MT
ANNESS
Emenda tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE
(1)Fl-Anness I, it-tabella hija emendata kif ġej:
(a)
fit-tieni kolonna “RNQPs” (“Union regulated non-quarantine pest”, pest regolat mhux ta' kwarantina), għall-ispeċi “Ficus carica L.”, l-entrati “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi” u
“Aġent tal-mużajk tat-tin [FGM000]” huma mħassra;
(b)
fit-tieni kolonna “RNQP” taħt il-kategorija “Fungi u oomiċeti”, għall-ġeneru “Vaccinium L.”, l-entrata “Pucciniastrum minimum Sydow u P. Sydow [THEKMI]” tiżdied;
(2)Fl-Anness II, it-tabella hija sostitwita b’din li ġejja:
|
“Ġeneru jew speċi
|
RNQPs
|
|
Castanea sativa Mill.
|
Fungi u oomiċeti
Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld [PHYTRA]
|
|
Citrus L., Fortunella Swingle u Poncirus Raf.
|
Batterji
Spiroplasma citri Saglio et al. [SPIRCI]
Fungi u oomiċeti
Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp u Verkley [DEUTTR]
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Aġent tal-Citrus cristacortis [CSCC00]
Virojde tal-eksokortite taċ-ċitru [CEVD00]
Aġent tal-impietratura taċ-ċitru [CSI000]
Virus tat-tbajja’ kbar tal-weraq taċ-ċitru [CLBV00]
Virus tal-psorożi taċ-ċitru [CPSV00]
Virus tat-tristeża taċ-ċitru (iżolati tal-UE) [CTV000]
Virus tal-varjegazzjoni taċ-ċitru [CVV000]
Virojde tax-xekkil tal-ħops [HSVD00]
|
|
Corylus avellana L.
|
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00]
|
|
Cydonia oblonga Mill.
|
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0]
Aġent tal-injam artab tat-tuffieħ [ARW000]
Virus tal-iskanalar taz-zokk tat-tuffieħ [ASGV00]
Virus tal-fosos taz-zkuk tat-tuffieħ [ASPV00]
Aġent tan-nekrożi tal-qxur tas-siġar tal-lanġas [PRBN00]
Aġent tal-qsim tal-qxur tas-siġar tal-lanġas [PRBS00]
Virojde tal-kankru tal-infatet tal-lanġas [PBCVD0]
Aġent tal-qoxra ħarxa tas-siġar tal-lanġas [PRRB00]
Aġent tat-tbajja’ sofor tal-isfarġel [ARW000]
|
|
Fragaria L.
|
Batterji
Xanthomonas fragariae Kennedy u King [XANTFR]
Fungi u oomiċeti
Colletotrichum acutatum Simmonds [COLLAC]
Phytophthora cactorum (Lebert u Cohn) J.Schröter [PHYTCC]
Phytophthora fragariae C.J. Hickman [PHYTFR]
Nematodi
Aphelenchoides besseyi Christie [APLOBE]
Aphelenchoides blastophthorus Franklin [APLOBL]
Aphelenchoides fragariae (Ritzema Bos) Christie [APLOFR]
Aphelenchoides ritzemabosi (Schwartz) Steiner u Buhrer [APLORI]
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tal-mużajk tal-Arabis [ARMV00]
Virus tar-ringspot tal-lampun [RPRSV0]
Virus tal-kemxa tal-frawli [SCRV00]
Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0]
Virus tal-ġenb isfar tal-moffa tal-frawli [SMYEV0]
Virus tat-tbajja’ tal-frawli [SMOV00]
Virus tal-vini tal-frawli [SVBV00]
Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam [TBRV00]
|
|
Juglans regia L.
|
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tad-dawra tal-werqa taċ-ċirasa [CLRV00]
|
|
Malus Mill.
|
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0]
Virojde tad-dimple tal-frott [ADFVD0]
Aġent tal-flat limb tat-tuffieħ [AFL000]
Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00]
Aġent tal-injam artab tat-tuffieħ [ARW000]
Aġent tal-qoxra migrufa tat-tuffieħ [ASSVD0]
Aġent tal-istilla mxaqqa tat-tuffieħ [APHW00]
Virus tal-iskanalar taz-zokk tat-tuffieħ [ASGV00]
Virus tal-fosos taz-zkuk tat-tuffieħ [ASPV00]
Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider [PHYPMA]
Mard tal-frott: frott [APCF00], kemxa ħadra [APGC00], frotta mqabbża ta’ Ben Davis, qoxra ħarxa [APRSK0], xaqq fl-istilla, ċirku samrani [APLP00], nuffata samranija
Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0]
|
|
Olea europaea L.
|
Fungi u oomiċeti
Verticillium dahliae Kleb [VERTDA]
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tal-mużajk tal-Arabis [ARMV00]
Virus tad-dawra tal-werqa taċ-ċirasa [CLRV00]
Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0]
|
|
Prunus dulcis (Miller) Webb
|
Batterji
Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR]
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0]
Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00]
Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider [PHYPPR]
Virus tal-ġidri tal-għanbaqar [PPV000]
Virus tal-pruna nana [PDV000]
Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus [PNRSV0]
Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0]
|
|
Prunus armeniaca L.
|
Batterji
Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR]
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0]
Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00]
Virus latenti tal-berquq [ALV000]
Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider [PHYPPR]
Virus tal-ġidri tal-għanbaqar [PPV000]
Virus tal-pruna nana [PDV000]
Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus [PNRSV0]
Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0]
|
|
Prunus avium L. u Prunus cerasus L.
|
Batterji
Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR]
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0]
Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00]
Virus tal-mużajk tal-Arabis [ARMV00]
Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider [PHYPPR]
Virus tat-tbajja’ ħodor tondi taċ-ċirasa [CGRMV0]
Virus tad-dawra tal-werqa taċ-ċirasa [CLRV00]
Virus tal-werqa bit-tbajja’ taċ-ċirasa [CMLV00]
Virus tat-tbajja’ nekrotiċi lewn is-sadid taċ-ċirasa [CRNRM0]
Virus taċ-ċirasa żgħira 1 u 2 [LCHV10], [LCHV20]
Virus tal-ġidri tal-għanbaqar [PPV000]
Virus tal-pruna nana [PDV000]
Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus [PNRSV0]
Virus tar-ringspot tal-lampun [RPRSV0]
Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0]
Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam [TBRV00]
Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0]
|
|
Prunus domestica L., Prunus salicina Lindley, u speċi oħra ta’ Prunus L. suxxettibbli għall-virus tal-ġidri tal-għanbaqar fil-każ tal-ibridi Prunus L.
|
Batterji
Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR]
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0]
Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00]
Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider [PHYPPR]
Virus tar-ringspot latenti tal-Myrobalan [MLRSV0]
Virus tal-ġidri tal-għanbaqar [PPV000]
Virus tal-pruna nana [PDV000]
Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus [PNRSV0]
Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0]
|
|
Prunus persica (L.) Batsch
|
Batterji
Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR]
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0]
Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00]
Virus latenti tal-berquq [ALV000]
Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider [PHYPPR]
Virojde tal-mużajk latenti tal-ħawħ [PLMVD0]
Virus tal-ġidri tal-għanbaqar [PPV000]
Virus tal-pruna nana [PDV000]
Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus [PNRSV0] Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0]
Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0]
|
|
Pyrus L.
|
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0]
Aġent tal-injam artab tat-tuffieħ [ARW000]
Virus tal-iskanalar taz-zokk tat-tuffieħ [ASGV00]
Virus tal-fosos taz-zkuk tat-tuffieħ [ASPV00]
Fitoplażma Candidatus pyri Seemüller u Schneider [PHYPPY]
Aġent tan-nekrożi tal-qxur tas-siġar tal-lanġas [PRBN00]
Aġent tal-qsim tal-qxur tas-siġar tal-lanġas [PRBS00]
Virojde tal-kankru tal-infatet tal-lanġas [PBCVD0]
Aġent tal-qoxra ħarxa tas-siġar tal-lanġas [PRRB00]
Aġent tat-tbajja’ sofor tal-isfarġel [ARW000]
|
|
Ribes L.
|
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tal-mużajk tal-Arabis [ARMV00]
Virus tar-reverżjoni tar-ribes iswed [BRAV00]
Virus tal-mużajk tal-ħjar [CMV000]
Virus tal-vini assoċjati tar-ribes bix-xewk [GOVB00]
Virus tar-ringspot tal-lampun [RPRSV0]
Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0]
|
|
Rubus L.
|
Fungi u oomiċeti
Phytophthora spp. de Bary [1PHYTG]
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00]
Virus tal-mużajk tal-Arabis [ARMV00]
Virus tan-nekrożi tal-lampun iswed [BRNV00]
Candidatus Phytoplasma rubi Malembic-Maher et al. [PHYPRU]
Virus tal-mużajk tal-ħjar [CMV000]
Virus tal-bushy dwarf tal-lampun [RBDV00]
Virus tal-werqa bit-tbajja’ tal-lampun [RLMV00]
Virus tar-ringspot tal-lampun [RPRSV0]
Virus tal-klorożi tal-vini tal-lampun [RVCV00]
Tikka safra tal-lampun [RYS000]
Virus tax-xibka safra tar-rubus [RYNV00]
Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0]
Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam [TBRV00]
Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0]
|
|
Vaccinium L.
|
Fungi u oomiċeti
Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld [PHYTRA]
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi
Ophiovirus assoċjat mal-mużajk tat-tuta żerqa [BLMAV0]
Virus tar-ringspot aħmar tat-tuta żerqa [BRRV00]
Virus tat-tixwit tat-tuta żerqa [BLSCV0]
Virus tax-xokk tat-tuta żerqa [BLSHV0]
Virus tal-ispag tat-tuta żerqa [BSSV00]
Candidatus Phytoplasma asteris Lee et al. [PHYPAS]
Candidatus Phytoplasma pruni [PHYPPN]
Fitoplażma Candidatus solani Quaglino et al. [PHYPSO]
Fitoplażma falza tal-fjur tal-mirtilli [PHYPFB]
Virus tar-ringspot tat-tabakk [TRSV0]
Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0]”
|
(3)L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
(a)il-punt 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“8.
Malus Mill.
(a)
Il-kategoriji kollha
Spezzjoni viżwali
L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.
(b)
Kategorija prebażika
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Ħmistax-il sena wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir f’intervalli ta’ żmien ta’ 15-il sena fir-rigward tal-preżenza tal-RNQPs, għajr għal mard li jixbah virus u għall-virojdi elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ dubju dwar il-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
F'każ li deroga tippermetti li jiġi prodott materjal prebażiku fl-għelieqi, f’kundizzjonijiet li mhumiex protetti mill-insetti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925*, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider, l-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u l-Virus tar-ringspot tat-tadam:
(I)Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider:
—
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider; jew
—
ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(II)Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.:
—
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.; jew
—
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(III)Virus tar-ringspot tat-tadam (ToRSV):
—
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mit-ToRSV; jew
—
ma jiġi osservat l-ebda sintomu tat-ToRSV fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(c)
Kategorija bażika
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull 15-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider.
Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull 3 snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider; kull 15-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-preżenza tal-RNQPs, għajr il-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider u għajr il-Virus tar-ringspot tat-tadam, għall-mard li jixbah virus ugħal l-virojdi, elenkati fl-Anness II, u f’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.
Il-pjanti omm bażiċi għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati kull 20 sena fir-rigward tal-preżenza tal-Virus tar-ringspot tat-tadam.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(I)Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider
—
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider; jew
—
ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih;
(II)Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.:
—
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.; jew
—
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni għandhom ikunu spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott kollha li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar kollha għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.
(III)Virus tar-ringspot tat-tadam (ToRSV):
—
il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mit-ToRSV; jew
—
ma jiġi osservat l-ebda sintomu tat-ToRSV fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(d)
Kategorija ċċertifikata
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Fil-każ ta’ pjanti omm iċċertifikati, li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull 15-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider.
Fil-każ ta’ pjanti omm iċċertifikati li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għandu jiġi kkampjunat u ttestjat kull 5 snin għall-preżenza tal- Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider; kull 15-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-preżenza tal-RNQPs, għajr il-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider u għajr il-Virus tar-ringspot tat-tadam, għall-mard li jixbah virus ugħal l-virojdi, elenkati fl-Anness II, u f’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.
Il-pjanti omm iċċertifikati għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati kull 20 sena fir-rigward tal-preżenza tal-Virus tar-ringspot tat-tadam.
Il-pjanti tal-frott iċċertifikati għandhom ikunu kkampjunati u ttestjati jekk ikun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(I)Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider; jew
—ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih; jew
—is-sintomi tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider għandhom jiġu osservati f’mhux aktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal ta’ propagazzjoni sintomatiku u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(II)Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.:
—il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.; jew
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni għandhom jiġu spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott kollha li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti kollha tal-madwar għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.
(III)Virus tar-ringspot tat-tadam (ToRSV):
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mit-ToRSV; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tat-ToRSV fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(e)
Kategorija CAC (Conformitas Agraria Communitatis)
L-ikkampjunar u l-ittestjar
F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(I)Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—is-sintomi ta’ Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(II)Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.:
—il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al.; jew
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni jkunu ġew spezzjonati matul l-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir, u l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott li juru sintomi ta’ Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al. u l-pjanti ospitanti tal-madwar ikunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(III)Virus tar-ringspot tat-tadam (ToRSV):
—il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mit-ToRSV; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tat-ToRSV fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—is-sintomi tat-ToRSV ikunu ġew osservati f’mhux aktar minn 2 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dawk il-pjanti sintomatiċi jkunu nqalgħu minnufih u nqerdu,
_______________________
* Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temporanjament tawtorizza lil ċerti Stati Membri jiċċertifikaw materjal prebażiku ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-frott, prodotti fl-għelieqi f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/167 (ĠU L 140, 31.5.2017, p. 7; ELI:
http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/925/oj
).
(b)
il-punt 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“11.
Prunus armeniaca L., Prunus avium L., Prunus cerasifera Ehrh., Prunus cerasus L., Prunus domestica L., Prunus dulcis (Miller) Webb, Prunus persica (L.) Batsch u Prunus salicina Lindley
(a)
Kategorija prebażika
Spezzjoni viżwali
L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. u Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie (Prunus persica (L.) Batsch u Prunus salicina Lindley). L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena għall-RNQPs kollha, għajr għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, il-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. u Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie, elenkati fl-Annessi I u II.
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika ta’ Prunus armeniaca L., Prunus avium L., Prunus cerasus L., Prunus domestica L., u Prunus dulcis (Miller) Webb, għandhom jiġu mill-pjanti omm li jkunu ġew ittestjati fl-istaġun tat-tkabbir ta’ qabel u nstabu ħielsa mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar.
Is-salvaġġ prebażiku ta’ Prunus cerasifera Ehrh. u Prunus domestica L. għandu jiġi minn pjanti omm li jkunu ġew ittestjati fl-istaġun tat-tkabbir ta’ qabel u nstabu ħielsa mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar. Is-salvaġġ prebażiku ta’ Prunus cerasifera Ehrh. u Prunus domestica L. għandu jiġi mill-pjanti omm, li jkunu ġew ittestjati fil-ħames staġuni preċedenti u li jkunu nstabu ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider.
Kull pjanta omm prebażika li tagħmel il-fjuri għandha tiġi kkampjunata u ttestjata għall-Virus tal-pruna nana u għall-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus sena wara li tkun ġiet aċċettata bħala pjanta omm prebażika u dan għandu jerġa’ jsir kull sena. Fil-każ ta’ Prunus persica, kull pjanta omm prebażika li tagħmel il-fjuri għandha tiġi kkampjunata sena wara li tkun ġiet aċċettata bħala pjanta omm prebażika u tiġi ttestjata għall-Virojde tal-mużajk latenti tal-ħawħ.
Kull siġra mħawla intenzjonalment għad-dakkir u, fejn ikun xieraq, is-siġar ewlenin li jdakkru fl-ambjent għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati għall-Virus tal-pruna nana u għall-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus.
Il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati ħames snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, u dan għandu jerġa’ jsir kull ħames snin, u jiġu ttestjati għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider u l-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar.
Il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati 10 snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, u għandhom jiġu ttestjati għall-viruses, għajr il-Virus tal-pruna nana u l-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, il-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus, li huma rilevanti għall-ispeċijiet elenkati fl-Anness II, u għandhom ukoll jiġu ttestjati f’każ li jkun hemm suspett għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I. Għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm prebażiċi f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
Fil-każ fejn deroga titħalla tipproduċi materjal prebażiku fl-għalqa f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al., tal-Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie u l-Virus tar-ringspot tat-tadam:
(I)Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni għandhom ikunu iżolati minn pjanti ospitanti oħra. Id-distanza ta’ iżolament fis-sit tal-produzzjoni għandha tiddependi miċ-ċirkostanzi reġjonali, mit-tip ta’ materjal tal-propagazzjoni, mill-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider fiż-żona kkonċernata u mir-riskji rilevanti involuti kif stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti abbażi ta’ spezzjoni;
(II)Virus tal-ġidri tal-għanbaqar:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni għandhom ikunu iżolati minn pjanti ospitanti oħra. Id-distanza ta’ iżolament fis-sit tal-produzzjoni għandha tiddependi miċ-ċirkostanzi reġjonali, mit-tip ta’ materjal tal-propagazzjoni, mill-preżenza tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar fiż-żona kkonċernata u mir-riskji rilevanti involuti kif stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti abbażi ta’ spezzjoni;
(III)Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(IV)Virus tar-ringspot tat-tadam (ToRSV):
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mit-ToRSV; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tat-ToRSV fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(V)Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(b)
Kategorija Bażika, kategorija Ċċertifikata u kategorija CAC
Spezzjoni viżwali
Spezzjoni viżwali għandha ssir darba fis-sena.
(c)
Kategorija bażika
L-ikkampjunar u l-ittestjar
(I)Pjanti omm li nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti
Kull 3 snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Virus tal-pruna nana, tal-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus u tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar. Kull 10 snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider.
(II)Pjanti omm li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti
Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi, għajr dawk maħsuba għall-produzzjoni tas-salvaġġ, għall-preżenza tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, b’mod li tul 10 snin ikunu ġew ittestjati l-pjanti kollha.
Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi, għajr dawk maħsuba għall-produzzjoni tas-salvaġġ, għall-preżenza tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar u għandu jinstab ħieles minn dak l-RNQP.
Mill-pjanti omm bażiċi tal-Prunus domestica L. maħsubin għall-produzzjoni tas-salvaġġ għandu jittieħed kampjun li jiġi ttestjat għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider u għandu jinstab ħieles minn dak l-RNQP fil-ħames staġuni ta’ tkabbir preċedenti.
F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al., għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi.
Kull 20 sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti għall-preżenza tal-Virus tar-ringspot tat-tadam.
Kull 10 snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti għall-preżenza tal-RNQPs, għajr il-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, il-Virus tal-pruna nana, il-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus, il-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar u l-Virus tar-ringspot tat-tadam, elenkati fl-Anness II, u ttestjati f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.
—Pjanti omm li jagħmlu l-fjuri
Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi li jagħmlu l-fjuri ggħall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, għall-Virus tal-pruna nana u għall-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.
Fil-każ ta’ Prunus persica (L.) Batsch, kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi li jagħmlu l-fjuri għall-Virojde tal-mużajk latenti tal-ħawħ abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.
Għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ siġar imħawla bi ħsieb tad-dakkir u, fejn xieraq, tas-siġar ewlenin tad-dakkir fl-ambjent, għall-Virus tal-pruna nana u għall-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.
—Pjanti omm li ma jagħmlux fjuri
Kull 3 snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi li ma jagħmlux fjuri li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti għall-preżenza tal-Virus tal-pruna nana, tal-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus u tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.
(d)
Kategorija ċċertifikata
L-ikkampjunar u l-ittestjar
(I)Pjanti omm li nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti
Kull 5 snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għall-preżenza tal-Virus tal-pruna nana u tal-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus u tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar b’mod li tul 15-il sena jkunu ġew ittestjati l-pjanti kollha. Kull 15-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider.
(II)Pjanti omm li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti
Kull 3 snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għall-preżenza tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar b’mod li tul 15-il sena jkunu ġew ittestjati l-pjanti kollha.
Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati maħsuba għall-produzzjoni tas-salvaġġ għall-preżenza tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar u għandu jinstab ħieles minn dak l-RNQP. Porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati tal-Prunus cerasifera Ehrh. u Prunus domestica L. maħsuba għall-produzzjoni tas-salvaġġ ikun ġie kkampjunat fil-ħames staġuni ta’ tkabbir preċedenti u ttestjat għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider u nstab ħieles minn dak l-RNQP.
Porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għandu jiġi kkampjunat u ttestjat f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal- Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.
Kull 20 sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti għall-preżenza tal-Virus tar-ringspot tat-tadam.
Kull 15-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti għall-preżenza tal-RNQPs, għajr il-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, il-Virus tal-pruna nana, il-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus, il-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar u l-Virus tar-ringspot tat-tadam, elenkati fl-Anness II, u ttestjati f’każ ta’ suspett dwar il-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.
—
Pjanti omm li jagħmlu l-fjuri
Kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati li jagħmlu l-fjuri għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, għall-Virus tal-pruna nana u għall-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti. Fil-każ ta’ Prunus persica (L.) Batsch, kull sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati li jagħmlu l-fjuri għall-Virojde tal-mużajk latenti tal-ħawħ abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.
Għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ siġar imħawla bi ħsieb tad-dakkir u, fejn xieraq, tas-siġar ewlenin tad-dakkir fl-ambjent, għall-Virus tal-pruna nana u għall-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.
—
Pjanti omm li ma jagħmlux fjuri
Kull 3 snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv ta’ pjanti omm iċċertifikati li ma jagħmlux fjuri, li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, tal-Virus tal-pruna nana u tal-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti.
(e)
Kategoriji bażiċi u ċertifikati
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(I)Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategoriji bażiċi u ċċertifikati għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategoriji bażiċi u ċċertifikati fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—is-sintomi tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 1 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider kampjun rappreżentattiv tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(II)Virus tal-ġidri tal-għanbaqar:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategoriji bażiċi u ċċertifikati għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategoriji bażiċi u ċċertifikati fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—is-sintomi tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 1 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar kampjun rappreżentattiv tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu nstabu l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(III)Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategoriji bażiċi u ċċertifikati għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Pseudomonas syringae pv. persicae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie jiġu osservati fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategoriji bażiċi u ċċertifikati fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—sintomi ta’ Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u . Gardan) Young, Dye u Wilkie jkunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(IV)Virus tar-ringspot tat-tadam (ToRSV):
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategoriji bażiċi u ċċertifikati għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mit-ToRSV; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tat-ToRSV fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategoriji bażiċi u ċċertifikati fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(V)Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategoriji bażiċi u ċċertifikati għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategoriji bażiċi u ċċertifikati fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—ikunu ġew osservati sintomi tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. f’mhux aktar minn 2 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(f)
Kategorija CAC
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu minn sors ta’ materjal identifikat, li minnu jkun ġie kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv fit-tliet staġuni preċedenti tat-tkabbir u li jkun instab ħieles mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar.
Is-salvaġġ CAC tal-Prunus cerasifera Ehrh. u Prunus domestica L. għandhom jiġu minn sors ta’ materjal identifikat li minnu jkun ġie kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tiegħu matul il-ħames snin ta’ qabel għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider u għall-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar u jkun instab ħieles minnhom.
Porzjon rappreżentattiv tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandu jiġi kkampjunat u ttestjat fil-każ ta’ suspett tal-preżenza ta’ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.
Porzjon rappreżentattiv tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li ma juru l-ebda sintomu tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar wara spezzjoni viżwali għandu jiġi kkampjunat u ttestjat abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti tal-frott, għall-preżenza ta’ dak l-RNQP u fil-każ li jkun hemm pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata.
Malli jiġu identifikati l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li juru sintomi tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider fis-sit tal-produzzjoni permezz ta’ spezzjoni viżwali, għandu jiġi kkampjunat u ttestjat għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider porzjon rappreżentattiv tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal tal-kategorija CAC fil-lottijiet li fihom ikunu nstabu l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi.
Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar f’każ ta’ suspett għall-preżenza tal-RNQPs, għajr il-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider u l-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, elenkati fl-Annessi I u II.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(I)Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—is-sintomi tal-Candidatus Phytoplasma prunorum ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 1 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider kampjun rappreżentattiv tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu instabu l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(II)Virus tal-ġidri tal-għanbaqar:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—is-sintomi tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar ikunu ġew osservati f’mhux iktar minn 1 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih, u jkun ġie ttestjat u nstab ħieles mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar kampjun rappreżentattiv tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal fil-lottijiet li fihom kienu instabu l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi;
(III)Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u amp. Gardan) Young, Dye u Wilkie; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie jiġu osservati fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—sintomi ta’ Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u . Gardan) Young, Dye u Wilkie jkunu ġew osservati f’mhux iktar minn 2 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit ta’ produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(IV)Virus tar-ringspot tat-tadam (ToRSV):
—il-materjal ta’ propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mit-ToRSV; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tat-ToRSV fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—is-sintomi tat-ToRSV ikunu ġew osservati f’mhux aktar minn 2 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dawk il-pjanti sintomatiċi jkunu nqalgħu minnufih u nqerdu;
(V)Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al.; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. fuq il-materjal tal-propagazzjoni u fuq il-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih. jew
—ikunu ġew osservati sintomi tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. f’mhux aktar minn 2 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.”
(c)
il-punt 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“14. Rubus L.
(a)
Kategorija prebażika
Spezzjoni viżwali
L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena.
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Sentejn wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir kull sentejn għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-virusijiet elenkati fl-Anness II għar-Rubus L.; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ xi wieħed mill-RNQPs elenkati fl-Anness II għar-Rubus L. fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih;
(b)
Kategorija bażika
Spezzjoni viżwali
F’każ li l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott jitkabbru fl-għelieqi jew fi qsari, l-ispezzjonijiet viżwali għandhom isiru darbtejn fis-sena.
Għall-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti permezz tal-mikropropagazzjoni u li jinżammu għal perjodu ta’ inqas minn 3 xhur, hija meħtieġa spezzjoni waħda biss waqt dan il-perjodu.
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar jekk is-sintomi tal-virus tal-mużajk tal-Arabis, il-Virus tar-ringspot tal-lampun, il-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli u l-Virus taċ-ċirku iswed u l-Virus tar-ringspot tat-tadam ma jkunux ċari waqt spezzjoni viżwali. Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar f’każ ta’ suspett għall-preżenza tal-RNQPs, għajr l-virus tal-mużajk tal-Arabis, il-Virus tar-ringspot tal-lampun, il-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, il-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u l-Virus tar-ringspot tat-tadam, elenkati fl-Annessi I u II.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(I)Fil-każ ta’ riżultat pożittiv tat-test għall-materjal tal-propagazzjoni u għall-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika li juru sintomi tal-virus tal-mużajk tal-Arabis, tal-Virus tar-ringspot tal-lampun, tal-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, tal-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam jew tal-Virus tar-ringspot tat-tadam, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.
(II)Rekwiżiti għal RNQPs għajr għall-virus tal-mużajk tal-Arabis, għall-Virus tar-ringspot tal-lampun, għall-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, għall-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u għall-Virus tar-ringspot tat-tadam:
Il-perċentwal tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ li juru sintomi ta’ kull wieħed mill-RNQPs li ġejjin ma għandux jaqbeż:
— 0,1 % fil-każ ta’:
Agrobacterium spp. Conn.; u
Rhodococcus fascians Tilford; u li l-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti ospitanti kollha fil-viċinanza jkunu nqalgħu u nqerdu;
(III)Rekwiżiti għall-virusijiet kollha:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-virusijiet elenkati fl-Anness II għar-Rubus L.; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-virusijiet elenkat fl-Anness II għar-Rubus L. fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih; jew
—is-sintomi tal-virusijiet kollha elenkati fl-Annessi I u II ikunu ġew osservati f’mhux aktar minn 0,25 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(c)
Kategorija ċċertifikata
Spezzjoni viżwali
L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar jekk is-sintomi tal-virus tal-mużajk tal-Arabis, tal-Virus tar-ringspot tal-lampun, tal-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, tal-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u tal-Virus tar-ringspot tat-tadam ma jkunux ċari waqt spezzjoni viżwali. Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar f’każ ta’ suspett għall-preżenza tal-RNQPs, għajr l-virus tal-mużajk tal-Arabis, il-Virus tar-ringspot tal-lampun, il-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, il-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u l-Virus tar-ringspot tat-tadam, elenkati fl-Annessi I u II.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(I)Fil-każ ta’ riżultat pożittiv tat-test għall-materjal tal-propagazzjoni u għall-pjanti tal-frott tal-kategorija ċertifikata li juru sintomi tal-virus tal-mużajk tal-Arabis, tal-Virus tar-ringspot tal-lampun, tal-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, tal-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam jew tal-Virus tar-ringspot tat-tadam, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.
(II)Rekwiżiti għal RNQPs għajr għall-virus tal-mużajk tal-Arabis, għall-Virus tar-ringspot tal-lampun, għall-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, għall-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u għall-Virus tar-ringspot tat-tadam:
Il-perċentwal tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ li juru sintomi ta’ kull wieħed mill-RNQPs li ġejjin ma għandux jaqbeż:
— 0,5 % fil-każ ta’ Resseliella theobaldi Barnes;
— 0,1 % fil-każ ta’:
Agrobacterium spp. Conn.; u
Rhodococcus fascians Tilford; u li l-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti ospitanti kollha fil-viċinanza jkunu nqalgħu u nqerdu;
(III)Rekwiżiti għall-virusijiet kollha:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-virusijiet elenkati fl-Anness II għar-Rubus L.; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-virusijiet elenkati fl-Anness II għar-Rubus L. fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu minnufih u nqerdu ; jew
—is-sintomi tal-virusijiet kollha elenkati fl-Annessi I u II ikunu ġew osservati f’mhux aktar minn 0,5 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(d)
Kategorija CAC
Spezzjoni viżwali
L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar jekk is-sintomi tal-virus tal-mużajk tal-Arabis, tal-Virus tar-ringspot tal-lampun, tal-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, tal-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u tal-Virus tar-ringspot tat-tadam ma jkunux ċari waqt spezzjoni viżwali. Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar f’każ ta’ suspett għall-preżenza tal-RNQPs, għajr l-virus tal-mużajk tal-Arabis, il-Virus tar-ringspot tal-lampun, il-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, il-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u l-Virus tar-ringspot tat-tadam, elenkati fl-Annessi I u II.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-RNQPs elenkati fl-Annessi I u II għar-Rubus L.; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-RNQPs elenkati fl-Annessi I u II għar-Rubus L. fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ; u
—fil-każ ta’ is-sintomi tat-ToRSV , dawk is-sintomi jkunu ġew osservati f’mhux aktar minn 2 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dawk il-pjanti sintomatiċi jkunu nqalgħu minnufih u nqerdu, u u
—fil-każ ta’ riżultat pożittiv tat-test għall-materjal tal-propagazzjoni u għall-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li juru sintomi tal-virus tal-mużajk tal-Arabis, tal-Virus tar-ringspot tal-lampun, tal-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, tal-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam jew tal-Virus tar-ringspot tat-tadam, il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott ikkonċernati għandhom jinqalgħu u jinqerdu minnufih.”
(d)
Il-punt 15 “Vaccinium L.” huwa sostitwit b’dan li ġej:
“15. Vaccinium L.
(a)
Kategorija prebażika
Spezzjoni viżwali
L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena.
L-ikkampjunar u l-ittestjar
5 snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I, u dan għandu jerġa’ jsir kull 5 snin.
(b)
Kategorija bażika
Spezzjoni viżwali
L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena.
L-ikkampjunar u l-ittestjar
F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(I)Agrobacterium tumefaciens (Smith u Townsend) Conn
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Agrobacterium tumefaciens (Smith u Townsend) Conn fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ.
(II)Diaporthe vaccinii Shear
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mid-Diaporthe vaccinii Shear; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu tad- Diaporthe vaccinii Shear fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ;
(III)Exobasidium vaccinii (Fuckel) Woronin u Godronia cassandrae (anamorph Topospora myrtilli) Peck
—il-perċentwal tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ li juru sintomi ta’ kull wieħed mill-RNQPs li ġejjin ma għandux jaqbeż:
—0,1 % fil-każ tal-Godronia cassandrae (anamorph Topospora myrtilli) Peck;
—0,5 % fil-każ ta’ Exobasidium Dicinii (Fuckel) Woronin; u li l-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti ospitanti kollha fil-viċinanza jkunu nqalgħu u nqerdu.
(IV)Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld skont l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew
—ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar ċiklu sħiħ tal-veġetazzjoni.
(V)Virus tar-ringspot tat-tabakk (TRSV) u Virus tar-ringspot tat-tadam (ToRSV)
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mit-TRSV u mit-ToRSV; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ TRSV u ToRSV fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(c)
Kategoriji ċċertifikati u CAC
Spezzjoni viżwali
L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena.
L-ikkampjunar u l-ittestjar
F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.
(d)
Kategorija ċċertifikata
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(I)Agrobacterium tumefaciens (Smith u Townsend) Conn, Exobasidium vaccinii (Fuckel) Woronin u Godronia cassandrae (anamorph Topospora myrtilli) Peck
—il-perċentwal tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni tul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ li juru sintomi ta’ kull wieħed mill-RNQPs li ġejjin ma għandux jaqbeż:
—
0,5 % fil-każ ta’:
Agrobacterium tumefaciens (Smith u Townsend) Conn;
Godronia cassandrae (anamorph Topospora myrtilli) Peck;
—1 % fil-każ ta’ Exobasidium Dicinii (Fuckel) Woronin; u li l-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott, u l-pjanti ospitanti kollha fil-viċinanza jkunu nqalgħu u nqerdu.
(II)Diaporthe vaccinii Shear
— il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mid-Diaporthe vaccinii Shear; jew
— ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ Diaporthe vaccinii Shear fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ;
(III)Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew
—ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar ċiklu sħiħ tal-veġetazzjoni;
jew
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija ċċertifikata li juru sintomi tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fis-sit tal-produzzjoni u l-pjanti kollha f’raġġ ta’ 2 m mill-materjal tal-propagazzjoni sintomatiku u l-pjanti tal-frott, għandhom jinqalgħu u jinqerdu, inkluża l-ħamrija mwaħħla;
u
—għall-pjanti kollha li jinsabu f’raġġ ta’ 10 m mill-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi u kwalunkwe materjal tal-propagazzjoni u pjanti tal-frott li jifdal mil-lott affettwat:
—fi żmien tliet xhur wara d-detezzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni sintomatiku u tal-pjanti tal-frott, ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fuq dak il-materjal tal-propagazzjoni u fuq dawk il-pjanti tal-frott f’mill-inqas żewġ spezzjonijiet fi żminijiet xierqa biex jiġi identifikat il-pest u matul dak il-perjodu ta’ 3 xhur ma għandu jitwettaq l-ebda trattament li jrażżan is-sintomi tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld; u
—wara dak il-perjodu ta’ 3 xhur:
—ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fuq dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott fis-sit tal-produzzjoni; jew
—ikun ġie ttestjat kampjun rappreżentattiv ta’ dak il-materjal tal-propagazzjoni u ta’ dawk il-pjanti tal-frott li għandhom jiġu mċaqalqa u nstab ħieles mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld;
u
—għall-materjal l-ieħor kollu tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott kollha fis-sit tal-produzzjoni:
—ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fuq dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott fis-sit tal-produzzjoni; jew
—ġie ttestjat kampjun rappreżentattiv ta’ dak il-materjal tal-propagazzjoni u ta’ dawk il-pjanti tal-frott li għandhom jiġu mċaqalqa u nstab ħieles mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld.
(IV)Virus tar-ringspot tat-tabakk (TRSV) u Virus tar-ringspot tat-tadam (ToRSV)
—
il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija bażika għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mit-TRSV u mit-ToRSV; jew
—
ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ TRSV u ToRSV fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu u nqerdu minnufih.
(e)
Kategorija CAC
Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(I)Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld:
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew
—ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fuq il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar ċiklu sħiħ tal-veġetazzjoni;
jew
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li juru sintomi tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fis-sit tal-produzzjoni u l-pjanti kollha f’raġġ ta’ 2 m mill-materjal tal-propagazzjoni sintomatiku u l-pjanti tal-frott, għandhom jinqalgħu u jinqerdu, inkluża l-ħamrija mwaħħla; u
—għall-pjanti kollha li jinsabu f’raġġ ta’ 10 m mill-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi u kwalunkwe materjal tal-propagazzjoni u pjanti tal-frott li jifdal mil-lott affettwat:
—fi żmien tliet xhur wara d-detezzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni sintomatiku u tal-pjanti tal-frott, ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fuq dak il-materjal tal-propagazzjoni u fuq dawk il-pjanti tal-frott f’mill-inqas żewġ spezzjonijiet fi żminijiet xierqa biex jiġi identifikat il-pest u matul dak il-perjodu ta’ 3 xhur ma għandu jitwettaq l-ebda trattament li jrażżan is-sintomi tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld; u wara dak il-perjodu ta’ 3 xhur:
—ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fuq dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott fis-sit tal-produzzjoni; jew
—ikun ġie ttestjat kampjun rappreżentattiv ta’ dak il-materjal tal-propagazzjoni u ta’ dawk il-pjanti tal-frott li għandhom jiġu mċaqalqa u nstab ħieles mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld;
u
—għall-materjal l-ieħor kollu tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott kollha fis-sit tal-produzzjoni:
—ma għandu jiġi osservat l-ebda sintomu tal-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld fuq dak il-materjal tal-propagazzjoni u dawk il-pjanti tal-frott fis-sit tal-produzzjoni; jew
—ġie ttestjat kampjun rappreżentattiv ta’ dak il-materjal tal-propagazzjoni u ta’ dawk il-pjanti tal-frott li għandhom jiġu mċaqalqa u nstab ħieles mill-Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld.
(II)Virus tar-ringspot tat-tabakk (TRSV) u Virus tar-ringspot tat-tadam (ToRSV)
—il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mit-TRSV u mit-ToRSV; jew
—ma jiġi osservat l-ebda sintomu ta’ TRSV u ToRSV fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ u l-pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata jkunu nqalgħu minnufih u nqerdu; jew
—is-sintomi tat-TRSV u tat-ToRSV ikunu ġew osservati f’mhux aktar minn 2 % tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun ta’ tkabbir sħiħ, u dawk il-pjanti sintomatiċi jkunu nqalgħu minnufih u nqerdu.”