiċjal konsulari ta' Stat Membru jew, fejn trasferiment bħal dan ikun jirrikjedi miżuri sproporzjonati jew mhux raġonevoli, b'mod sigur ieħor, pereżempju bl-użu ta' operaturi stabbiliti li jkollhom esperjenza fit-trasport ta' dokumenti u data sensittiva fil-pajjiż terz ikkonċernat.

3.  Fil-każijiet kollha l-livell ta' sigurtà għat-trasferiment għandu jiġi adattat għan-natura sensittiva tad-data.

▼B

Artikolu 45

Kooperazzjoni tal-Istati Membri ma’ intermedjarji kummerċjali

1.  L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw mal-intermedjarji kummerċjali għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, ħlief għall-ġbir ta’ identifikaturi bijometriċi.

2.  Tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-għoti ta’ akkreditazzjoni mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri. B’mod partikolari, l-akkreditazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-verifika tal-aspetti li ġejjin:

(a) 

l-istat attwali tal-intermedjarju kummerċjali: il-liċenzja attwali, ir-reġistru kummerċjali, il-kuntratti mal-banek;

(b) 

il-kuntratti eżistenti ma’ msieħba kummerċjali bbażati fl-Istati Membri li joffru akkomodazzjoni u servizzi oħrajn ta’ pakketti ta’ vvjaġġar;

(c) 

il-kuntratti mal-kumpanniji tat-trasport, li għandhom jinkludu vjaġġ ‘il barra, kif ukoll vjaġġ ta’ ritorn garantit u stabbilit.

▼M5

3.  L-intermedjarji kummerċjali akkreditati għandhom ikunu ssorveljati regolarment permezz ta' kontrolli fuq il-post li jinvolvu intervisti wiċċ imb' wiċċ jew bit-telefon mal-applikanti, il-verifika tal-vjaġġi u tal-akkomodazzjoni, u kulfejn jitqies neċessarju, il-verifika tad-dokumenti b'rabta mar-ritorn tal-grupp.

▼B

4.  Fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, ser tiġi skambjata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-intermedjarji akkreditati dwar l-irregolaritajiet li jiġu skoperti, iċ-ċaħda tal-applikazzjonijiet ippreżentati mill-intermedjarji kummerċjali, u dwar il-forom skoperti ta’ frodi tad-dokumenti u n-nuqqas li jsiru l-vjaġġi skedati.

5.  Fil-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, għandhom jiġu skambjati listi ta’ intermedjarji kummerċjali li jkunu ngħataw l-akkreditazzjoni minn kull konsulat jew li tkun ġiet irtirata l-akkreditazzjoni tagħhom, flimkien mar-raġunijiet għal tali rtirar.

▼M5

Kull konsulati u l-awtoritajiet ċentrali għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkun informat bil-lista tal-intermedjarji kummerċjali akkreditati li jikkooperaw magħhom, fejn rilevanti.

▼B

Artikolu 46

Ġbir ta’ statistika

L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika annwali dwar il-viżi, skont it-tabella stabbilita fl-Anness XII. Din l-istatistika għandha tiġi ppreżentata sal-1 ta’ Marzu għas-sena preċedenti.

Artikolu 47

Informazzjoni lill-pubbliku ġenerali

1.  L-awtoritajiet ċentrali u l-konsulati tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku ġenerali bl-informazzjoni rilevanti kollha f’relazzjoni mal-applikazzjoni għal viża, b’mod partikolari:

(a) 

il-kriterji, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex issir applikazzjoni għal viża;

▼M5

(aa) 

il-kriterji biex applikazzjoni titqies ammissibbli, kif previst fl-Artikolu 19(1);

(ab) 

dik id-data bijometrika, fil-prinċipju, tinġabar kull 59 xahar, li jibdew mid-data tal-ewwel ġbir;

▼B

(b) 

il-mezzi biex jinkiseb appuntament, jekk applikabbli;

▼M5

(c) 

fejn l-applikazzjoni tkun tista' tiġi ppreżentata (il-konsulat kompetenti jew il-fornitur estern tas-servizzi);

▼B

(d) 

l-intermedjarji kummerċjali akkreditati;

(e) 

il-fatt li t-timbru kif previst fl-Artikolu 20 m’għandux implikazzjonijiet legali;

(f) 

l-iskadenzi għall-eżami tal-applikazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 23(1), (2) u (3);

(g) 

il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom jew il-kategori speċifiċi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għal konsultazzjoni jew informazzjoni minn qabel;

(h) 

li d-deċiżjonijiet negattivi dwar applikazzjonijiet għal viża għandhom ikunu nnotifikati lill-applikant, li tali deċiżjonijiet għandhom jagħtu r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati u li l-applikanti li jkollhom l-applikazzjonijiet imċaħda għandu jkollhom dritt ta’ appell, b’informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ appell, inkluża l-awtorità legali kompetenti, kif ukoll l-iskadenza ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell;

(i) 

li s-sempliċi pussess ta’ viża ma jikkonferix dritt awtomatiku ta’ dħul u li d-detenturi tal-viża huma mitluba jippreżentaw prova li huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet tad-dħul mal-fruntiera esterna, kif previst fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;

▼M5

(j) 

informazzjoni dwar il-proċedura tal-ilmenti prevista fl-Artikolu 38(5).

▼B

2.  L-Istat Membru rappreżentant u l-Istat Membru rappreżentat għandhom jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali dwar l-arranġamenti dwar rappreżentanza kif imsemmi fl-Artikolu 8 qabel ma dawn it-tipi ta’ arranġamenti jidħlu fis-seħħ.



TITOLU V

KOOPERAZZJONI LOKALI TA’ SCHENGEN

Artikolu 48

Kooperazzjoni lokali ta’ Schengen fost il-konsulati tal-Istati Membri

▼M5

1.  Il-konsulati t u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkooperaw f'kull ġurisdizzjoni sabiex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata tal-politika komuni dwar il-viżi filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali.

Għal dak il-għan, f'konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE ( 10 ), il-Kummissjoni għandha toħroġ struzzjonijiet lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni biex iwettqu l-kompiti ta' koordinazzjoni rilevanti previsti f'dan l-Artikolu.

Fejn, l-applikazzjonijiet ippreżentati fil-ġurisdizzjoni kkonċernata jiġu eżaminati u deċiżi mill-awtoritajiet ċentrali jkunu qed kif imsemmi fl-Artikolu 4(1a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-involviment attiv ta' dawk l-awtoritajiet ċentrali fil-kooperazzjoni lokali ta' Schengen. Il-persunal li jikkontribwixxi għall-kooperazzjoni lokali ta' Schengen għandu jkun imħarreġ sew u involut fl-eżami tal-applikazzjonijiet fil-ġurisdizzjoni kkonċernata.

▼M5

1a.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, b'mod partikolari, jikkooperaw sabiex:

(a) 

iħejju lista armonizzata ta' dokumenti ta' sostenn li għandhom ikunu ppreżentati mill-applikanti, b'kont meħud tal-Artikolu 14;

(b) 

iħejju l-implimentazzjoni lokali tal-Artikolu 24(2) rigward il-ħruġ ta' viżi bi dħul multiplu;

(c) 

jiżguraw traduzzjoni komuni tal-formola tal-applikazzjoni, fejn rilevanti;

(d) 

jistabbilixxu l-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-pajjiż ospitanti, u jaġġornawha regolarment;

(e) 

ifasslu skeda informattiva komuni li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 47(1);

(f) 

jissorveljaw, fejn rilevanti, l-implimentazzjoni tal-Artikolu 25a(5) u (6).

▼M5 —————

▼M5

3.  L-Istati Membri taħt il-kooperazzjoni lokali ta' Schengen għandhom jiskambjaw l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

statistika kull kwart dwar il-viżi uniformi, il-viżi b'validità territorjali limitata, u l-viżi għal transitu fl-ajruport li għalihom tkun saret applikazzjoni, kemm li jkunu nħarġu kif ukoll li nċaħdu;

(b) 

informazzjoni rigward il-valutazzjoni tar-riskji migratorji u riskji għas-sigurtà, b'mod partikolari dwar:

(i) 

l-istruttura soċjoekonomika tal-pajjiż ospitanti;

(ii) 

is-sorsi ta' informazzjoni fil-livell lokali, inkluż is-sigurtà soċjali, l-assigurazzjoni tas-saħħa, ir-reġistri fiskali u r-reġistrazzjonijiet tad-dħul u l-ħruġ;

(iii) 

l-użu ta' dokumenti foloz, kontrafatti jew iffalsifikati;

(iv) 

ir-rotot ta' immigrazzjoni irregolari;

(v) 

ix-xejriet f'imġiba frodulenti;

(vi) 

ix-xejriet rigward iċ-ċaħdiet;

(c) 

informazzjoni dwar kooperazzjoni ma' fornituri esterni tas-servizzi u ma' kumpanniji tat-trasport;

(d) 

informazzjoni dwar il-kumpanniji tal-assigurazzjoni li jipprovdu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata, inkluża l-verifika tat-tip ta' kopertura u l-ammont possibbli tal-eċċess.

▼B

4.  Il-laqgħat ta’ kooperazzjoni lokali ta’ Schengen sabiex jittrattaw speċifikament il-kwistjonijiet operattivi f’relazzjoni mal-applikazzjoni tal-politika komuni dwar il-viża għandhom ikunu organizzati regolarment fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Dawn il-laqgħat għandhom jissejħu fil-ġurisdizzjoni mill-Kummissjoni, dment li ma jkunx miftiehem mod ieħor fuq it-talba tal-Kummissjoni.

Jistgħu jkunu organizzati laqgħat b’suġġett uniku u jistgħu jiġu stabbiliti sotto-gruppi sabiex jistudjaw kwistjonijiet speċifiċi fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen.

5.  Għandhom jitfasslu b’mod sistematiku rapporti u jiġu ċċirkolati lokalment is-sommarji ta’ laqgħat ta’ kooperazzjoni lokali ta’ Schengen. Il-Kummissjoni tista’ tiddelega t-tfassil tar-rapporti lil Stat Membru. Il-konsulati ta’ kull Stat Membru għandhom jibgħatu r-rapporti lill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

▼M5 —————

▼B

6.  Ir-rappreżentanti ta’ konsulati ta’ Stati Membri li ma japplikawx l-acquis Komunitarju fir-rigward tal-viżi, jew ta’ pajjiżi terzi, jistgħu, fuq bażijiet ad hoc, ikunu mistiedna jipparteċipaw f’laqgħat għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-viżi.

▼M5

7.  Għandu jitħejja rapport annwali f'kull ġurisdizzjoni sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena. Abbażi ta' dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-istat tal-kooperazzjoni lokali ta' Schengen li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▼B



TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 49

Arranġamenti għal Logħob Olimpiku u Logħob Paralimpiku

L-Istati Membri li jospitaw il-Logħob Olimpiku u l-Logħob Paralimpiku għandhom japplikaw il-proċeduri u l-kondizzjonijiet speċifiċi li jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viża kif stabbilit fl-Anness XI.

▼M5 —————

▼M5

Artikolu 51

Istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika ta' dan ir-Regolament

Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta struzzjonijiet operazzjonali dwar l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

▼M5

Artikolu 51a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(9) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-1 ta' Awwissu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16(9) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 11 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat li jiġi adottat skont l-Artikolu 16(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M5

Artikolu 52

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, (“il-Kumitat tal-Viża”). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 12 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

Artikolu 53

Notifika

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:

(a) 

arranġamenti dwar rappreżentanza msemmija fl-Artikolu 8;

(b) 

il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa mill-Istati Membri individwali li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-żoni ta’ tranżitu internazzjonali li jinsabu fit-territorju tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 3;

(c) 

il-formola nazzjonali għal dikjarazzjoni ta’ garanzija u/jew ta’ akkomodazzjoni privata msemmija fl-Artikolu 14(4), fejn applikabbli;

(d) 

il-lista tal-pajjiżi terzi li għalihom hija meħtieġa konsultazzjoni minn qabel msemmija fl-Artikolu 22(1);

(e) 

il-lista tal-pajjiżi terzi li għalihom hi meħtieġa l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(1);

(f) 

l-annotamenti nazzjonali addizzjonali fit-taqsima tal-“kummenti” tal-isticker tal-viża, kif imsemmi fl-Artikolu 27(2);

(g) 

l-awtoritajiet kompetenti għall-estensjoni tal-viżi, kif previst fl-Artikolu 33(5);

(h) 

il-forom ta’ kooperazzjoni magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 40;

(i) 

l-istatistika miġbura skont l-Artikolu 46 u l-Anness XII.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-informazzjoni notifikata skont il-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku permezz ta’ pubblikazzjoni elettronika li tkun aġġornata b’mod kostanti.

Artikolu 54

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 4(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) 

il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a) 

‘viża uniformi’ kif imfissra fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) ( *1 );

(b) 

il-punt (b) għandu jitħassar;

(c) 

il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(c) 

‘viża għal tranżitu fl-ajruport’ kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;”

(d) 

il-punt (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(d) 

‘viża b’validità territorjali limitata’ kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;”

(e) 

il-punt (e) għandu jitħassar;

(2) 

fl-Artikolu 8(1), il-kliem “Mal-wasla ta’ applikazzjoni”, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Meta l-applikazzjoni hija ammissibbli skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.”

(3) 

L- Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) 

l-intestatura għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Data li għandha tiddaħħal mal-applikazzjoni”;

(b) 

paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) 

il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a) 

kunjom (kunjom tal-familja), kunjom fit-twelid (kunjom(ijiet) preċedenti tal-familja, isem(ismijiet) (isem(ismijiet) mogħtija)); data tat-twelid, post tat-twelid, pajjiż tat-twelid, sess;”;

(ii) 

il-punt (e) għandu jitħassar;

(iii) 

il-punt (g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(g) 

Stat(i) Membru(i) destinatarji u tul tas-soġġorn previst jew tat-tranżitu;”

(iv) 

il-punt (h) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(h) 

għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;”;

(v) 

il-punt (i) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(i) 

id-data prevista għall-wasla fiż-żona ta’ Schengen u d-data prevista għat-tluq miż-żona ta’ Schengen;”

(vi) 

il-punt (j) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(j) 

Stat Membru tal-ewwel dħul;”;

(vii) 

il-punt (k) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(k) 

l-indirizz tal-applikant;”;

(viii) 

fil-punt (l), il-kelma “skola” għandha tiġi sostitwita bi: “stabbiliment edukattiv”;

(ix) 

fil-punt (m), il-kliem “omm u missier” għandhom jiġu sostitwiti bi “setgħa tal-ġenituri jew kustodja legali”.

(4) 

Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 10(1):

“(k) 

jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-isticker tal-viża tkun imtliet manwalment.”

(5) 

Fl-Artikolu 11, il-kliem introduttorju għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn l-awtorità tal-viża li tirrappreżenta Stat Membru ieħor ma tkomplix l-eżami tal-applikazzjoni, hi għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:”.

(6) 

l-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 1, il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a) 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li viża ġiet irrifjutata u jekk dik l-awtorità ċaħdet f’isem Stat Membru ieħor”

(b) 

paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.  Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(jiet) li għalihom inċaħdet il-viża, li għandha tkun waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-applikant:

(i) 

jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li hu falz jew iffalsifikat;

(ii) 

ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst;

(iii) 

ma jipprovdix prova ta’ mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst jew għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew mhuwiex f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;

(iv) 

ikun diġà qagħad għal tliet xhur matul il-perijodu attwali ta’ sitt xhur fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata;

(v) 

hu persuna li nħarġitilha twissija fis-SIS għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul;

(vi) 

huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika kif hemm definit fl-Artikolu 2 il-punt 2 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru, u partikolarment fejn tkun inħarġet twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;

(vii) 

ma jagħtix prova li għandu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli;

(b) 

l-informazzjoni sottomessa rigward il-ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet għas-soġġorn previst ma kinitx affidabbli;

(c) 

ma setgħatx tiġi aċċertata l-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża;

(d) 

ma ġietx ipprovduta biżżejjed evidenza li l-applikant ma kienx f’pożizzjoni li japplika minn qabel għal viża, li tiġġustifika l-applikazzjoni għal viża mal-fruntiera.”;

(7) 

l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Data li għandha tiġi miżjuda għal viża ġiet annullata jew irrevokata

1.  Fejn ittieħdet deċiżjoni li tiġi annullata jew irrevokata viża, jew li jitqassar il-perjodu ta’ validità tal-viża, l-awtorità tal-viża li ħadet din id-deċiżjoni għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:

(a) 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża ġiet annullata jew irrevokata;

(b) 

l-awtorità li annullat jew irrevokat il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;

(c) 

post u data tad-deċiżjoni.

2.  Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(raġunijiet) għall-annullament jew ir-revoka, li għandhom ikunu:

(a) 

waħda jew aktar mir-raġuni(raġunijiet) elenkati fl-Artikolu 12(2);

(b) 

applikazzjoni tad-detentur tal-viża li jirrevoka l-viża.”.

(8) 

L-Artikolu 14 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) 

il-paragrafu introduttorju għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.  Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tiġi estiża viża, l-awtorità tal-viża li estendiet il-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:”;

(ii) 

l-punt (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(d) 

in-numru tal-isticker tal-viża tal-viża estiża;”;

(iii) 

il-punt (g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(g) 

it-territorju li fih id-detentur tal-viża hu intitolat li jivvjaġġa, jekk il-validità territorjali tal-viża estiża hija differenti minn dik tal-viża oriġinali;”;

b) 

fil paragrafu 2, il-punt (c) għandu jitħassar.

(9) 

Fl-Artikolu 15(1), il-kliem “biex tiġi estiża jew imqassra l-validità tal-viża” għandu jiġi sostitwit bi “jew tiġi estiża l-viża”.

(10) 

L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) 

il-punt (4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(4) 

Stat Membru tal-ewwel dħul;”;

(b) 

il-punt (6) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(6) 

it-tip ta’ viża maħruġa;”;

(c) 

il-punt (11) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(11) 

Għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;”.

(11) 

Fl-Artikolu 18(4)(c), l-Artikolu 19(2)(c), l-Artikolu 20(2)(d), l-Artikolu 22(2)(d), il-kliem “jew imqassra” għandu jitħassar;

(12) 

Fl-Artikolu 23(1)(d), il-kelma “imqassra” għandha titħassar.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 56

Tħassir

1.  L-Artikoli 9 sa 17 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 huma b’dan imħassra.

2.  Dawn li ġejjin huma b’dan imħassra:

(a) 

id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tat-28 ta’ April 1999 dwar il-verżjonijiet definittivi tal-Manwal Komuni u tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (SCH/Com-ex (99)13 (l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, inklużi l-Annessi);

(b) 

id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tal-14 ta’ Diċembru 1993 li estendew il-viża komuni(SCH/Com-ex (93) 21) u dwar prinċipji komuni għall-kanċellament, annullament jew taqsir tat-tul tal-validità tal-viża uniformi (SCH/Com-ex (93)24), id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni statistika dwar il-ħruġ ta’ viżi uniformi (SCH/Com-ex (94) 25), id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tal-21 ta’ April 1998 dwar l-iskambju ta’ statistika dwar viżi maħruġa (SCH/Com-ex (98)12), u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tas-16 ta’ Diċembru 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ forma armonizzata li tipprovdi prova ta’ invit, sponsorizzar u akkomodazzjoni (SCH/Com-ex (98)57);

(c) 

l-Azzjoni Konġunta 96/197/ĠAI tal-4 ta’ Marzu 1996 dwar l-arranġamenti għal tranżitu fl-ajruporti ( 13 );

(d) 

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta’ implimentazzjoni rigward ċerti disposizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi ( 14 );

(e) 

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1091/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar il-libertà tal-moviment b’viża ta’ waqfien fit-tul ( 15 );

(f) 

ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 415/2003 tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-ħruġ ta’ viżi fil-konfini, inkluż il-ħruġ ta’ dawn il-viżi lil baħħara li jkunu in transitu ( 16 );

(g) 

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 390/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar il-viżi għall-uffiċċji diplomatiċi u konsulari fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ bijometrija, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-ilqugħ u l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viża ( 17 ).

3.  Ir-referenzi għall-istrumenti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XIII.

Artikolu 57

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  Sentejn wara li d-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament ikunu saru applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tiegħu. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, bla ħsara għar-rapporti msemmija fil-paragrafu 3.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, proposti xierqa bil-ħsieb li dan ir-Regolament jiġi emendat.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, tliet snin wara li l-VIS tibda topera u kull erba’ snin minn hemm ‘il quddiem, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 13, 17, 40 sa 44 ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-implimentazzjoni tal-ġbir u l-użu ta’ identifikaturi bijometriċi, l-adegwatezza tal-istandard magħżul tal-ICAO, il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-esperjenza mal-fornituri esterni tas-servizzi b’referenza speċifika għall-ġbir ta’ data bijometrika, l-implimentazzjoni tar-regola ta’ 59 xahar biex issir kopja tal-marki tas-swaba’ u l-organizzazzjoni tal-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll, abbażi tal-Artikolu 17 (12), (13) u (14) u tal-Artikolu 50(4) tar-Regolament VIS, il-każijiet fejn il-marki tas-swaba’ fil-fatt ma setgħux jiġu pprovduti, jew ma kinux meħtieġa jingħataw għal raġunijiet legali, imqabbla man-numru ta’ każijiet fejn il-marki tas-swaba’ jittieħdu. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar każijiet fejn persuna li fil-fatt ma setgħetx tipprovdi marki tas-swaba’ ġiet miċħuda minn viża. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn ikun meħtieġ, minn proposti adatti biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

4.  L-ewwel rapport imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jindirizza wkoll il-kwistjoni tal-affidabbiltà suffiċjenti għall-identifikazzjoni u l-verifika tal-marki tas-swaba’ ta’ tfal taħt it-12-il sena u, b’mod partikolari, kif il-marki tas-swaba’ jevolvu mal-età, abbażi tar-riżultati ta’ studju mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni.

Artikolu 58

Dħul fis-seħħ

1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Huwa għandu japplika mill-5 ta’ April 2010.

3.  L-Artikolu 52 u l-Artikolu 53 (1) (a) sa (h) u (2) għandhom japplikaw mill-5 ta’ Ottubru 2009.

4.  F’dak li jirrigwarda n-Netwerk ta’ Konsultazzjoni ta’ Schengen (l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi), l-Artikolu 56(2)(d) għandu japplika mid-data msemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament VIS.

5.  L-Artikoli 32(2) u (3), l-Artikolu 34(6) u (7) u l-Artikolu 35(7) għandhom japplikaw mill-5 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

▼M5




ANNESS I

Formola armonizzata tal-applikazzjoni

APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻA TA' SCHENGEN

Din il-formola tal-applikazzjoni hija bla ħlas

image ( 18 )

Membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE, taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma għandhomx jimlew il-partijiet nru 21, 22, 30, 31 u 32 (immarkati b'*).

Il-partijiet 1-3 għandhom jimtlew skont kif jidhru fid-dokument tal-ivvjaġġar.



1.  Kunjom (Isem tal-familja):

GĦAL UŻU UFFIĊJALI BISS

Data tal-applikazzjoni:

Numru tal-applikazzjoni::

2.  Kunjom fit-twelid (Kunjom(ijiet) preċedenti):

3.  L-ewwel isem/ismijiet (Isem/ismijiet mogħti(ja)):

4.  Data tat-twelid (jum-xahar-sena):

5.  Post tat-twelid:

6.  Pajjiż tat-twelid::

7.  Ċittadinanza attwali:

Ċittadinanza fit-twelid, jekk tkun differenti:

Ċittadinanzi oħra::

Applikazzjoni ppreżentata lil

□  Ambaxxata/konsulat

□  Fornitur tas-servizzi

□  Intermedjarju kummerċjali

8.  Sess:

□Raġel □Mara

9.  Status ċivili:

□Ġuvni/Xebba □Miżżewweġ/Miżżewġa □Sħubija reġistrata □Separat(a) □Divorzjat(a) □Armel/Armla □Ieħor (jekk jogħġbok speċifika):

□  Fruntiera (Isem):

□  Oħra

10.  Awtorità tal-ġenituri (f'każ ta' minorenni) /kustodju legali (kunjom, isem, indirizz, jekk ikun differenti minn dak tal-applikant, numru tat-telefon, indirizz tal-posta elettronika u ċittadinanza):

Fajl ġestit minn:□

11.  Numru tal-identità nazzjonali, fejn applikabbli:

Dokumenti ta' sostenn:

□  Dokument tal-ivvjaġġar

□  Mezzi ta' sussistenza

□  Stedina

12.  Tip ta' dokument tal-ivvjaġġar:

□Passaport ordinarju □Passaport diplomatiku □Passaport tas-servizz □Passaport uffiċjali □Passaport speċjali

□Dokument tal-ivvjaġġar ieħor (jekk jogħġbok speċifika):

13.  Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar:

14.  Data tal-ħruġ:

15.  Validu sa:

16.  Maħruġ fi (pajjiż):

□  Assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar

□  Mezzi ta' trasport

□  Oħra:

Deċiżjoni dwar viża:

□  Miċħuda

□  Maħruġa:

□  A

□  C

□  VTL

□  Valida:

Minn:

Sa:

17.  Data personali tal-membru tal-familja li huwa ċittadin tal-UE, taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera jekk applikabbli

Kunjom (Isem tal-familja):

Isem/ismijiet (Isem/ismijiet mogħti(ja)):

Data tat-twelid (jum-xahar-sena):

Ċittadinanza:

Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar jew tal-karta tal-identità:

18.  Parentela familjari ma' ċittadin tal-UE, taż-ŻEE jew tal-Konfederazzjoni Żvizzera jekk applikabbli:

□konjuġi □wild □wild tal-wild □axxendent dipendenti

□Sħubija Reġistrata □oħra:□

19.  Indirizz tad-dar u indirizz tal-posta elettronika tal-applikant:

Nru tat-telefon:

20.  Residenza f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż taċ-ċittadinanza attwali:

□Le

□Iva. Permess ta' residenza jew ekwivalenti … Nru … Validu sa …

*21.  Impjieg attwali:

Għadd ta' dħul:

□1 □2 □ Multiplu

Għadd ta' jiem:

*22.  Isem l-impjegatur u l-indirizz u n-numru tat-telefon tiegħu. Għall-istudenti, l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment edukattiv:

23.  Skop(ijiet) tal-vjaġġ:

□Turiżmu □Negozju □Żjara lill-familja jew lill-ħbieb □Kulturali □Sports □Żjara uffiċjali □Raġunijiet mediċi □Studju □Transitu fl-ajruport □Oħra (jekk jogħġbok speċifika):

24.  Informazzjoni addizzjonali dwar l-iskop tas-soġġorn:

25.  Stat Membru ta' destinazzjoni prinċipali (u Stati Membri oħra ta' destinazzjoni, jekk applikabbli):

26.  Stat Membru tal-ewwel dħul:

27.  Għadd ta' dħul mitlub:

□Dħul wieħed □Żewġ daħliet □Dħul multiplu

Data prevista tal-wasla tal-ewwel soġġorn intenzjonat fiż-żona Schengen:

Data prevista tat-tluq miż-żona Schengen wara l-ewwel soġġorn intenzjonat:

28.  Marki tas-swaba' miġbura preċedentement bl-iskop li ssir applikazzjoni għal viża ta' Schengen: □Le □Iva.

Data, jekk magħrufa … Numru tal-istiker tal-viża, jekk magħruf …

29.  Permess ta' dħul għall-pajjiż tad-destinazzjoni finali, fejn applikabbli:

Maħruġ minn … Validu minn … sa …

*30.  Kunjom u isem il-persuna/i li qed tistieden/jistiednu fl-Istat(i) Membru/i. Jekk mhux applikabbli, isem il-lukanda/i jew l-akkomodazzjoni(jiet) temporanja/i fl-Istat(i) Membru/i:

L-indirizz u l-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna/i li qed tistieden/jistiednu / il-lukanda/i / l-akkomodazzjoni(jiet) temporanja/i:

Nru tat-telefon:

*31.  Isem u indirizz tal-kumpannija/organizzazzjoni li qed tistieden:

Kunjom, isem, indirizz, nru tat-telefon, u indirizz tal-posta elettronika tal-persuna ta' kuntatt fil-kumpannija/fl-organizzazzjoni:

Nru tat-telefon tal-kumpannija/organizzazzjoni:

*32.  L-ispiża tal-ivvjaġġar u tal-għajxien matul is-soġġorn tal-applikant hija koperta:

□  mill-applikant stess

Mezzi ta' sussistenza

□  Flus kontanti

□  Ċekkijiet tal-vjaġġaturi

□  Karta ta' kreditu

□  Akkomodazzjoni mħallsa minn qabel

□  Trasport imħallas minn qabel

□  Oħra (jekk jogħġbok speċifika):

□  minn sponsor (ospitant, kumpannija, organizzazzjoni), jekk jogħġbok speċifika:

… □ imsemmi fil-parti 30 jew 31

… □ oħra (jekk jogħġbok speċifika):

Mezzi ta' sussistenza:

□  Flus kontanti

□  Akkomodazzjoni pprovduta

□  L-ispejjeż kollha koperti waqt is-soġġorn

□  Trasport imħallas minn qabel

□  Oħra (jekk jogħġbok speċifika):

 

Jien konxju/a li t-tariffa tal-viża ma tingħatax lura jekk il-viża tiġi miċħuda.

 

Applikabbli f'każ fejn issir applikazzjoni għal viża bi dħul multiplu:

Jien konxju/a mill-ħtieġa li jkolli assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata għall-ewwel soġġorn tiegħi u għal kwalunkwe żjara sussegwenti fit-territorju tal-Istati Membri.

 

Jien konxju/a u nagħti l-kunsens tiegħi għal dan li ġej: il-ġbir tad-data meħtieġa minn din il-formola tal-applikazzjoni u t-teħid tar-ritratt tiegħi u, jekk applikabbli, it-teħid tal-marki tas-swaba', huma obbligatorji għall-eżami tal-applikazzjoni; u kull data personali li tikkonċernani li tidher fil-formola tal-applikazzjoni, kif ukoll il-marki tas-swaba' tiegħi u r-ritratt tiegħi, jintbagħtu lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u jiġu pproċessati minn dawk l-awtoritajiet, bl-iskop li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħi.

Din id-data kif ukoll id-data li tikkonċerna d-deċiżjoni meħuda fl-applikazzjoni tiegħi jew deċiżjoni dwar jekk viża li tkun inħarġet tiġix annullata, revokata jew estiża ser jiddaħħlu, u jinħażnu fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għal perijodu massimu ta' ħames snin, li matulu jkunu aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-viża u l-awtoritajiet responsabbli mit-twettiq ta' verifiki tal-viżi fuq il-fruntieri esterni u fl-Istati Membri, għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-asil fl-Istati Membri biex jivverifikaw jekk il-kondizzjonijiet għal dħul, soġġorn u residenza legali fit-territorju tal-Istati Membri ntlaħqux, biex jiġu identifikati persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet, biex tiġi eżaminata applikazzjoni għall-asil u biex tiġi determinata r-responsabbiltà għal dan l-eżami. F'ċerti kondizzjonijiet, id-data ser tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u għall-Europol għall-iskop ta' prevenzjoni, kxif u investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra. L-awtorità tal-Istat Membru li hija responsabbli mill-ipproċessar tad-data hija: [(…)].

Jiena konxju li għandi d-dritt li, fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, inkun mgħarraf bid-data relatata miegħi li hija rreġistrata fil-VIS u bl-Istat Membru li ttrasmetta d-data, u li nitlob li data relatata miegħi li ma tkunx eżatta, tiġi kkoreġuta u li d-data relatata miegħi li tkun ġiet ipproċessata illegalment titħassar. Fuq talba espressa tiegħi, l-awtorità li teżamina l-applikazzjoni tiegħi ser tgħarrafni bil-mod li bih nista' neżerċita d-dritt tiegħi biex nivverifika d-data personali li tikkonċernani u nagħmel mezz biex nikkorreġiha jew inħassarha, inkluż ir-rimedji relatati skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtorità superviżorja nazzjonali ta' dak l-Istat Membru [dettalji ta' kuntatt: …] ser tisma' pretensjonijiet rigward il-protezzjoni ta' data personali.

Niddikjara li sa fejn naf jien id-dettalji kollha mogħtija minni huma korretti u kompluti. Jiena konxju li kull dikjarazzjoni falza twassal biex l-applikazzjoni tiegħi tiġi miċħuda jew għall-annullament ta' viża li tkun diġà nħarġet u tista' wkoll tagħmilni suġġett għal prosekuzzjoni skont il-liġi tal-Istat Membru li jittratta l-applikazzjoni.

Nimpenja ruħi li nitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiskadi l-viża, jekk tingħatali. Ġejt mgħarraf li l-pussess ta' viża huwa biss wieħed mill-prerekwiżiti għad-dħul fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri. Is-sempliċi fatt li ngħatatli viża ma jfissirx li jiena ser inkun intitolat għal kumpens jekk nonqos milli nikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 (il-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta' Schengen) u għalhekk niġi miċħud id-dħul. Il-prerekwiżiti għad-dħul jerġgħu jiġu vverifikati mad-dħul fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri.

 

Post u data:

Firma:

(firma tal-persuna bis-setgħa tal-ġenituri/il-kustodju legali, jekk applikabbli):

▼B




ANNESS II

Lista mhux eżawrjenti tad-dokumenti ta’ sostenn

Id-dokumenti ta’ sostenn, imsemmija fl-Artikolu 14, li għandhom jiġu ppreżentati mill-applikanti għal viża jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

A. 

DOKUMENTAZZJONI RELATATA MAL-GĦAN TAL-VJAĠĠ

(1) 

għall-vjaġġi ta’ negozju:

(a) 

stedina minn ditta jew awtorità biex wieħed jattendi laqgħat, konferenzi jew avvenimenti konnessi ma’ negozju, industrija jew xogħol;

(b) 

dokumenti oħrajn li juru l-eżistenza ta’ relazzjonijiet ta’ negozju jew relazzjonijiet għall-finijiet ta’ xogħol;

(c) 

biljetti ta’ dħul għal fieri u kungressi, jekk ikun il-każ;

(d) 

dokumenti li jagħtu prova tal-attivitajiet kummerċjali tal-kumpanija;

(e) 

dokumenti li jagħtu prova ta’ [l-istatus] tal-impjieg tal-applikanti fil-kumpanija;

(2) 

għall-vjaġġi magħmula għall-finijiet ta’ studju jew tipi oħrajn ta’ taħriġ:

(a) 

ċertifikat ta’ reġistrazzjoni f’istitut tat-tagħlim sabiex wieħed jattendi għal korsijiet vokazzjonali jew teoretiċi fil-qafas ta’ taħriġ bażiku jew addizzjonali;

(b) 

kards tal-istudent jew ċertifikati tal-korsijiet li wieħed jrid jattendi;

(3) 

għall-vjaġġi magħmula għall-finijiet ta’ turiżmu jew għal raġunijiet privati:

(a) 

dokumenti relatati mal-akkomodazzjoni:

— 
stedina mill-ospitant jekk wieħed ser joqgħod għand xi ħadd;
— 
dokument mill-istabbiliment li jipprovdi l-akkomodazzjoni jew kwalunkwe dokument ieħor adatt li jindika l-akkomodazzjoni prevista;
(b) 

dokumenti relatati mal-itinerarju:

— 
konferma tal-prenotazzjoni ta’ vjaġġ organizzat jew kwalunkwe dokument ieħor adatt li jindika l-pjanijiet previsti għall-ivvjaġġar;
— 
fil-każ ta’ tranżitu: viża jew permess ta’ dħul ieħor għall-pajjiż terz tad-destinazzjoni; biljetti għall-vjaġġ ‘il quddiem;
(4) 

għall-vjaġġi magħmula għal avvenimenti politiċi, xjentifiċi, kulturali, sportivi jew reliġjużi jew għal raġunijiet oħrajn:

— 
biljetti tad-dħul bi stedina, reġistrazzjonijiet jew programmi li jiddikjaraw (fejn ikun possibbli) isem l-organizzazzjoni ospitanti u t-tul tal-waqfa jew kwalunkwe dokument ieħor adatt li jindika l-għan taż-żjara;
(5) 

għall-vjaġġi ta’ membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali, indirizzata lill-gvern tal-pajjiż terz ikkonċernat, jipparteċipaw f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta’ skambju, kif ukoll f’avvenimenti organizzati fit-territorju ta’ Stat Membru minn organizzazzjonijiet intergovernamentali:

— 
ittra maħruġa minn awtorità tal-pajjiż terz ikkonċernat li tikkonferma li l-applikant huwa membru tad-delegazzjoni uffiċjali li qed tivvjaġġa lejn it-territorju ta’ Stat Membru biex tipparteċipa fl-avvenimenti msemmija hawn fuq, flimkien ma’ kopja tal-istedina uffiċjali;
(6) 

għall-vjaġġi li jsiru għal raġunijiet mediċi:

— 
dokument uffiċjali tal-istituzzjoni medika li jikkonferma l-ħtieġa ta’ kura medika f’dik l-istituzzjoni u evidenza ta’ mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku.
B. 

DOKUMENTAZZJONI LI TIPPERMETTI L-VALUTAZZJONI TAL-INTENZJONI TAL-APPLIKANT LI JITLAQ MIT-TERRITORJU TAL-ISTATI MEMBRI

(1) 

ir-riżervar ta’ biljett tar-ritorn jew ta’ biljett li jinkludi tluq u ritorn;

(2) 

prova ta’ mezzi finanzjarji fil-pajjiż tar-residenza;

(3) 

prova tal-impjieg: dikjarazzjonijiet bankarji;

(4) 

prova ta’ proprjetà immobbli;

(5) 

prova ta’ integrazzjoni fil-pajjiż tar-residenza: irbit familjari; status professjonali.

C. 

DOKUMENTAZZJONI RELATATA MAS-SITWAZZJONI FAMILJARI TAL-APPLIKANT

(1) 

il-kunsens tal-ġenituri jew ta’ tutur legali (meta l-minorenni ma jivvjaġġax magħhom);

(2) 

prova ta’ rbit familjari mal-persuna ospitanti/li tagħmel l-istedina;




ANNESS III

FORMAT UNIFORMI U UŻU TAT-TIMBRU LI JINDIKA LI HIJA AMMISSIBBLI APPLIKAZZJONI GĦAL VIŻA



… viża … (1)

 

xx/xx/xxxx (2)

… (3)

Eżempju:

 

C visa FR

 

22.4.2009

Consulat de France

Djibouti

 

(1)   Il-kodiċi tal-Istat Membru li jeżamina t-talba. Huma użati dawk il-kodiċi kif stabbiliti fl-Anness VII punt 1.1.

(2)   Id-Data tal-applikazzjoni (tmien figuri: xx jum, xx xahar, xxxx sena).

(3)   L-awtorità li teżamina t-talba għall-viża.

It-timbru għandu jitqiegħed fuq l-ewwel paġna disponibbli li ma fiha l-ebda annotament jew timbru fid-dokument tal-ivvjaġġar.




ANNESS IV

Lista komuni tal-pajjiżi terzi elenkati fl-anness i tar-regolament (KE) Nru 539/2001, li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom fil-pussess tagħhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-żona ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorju tal-istati membri

L-AFGANISTAN
IL-BANGLADEXX
IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO
L-ERITREA
L-ETJOPJA
IL-GANA
L-IRAN
L-IRAQ
IN-NIĠERJA
IL-PAKISTAN
IS-SOMALJA
IS-SRI LANKA

▼M5




ANNESS V

LISTA TA' PERMESSI TA' RESIDENZA LI JINTITOLAW LID-DETENTUR GĦAL TRANSITU MILL-AJRUPORTI TAL-ISTATI MEMBRI MINGĦAJR MA JKUN MEĦTIEĠ LI JKUN FIL-PUSSESS TA' VIŻA GĦAL TRANSITU FL-AJRUPORT

ANDORRA:

— 
autorització temporal (permess ta' immigrazzjoni temporanju – aħdar),
— 
autorització temporal per a treballadors d'empreses estrangeres (permess ta' immigrazzjoni temporanju għall-impjegati ta' intrapriżi barranin – aħdar),
— 
autorització residència i treball (permess ta' residenza u tax-xogħol – aħdar),
— 
autorització residència i treball del personal d'ensenyament (permess ta' residenza u tax-xogħol għal persunal li jgħallem – aħdar),
— 
autorització temporal per estudis o per recerca (permess ta' immigrazzjoni temporanju għal studju jew riċerka – aħdar),
— 
autorització temporal en pràctiques formatives (permess ta' immigrazzjoni temporanju għal apprendistati u taħriġ – aħdar),
— 
autorització residència (permess ta' residenza – aħdar).

KANADA:

— 
permanent resident (PR) card (kard ta' resident permanenti),
— 
permanent Resident Travel Document (PRTD) (dokument tal-ivvjaġġar għal resident permanenti).

ĠAPPUN:

— 
karta ta' residenza.

SAN MARINO:

— 
permesso di soggiorno ordinario (validità ta' sena, jista' jiġġedded dakinhar li jiskadi),
— 
permessi ta' residenza speċjali għar-raġunijiet li ġejjin (validità ta' sena, jista' jiġġedded dakinhar li jiskadi): attendenza ta' kors universitarju, sports, kura tas-saħħa, motivi reliġjużi, persuni li jaħdmu bħala infermiera fi sptarijiet pubbliċi, funzjonijiet diplomatiċi, koabitazzjoni, permess għal minorenni, motivi umanitarji, permess għall-ġenituri,
— 
permessi tax-xogħol staġjonali u temporanji (validità ta' 11-il xahar, jista' jiġġedded dakinhar li jiskadi),
— 
karta tal-identità maħruġa għal nies b'residenza uffiċjali f'San Marino (“residenza”) (validità ta' 5 snin).

STATI UNITI TAL-AMERKA:

— 
viża ta' immigrant valida, mhux skaduta. tista' tkun ivvalidata fil-port tad-dħul għal sena bħala evidenza temporanja ta' residenza, filwaqt li l-kard I-551 tkun qiegħda fil-proċess li tkun prodotta,
— 
formola I-551 valida, mhux skaduta (Kard ta' Resident Permanenti); tista' tkun valida sa sentejn (2) jew sa 10 snin – skont il-klassi tal-ammissjoni; jekk fuq il-kard ma jkunx hemm data tal-iskadenza, il-kard tkun valida għall-ivvjaġġar,
— 
formola I-327 valida, mhux skaduta (Permess ta' Dħul mill-Ġdid),
— 
formola I-571 valida, mhux skaduta (Dokument tal-Ivvjaġġar għal Refuġjat approvat bħala “Barrani Residenti Permanenti”).




ANNESS VI

image ( 19 )

FORMOLA STANDARD GĦAN-NOTIFIKA TAR-RAĠUNIJIET TA' ĊAĦDA, ANNULLAMENT JEW REVOKA TA' VIŻA

ĊAĦDA/ANNULLAMENT/REVOKA TA' VIŻA

Sinjura/Sur …,

 L-ambaxxata/il-konsulat-ġenerali/il-konsulat/[awtorità kompetenti oħra] ta' … fi … [f'isem (isem l-Istat Membru rrappreżentat)];

 [Awtorità kompetenti oħra] ta' …;

 L-awtoritajiet responsabbli għal verifiki fuq persuni fi …

 eżaminaw l-applikazzjoni tiegħek;

 eżaminaw il-viża tiegħek, bin-numru: …, maħruġa: … [jum/xahar/sena].



□  Il-viża ġiet miċħuda

□  Il-viża ġiet annullata

□  Il-viża ġiet irrevokata

Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq ir-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin:

1. 
□ 

ġie ppreżentat dokument tal-ivvjaġġar falz/kontrafatt/iffalsifikat

2. 
□ 

ma ngħatatx ġustifikazzjoni għall-iskop u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn intenzjonat

3. 
□ 

ma tajtx prova ta' mezzi suffiċjenti ta' sussistenza, għat-tul tas-soġġorn intenzjonat jew għar-ritorn fil-pajjiż tal-oriġini jew ta' residenza, jew għat-transitu lejn pajjiż terz li fih inti ċert li ser titħalla tidħol

4. 
□ 

ma tajtx prova li inti tinsab f'pożizzjoni li takkwista b'mod legali mezzi suffiċjenti ta' sussistenza, għat-tul tas-soġġorn intenzjonat jew għar-ritorn fil-pajjiż tal-oriġini jew ta' residenza, jew għat-transitu lejn pajjiż terz li fih inti ċert li ser titħalla tidħol

5. 
□ 

diġà qgħadt għal 90 jum matul il-perijodu attwali ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta' viża uniformi jew viża b'validità territorjali limitata

6. 
□ 

inħareġ allert fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) biex jinċaħadlek id-dħul minn … (indikazzjoni tal-Istat Membru)

7. 
□ 

Stat Membru jew aktar jikkunsidraw li inti ta' theddida għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna

8. 
□ 

Stat Membru wieħed jew aktar jikkunsidraw li inti ta' theddida għas-saħħa pubblika kif definita fil-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

9. 
□ 

Stat Membru wieħed jew aktar jikkunsidraw li inti ta' theddida għar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom

10. 
□ 

l-informazzjoni pprovduta rigward il-ġustifikazzjoni għall-iskop u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn intenzjonat ma kinitx affidabbli

11. 
□ 

jeżistu dubji raġonevoli dwar l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li saru rigward … (jekk jogħġbok speċifika)

12. 
□ 

hemm dubji raġonevoli dwar l-affidabbiltà fir-rigward tal-awtentiċità tad-dokumenti ta' sostenn ippreżentati jew dwar il-verità tal-kontenut tagħhom

13. 
□ 

hemm dubji raġonevoli dwar l-intenzjoni tiegħek li titlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża

14. 
□ 

ma ngħatatx prova suffiċjenti li inti ma kontx f'pożizzjoni li tapplika għal viża minn qabel, li tiġġustifika l-applikazzjoni għal viża fuq il-fruntiera

15. 
□ 

ma ngħatatx ġustifikazzjoni għall-iskop u l-kondizzjonijiet tat-transitu fl-ajruport intenzjonat

16 
□ 

ma tajtx prova li għandek fil-pussess tiegħek assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida

17. 
□ 

ir-revoka tal-viża ntalbet mid-detentur tal-viża ( 20 ).

Kummenti addizzjonali:

Inti tista' tappella kontra d-deċiżjoni ta' ċaħda/annullament/revoka ta' viża.

Ir-regoli dwar l-appell kontra deċiżjonijiet ta' ċaħda/annullament/revoka ta' viża huma stipulati fi (referenza għal-liġi nazzjonali):

L-awtorità kompetenti li quddiema jista' jiġi ppreżentat appell (dettalji ta' kuntatt):

L-informazzjoni dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita tinsab hawn (dettalji ta' kuntatt):

Appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien (indikazzjoni tal-limitu ta' żmien):

Data u timbru tal-ambaxxata/konsulat-ġenerali/konsulat/ tal-awtoritajiet responsabbli mill-verifiki fuq il-persuni/ta' awtoritajiet kompetenti oħra:

Firma tal-persuna kkonċernata ( 21 ): …

▼M5 —————

▼M5




ANNESS X

LISTA TA' REKWIŻITI MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FL-ISTRUMENT LEGALI FIL-KAŻ TA' KOOPERAZZJONI MA' FORNITURI ESTERNI TAS-SERVIZZI

A. 

L-istrument legali għandu:

(a) 

jinnumera l-kompiti li għandhom jitwettqu mill-fornitur estern tas-servizzi, f'konformità mal-Artikolu 43(6) ta' dan ir-Regolament;

(b) 

jindika l-postijiet minn fejn ikun ser jopera l-fornitur estern tas-servizzi u l-konsulat li ċ-ċentru tal-applikazzjoni individwali jirreferi għalih;

(c) 

jelenka s-servizzi koperti mit-tariffa għas-servizz obbligatorja;

(d) 

jagħti struzzjonijiet lill-fornitur estern tas-servizzi biex jagħti informazzjoni ċara lill-pubbliku li servizzi fakultattivi oħra huma koperti minn tariffi oħra.

B. 

Rigward it-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu, rigward il-protezzjoni tad-data:

(a) 

jipprevjeni fil-ħinijiet kollha kwalunkwe qari, ikkupjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' data, b'mod partikolari matul it-trasmissjoni tagħha lill-konsulat tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kompetenti għall-ipproċessar ta' applikazzjoni;

(b) 

f'konformità mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-Istat jew l-Istati Membri kkonċernati, jittrasmetti d-data:

— 
elettronikament, f'forma kriptata, jew
— 
fiżikament, b'mod sikur;
(c) 

jittrasmetti d-data mill-aktar fis possibbli:

— 
fil-każ ta' data trasferita fiżikament, tal-inqas darba fil-ġimgħa,
— 
fil-każ ta' data kriptata trasferita b'mod elettroniku, tal-inqas fi tmiem il-jum li fih tkun inġabret,
(d) 

jiżgura li jkun hemm mezzi xierqa għall-intraċċar ta' fajls ta' applikazzjonijiet individwali lil u mill-konsulat;

(e) 

iħassar id-data mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li din tkun ġiet trasmessa u jiżgura li jinżammu biss l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-applikant għall-iskopijiet tal-arranġamenti biex isir appuntament, kif ukoll in-numru tal-passaport, sakemm il-passaport jiġi rritornat lill-applikant u li dawn jitħassru ħamest ijiem wara dan;

(f) 

jiżgura li jittieħdu l-miżuri ta' sigurtà kollha tekniċi u organizzattivi meħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali kontra distruzzjoni aċċidentali jew illegali, jew telf, alterazzjoni, żvelar mhux awtorizzat jew aċċess aċċidentali, b'mod partikolari meta l-kooperazzjoni tkun tinvolvi t-trasmissjoni ta' fajls u data lill-konsulat tal-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati u kontra kull forma oħra illegali ta' pproċessar ta' data personali;

(g) 

jipproċessa d-data biss għall-iskopijiet tal-ipproċessar tad-data personali tal-applikanti f'isem l-Istat jew l-Istati Membri kkonċernati;

(h) 

japplika standards ta' protezzjoni tad-data li jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti bir-Regolament (UE) 2016/679;

(i) 

jipprovdi lill-applikanti l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 37 tar-Regolament VIS.

C. 

Rigward it-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu, fir-rigward tal-imġiba tal-persunal:

(a) 

jiżgura li l-persunal tiegħu jkun imħarreġ b'mod adatt;

(b) 

jiżgura li l-persunal tiegħu, fit-twettiq tal-obbligi tiegħu:

— 
jilqa' lill-applikant b'korteżija,
— 
jirrispetta d-dinjità umana u l-integrità tal-applikanti, ma jiddiskriminax kontra persuni għal raġunijiet ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u
— 
jirrispetta r-regoli ta' kunfidenzjalità; dawk ir-regoli għandhom japplikaw ukoll ladarba l-membri tal-persunal ikunu telqu mix-xogħol tagħhom jew wara s-sospensjoni jew it-tmiem tal-istrument legali;
(c) 

jipprovdi, f'kull ħin, identifikazzjoni tal-persunal li jaħdem għall-fornitur estern tas-servizzi;

(d) 

jagħti prova li l-persunal tiegħu ma jkollux kondotta kriminali mtebba' u għandu l-għarfien espert meħtieġ.

D. 

Rigward il-verifika tat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu:

(a) 

jipprovdi aċċess għall-persunal intitolat mill-Istat jew Stati Membri kkonċernati għall-bini tiegħu fil-ħinijiet kollha mingħajr avviż preċedenti, b'mod partikolari għal skopijiet ta' spezzjoni;

(b) 

jiżgura li jkun hemm il-possibbiltà ta' aċċess mill-bogħod għas-sistema tiegħu ta' appuntamenti għal skopijiet ta' spezzjoni;

(c) 

jiżgura li jintużaw metodi ta' sorveljanza rilevanti (eż. eżami tal-applikanti; webcam);

(d) 

jiżgura li jkun hemm aċċess, mill-awtorità superviżorja nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-data għall-prova tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż obbligi ta' rappurtar, awditi esterni u verifiki fuq il-post regolari;

(e) 

jirrapporta bil-miktub lill-Istat jew Stati Membri kkonċernati mingħajr dewmien kwalunkwe ksur ta' sigurtà jew kwalunkwe lment mill-applikanti dwar użu ħażin ta' data jew aċċess mhux awtorizzat, u jikkoordina mal-Istat jew Stati Membri kkonċernati biex tinstab soluzzjoni u jingħataw spjegazzjonijiet fil-pront lill-applikanti li jilmentaw.

E. 

Rigward rekwiżiti ġenerali, il-fornitur estern tas-servizzi għandu:

(a) 

jaġixxi skont l-istruzzjonijiet tal-Istat jew Stati Membri kompetenti għall-ipproċessar tal-applikazzjoni;

(b) 

jadotta miżuri adatti kontra l-korruzzjoni (eż remunerazzjoni adatta tal-persunal; kooperazzjoni fl-għażla ta' membri tal-persunal involuti fil-kompitu; regola ta' żewġ persuni; prinċipju ta' rotazzjoni);

(c) 

jirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-istrument legali, li għandu jkun fih klawsola ta' sospensjoni jew terminazzjoni, b'mod partikolari fil-każ ta' ksur tar-regoli stabbiliti, kif ukoll klawsola ta' reviżjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-istrument legali jirrifletti l-aħjar prattika.

▼B




ANNESS XI

PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI LI JIFFAĊILITAW IL-ĦRUĠ TAL-VIŻI LILL-MEMBRI TAL-FAMILJA OLIMPIKA LI QED TIPPARTEĊIPA FIL-LOGĦOB OLIMPIKU U FIL-LOGĦOB PARALIMPIKU



KAPITOLU I

Għan u definizzjonijiet

Artikolu 1

Għan

Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet speċifiċi li ġejjin jiffaċilitaw l-applikazzjoni għall-viżi u l-ħruġ ta’ viżi lill-membri tal-familja Olimpika għat-tul tal-Logħob Olimpiku u Paralimpiku organizzati minn Stat Membru.

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis Komunitarju dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni u għall-ħruġ ta’ viżi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1) 

“Organizzazzjonijiet responsabbli” jirrelataw mal-miżuri previsti biex ikunu ffaċilitati l-proċeduri għall-applikazzjoni u għall-ħruġ ta’ viżi għall-membri tal-familja Olimpika li qed jieħdu sehem fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku, u jfissru l-organizzazzjonijiet uffiċjali, f’termini tal-Karta Olimpika, li huma intitolati li jippreżentaw listi ta’ membri tal-familja Olimpika lill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membr li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku bil-għan li jinħarġu l-kards tal-akkreditazzjoni għal-Logħob;

(2) 

“Membru tal-Familja Olimpika” tfisser kwalunkwe persuna li hija membru tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, tal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali, tal-Federazzjonijiet Internazzjonali, tal-Kumitati Nazzjonali Olimpiċi u Paralimpiċi, tal-Kumitati Organizzattivi tal-Logħob Olimpiku u tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali, bħall-atleti, l-arbitri/ir-referis, il-kowċijiet u t-tekniċi sportivi l-oħra, il-persunal mediku ta’ mat-timijiet jew l-isportivi individwali u l-ġurnalisti akkreditati mill-medja, l-eżekuttivi anzjani, id-donaturi, l-isponsers jew il-mistednin uffiċjali l-oħra, li jaqblu li jiġu ggwidati mill-Karta Olimpika, jaġixxu taħt il-kontroll u l-awtorità suprema tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, huma inklużi fil-listi tal-organizzazzjonijiet responsabbli u huma akkreditati mill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku bħala parteċipanti fil-Logħob Olimpiku u Paralimpiku tal-[sena];

(3) 

“Kards tal-akkreditazzjoni Olimpika” li huma maħruġa mill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu tfisser wieħed minn żewġ dokumenti siguri, wieħed għal-Logħob Olimpiku u l-ieħor għal-Logħob Paralimpiku, b’kull wieħed ikollu ritratt tad-detentur tiegħu, jistabbilixxu l-identità tal-membru tal-familja Olimpika u jawtorizzaw l-aċċess għall-faċilitajiet fejn isiru l-kompetizzjonijiet u għal avvenimenti oħrajn skedati sakemm idum il-Logħob;

(4) 

“Sakemm idum il-Logħob Olimpiku u Paralimpiku” tfisser il-perijodu li matulu jseħħ il-Logħob Olimpiku u l-perijodu li matulu jseħħ il-Logħob Paralimpiku;

(5) 

“Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku” tfisser il-Kumitat stabbilit mill-Istat Membru ospitant konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu biex jiġi organizzat il-Logħob Olimpiku u Paralimpiku, li jiddeċiedi dwar l-akkreditazzjoni tal-membri tal-familja Olimpika li jieħdu sehem f’dak il-Logħob;

(6) 

“Servizzi responsabbli mill-ħruġ tal-viżi” tfisser is-servizzi magħżula mill-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku biex jeżaminaw l-applikazzjonijiet u joħorġu l-viżi lill-membri tal-familja Olimpika.



KAPITOLU II

Il-ħruġ ta’ viżi

Artikolu 3

Kondizzjonijiet

Viża tista’ tinħareġ skont dan ir-Regolament biss fejn il-persuna kkonċernata:

(a) 

ġiet magħżula minn waħda mill-organizzazzjonijiet responsabbli u akkreditata mill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku bħala parteċipant fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku;

(b) 

għandha dokument tal-ivvjaġġar validu li jawtorizza l-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen;

(c) 

mhijiex persuna li dwarha nħarġet twissija bl-iskop li tiġi mċaħħda mid-dħul;

(d) 

mhijiex meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà nazzjonali jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Preżentazzioni tal-applikazzjoni

1.  Fejn organizzazzjoni responsabbli tfassal lista tal-persuni magħżula biex jieħdu sehem fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku, hija tista’, flimkien mal-applikazzjoni għall-ħruġ ta’ kard tal-akkreditazzjoni Olimpika għall-persuni magħżula, tippreżenta applikazzjoni kollettiva għall-viżi għal dawk il-persuni magħżula li huma meħtieġa li jkollhom viża skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001, ħlief fejn dawk il-persuni għandhom permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru jew permess ta’ residenza, maħruġ mir-Renju Unit jew mill-Irlanda, skont id-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri ( 22 ).

2.  Applikazzjoni kollettiva għall-viżi għall-persuni konċernati għandhom jiġu mgħoddija fl-istess ħin bħall-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ kard tal-akkreditazzjoni Olimpika lill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku skont il-proċedura stabbilita minnu.

3.  Għandhom jiġu ppreżentati applikazzjonijiet individwali għall-viża għal kull persuna li tieħu sehem fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku.

4.  Il-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku għandu jgħaddi lis-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi, applikazzjoni kollettiva għall-viżi mill-aktar fis possibbli, flimkien mal-kopji tal-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ kard tal-akkreditazzjoni Olimpika għall-persuni kkonċernati, li jkollha fuqha l-isem sħiħ, in-nazzjonalità, is-sess u d-data u l-post tat-twelid tagħhom u n-numru, it-tip u d-data tal-iskadenza tad-dokument tal-ivvjaġġar tagħhom.

Artikolu 5

Eżami tal-applikazzjoni kollettiva għall-viżi u t-tip ta’ viża maħruġa

1.  Il-viża għandha tinħareġ mis-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi wara eżami previst biex jiżgura li jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

▼M3

2.  Il-viża maħruġa għandha tkun viża uniformi, bi dħul multiplu, li tawtorizza soġġorn ta’ mhux aktar minn 90 jum għat-tul tal-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku.

▼B

3.  Fejn il-membru tal-familja Olimpika kkonċernat ma jissodisfax il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 3, is-servizzi responsabbli għall-ħruġ tal-viżi jistgħu joħorġu viża b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Forma tal-viża

1.  Il-viża għandha tieħu l-forma ta’ żewġ numri mdaħħla fuq il-kard tal-akkreditazzjoni Olimpika. L-ewwel numru għandu jkun in-numru tal-viża. Fil-każ ta’ viża uniformi, dak in-numru għandu jkun magħmul minn seba’ (7) karattri li jinkludu sitt (6) numri ppreċeduti mill-ittra “C”. Fil-każ ta’ viża b’validità territorjali limitata, dak in-numru għandu jkun magħmul minn tmien (8) karattri li jinkludu sitt (6) numri ppreċeduti mill-ittri “XX” ( 23 ). It-tienu numru għandu jkun in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-persuna kkonċernata.

2.  Is-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi għandhom jgħaddu n-numri tal-viża lill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku sabiex jinħarġu l-kards tal-akkreditazzjoni.

Artikolu 7

Rinunzja għat-tariffi

L-eżami tal-applikazzjonijiet għal viża u l-ħruġ tal-viżi m’għandhomx iwasslu għall-ebda talba ta’ ħlas mis-servizzi responsabbli mill-ħruġ l-viżi.



KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 8

Tħassir ta’ viża

Fejn il-lista tal-persuni ppreżentati bħala parteċipanti fil-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku hija emendata qabel ma jibdew il-Logħob, l-organizzazzjonijiet responsabbli għandhom jgħarrfu mingħajr l-ebda dewmien lill-Kumitat Organizzattiv tal-Istat Membru li jospita l-Logħob Olimpiku u Paralimpiku tal-[sena] b’dan sabiex il-kards tal-akkreditazzjoni Olimpika tal-persuni mneħħija mil-lista jistgħu jiġu revokati. Il-Kumitat Organizzattiv għandu jinnotifika lis-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi b’dan u għandu jgħarrafhom bin-numri tal-viżi in kwistjoni.

Is-servizzi responsabbli biex joħorġu l-viżi għandhom iħassru l-viżi tal-persuni kkonċernati. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli fuq il-fruntieri b’dan, u dawn tal-aħħar mingħajr dewmien għandhom jgħaddu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 9

Kontrolli fuq il-fruntieri esterni

1.  Il-kontrolli tad-dħul imwettqa fuq il-membri tal-familja Olimpika li nħarġulhom il-viżi skont dan ir-Regolament, meta dawn il-membri jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, għandhom ikunu limitati għall-kontroll tal-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

2.  Għat-tul tal-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku:

(a) 

it-timbri tad-dħul u tal-ħruġ għandhom jitwaħħlu fuq l-ewwel paġna libera tad-dokument tal-ivvjaġġar ta’ dawk il-membri tal-familja Olimpika li għalihom huwa meħtieġ li jitwaħħlu dawn it-timbri skont l-Artikolu 10(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Mal-ewwel dħul, in-numru tal-viża għandu jkun indikat fuq dik l-istess paġna;

(b) 

il-kondizzjonijiet għad-dħul previsti fl-Artikolu 5(1)(c) tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen għandhom ikunu preżunti li ntlaħqu ladarba membru tal-Familja Olimpika jkun ġie debitament akkreditat.

3.  Il-paragrafu 2 għandu jgħodd għall-membri tal-familja Olimpika li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kemm jekk huma suġġetti għar-rekwiżiti ta’ viża u kemm jekk le, skont ir-Regolament (KE) Nru 539/2001.




ANNESS XII

STATISTIKA ANNWALI DWAR VIŻI UNIFORMI, VIŻI B’VALIDITÀ TERRITORJALI LIMITATA U VIŻI GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT

Id-data li għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 40a, għal kull post fejn l-Istati Membri individwali joħorġu viża:

— 
total ta’ viżi A li saret applikazzjoni għalihom (inklużi viżi A multipli),
— 
total ta’ viżi A maħruġa (inklużi viżi A multipli),
— 
total ta’ viżi A multipli maħruġa,
— 
total ta’ viżi A maħruġa (inklużi viżi A multipli),
— 
total ta’ viżi C li saret applikazzjoni għalihom (inklużi viżi C bi dħul multiplu),
— 
total ta’ viżi C maħruġa (inklużi viżi C bi dħul multiplu),
— 
total ta’ viżi C bi dħul multiplu maħruġa,
— 
total ta’ viżi C mhux maħruġa (inklużi viżi C bi dħul multiplu),
— 
total ta’ viżi VTL maħruġa.

Regoli ġenerali għall-preżentazzjoni tad-data:

— 
id-data għas-sena preċedenti kollha għandha tinġabar f’fajl wieħed,
— 
id-data għandha tingħata bl-użu ta’ mudell standard (ipprovdut mill-Kummisjoni),
— 
id-data għandha tkun disponibbli għal-lokazzjonijiet individwali fejn l-Istat membru kkonċernat joħroġ il-viżi u raggruppati minn pajjiżi terzi,
— 
“Mhux maħruġa” tkopri d-data dwar viżi u applikazzjonijiet miċħuda fejn l-eżami twaqqaf (kif previst għall-Artikolu 8(2)).

F’każ li d-data mjihiex la disponibbli u lanqas rilevanti għal kategorija u pajjiż terz partikolari, l-Istati Membri għandhom iħallu l-ispazju vojt (u ma jdaħħlux “0”) (żero), “N.A”) (mhux applikablli) jew kwalunkwe valur ieħor).




ANNESS XIII



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament

Dispożizzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (CSA), Istruzzjonijiet Konsulari Komuni (CCI) jew tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen (SCH/Com-ex) sostitwiti

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

CCI, Parti I.1. Kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikoli 9 u 10 tas-CSA)

Artikolu 2

Definizzjonijiet

(1)-(4)

CCI: Parti I. 2. Definizzjonijiet u tipi ta’ viża

CCI: Parti IV “Bażi legali”

CSA: l-Artikoli 11(2), 14 (1), 15, 16

TITOLU II

VIŻA GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT

Artikolu 3

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport

Azzjoni Konġunta 96/197/ĠAI, CCI, Parti I. 2.1.1

TITOLU III

PROĊEDURI U KONDIZZJONIJIET GĦALL-ĦRUĠ TA’ VIŻI

KAPITOLU I

Awtoritajiet li jipparteċipaw fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet

Artikolu 4

Awtoritajiet li huma kompetenti biex jieħdu sehem fil-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet

CCI Parti II. 4., CSA, Artikolu 12(2), Regolament 415/2003

Artikolu 5

Stat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni u jieħu deċiżjoni dwarha

CCI, Parti II 1.1(a)(b), CSA Artikolu 12(2)

Artikolu 6

Kompetenza territorjali konsulari

CCI, Parti II, 1.1 u 3

Artikolu 7

Kompetenza tal-ħruġ ta’ viżi lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu legalment preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru

Artikolu 8

Arranġamenti dwar rappreżentanza

CCI, Parti II, 1.2

KAPITOLU II

L-applikazzjoni

Artikolu 9

Modalitajiet prattiċi għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal viża

CCI, Anness 13, nota (Artikolu 10(1)

Artikolu 10

Regoli ġenerali għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni

Artikolu 11

Il-formola tal-applikazzjoni

CCI, Parti III. 1.1

Artikolu 12

Dokument tal-ivvjaġġar

CCI, Parti III.2. (a), CSA, Artikolu 13(1) u (2)

Artikolu 13

Identifikaturi bijometriċi

CCI, Parti III. 1.2 (a) u (b)

Artikolu 14

Dokumenti ta’ sostenn

CCI, Parti III.2(b) u Parti V.1.4, Com-ex (98) 57

Artikolu 15

Assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar

CCI, Parti V, 1.4

Artikolu 16

It-tariffa tal-viża

CCI Parti VII. 4. u Anness 12

Artikolu 17

It-tariffa tas-servizz

IKK, Parti VII, 1.7

KAPITOLU III

Eżami ta’ applikazzjoni u teħid ta’ deċiżjoni dwarha

Artikolu 18

Verifika ta’ kompetenza konsulari

Artikolu 19

Ammissibbiltà

Artikolu 20

Timbru li jindika li l-applikazzjoni hi ammissibbli

CCI, Parti VIII, 2

Artikolu 21

Verifika tal-kondizzjonijiet ta’ dħul u stima tar-riskju

CCI, Parti III,.4 u Parti V.1.

Artikolu 22

Konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn

IKK, Parti II, 2.3 and Parti V, 2.3(a)-(d)

Artikolu 23

Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

CCI, Parti V. 2.1 (it-tieni inċiż), 2.2, IKK

KAPITOLU IV

Il-ħruġ tal-viża

Artikolu 24

Ħruġ ta’ viża uniformi

CCI, Parti V, 2.1

Artikolu 25

Ħruġ ta’ viża b’validità territorjali limitata

CCI, Parti V, 3, Anness 14, CSA 11(2), 14(1) u 16

Artikolu 26

Ħruġ ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport

CCI, Part I, 2.1.1 – Azzjoni Konġunta 96/197/ĠAI

Artikolu 27

Il-mili tal-isticker tal-viża

CCI, Parti VI. 1-2-3-4

Artikolu 28

Invalidar tal-istickers tal-viżi mimlijin

CCI, Parti VI, 5.2

Artikolu 29

Twaħħil tal-istickers tal-viża

CCI, Parti VI, 5,3

Artikolu 30

Drittijiet li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ viża

CCI, Part I, 2.1, l-aħħar sentenza

Artikolu 31

Informazzjoni tal-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħrajn

Artikolu 32

Ċaħda ta’ viża

KAPITOLU V

Modifika ta’ viża maħruġa

Artikolu 33

Estensjoni

Com-ex (93) 21

Artikolu 34

Annullament u revoka

Com-ex (93) 24 u l-Anness 14 għall-IKK

KAPITOLU VI

Viżi maħruġa fuq il-fruntieri esterni

Artikolu 35

Applikazzjonijiet għal viżi fuq il-fruntieri esterni

Ir-Regolament (KE) Nru 415/2003

Artikolu 36

Viżi maħruġa lill-baħħara fi tranżitu fuq il-fruntiera

TITOLU IV

ĠESTJONI U ORGANIZZAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 37

Organizzazzjoni tat-taqsimiet tal-viżi

CCI, Parti VII, 1-2-3

Artikolu 38

Riżorsi għall-eżami tal-applikazzjonijiet u l-monitoraġġ tal-konsulati

 

CCI, Parti VII, 1 A

Artikolu 39

Imġiba tal-persunal

CCI, Parti III.5

Artikolu 40

Forom ta’ kooperazzjoni

CCI, Parti VII, 1AA

Artikolu 41

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

Artikolu 42

Rikors għand konsli onorarji

CCI, Parti VII, A.B

Artikolu 43

Kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi

CCI, Parti VII, 1B

Artikolu 44

Kriptaġġ u trasferiment sigur ta’ data

CCI, Parti II, 1.2, Parti VII, 1.6, is-sitt, seba’, tmien u d-disa’ subparagrafi

Artikolu 45

Kooperazzjoni tal-Istati Membri ma’ intermedjarji kummerċjali

CCI, VIII, 5.2

Artikolu 46

Ġbir ta’ statistika

SCH Com-ex (94) 25 u (98) 12

Artikolu 47

Informazzjoni lill-pubbliku ġenerali

TITOLU V

KOOPERAZZJONI LOKALI TA’ SCHENGEN

Artikolu 48

Kooperazzjoni lokali ta’ Schengen fost il-konsulati tal-Istati Membri

CCI, VIII, 1-3-4

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 49

Arranġamenti għal Logħob Olimpiku u Logħob Paralimpiku

Artikolu 50

Emendamenti għall-Annessi

Artikolu 51

Istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika tal-Kodiċi dwar il-Viżi

Artikolu 52

Proċedura ta’ kumitat

Artikolu 53

Notifika

Artikolu 54

Emendamenti għar-Regolament (KE) Nru 767/2008

Artikolu 55

Emendamenti għar-Regolament (KE) Nru 562/2006

Artikolu 56

Tħassir

Artikolu 57

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 58

Dħul fis-seħħ




ANNESSI



Anness I

Formola armonizzata ta’ applikazzjoni

CCI, Anness 16

Anness II

Lista mhux eżawrkenti ta’ dokumenti ta’ sostenn

Parzjalment CCI, V, 1.4.

Anness III

Format uniformi u użu tat-timbri li jindika li hija ammissibbli l-applikazzjoni għal viża

CCI, VIII

Anness IV

Lista komuni ta’ pajjiżi terzi, elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li ċ-ċittadini tagħhom huma meħtieġa li jkollhom fil-pussess tagħhom viża għal tranżitu fl-ajruport meta jgħaddu miż-zona ta’ tranżitu internazzjonali tal-ajruporti li jinsabu fit-territorji tal-Istati Membri

CCI, Anness 3, Parti I

Anness V

Lista ta’ permessi ta’ residenza li jintitolaw lid-detenturi tagħhom għal tranżitu mill-ajruporti tal-Istati Membri mingħajr ma jkun meħtieġ li jkunu fil-pussess ta’ viża għal tranżitu fl-ajruport

CCI, Anness 3, Parti III

Anness VI

Formola standard għan-notifika u għall-motivazzjoni ta’ ċaħda, annullament jew revoka ta’ viża

Anness VII

Mili tal-isticker tal-viża

CCI, Parti VI, 1-4, Anness 10

Anness VIII

It-twaħħil tal-isticker tal-viża

CCI, Parti VI, 5.3

Anness IX

Regoli għall-ħruġ tal-viżi fuq il-fruntieri lill-baħħara fi tranżitu li huma suġġetti għar-rekwiżiti tal-viża

Ir-Regolament (KE) Nru 415/2003, l-Annessi I u II

Anness X

Lista ta’ rekwiżiti minimi li għandhom ikunu inklużi fl-istrument legali fil-każ ta’ kooperazzjoni ma’ fornituri esterni tas-servizzi

CCI, Anness 19

Anness XI

Proċeduri u kondizzjonijiet speċifiċi li jiffaċilitaw il-ħruġ tal-viżi lill-membri tal-Familja Olimpika li qed tipparteċipa fil-Logħob Olimpiku u fil-Logħob Paralimpiku

Anness XII

Statistika annwali dwar viżi uniformi, viżi b’validità territorjali limitata u viżi għal tranżitu fl-ajruport



( 1 ) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.

( 2 ) ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.

( 3 ) Id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-istabbiliment ta' din il-lista (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 9).

( 4 ) ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4.

( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

( 6 ) ĠU L 267, 27.9.2006, p. 41.

( 7 ) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal- fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

( 8 ) Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L119, 4.5.2016, p. 1).

( 10 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

( 11 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 12 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( *1 ) ĠU L 243, 15.4.2009, p. 1”;

( 13 ) ĠU L 63, 13.3.1996, p. 8.

( 14 ) ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2.

( 15 ) ĠU L 150, 6.6.2001, p. 4.

( 16 ) ĠU L 64, 7.3.2003, p. 1.

( 17 ) ĠU L 131, 28.5.2009, p. 1.

( 18 ) Mhi meħtieġa ebda emblema għan-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera.

( 19 ) Mhi meħtieġa ebda emblema għan-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera.

( 20 ) Revoka ta' viża bbażata fuq din ir-raġuni mhijiex soġġetta għad-dritt ta' appell.

( 21 ) Jekk meħtieġa mil-liġi nazzjonali.

( 22 ) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

( 23 ) Referenza għall-kodiċi ISO tal-Istat Membru li qed jorganizza.

Top