Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C(2025)3313

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) .../... li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1927 fir-rigward tal-lista ta’ żoni demarkati għat-trażżin ta’ Aleurocanthus spiniferus (Quaintance)

C/2025/3313 final

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta'2.6.2025

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1927 fir-rigward tal-lista ta’ żoni demarkati għat-trażżin ta’ Aleurocanthus spiniferus (Quaintance)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 2 jistabbilixxi fil-Parti B tal-Anness II tiegħu, il-lista tal-pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni li l-preżenza tagħhom fit-territorju tal-Unjoni hija magħrufa.

(2)Aleurocanthus spiniferus (Quaintance) (“il-pest speċifikat”) huwa inkluż f’dik il-lista, peress li l-preżenza tiegħu hija magħrufa f’ċerti żoni fil-Greċja, fi Franza, fil-Kroazja u fl-Italja u jaffettwa firxa wiesgħa ta’ speċijiet tal-pjanti, bħall-pjanti taċ-ċitru, tat-tuffieħ, tad-dwieli, tar-rummien, u pjanti ornamentali.

(3)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1927 3 jistabbilixxi l-miżuri għat-trażżin tal-pest speċifikat f’ċerti żoni demarkati għat-trażżin u elenka dawk iż-żoni fil-Greċja, fi Franza, fil-Kroazja u fl-Italja.

(4)Mill-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament, l-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 wrew li l-eradikazzjoni tal-pest speċifikat fiż-żoni demarkati għall-eradikazzjoni fil-kontej ta’ Dubrovnik Neretva, Primorje-Gorski u Split Dalmatia fil-Kroazja, f’Occitanie u Provence Alpes Côte d’Azur fi Franza, fl-Unitajiet Reġjonali ta’ Achaia, Argolida u Corinthia, u r-Reġjun ta’ Attica fil-Greċja, u fir-reġjuni ta’ Abruzzo, Basilicata, Emilia-Romagna, Lazio, il-Lombardija, Marche, Apulia, Sqallija u t-Toskana fl-Italja, m’għadux possibbli.

(5)Barra minn hekk, peress li ż-żona ta’ lqugħ li tinsab fi Provence Alpes Côte d’Azur testendi fit-territorju tal-Italja, u tkopri parti mill-muniċipalità ta’ Ventimiglia, jenħtieġ li dik il-parti taż-żona ta’ lqugħ tiġi inkluża wkoll fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1927.

(6)Konsegwentement, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1927 jiġi emendat biex jinkludi dawk iż-żoni demarkati ġodda għat-trażżin.

(7)Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1927

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1927 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2.6.2025

   Għall-Kummissjoni

   Il-President
   Ursula VON DER LEYEN

(1)    ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4. ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj .
(2)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj ).
(3)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1927 tal-11 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi l-miżuri għat-trażżin ta’ Aleurocanthus spiniferus (Quaintance) f’ċerti żoni demarkati (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 72; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1927/oj ).
Top

MT

ANNESS

“ANNESS I

1. Il-Greċja

Numru taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

1.

Żona infestata

Unità Reġjonali ta’ Thesprotia

Igoumenitsas, Souliou, Filiaton

Żona ta’ lqugħ

Unità Reġjonali ta’ Ioannina

Zitsas, Dodonis, Pogoniou

2.

Żona infestata

Unità Reġjonali ta’ Preveza

Zirou, Pargas, Prevezas

Żona ta’ lqugħ

Unità Reġjonali ta’ Ioannina

Dodonis

3.

Żona infestata

Unità Reġjonali ta’ Arta

Artaion, Nikolaou Skoufa

Żona ta’ lqugħ

Unità Reġjonali ta’ Arta

Georgiou Karaiskaki, Kentrikon Tzoumerkon

4.

Żona infestata

Unità Reġjonali ta’ Aitoloakarnania

Navpaktias, Thermou, Xiromerou, Aktiou – Vonitsas, Amfilohias, Mesologgiou, Agriniou

Żona ta’ lqugħ

Unità Reġjonali ta’ Fokida

Doridos

Unità Reġjonali ta’ Evritania

Karpenisiou, Agrafon

5.

Żona infestata

Gżejjer Jonji

Korfù (1)

6.

Żona infestata

Unità Reġjonali ta’ Achaia

Aigialeia, Erymanthos, Kalavryta, Patras, Dytiki Achaia

Żona ta’ lqugħ

Unità reġjonali ta’ Ileia

Archaia Olympia, Andravida-Kyllini, Ilida

Żona ta’ lqugħ

Unità reġjonali ta’ Arcadia

Gortynia, Tripoli

7.

Żona infestata

Unità reġjonali ta’ Corinthia

Corinthos, Loutraki-Perachora-Agioi Theodoroi, Nemea, Velo-Vocha, Xylokastro-Evrostina

Żona ta’ lqugħ

Unità reġjonali ta’ Arcadia

Tripoli

8.

Żona infestata

Ir-Reġjun ta’ Attica

Ir-Reġjun sħiħ

Żona ta’ lqugħ

Unità Reġjonali ta’ Boiotia

Tanagra, Thebes

9.

Żona infestata

Unità reġjonali ta’ Argolida

Argos-Mykines, Epidauros, Ermionida, Nafplio

Żona ta’ lqugħ

Unità reġjonali ta’ Arcadia

Voreia Kynouria

(1) L-ebda żona ta’ lqugħ peress li l-gżira kollha hija infestata.

2. Franza

Numru taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

1

Żona infestata

Occitanie

Aigues-Mortes, Aigues-Vives, Aimargues, Aubais, Aubord, Aujargues, Baillargues, Beauvoisin, Bernis, Boisseron, Boissières, Bouillargues, Caissargues, Calvisson, Candillargues, Castelnau-le-Lez, Castries, Caveirac, Clapiers, Clarensac, Codognan, Congénies, Entre-Vignes, Fons, Fontanès, Gajan, Gallargues-le-Montueux, Garons, Générac, Grabels, Jacou, Junas, Juvignac, La Calmette, La Grande-Motte, La Rouvière, Langlade, Lansargues, Lattes, Le Cailar, Le Crès, Le Grau-du-Roi, Lunel, Lunel-Viel, Marguerittes, Marsillargues, Mauguio, Milhaud, Montferrier-sur-Lez, Montignargues, Montpellier, Montpezat, Mudaison, Mus, Nages-et-Solorgues, Nîmes, Parignargues, Pérols, Rodilhan, Saint-Aunès, Saint-Bauzély, Saint-Brès, Saint-Chaptes, Saint-Clément-de-Rivière (il-parti tan-Nofsinhar), Saint-Côme-et-Maruéjols, Saint-Dionisy, Saint-Geniès-de-Malgoirès, Saint-Geniès-des-Mourgues, Saint-Georges-d'Orques, Saint-Gilles, Saint-Just, Saint-Laurent-d'Aigouze, Saint-Mamert-du-Gard, Saint-Nazaire-de-Pézan, Saint-Sériès, Saturargues, Saussines, Sauzet, Sommières, Souvignargues, Uchaud, Vailhauquès, Valergues, Vauvert, Vendargues, Vergèze, Vestric-et-Candiac, Villetelle, Villevieille

Żona ta’ lqugħ

Occitanie

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Argelliers, Aspères, Assas, Beaulieu, Bellegarde, Bezouce, Boucoiran-et-Nozières, Bourdic, Brignon, Buzignargues, Cabrières, Campagne, Castelnau-Valence, Collorgues, Combaillaux, Combas, Crespian, Dions, Domessargues, Fabrègues, Fourques, Gailhan, Galargues, Garrigues-Sainte-Eulalie, Guzargues, Lavérune, Lecques, Manduel, Mauressargues, Meynes, Montagnac, Montarnaud, Montaud, Montmirat, Moulézan, Moussac, Murles, Murviel-lès-Montpellier, Orthoux-Sérignac-Quilhan, Palavas-les-Flots, Pignan, Poulx, Prades-le-Lez, Redessan, Restinclières, Saint-Clément, Saint-Clément-de-Rivière (il-parti tat-Tramuntana), Saint-Dézéry, Saint-Drézéry, Sainte-Anastasie, Saint-Gély-du-Fesc, Saint-Gervasy, Saint-Hilaire-de-Beauvoir, Saint-Jean-de-Cornies, Saint-Jean-de-Védas, Saint-Vincent-de-Barbayrac, Salinelles, Sanilhac-Sagriès, Sardan, Sussargues, Teyran, Vic-le-Fesq, Villeneuve-lès-Maguelone, Viols-le-Fort

Provence Alpes Côte d'Azur

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Arles, Saintes-Maries-de-la-Mer

2

Żona infestata

Provence Alpes Côte d'Azur

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Castellar, Gorbio, Menton, Roquebrune Cap Martin

Żona ta’ lqugħ

Provence Alpes Côte d'Azur

Il-belt ta’ Menton (ħlief iż-żoni infestati)

u

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Castellar, Castillon, Gorbio, Roquebrune Cap Martin, Peille, Sainte-Agnès

3

Żona infestata

Provence Alpes Côte d'Azur

Parti mill-muniċipalità ta’ Draguignan

Żona ta’ lqugħ

Provence Alpes Côte d'Azur

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Draguignan u Trans en Provence

3. Il-Kroazja

Numru taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

Muniċipalità

Muniċipalità katastali

1.

Żona infestata

Il-Kontea ta’ Dubrovnik Neretva

Konavle

Vitaljina, Gruda, Đurinići, Palje Brdo, Ljuta, Lovorno, Zastolje, Pločice

Dubrovačko Primorje

Slano

Grad Dubrovnik

Zaton

Opuzen

Opuzen I., Opuzen II.

Rijeka

Komin, Plina

Slivno

Vlaka - Tuštevac

Żona ta’ lqugħ

Il-Kontea ta’ Dubrovnik Neretva

Konavle

Poljice, Vodovađa, Dubravka, Dunave, Popovići, Komaji, Pridvorje, Radovčići, Kuna Konavoska

Grad Dubrovnik

Grad Dubrovnik, Obuljeno, Sustjepan, Petrovo Selo, Osojnik, Orašac, Gromača, Ljubač, Koločep, Mokošica

Dubrovačko Primorje

Majkovi Donji, Majkovi Gornji, Banići, Trnova, Mravinjica

Rijeka

Baćina, Ploče, Rogotin, Struge, Pasičina

Kula Norinska

Desne, Metković, Krvavac II., Borovci

Zažablje

Vidonje

Opuzen

Opuzen

Slivno

Slivno, Pižinovac-Lovorje

Pojezerje

Kobiljača, Otrić-Seoci

2.

Żona infestata

Il-Kontea ta’ Split Dalmatia

Jelsa

Jelsa, Vrisnik, Pitve, Svirče, Vrboska

Milna

Milna

Sutivan

Sutivan

Bobovišća

Bobovišća

Supetar

Mirca, Supetar

Sućuraj

Bogomolje

Starigrad

Stari Grad

Postira

Dol

Hvar

Hvar

Podgora

Podgora

Tučepi

Tučepi

Baška Voda

Baška Voda

Brela

Brela

Makarska

Makarska, Bast – Baška Voda

Stari Grad

Dol

Vrbanj

Vrbanj

Vis

Vis

Supetar

Bol

Dugi Rat

Duće

Omiš

Omiš, Tugare, Lokva Rogoznica

Żona ta’ lqugħ

Il-Kontea ta’ Split Dalmatia

Marina

Marina, Blizna, Mitlo Vinovac, Sevid

Šolta

Gornje Selo

Nerežišća

Dračevica, Donji Humac, Gornji Humac, Nerežišća

Supetar

Splitska, Škrip, Pražnica, Selca

Hvar

Brusje, Grablje

Jelsa

Zastražišće, Gdinj

Sućuraj

Sućuraj

Omiš

Slime, Čisla, Dubrava, Gata, Grabovac, Jesenice, Kostanje, Kučiće, Svinište, Zakučac, Zvečanje, Lećevica

Šestanovac

Grabovac

Zagvozd

Zagvozd, Župa

Makarska

Veliko Brdo, Kotišina, Gradac

Vrgorac

Kozica, Raštane

Podgora

Igrane, Drašnice

Split

Sitno, Srinjine, Gornja Podstrana, Donja Podstrana

Vis

Komiža

3.

Żona infestata

Il-Kontea ta’ Šibenik Knin

Rogoznica

Rogoznica

Żona ta’ lqugħ

Il-Kontea ta’ Šibenik Knin

Primošten

Primošten

Marina

Račice, Sevid

4.

Żona infestata

Il-Kontea ta’ Primorje – Gorski Kotar

Punat

Punat

Żona ta’ lqugħ

Il-Kontea ta’ Primorje – Gorski Kotar

Baška

Batomalj, Draga Bašćanska

Krk

Kornić, Krk

Punat

Stara Baška

Vrbnik

Vrbnik

4. L-Italja

a. Żoni demarkati taħt it-trażżin

Numru taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

1.Il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno

Żona infestata

Marche

San Benedetto del Tronto, Grottammare

Parti mill-muniċipalità ta’ Cupra Marittima fin-Nofsinhar tal-kanal fid-distrett ta’ Boccabianca

2.

Żona ta’ lqugħ

Marche

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Acquaviva Picena, Cupra Marittima Massignano, Cupra Marittima, Ripatransone, Acquaviva Picena, Monteprandone, Ripatransone

3.

Abruzzo

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Colonnella, Martinsicuro

4.Province Di Ancona and Province Macerata (Area Litoranea)

Żona infestata

Marche

Ancona, Civitanova, Falconara Marittima, Loreto, Montecosaro, Montemarciano, Numana, Porto Recanati, Potenza Picena,Senigallia, Sirolo

5.

Żona ta’ lqugħ

Marche

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Agugliano, Belvedere Ostrense, Camerano, Camerata Picena, Castel Colonna, Castelfidardo, Chiaravalle, Mondolfo, Monte San Giusto, Monte San Vito, Montegranaro, Montelupone, Monterado, Morro D'Alba, Morrovalle, Offagna, Osimo, Ostra, Polverigi, Porto Sant'Elpidio, Recanati, Sant'Elpidio a Mare

6.Lazio

Żona infestata

Lazio

Il-muniċipalitajiet kollha mill-provinċji ta’ Roma u Latina

7.

Żona ta’ lqugħ

Lazio

Il-muniċipalitajiet kollha mill-provinċji ta’ Rieti, Viterbo u Frosinone

8.Campania

Żona infestata

Campania

Afragola, Agropoli, Aversa, Caivano, Capua, Cardito, Casagiove, Casalvelino, Casoria, Castellabate, Cava dei Tirreni, Crispano, Ercolano, Falciano del Massico, Forchia, Forio, Francolise, Frattamaggiore, Frattaminore, Giugliano in Campania, Maddaloni, Marcianise, Massa Lubrense, Napoli, Nocera Inferiore, Nocera Superiore, Nola, Ottaviano, Palma Campania, Piana di Monte Verna, Pontecagnano Faiano, Portici, Quarto, Salerno, San Gennaro Vesuviano, San Giuseppe Vesuviano, San Paolo Belsito, San Salvatore Telesino, Saviano

9.

Żona ta’ lqugħ

 Campania

Il-muniċipalitajiet kollha mill-provinċji ta’ Benevento, Caserta, Napoli u Salerno

10.Carpenedolo (BS)

Żona infestata

 

Lombardia

Carpenedolo, Calvisano

11.

Żona ta’ lqugħ

Lombardia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Acquafredda, Calcinato, Ghedi, Gottolengo, Isorella, Lonato del Garda, Montichiari, Visano

12.Castel Goffredo (MN)

Żona infestata

 

Lombardia

Castel Goffredo, Castiglione delle Stiviere

13.

Żona ta’ lqugħ

Lombardia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Asola, Casaloldo, Casalmoro, Ceresara, Guidizzolo, Medole, Solferino

14.Quistello (MN)

Żona infestata

Lombardia

Borgocarbonara, Magnacavallo, Quingentole, Schivenoglia.

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Moglia, Ostiglia, Poggio Rusco, Quistello, San Giacomo delle Segnate, Sermide e Felonica

15.

Żona ta’ lqugħ

Lombardia

San Giovanni del Dosso

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Borgo Mantovano, Gonzaga, Pegognaga, San Benedetto Po, Serravalle a Po, Sustinente, Moglia, Ostiglia, Poggio Rusco, Quistello, San Giacomo delle Segnate, Sermide e Felonica

16.Bergamo (BG)

Żona infestata

Lombardia

Bergamo, Azzano San Paolo, Grassobbio, Orio al Serio, Seriate, Zanica

17.

Żona ta’ lqugħ

Lombardia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Albano Sant`Alessando; Almè; Bagnatica; Brusaporto; Calcinate; Cavernago; Comun Nuovo; Curno; Dalmine; Gorle; Lallio; Mozzo; Paladina; Pedrengo; Ponteranica; Ranica; San Paolo D`Argon; Scanzorosciate; Sorisole; Stezzano; Torre Boldone; Torre De` Roveri; Treviolo; Urgnano; Valbrembo; Villa D`Almè

18.San Colombano Al Lambro (MI)

Żona infestata

Lombardia

San Colombano al Lambro

19.

Żona ta’ lqugħ

Lombardia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Borghetto Lodigiano, Livraga, Graffignana, Orio Litta, Chignolo Po, Miradolo Terme

20.Pantigliate (MI)

Żona infestata

Lombardia

Pantigliate, Peschiera Borromeo

Parti mill-muniċipalità ta’ Milano (it-territorju kollu inkluż fil-Muniċipju 4)

21.

Żona ta’ lqugħ

 Lombardia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Mediglia, Rodano, Paullo, Pioltello, San Donato Milanese, San Giuliano Milanese, Segrate, Settala, Tribiano u parti mill-muniċipalità ta’ Milano (parti mit-territorju inkluż fil-muniċipji 2, 3, 5, 6, 7, 8, 9)

22.Arenzano

Żona infestata

Liguria

Parti mill-muniċipalità ta’ Arenzano, it-territorju inkluż fil-“Parco Cambiaso”

23.

Żona ta’ lqugħ

Liguria

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalitajiet ta’ Arenzano u Cogoleto

24.Luni/Castelnuovo Magra

Żona infestata

Liguria

Il-kwartieri li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Castelnuovo Magra: Provasco, Colombiera, Molicciara; u l-kwartieri li ġejjin fil-muniċipalità ta’ Luni: Dogana, Isola, Casano

25.

Żona ta’ lqugħ

Liguria

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalitajiet ta’ Ameglia, Castelnuovo Magra, Luni, Sarzana

26.

Toscana

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalitajiet ta’ Carrara, Fosdinovo

27.Martinsicuro

Żona infestata 

Abruzzo

Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Martinsicuro

28.

Żona ta’ lqugħ

Abruzzo

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Martinsicuro

29.Cepagatti

Żona infestata 

Abruzzo

Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Cepagatti

30.

Żona ta’ lqugħ

Abruzzo

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Cepagatti

31.Tortoreto

Żona infestata 

Abruzzo

Parti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Tortoreto

32.

Żona ta’ lqugħ

Abruzzo

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Tortoreto

33.Chieti

Żona infestata 

Abruzzo

Prti mit-territorju tal-muniċipalità ta’ Chieti

34.

Żona ta’ lqugħ

Abruzzo

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Chieti

35.Matera

Żona infestata 

Basilicata

Parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Bernalda, Montalbano Jonico, Montescaglioso, Pisticci, Policoro, Rotondella, Scanzano Jonico, Stigliano, Tursi

36.

Żona ta’ lqugħ

Basilicata

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet ta’ Tursi, Stigliano, Montalbano jonico, Pisticci, Montescaglioso, Bernalda, Scanzano Jonico, Policoro, Rotondella

37.

Puglia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Ginosa

38.Reggio Emilia- Modena-Bologna-Ferrara 

Żona infestata

Emilia-Romagna

Bastiglia, Bomporto, Calderara Di Reno, Camposanto, Castelfranco Emilia, Castelnuovo Rangone, Cavezzo, Formigine, Medolla, Modena, Nonantola, Ravarino, Rubiera, Sala Bolognese, San Cesario Sul Panaro, San Giovanni In Persiceto, San Possidonio, San Prospero, Sant'agata Bolognese, Soliera, Spilamberto

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Anzola Dell`Emilia, Argelato, Bologna, Campogalliano, Carpi, Casalgrande, Castel Maggiore, Castello D`Argile, Castelvetro Di Modena, Cento, Concordia Sulla Secchia, Correggio, Crevalcore, Finale Emilia, Fiorano Modenese, Maranello, Marano Sul Panaro, Mirandola, Novi Di Modena, Pieve Di Cento, Reggio Nell`Emilia, San Felice Sul Panaro, San Giorgio Di Piano, San Martino In Rio, Sassuolo, Savignano Sul Panaro, Scandiano, Valsamoggia, Vignola

39.

Żona ta’ lqugħ

Emilia-Romagna

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Anzola Dell`Emilia, Argelato, Bentivoglio, Bologna, Calderara Di Reno, Campogalliano, Carpi, Casalgrande, Castel Maggiore, Castello D`Argile, Castelvetro Di Modena, Cento, Concordia Sulla Secchia, Correggio, Crevalcore, Finale Emilia, Fiorano Modenese, Granarolo Dell`Emilia, Guiglia, Maranello, Marano Sul Panaro, Mirandola, Novi Di Modena, Pieve Di Cento, Reggio Nell`Emilia, Rio Saliceto, San Felice Sul Panaro, San Giorgio Di Piano, San Martino In Rio, San Pietro In Casale, Sassuolo, Savignano Sul Panaro, Scandiano, Valsamoggia, Vignola, Zola Predosa

40.Ravenna-Bologna 

Żona infestata

Emilia-Romagna

Castel Bolognese, Solarolo, Cotignola.

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Bagnacavallo, Bagnara di Romagna, Brisighella, Faenza, Imola, Lugo, Mordano, Riolo Terme, Russi

41.

Żona ta’ lqugħ

Emilia-Romagna

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Bagnacavallo, Bagnara Di Romagna, Brisighella, Dozza, Faenza, Forlì, Imola, Lugo, Mordano, Riolo Terme, Russi, Sant'Agata Sul Santerno

42.Forlì - Cesena

Żona infestata

Emilia-Romagna

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Longiano, San Mauro Pascoli, Savignano Sul Rubicone

43.

Żona ta’ lqugħ

Emilia-Romagna

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Cesena, Gambettola, Gatteo, Longiano, San Mauro Pascoli, Santarcangelo Di Romagna, Savignano Sul Rubicone

44.Parma

Żona infestata

Emilia-Romagna

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Montechiarugolo, Parma

45.

Żona ta’ lqugħ

Emilia-Romagna

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Collecchio, Felino, Montechiarugolo, Parma, Traversetolo

46.Ravenna 2

Żona infestata

Emilia-Romagna

Parti mill-muniċipalità ta’ Ravenna, madwar il-park ta’ Theodoric’s Mausoleum

47.

Żona ta’ lqugħ

Emilia-Romagna

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Ravenna

48.Ravenna 3

Żona infestata

Emilia-Romagna

Parti mill-muniċipalità ta’ Ravenna, madwar Porto Corsini

49.

Żona ta’ lqugħ

Emilia-Romagna

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Ravenna

50.Catania

Żona infestata

Sicilia

Parti mill-muniċipalità ta’ Catania

51.

Żona ta’ lqugħ

Sicilia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Catania Tremestieri etneo

52.Caltagirone

Żona infestata

Sicilia

Parti mill-muniċipalità ta’ Caltagirone

53.

Żona ta’ lqugħ

Sicilia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalitajiet ta’ Caltagirone, Grammichele

54.Siracusa

Żona infestata

Sicilia

Parti mill-muniċipalità ta’ Siracusa

55.

Żona ta’ lqugħ

Sicilia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalitajiet ta’ Siracusa, Melilli

56.Grammichele

Żona infestata

Sicilia

Parti mill-muniċipalità ta’ Grammichele

57.

Żona ta’ lqugħ

Sicilia

2 km madwar iż-żona infestata tal-muniċipalità ta’ Grammichele, li taqa’ parzjalment fil-muniċipalitajiet ta’ Grammichele, Mineo, Caltagirone, Licodia Eubea

58.Messina

Żona infestata

Sicilia

Parti mill-muniċipalità ta’ Messina

59.

Żona ta’ lqugħ

Sicilia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Messina

60.Caltanissetta

Żona infestata

Sicilia

Parti mill-muniċipalità ta’ Caltanissetta

61.

Żona ta’ lqugħ

Sicilia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Caltanissetta

62.Mineo

Żona infestata

Sicilia

Parti mill-muniċipalità ta’ Mineo

63.

Żona ta’ lqugħ

Sicilia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalitajiet ta’ Mineo, Grammichele, Ramacca, Palagonia

64.Palermo

Żona infestata

Sicilia

Parti mill-muniċipalità ta’ Palermo

Żona ta’ lqugħ

Sicilia

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Palermo

65.Prato

Żona infestata

Toscana

Parti mill-muniċipalitajiet ta’ Prato, Calenzano, Campi Bisenzio

66.

Żona ta’ lqugħ

Toscana

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet ta’ Prato, Calenzano, Campi Bisenzio, Sesto Fiorentino, Montemurlo, Poggio a Caiano, Carmignano, Quarrata, Agliana

67.Castagneto Carducci

Żona infestata

Toscana

Parti mill-muniċipalità ta’ Castagneto Carducci

68.

Żona ta’ lqugħ

Toscana

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Castagneto Carducci

69.Firenze

Żona infestata

Toscana

Parti mill-muniċipalità ta’ Firenze

70.

Żona ta’ lqugħ

Toscana

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalità ta’ Firenze, Fiesole

71.Monte Argentario

Żona infestata

Toscana

Parti mill-muniċipalità ta’ Monte Argentario

72.

Żona ta’ lqugħ

Toscana

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalitajiet ta’ Monte Argentario, Orbetello

73.Carrara

Żona infestata

Toscana

Parti mill-muniċipalità ta’ Carrara

74.

Żona ta’ lqugħ

Toscana

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalitajiet ta’ Carrara, Massa, Fosdinovo

75.Pisa

Żona infestata

Toscana

Parti mill-muniċipalità ta’ Pisa

Żona ta’ lqugħ

Toscana

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ parzjalment fil-muniċipalitajiet ta’ Pisa, San Giuliano Terme, Cascina

76.Castelmassa 

Żona infestata

 

Veneto  

Castelmassa u Castelnovo Bariano

Żona ta’ lqugħ

Veneto

2 km madwar iż-żona infestata li taqa’ f’parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Bergantino, Calto, Castagnaro, Ceneselli, Giacciano con Baruchella, Melara, Legnago, Villa Bartolomea

77.Puglia

Żona infestata

Puglia

Il-muniċipalitajiet kollha tal-provinċja ta’ Lecce; u

San Giorgio Ionico, Monopoli, Massafra, Mottola, Palagianello, Rodi Garganico, Avetrana, Castellaneta, Laterza, Sava, Cerignola, Fasano, San Michele Salentino, Palagiano, Polignano a Mare, Ginosa, Lizzano, Montemesola, Francavilla Fontana

Żona ta’ lqugħ

Puglia

Il-muniċipalitajiet kollha mill-provinċja ta’ Taranto ħlief Avetrana, Castellaneta, Ginosa, Laterza, Lizzano, Massafra, Montemesola, Mottola, Palagianello, Palagiano, San Giorgio Ionico, Sava.

Il-muniċipalitajiet kollha mill-provinċja ta’ Bari ħlief Monopoli, Polignano a Mare;

Il-muniċipalitajiet kollha mill-provinċja ta’ Foggia ħlief Cerignola, Rodi Garganico;

Il-muniċipalitajiet kollha mill-provinċja ta’ Brindisi ħlief Fasano, San Michele

b. Estensjoni taż-żoni ta’ lqugħ fit-territorju tal-Italja minħabba d-demarkazzjoni fi Franza:

Numru/isem taż-żona demarkata (ŻD)

Żona taż-ŻD

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

1.

Żona ta’ lqugħ

Liguria

Parti mill-muniċipalità ta’ Ventimiglia li taqa’ fiż-żona ta’ 2 km madwar iż-żona infestata taż-żona demarkata numru 2 ta’ Franza (Provence Alpes Côte d’Azur, inkluża parti mill-muniċipalitajiet ta’ Castellar, Gorbio, Menton, Roquebrune Cap Martin)

Top