Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C(2025)3066

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../... li jemenda r-Regolament (UE) 2019/125 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

C/2025/3066 final

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-ATT DELEGAT

L-objettiv tar-Regolament (UE) 2019/125 (“ir-Regolament”) dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra 1 huwa li jipprevjeni, f’pajjiżi barra l-UE, il-piena kapitali, minn naħa waħda, u t-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, min-naħa l-oħra.

Jiddistingwi bejn:

- oġġetti li huma abbużivi b’mod inerenti u li bl-ebda mod ma għandhom jiġu nnegozjati (l-Anness II); u

- oġġetti li jista’ jkollhom użi leġittimi, bħal tagħmir tal-infurzar tal-liġi (l-Anness III) u oġġetti għal użu terapewtiku (l-Anness IV).

Il-kummerċ ta’ oġġetti elenkati fl-Annessi III u IV għandu jkun soġġett għal kontroll effettiv meta jiġu esportati mill-Unjoni Ewropea jew jgħaddu minnha jew jiġu kkonsenjati lil pajjiż terz bħala riżultat ta’ servizzi ta’ senserija jew assistenza teknika.

Ir-Regolament tfassal biex ikun “strument ħaj”, li jinkorpora mekkaniżmi li jippermettu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni jwieġbu b’mod kollettiv għall-bidliet fis-suq tas-sigurtà internazzjonali u fin-natura tal-użu u l-użu ħażin tat-tagħmir tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll jikkunsidraw l-iżviluppi teknoloġiċi fil-kummerċ.

Il-lista ta’ oġġetti deskritti fir-Regolament jeħtieġ li tibqa’ aġġornata sabiex twieġeb, minn naħa waħda, għall-bidliet fis-suq tas-sigurtà internazzjonali fejn l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq qed iseħħu ta’ spiss u, min-naħa l-oħra, għall-bidliet fl-użu, u l-użu ħażin, tat-tagħmir tal-infurzar tal-liġi kif innutat fir-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni tal-2020 2 . Biex jibqa’ adattat għall-iskop tiegħu, ir-Regolament jeħtieġ ukoll li jwieġeb għax-xejriet u l-isfidi emerġenti osservati f’dawn l-aħħar snin fir-rigward tat-tortura ekstrakustodjali u t-trattament ħażin fil-kuntest tar-repressjoni ta’ protesti paċifiċi. F’dawn l-aħħar snin, l-hekk imsejħa armi inqas letali, inklużi l-isprej tal-bżar, il-kanuni tal-ilma, u l-balal tal-gomma, regolarment intużaw ħażin mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f’xi pajjiżi biex irażżnu d-dissens u jsikktu d-dimostranti paċifiċi, bir-riżultat ikun għadd dejjem ikbar ta’ ċittadini li weġġgħu serjament jew inqatlu. Id-dimostranti f’xi partijiet tad-dinja qed ikunu dejjem aktar soġġetti għal użu eċċessiv, illegali jew mhux meħtieġ tal-forza 3 .

Il-lista attwali ta’ oġġetti ġiet aġġornata l-aħħar bir-Regolament (UE) 2016/2134 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra 4 .

Dan l-att delegat jippreżenta emendi fil-lista tal-oġġetti deskritti fl-Anness II u fl-Anness III. L-Anness II jinkludi oġġetti li ma għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop tal-piena kapitali jew għall-fini ta’ tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. L-Anness III jinkludi l-oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini ta’ tortura jew trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti oħra:

l-oġġetti li huma primarjament użati għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi.

l-oġġetti li, meta jittieħdu f’kunsiderazzjoni d-disinn u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom, jippreżentaw riskju materjali ta’ użu għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

L-att delegat jipprojbixxi armi, apparat u tagħmir li jxerrdu sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti jew ċerti sustanzi relatati u munizzjon relatat li mhumiex adatti għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex irażżnu lill-bnedmin jew għall-fini ta’ kontroll tal-irvellijiet jew tal-awtoprotezzjoni. Barra minn hekk, l-att delegat jipprojbixxi oġġetti fejn hemm riskju għoli li jikkawżaw uġigħ jew tbatija tant severa li jistgħu jammontaw għal tortura jew trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti.

L-emendi jibnu primarjament fuq il-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni tal-2020 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-oġġetti 5 , il-ħidma tal-grupp informali ta’ esperti tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tar-Regolament, ir-rapporti mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura 6 u ta’ organizzazzjonijiet involuti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-istandards internazzjonali rilevanti f’dan il-qasam 7 . Pereżempju, ir-Regoli Standard Minimi tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri (riveduti fl-2015 u msemmija bħala r-Regoli Nelson Mandela) jipprojbixxu l-użu ta’ strumenti ta’ trażżin li huma intrinsikament degradanti jew ta’ wġigħ peress li ma jissodisfaw l-ebda skop leġittimu ta’ infurzar tal-liġi li ma jistax jinkiseb bi trażżin standard tal-idejn jew tar-riġlejn, li jispjegaw l-inklużjoni ta’ ktajjen tal-gruppi fl-Anness II, għalkemm qabel kienu inklużi fl-Anness III.

2.KONSULTAZZJONIJIET QABEL L-ADOZZJONI TAL-ATT

L-Artikolu 29(4) tar-Regolament jipprevedi li “qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 8 .”

Il-premessa 46 tar-Regolament tipprevedi li “Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet”.

Barra minn hekk, il-premessa 48 tar-Regolament tipprevedi li “Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tikkonsulta l-grupp waqt li tħejji l-atti delegati, il-konsultazzjoni jenħtieġ li ssir fir-rispett tal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet”.

Saru konsultazzjonijiet estensivi li damu għaddejjin xhur mal-esperti tal-gvern tal-Istati Membri fit-tħejjija ta’ dan l-att delegat permezz tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni Kontra t-Tortura, inkluż f’laqgħat li saru fit-23 ta’ Novembru 2023, fis-6 ta’ Ġunju 2024 u fil-5 ta’ Diċembru 2024.

L-abbozz tal-att delegat ġie ppubblikat għall-feedback mill-partijiet ikkonċernati bejn il-5 ta’ Marzu 2025 u t-2 ta’ April 2025.

B’kollox, il-Kummissjoni rċeviet sitt kontribuzzjonijiet, tlieta minnhom mingħand ċittadini privati, tnejn mingħand organizzazzjonijiet mhux governattivi u waħda mingħand kumpanija.

B’mod ġenerali, il-feedback li wasal kien pożittiv. Il-Kummissjoni nnutat il-kontribuzzjonijiet mingħand organizzazzjonijiet mhux governattivi li jesprimu appoġġ għall-inizjattiva tal-Kummissjoni kif ukoll is-suġġerimenti biex jissaħħaħ il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, li se jiġu esplorati matul ir-rapport li jmiss dwar ir-rieżami tar-Regolament kontra t-Tortura. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet nota u indirizzat il-kummenti tal-kumpanija rigward punt fl-Anness III.

3.ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-ATT DELEGAT

L-Artikolu 24 tar-Regolament jipprevedi li “l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29, biex temenda l-Annessi I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII u IX” tar-Regolament.

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta'21.5.2025

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/125 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra 9 , u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tiegħu,

Billi:

(1)Skont ir-Regolament 2019/125, kwalunkwe esportazzjoni, importazzjoni jew tranżitu ta’ oġġetti elenkati fl-Anness II għandhom ikunu pprojbiti, irrispettivament mill-oriġini ta’ dawk l-oġġetti. L-Anness II jinkludi oġġetti li ma għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop tal-piena kapitali jew għall-fini ta’ tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

(2)Skont ir-Regolament (UE) 2019/125, għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta’ dawk l-oġġetti. L-Anness III jinkludi l-oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini ta’ tortura jew trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti oħra, jiġifieri oġġetti li primarjament jintużaw għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, u oġġetti li, b’kont meħud tad-disinn u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom, jippreżentaw riskju materjali ta’ użu għat-tortura jew trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti oħra.

(3)Il-lista ta’ oġġetti stabbilita fl-Anness II u III tar-Regolament (UE) 2019/125 jeħtieġ li tibqa’ aġġornata b’reazzjoni għall-bidliet fis-suq tas-sigurtà internazzjonali fejn l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq qed iseħħu ta’ spiss u għal bidliet fl-użu, u l-użu ħażin, tat-tagħmir tal-infurzar tal-liġi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2019/125 jiġu emendati. Sabiex ikunu ffaċilitati r-referenzi għall-awtoritajiet kompetenti u għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li jiġu sostitwiti l-Annessi II u III ta’ dak ir-Regolament.

(4)L-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2019/125 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Annessi tar-Regolament.

(5)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/125 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/125 huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/125 huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21.5.2025

   Għall-Kummissjoni

   Il-President
   Ursula VON DER LEYEN

(1)

   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 1. Billi ġie emendat diversi drabi, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1) ġie sussegwentement ikkodifikat bħala r-Regolament (UE) 2019/125.

(2)    COM(2020) 343 final, 30.7.2020.
(3)    https://www.amnesty.org/en/latest/news/2022/07/protect-the-protest/
(4)    ĠU L 338, 13.12.2016, p. 1.
(5)    COM(2020) 343 final, 30.7.2020.
(6)    Ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura, “l-użu ekstrakustodjali tal-forza u l-projbizzjoni tat-tortura u trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti oħra...”, Dok. tan-NU A/72/178, 20 ta’ Lulju 2017: “Kwalunkwe użu ekstrakustodjali ta’ forza li ma jsegwix għan legali (legalità), jew li mhuwiex meħtieġ għall-kisba ta’ skop legali (neċessità), jew li jikkawża dannu eċċessiv meta mqabbel mal-għan imfittex (proporzjonalità) jikkontradixxi l-prinċipji legali internazzjonali stabbiliti li jirregolaw l-użu tal-forza minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u jammonta għal trattament jew piena krudili, inumana jew degradanti”.
(7)    Ir-Regoli Standard Minimi tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri (ir-Regoli Nelson Mandela), OHCHR, Guidance on Less-Lethal Weapons in Law Enforcement (Gwida dwar Armi Inqas Letali fl-Infurzar tal-Liġi) jew il-Manwal tan-NU dwar l-Investigazzjoni Effettiva u d-Dokumentazzjoni ta’ Tortura u ta’ Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra (Il-Protokoll ta’ Istanbul).
(8)     ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1 .
(9)    ĠU L 30, 31.1.2019, p. 1.
Top

ANNESS I

“ANNESS II

LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLI 3 U 4

Nota Introduttorja:

Il-“kodiċijiet NM” f’dan l-Anness jirreferu għall-kodiċijiet speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 1 .

Fejn il-kodiċi NM ikun preċedut minn “Ex”, l-oġġetti koperti minn dan ir-Regolament huma biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM.

Noti:

1.Il-punti 1.3 u 1.4 fit-taqsima 1 dwar oġġetti mfasslin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin ma jkoprux oġġetti tekniċi mediċi.

2.L-iskop tal-kontrolli f’dan l-Anness jenħtieġ li ma jiġix imxejjen bl-esportazzjoni ta’ kwalunkwe oġġett mhux ikkontrollat (inklużi impjanti) li jkollu fih komponent ikkontrollat jew aktar minn wieħed, meta l-komponent jew komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jkunu jistgħu jitneħħew jew jintużaw b’faċilità għal għanijiet oħrajn.

NB: Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew il-komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, huwa meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-għarfien espert teknoloġiku involuti, kif ukoll jintiżnu ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu li l-komponent jew il-komponenti kkontrollati huma l-element prinċipali tal-oġġetti li jkunu qed jiġu akkwistati.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

1.Oġġetti maħsubin għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin, kif ġej:

Ex 4421 99

Ex 8208 90 00

1.1.Forok, giljottini u xfafar għall-giljottini

Ex 8543 70 90

Ex 9401 79 00

Ex 9401 80 00

Ex 9402 10 00

1.2.Siġġijiet elettriċi għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin

Ex 9406 20 00

Ex 9406 90 38

Ex 9406 90 90

1.3.Kmamar mingħajr arja, magħmulin pereżempju mill-azzar u mill-ħġieġ, maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ gass jew sustanza letali.



Ex 8413 81 00

Ex 9018 90 50

Ex 9018 90 60

Ex 9018 90 84

1.4.Sistemi awtomatiċi għall-injezzjoni tad-drogi maħsubin għall-fini tal-eżekuzzjoni tal-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ sustanza kimika letali

2.Oġġetti li mhumiex xierqa għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex irażżnu l-bnedmin, kif ġej:

Ex 8543 70 90

2.1.Apparat għax-xokkijiet elettriċi li hu maħsub biex jintlibes fuq il-ġisem minn individwu mrażżan, bħal ċintorini, kmiem u manetti, maħsubin biex irażżnu l-bnedmin bl-amministrazzjoni ta’ xokkijiet elettriċi.

Ex 7326 90 98

Ex 7616 99 90

Ex 8301 50 00

Ex 3926 90 97

Ex 4203 30 00

Ex 4203 40 00

Ex 4205 00 90

Ex 4017 00 00

2.2.Manetti tas-saba’ l-kbir, manetti tas-swaba’, skrejjen tas-saba’ l-kbir, u tas-swaba’.

Nota:

Din il-partita tinkludi manetti u skrejjen kemm bis-snien u kemm mingħajrhom.

Ex 7326 90 98

Ex 7616 99 90

Ex 8301 50 00

Ex 3926 90 97

Ex 4203 30 00

Ex 4203 40 00

Ex 4205 00 90

Ex 6217 10 00

Ex 6307 90 98

Ex 4017 00 00

2.3.Felq bl-iżbarra, strumenti ta’ trażżin tar-riġlejn bil-piż u ktajjen tal-gruppi li jinkludu felq bl-izbarra jew strumenti ta’ trażżin tar-riġlejn bil-piż.

Noti:

1. Felq bl-iżbarra huma qajd jew ċrieki tal-għaksa b’mekkaniżmu li jsakkar, marbuta ma’ żbarra riġida li tipikament hija tal-metall.

2. Dan il-punt jinkludi felq bl-izbarra u strumenti ta’ trażżin tar-riġlejn bil-piż li huma marbuta ma’ manetti ordinarji permezz ta’ katina.

Ex 7326 90 98

Ex 7616 99 90

Ex 8301 50 00

Ex 3926 90 97

Ex 4203 30 00

Ex 4203 40 00

Ex 4205 00 90

Ex 6217 10 00

Ex 6307 90 98

Ex 7315 81 00

Ex 7315 82 00

Ex 7315 89 00

Ex 4017 00 00

2.4.Ktajjen ta’ gruppi

Nota:

Il-ktajjen ta’ gruppi jinkludu diversi pari ta’ manetti, manetti tar-riġlejn, ktajjen taż-żaqq, jew taħlita ta’ dawn, imwaħħla ma’ katina waħda (spiss magħmula mill-metall), li jrażżnu diversi persuni flimkien f’katina.

Ex 7326 90 98

Ex 7616 99 90

Ex 7315 81 00

Ex 7315 82 00

Ex 7315 89 00

2.5. Manetti tas-saqajn

Nota:

Il-manetti tas-saqajn huma ċrieki tal-metall mhux aġġustabbli jew trażżin tal-metall mhux aġġustabbli ieħor li jkun imwaħħal madwar l-għaksa tal-priġunier, normalment permezz ta’ arranġament ta’ bolt jew vit. Dawn jista’ jkollhom ċpiepet jew le u normalment ikunu marbuta ma’ katina. [Huma differenti mill-manetti tar-riġlejn li jistgħu jiġu aġġustati fuq l-għaksa tad-detenut (Anness III, 1.3)].

Ex 7326 90 98

Ex 7616 99 90

Ex 8301 50 00

Ex 3926 90 97

Ex 4203 30 00

Ex 4203 40 00

Ex 4205 00 90

Ex 6217 10 00

Ex 6307 90 98

Ex 4017 00 00

2.6.Manetti mfassla biex jiġu ankrati mal-ħajt, l-art jew is-saqaf

Ex 9401 61 00

Ex 9401 69 00

Ex 9401 71 00

Ex 9401 79 00

Ex 9401 80 00

Ex 9402 10 00

2.7.Siġġijiet ta’ trażżin: siġġijiet mgħammra b’qajd jew apparat ieħor biex irażżan il-bnedmin.

Nota:

Din il-partita ma tipprojbix is-siġġijiet mgħammra biss b’ċineg jew ċintorini

Ex 9402 90 00

Ex 9403 20 80

Ex 9403 50 00

Ex 9403 60 00

Ex 9403 89 00

2.8.Twavel tal-qajd u sodod tal-qajd: twavel u sodod bil-qajd jew apparat ieħor li jrażżan il-bnedmin.

Nota:

Din il-partita ma tipprojbix twavel u sodod mgħammra biss b’ċineg jew ċintorini

Ex 9402 90 00

Ex 9403 50 00

Ex 9403 60 00

Ex 9403 70 00

Ex 9403 89 00

2.9.Sodod bil-gaġġa: sodod li jinkludu gaġġa (erba’ ġnub u saqaf) jew struttura simili li tagħlaq bniedem fil-konfini tas-sodda, bis-saqaf jew ġenb wieħed jew aktar tas-sodda li huma mgħammrin bi żbarri metalliċi jew oħrajn, u li jkunu jistgħu jinfetħu biss minn barra

Ex 9402 90 00

Ex 9403 20 20

Ex 9403 50 00

Ex 9403 60 90

Ex 9403 70 00

Ex 9403 89 00

2.10.Sodod bix-xibka: sodod li għandhom gaġġa (erba’ ġnub u saqaf) jew struttura simili li tagħlaq bniedem fil-konfini tas-sodda, bis-saqaf jew ġenb wieħed jew aktar tas-sodda li jkollhom xibka, u li jkunu jistgħu jinfetħu biss minn barra

Ex 6505 00 10

Ex 6505 00 90

Ex 6506 91 00

Ex 6506 99 10

Ex 6506 99 90

Ex 6217 10 00

Ex 6307 90 98

2.11.Braneż u blindfolds iddisinjati biss għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi biex jimblukkaw il-vista u/jew jagħlqu l-wiċċ ta’ persuna/detenut, inklużi tali braneż u blindfolds meta konnessi permezz ta’ katina ma’ manetti ordinarji jew sistemi ta’ trażżin oħrajn.

Nota:

Din il-partita ma tinkludix braneż tal-bżieq li huma kkontrollati fl-Anness III 1.4.

3.Apparat portabbli li mhuwiex addattat għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew tal-awtoprotezzjoni, kif ġej:

Ex 9304 00 00

3.1.Lembubi magħmulin mill-metall jew materjal ieħor li jkollhom xaft b’ponot tal-metall

Ex 7326 90 98

Ex 4205 00 90

Ex 6602 00 00

Ex 7326 90 98

Ex 7806 00 80

Ex 4203 29 90

Ex 4015 19 00

3.2.Lembubi jew lembubi mwieżna mlibbsin ġilda ħoxna jew lastku b’piż addizzjonali ddisinjat biex iżid l-impatt kinetiku fuq il-persuna fil-mira u ngwanti ppeżati jew apparat simili ieħor

Noti

Lembuba mwieżna: Apparat ċatt li jikkonsisti minn metall (azzar molla) imlibbes ġilda jew lastku oħxon u li jintuża biex persuna tissawwat jew tingħata daqqiet; jew lembuba qasira li tikkonsisti f’azzar molla mdawwar bil-ġilda, xi drabi ppeżata f’tarf minnhom biċ-ċomb, u użata biex jingħataw daqqiet lil persuna.

L-ingwanti ppeżati normalment ikunu magħmula mill-ġilda u fuq l-għadam, is-swaba’, jew il-wara tal-id ikollhom trab tal-azzar jew ċomb meħjutin fil-materjal.

Ex 4421 91 00

Ex 4421 99 99

Ex 3926 90 97

Ex 6602 00 00

3.3.Lathis

Nota: Lathis huma lembubi flessibbli twal (b’aktar minn 1 m f’tul), tradizzjonalment magħmula mill-injam jew mill-bambù iżda wkoll mill-polikarbonat tat-tip użat bħala arma mill-uffiċjali tal-pulizija.

Ex 3926 90 97

Ex 7326 90 98

3.4.Tarki b’ponot tal-metall

Ex 3926 20 00

Ex 7326 90 98

Ex 7616 99 90

Ex 4017 00 00

3.5.Korazza tal-ġisem b’tappini bil-ponta jew serrazzjonijiet magħmula mill-metall jew materjal iebes ieħor.

Nota: Din il-partita ma tikkontrollax korazzi tal-ġisem b’sistemi li jerfgħu t-tagħbija li fihom partijiet magħmula mill-metall jew materjal iebes ieħor użat biex jitwaħħal jew jinġarr tagħmir.

4.Frosti kif ġej:

Ex 6602 00 00

4.1.Frosti oħra b’aktar minn siegla jew strixxa waħda, bħal sawwatiet jew cats o’nine tails.

Ex 6602 00 00

4.2.Frosti li jkollhom siegla jew strixxa waħda jew aktar li magħhom ikollhom snanar, ganċijiet, tappini bil-ponta, wajer tal-metall jew oġġetti simili li jsaħħu l-impatt tas-siegla jew tal-istrixxa.

Ex 6602 00 00

4.3.“Sjamboks”

Nota:

Din il-partita tirreferi għal tip ta’ frosta tqila, tradizzjonalment magħmula mill-ġilda, jew minn materjali oħra, bħall-plastik. Din il-partita ma tkoprix strumenti użati tradizzjonalment għall-merħla tal-annimali.

5.Armi u tagħmir li jxerrdu sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti jew projettili tal-impatt u munizzjon relatat li mhumiex adatti għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-fini ta’ kontroll tal-irvellijiet jew tal-awtoprotezzjoni.

Ex 8424 20 00

Ex 8424 89 70

Ex 9304 00 00

5.1.Tagħmir fiss għat-tixrid ta’ sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti fi spazji magħluqin, li jista’ jitwaħħal mal-ħajt jew ma’ saqaf ġo bini, jinkludi kaxxetta ta’ aġenti kimiċi irritanti jew inkapaċitanti u jiġu attivati permezz ta’ sistema ta’ kontroll mill-bogħod.

Nota: Din il-partita tirreferi għal tagħmir jew apparat tat-tip użat fil-ħabsijiet u postijiet oħra ta’ detenzjoni. Mhuwiex ipprojbit tagħmir fiss iddisinjat għat-tixrid ta’ sustanzi tas-satar (bħal fwar tal-ilma jew ċpar), li ma jikkawżawx ħsara fiżika diretta, użati fi spazji kummerċjali jew privati magħluqa għall-iskop ta’ prevenzjoni tas-serq.

Ex 9301 10 00

Ex 9301 20 00

Ex 9301 90 00

Ex 9302 00 00

Ex 9303 10 00

Ex 9303 20 10

Ex 9303 20 95

Ex 9303 30 00

Ex 9303 90 00

Ex 9304 00 00

Ex 9306 21 00

Ex 9306 29 00

Ex 9306 30 10

Ex 9306 30 30

Ex 9306 30 90

Ex 9306 90 10

Ex 9306 90 90

5.2.Tagħmir u projettili esplożivi għall-iddispensar ta’ kwantitajiet dannużi ta’ aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet minn pjattaformi fl-ajru.

Nota:

Din il-partita ma tikkontrollax granati tad-duħħan u ma tikkontrollax pjattaformi fl-ajru bħala tali. Din il-partita tinkludi tagħmir fejn il-mod ta’ tixrid huwa minnu nnifsu mhux preċiż, jew it-tagħmir jew il-projettili jistgħu jxerrdu ammonti ta’ aġent għall-kontroll tal-irvellijiet li huma ta’ ħsara.

ANNESS II

“ANNESS III

LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 11

Nota Introduttorja:

Il-“kodiċijiet NM” f’dan l-Anness jirreferu għall-kodiċijiet speċifikati fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.

Fejn il-kodiċi NM ikun preċedut minn “Ex”, l-oġġetti koperti minn dan ir-Regolament huma biss parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi NM.

Noti:

1.    L-iskop tal-kontrolli f’dan l-Anness jenħtieġ li ma jiġix imxejjen bl-esportazzjoni ta’ kwalunkwe oġġett mhux ikkontrollat (inklużi impjanti) li jkollu fih komponent ikkontrollat jew aktar minn wieħed, meta l-komponent jew komponenti kkontrollati jkunu l-element prinċipali tal-oġġetti u jkunu jistgħu jitneħħew jew jintużaw b’faċilità għal għanijiet oħrajn.

NB: Meta jiġi vvalutat jekk il-komponent jew il-komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, huwa meħtieġ li jintiżnu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-għarfien espert teknoloġiku involuti, kif ukoll jintiżnu ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu li l-komponent jew il-komponenti kkontrollati huma l-element prinċipali tal-oġġetti li jkunu qed jiġu akkwistati.

3.F’xi każijiet is-sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u n-numru CAS. Il-lista tapplika għal sustanzi kimiċi tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru CAS. In-numri CAS jintwerew sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta’ sustanza kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tas-sustanza kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom sustanza kimika elenkata jista’ jkollhom ukoll numri CAS differenti.

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

1.Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

Ex 7326 90 98

Ex 7616 99 90

Ex 8301 50 00

Ex 3926 90 97

Ex 4203 30 00

Ex 4203 40 00

Ex 4205 00 90

Ex 6217 10 00

Ex 6307 90 98

Ex 7315 81 00

Ex 7315 82 00

Ex 7315 89 00

Ex 4017 00 00

1.1.Qajd

Noti:

1.Qajd huma sistemi ta’ trażżin li jikkonsistu minn żewġ manetti jew ċrieki b’mekkaniżmu li jsakkar, b’katina jew żbarra li tgħaqqadhom

2.Din il-partita ma tikkontrollax is-sistemi ta’ trażżin tar-riġlejn jew il-ktajjen tal-gruppi pprojbiti bil-partiti 2.3 u 2.4 tal-Anness II

3.Dan il-punt ma jikkontrollax “manetti ordinarji”. Il-manetti ordinarji huma manetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

-id-dimensjoni kumplessiva tagħhom inkluża l-katina, imkejla mix-xifer ta’ barra ta’ manetta waħda sax-xifer ta’ barra tal-manetta l-oħra, hi bejn 150 u 280 mm meta ż-żewġ manetti jkunu msakkra;

-iċ-ċirkonferenza ta’ ġewwa ta’ kull manetta hija massimu ta’ 165 mm meta l-krikk jinsab imdaħħal fl-aħħar talja li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar;

-iċ-ċirkonferenza ta’ ġewwa ta’ kull manetta hija minimu ta’ 200 mm meta l-krikk jinsab imdaħħal fl-ewwel talja li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar; u

-il-manetti ma jkunux ġew modifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.

Ex 7326 90 98

Ex 7616 99 90

Ex 8301 50 00

Ex 3926 90 97

Ex 4203 30 00

Ex 4203 40 00

Ex 4205 00 90

Ex 6217 10 00

Ex 6307 90 98

Ex 4017 00 00

1.2Manetti individwali jew ċrieki b’mekkaniżmu li jsakkar li għandhom ċirkonferenza ikbar mill-massimu ta’ 165 mm meta l-krikk jinsab fl-aħħar talja li tidħol fil-mekkaniżmu li jsakkar.

Nota:

Din il-partita tinkludi sistemi ta’ trażżin tal-għonq u manetti jew ċrieki individwali oħra b’mekkaniżmu li jsakkar li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta’ katina.

Ex 7326 90 98

Ex 7616 99 90

Ex 8301 50 00

Ex 3926 90 97

Ex 4203 30 00

Ex 4203 40 00

Ex 4205 00 90

Ex 6217 10 00

Ex 6307 90 98

Ex 7315 81 00

Ex 7315 82 00

Ex 7315 89 00

Ex 4017 00 00

1.3Manetti tar-riġlejn

Nota:

Il-manetti tar-riġlejn huma sistemi ta’ trażżin li jikkonsistu f’żewġ manetti, normalment magħmula mill-metall, maqfulin mal-għaksa, u mwaħħlin b’katina li tippermetti lid-detenut jitħarrek ftit. Id-daqs tal-manetti normalment ikun akbar minn dak tal-manetti ordinarji u jkun aġġustabbli.

Din il-partita ma tikkontrollax is-sistemi ta’ trażżin tar-riġlejn jew il-ktajjen tal-gruppi pprojbiti bil-partiti 2.3, 2.4, 2.5 u 2.6 tal-Anness II

Ex 6505 00 10

Ex 6505 00 90

Ex 6506 91 00

Ex 6506 99 10

Ex 6506 99 90

1.4 Barnużi tal-bżieq: inklużi barnużi magħmula minn xibka, li għandhom għata għall-ħalq li tipprevjeni li wieħed jobżoq.

Nota:

Din il-partita tinkludi barnużi tal-bżieq li huma marbuta mal-manetti ordinarji permezz ta’ katina.

2.Armi u apparat maħsuba għall-fini tal-infurzar tal-liġi inkluż il-kontroll tal-irvellijiet jew tal-awtoprotezzjoni, kif ġej:

Ex 8543 70 90

Ex 9304 00 00

2.1.Armi ta’ skariku elettriku li jistgħu jinġarru li jistgħu jimmiraw biss lejn individwu wieħed kull darba li jkun amministrat xokk elettriku, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet elettriċi

Noti:

1.    Din il-partita ma tikkontrollax ċinturini tax-xokkijiet elettriċi u apparati oħrajn li jaqgħu taħt il-partita 2.1 tal-Anness II.

2.    Dan il-punt ma jikkontrollax lit-tagħmir individwali tax-xokk elettroniku meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

Ex 8543 90 00

Ex 9305 99 00

2.2.Kits li fihom il-komponenti essenzjali kollha għall-assemblaġġ ta’ armi tal-iskariku elettriku li jinġarru, ikkontrollati bil-partita 2.1.

Nota:

L-oġġetti li ġejjin huma meqjusa li jkunu komponenti essenzjali:

-l-unità li tipproduċi xokk elettriku,

-l-iswiċċ, kemm jekk fuq remote control kemm jekk le, u

-l-elettrodi jew, fejn applikabbli, il-wajers li permezz tagħhom għandhom jiġu amministrati x-xokkijiet elettriċi

Ex 8543 70 90

Ex 9304 00 00

2.3.Armi tal-iskariku elettriku fissi jew li jiġu mmuntati li jkopru żona wiesgħa u jistgħu jimmiraw lejn individwi multipli b’xokkijiet elettriċi

Ex 9303 90 00

Ex 9304 00 00

Ex 9306 30 90

Ex 9306 90 90

2.4.Lanċaturi ta’ projettili tal-impatt kinetiċi b’tir wieħed (KIP) u projettili tal-impatt kinetiċi assoċjati

Nota:

Din il-partita tinkludi projettili komunement magħrufa bħala balal tal-gomma jew tal-plastik jew balal ta’ impatt, projettili ta’ impatt irritanti kimiċi u beanbags. Dawn jiġu f’forom u daqsijiet differenti, inklużi blalen jew ċilindri kbar u żgħar, u jistgħu jkunu magħmula minn gomma, PVC, fowm dens, jew injam. Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partiti ML1, 2 u 12 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

Ex 9301 10 00

Ex 9301 20 00

Ex 9301 90 00

Ex 9302 00 00

Ex 9303 10 00

Ex 9303 20 10

Ex 9303 20 95

Ex 9303 30 00

Ex 9303 90 00

Ex 9304 00 00

2.5Lanċjaturi u apparati ta’ disseminazzjoni inklużi lanċjaturi ta’ kanen multipli

Nota:

Din il-partita tinkludi lanċjaturi ta’ kanen multipli li tipikament ikollhom bejn 2 u 36 kanna, u li jistgħu jkunu awtonomi jew immuntati fuq vetturi, vetturi tal-art mingħajr ekwipaġġ, jew bastimenti tat-tbaħħir. Il-lanċjaturi jistgħu jitħaddmu manwalment jew jitħaddmu b’kontroll mill-bogħod, li jippermetti sparar individwali, sekwenzjali jew simultanju ta’ munizzjon b’impatt kinetiku jew irritanti kimiċi, li jirriżulta f’nar rapidu jew fi fqigħ ta’ nar. Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partiti ML1 u 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

Ex 9306 21 00

Ex 9306 29 00

Ex 9306 30 10

Ex 9306 30 30

Ex 9306 30 90

Ex 9306 90 10

Ex 9306 90 90

2.6Munizzjon li fih projettili ta’ impatt kinetiċi multipli

Nota:

Din il-partita tinkludi munizzjon li jista’ jkun magħmul mil-lastiku, plastik, jew injam, u li jista’ jvarja f’termini tad-daqs, in-numru u l-forma. L-għadd ta’ blalen individwali jista’ jvarja minn għadd żgħir ta’ blalen jew blokok kbar sa mijiet ta’ pellets żgħar. Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partiti ML1 u 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

3.Armi u tagħmir għad-disseminazzjoni ta’ sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtodifiża, kif ġej:

Ex 8424 20 00

Ex 8424 89 70

Ex 9304 00 00

3.1.Armi u tagħmir li jistgħu jinġarru li jew jamministraw doża ta’ sustanza kimika inkapaċitanti jew irritanti li jimmiraw lejn individwu wieħed jew iferrxu doża ta’ tali sustanza fil-forma ta’ daħna ta’ sprej ċpar jew sħaba li taffettwa żona żgħira, meta s-sustanza kimika hija amministrata jew imferrxa.

Noti:

1.    Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (1)

2.    Din il-partita ma tikkontrollax tagħmir individwali li jista’ jinġarr, anki jekk ikun fih sustanza kimika, meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess

3.    Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati bil-partiti 3.3, 3.4 u 3.7 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti.

Ex 2939 79 90

3.2.Vanillilamide tal-aċidu pelargoniku (PAVA) (CAS RN 2444-46-4)

Nota:

Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

Ex 3301 90 30

Ex 1302 19 70

3.3.Oleoreżina tal-kapsiku (OC) (CAS RN 8023-77-6)

Nota:

Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

Ex 3301 90 30

Ex 3302 10 90

Ex 3302 90 10

Ex 3302 90 90

Ex 3824 99 92

3.4.Taħlitiet li fihom mill-inqas 0,3 % skont il-piż ta’ PAVA jew OC u solvent (bħal etanol,1-propanol jew eżan), li jistgħu jiġu amministrati bħala aġenti inkapaċitanti jew irritanti, b’mod partikolari f’aerosols u f’forma likwida, jew użati għall-manifattura ta’ aġenti inkapaċitanti jew irritanti

Noti:

1. Din il-partita ma tikkontrollax zlazi u preparati għalihom, sopop jew preparati għalihom u kondimenti mħallta jew taħwir, sakemm il-PAVA jew l-OC ma jkunux l-uniku togħma kostitwenti fihom.

2. Din il-partita ma tikkontrollax prodotti mediċinali li għalihom ingħatat awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq f’konformità mal-liġi tal-Unjoni (2)

Ex 8424 20 00

Ex 8424 89 70

Ex 9304 00 00

3.5.Apparat fiss jew li jiġi mmuntat għat-tifrix ta’ aġenti kimiċi inkapaċitanti jew irritanti li jkopri firxa wiesgħa u mhux maħsub biex jitwaħħal ma’ ħajt jew ma’ saqaf ġewwa bini.

Noti:

1.    Din il-partita ma tikkontrollax l-apparat ikkontrollat mill-partita ML7(e) tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea

2.    Din il-partita tikkontrolla wkoll kanuni tal-ilma

3.    Minbarra sustanzi kimiċi rilevanti, bħal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet jew PAVA, l-oġġetti kkontrollati bil-partiti 3.3 u 3.4 għandhom jitqiesu li huma sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti

Ex 9306 21 00

Ex 9306 29 00

Ex 9306 30 10

Ex 9306 30 30

Ex 9306 30 90

Ex 9306 90 10

Ex 9306 90 90

3.6.Projettili ta’ kalibru kbir b’aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet.

Nota:

Din il-partita tinkludi projettili li fihom aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet, b’mod partikolari OC u PAVA b’kalibru ta’ aktar minn 56 mm. L-użu ta’ tali oġġetti jrid ikun konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, b’mod partikolari l-Artikolu 2.1 u 2.9.d.

Ex 2934 99 90

Ex 2930 90 95

Ex 2933 99 20

Ex 2921 29 00

Ex 2830 90 85

Ex 3824 99 92 Ex 3824 99 93 Ex 3824 99 96

3.7.Taħlitiet kimiċi malodoranti fformulati biex jipproduċu riħa qawwija u mhux pjaċevoli għal skopijiet ta’ kontroll tal-irvellijiet sakemm ma jkunux ta’ ħsara u ma jkollhom l-ebda effett fit-tul fuq is-saħħa.

Nota:

Din il-partita hija definita bħala taħlita mfassla biss għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi li fiha mill-inqas waħda mill-firxiet ta’ sustanzi kimiċi li ġejjin ifformulati biex jipproduċu riħa tinten u profondament mhux pjaċevoli u li tista’ tinxtered permezz ta’ sprej li jinżamm fl-idejn, granati, projettili lanċjati, droni, u kanuni tal-ilma:

1.Tijoaċeton (kodiċi CAS 4756-05-2)

2.Alliċin (kodiċi CAS 539-86-6)

3.Skatol (kodiċi CAS 83-34-1)

4.Kadaverina (kodiċi CAS 462-94-2)

5.Putressina (kodiċi CAS 110-60-1)

6.Idrosulfid tal-ammonju (kodiċi CAS 12124-99-1)

7.Etanetijol (kodiċi CAS 75-08-1)

8.Propanetijol (kodiċi CAS 107-03-9)

9.Isobutiltijol (kodiċi CAS 513-44-0)

10.Butanetijol (kodiċi CAS 109-79-5)

Din il-partita ma tikkontrollax taħlitiet kimiċi malodoranti li mhumiex maħsuba għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi.

(1)    L-aħħar verżjoni adottata mill-Kunsill fid-19 ta’ Frar 2024 (ĠU C/2024/1945, 1.3.2024, p. 1)

(2)    Ara b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1) u d-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(1)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
Top