|
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
“tip ta’ vettura fir-rigward tas-sistema tal-ADDW” tfisser vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħall-karatteristiċi u l-funzjonalità tas-sistema tal-ADDW kif ukoll is-sistema ta’ feedback użata biex tgħin lis-sewwieq.
|
|
“sitwazzjoni mhux nominali” tfisser sitwazzjoni fejn is-sistema tal-ADDW tkun affettwata minn elementi relatati mas-sewwieq, mal-vettura, mal-ambjent jew ma’ elementi oħrajn, u li tibqa’ fil-limiti tal-konfini tas-sistema ddikjarati fil-pakkett ta’ dokumentazzjoni tal-manifattur deskritt fil-parti 3 ta’ dan l-anness.
|
|
“punt ta’ referenza okulari” tfisser ir-referenza unika għall-għajnejn użata fid-disinn tal-vettura.
|
|
Rekwiżiti tekniċi ġenerali
|
|
Sistema tal-ADDW għandha tiddetermina meta l-attenzjoni viżwali tas-sewwieq ma tkunx diretta lejn il-kompiti tas-sewqan u twissi lis-sewwieq permezz tal-interfaċċa bniedem-magna tal-vettura.
|
|
Is-sistema tal-ADDW għandha tkun iddisinjata biex timminimizza r-rata ta’ żball tas-sistema (pożittiv falz) f’kundizzjonijiet reali ta’ sewqan.
|
|
Il-privatezza u l-protezzjoni tad-data
|
|
Is-sistema tal-ADDW għandha tiffunzjona mingħajr ma tiddependi fuq data personali bijometrika ta’ kwalunkwe okkupant tal-vettura. F’dan il-kuntest, id-data personali bijometrika li tirriżulta minn proċessar tekniku speċifiku relatat mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta’ persuna fiżika, li tippermetti jew tikkonferma l-identifikazzjoni unika ta’ dik il-persuna fiżika, bħall-immaġnijiet tal-wiċċ jew id-data dattiloskopika. Dan ir-rekwiżit ma jipprojbixxix lis-sistema tal-ADDW milli tuża d-data mill-kamera(s) mgħammra fil-vettura, iżda jipprojbixxi l-identifikazzjoni tal-persuna mis-sistema tal-ADDW.
|
|
Is-sistema tal-ADDW għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tirreġistra u żżomm b’mod kontinwu biss id-data meħtieġa biex is-sistema tiffunzjona u topera f’sistema ta’ ċirkwit magħluq.
|
|
Kwalunkwe proċessar ta’ data personali għandu jsir f’konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni.
|
|
Rekwiżiti tekniċi speċifiċi.
|
|
Kontroll tas-sistema tal-ADDW
|
|
Is-sistema tal-ADDW għandha tiġi attivata awtomatikament f’veloċità ta’ aktar minn 20 km/h, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3.1.2. sa 3.1.6. Il-manifattur tal-vettura jista’ jagħżel li jistabbilixxi l-attivazzjoni awtomatika tas-sistema tal-ADDW b’veloċità aktar baxxa.
Huwa permess perjodu kumulattiv ta’ mhux aktar minn minuta (1) ta’ sewqan b’veloċitajiet ta’ ≥20 km/h sabiex is-sistema tibda tkejjel l-istat tas-sewwieq u tikkalibra ruħha.
|
|
Għandu jkun possibbli għas-sewwieq li jiddiżattiva manwalment it-twissija tal-ADDW jew is-sistema tal-ADDW, skont liema miż-żewġ possibbiltajiet (jew it-tnejn) il-manifattur tal-vettura jkun għażel li jagħmel possibbli.
|
|
Is-sistema tal-ADDW tista’ tiġi ddiżattivata awtomatikament fis-sitwazzjonijiet definiti minn qabel mill-manifattur, speċifikament fis-sitwazzjonijiet:
(a)meta sistema oħra tieħu f’idejha l-kompitu dinamiku kollu tas-sewqan fuq bażi sostnuta u tkun appoġġata b’sistema xierqa ta’ monitoraġġ tas-sewwieq.
(b)meta sistema ta’ vettura mħaddma mis-sewwieq, li tassisti lis-sewwieq uman fil-kontroll tal-moviment lonġitudinali u laterali fuq bażi sostnuta, tkun attiva u jkun fiha sistema xierqa ta’ monitoraġġ tas-sewwieq.
Is-sistema tal-ADDW għandha tiġi attivata mill-ġdid awtomatikament hekk kif il-kundizzjonijiet li wasslu għad-diżattivazzjoni awtomatika tagħha ma jibqgħux preżenti.
F’dan il-kuntest, il-kompitu tas-sewqan dinamiku għandu jinkludi l-funzjonijiet operazzjonali kollha f’ħin reali u l-funzjonijiet tattiċi meħtieġa biex titħaddem il-vettura, eskluż il-funzjonijiet strateġiċi bħall-iskedar tat-traġitt u l-għażla ta’ destinazzjonijiet u ta’ waypoints u inkluż is-sottokompiti li ġejjin:
(a)kontroll tal-moviment laterali tal-vettura permezz tal-istering (operazzjonali);
(b)kontroll tal-moviment lonġitudinali tal-vettura permezz tal-aċċellerazzjoni u tad-deċellerazzjoni(operazzjonali);
(c)monitoraġġ tal-ambjent tas-sewqan permezz tad-detezzjoni, tar-rikonoxximent, tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti u tal-eventi, u t-tħejjija tar-rispons (operazzjonali u tattiku);
(d)twettiq tar-rispons fir-rigward tal-oġġetti u tal-eventi (operazzjonali u tattiku);
(e)ippjanar tal-manuvri (tattiku);
(f)titjib tal-kospikwità permezz tat-tidwil, tad-daqq tal-ħorn, tas-sinjalar jew tal-ġesti (tattiku).
|
|
Is-sistema tal-ADDW ma għandhiex tiġi ddiżattivata awtomatikament skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3.5., iżda t-twissijiet tad-distrazzjoni tas-sistema tal-ADDW jistgħu jiġu ddiżattivati awtomatikament. L-emissjoni tat-twissija tad-distrazzjoni għandha tiġi attivata mill-ġdid awtomatikament hekk kif il-kundizzjonijiet li wasslu għad-diżattivazzjoni tagħha ma jibqgħux preżenti.
|
|
L-emissjoni tat-twissijiet tad-distrazzjoni mis-sistema tal-ADDW tista’ tiġi ddiżattivata awtomatikament f’kundizzjonijiet li fihom sistema oħra ta’ assistenza għas-sewqan tkun qed twissi dwar periklu imminenti jew sitwazzjoni kritika, iżda ma hijiex kundizzjoni għad-diżattivazzjoni awtomatika tas-sistema tal-ADDW. L-emissjoni tat-twissija tad-distrazzjoni għandha tiġi attivata mill-ġdid awtomatikament hekk kif il-kundizzjonijiet li wasslu għad-diżattivazzjoni tagħha ma jibqgħux preżenti.
|
|
Is-sistema tal-ADDW, inkluż it-twissijiet tal-interfaċċa bniedem-magna, għandha terġa’ tiġi stabbilita awtomatikament fil-modalità ta’ tħaddim normali ma’ kull attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura. Jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet oħra ta’ ristabbiliment awtomatiku u miżjuda mill-manifattur tal-vettura.
|
|
Kundizzjonijiet ambjentali
|
|
Is-sistema tal-ADDW għandha topera b’mod effettiv kemm matul il-jum kif ukoll billejl.
|
|
Monitoraġġ tad-distrazzjoni tas-sewwieq
|
|
Il-preżenza tal-ħarsa tas-sewwieq għandha tiġi mmonitorjata mis-sistema tal-ADDW fl-oqsma ta’ interess imsemmija fil-punti 3.3.1.1. sa 3.3.1.3.
Il-ħarsa tas-sewwieq titqies li tibda mill-punt ta’ referenza okulari definit kif ġej:
Għall-vetturi tal-kategorija M u N, il-punt ta’ referenza okulari għandu jkun iċ-ċentru tal-punti okulari tas-sewwieq, kif definit fir-Regolament tan-NU 46 (dwar apparati għall-viżjoni indiretta). Għalhekk, il-koordinati tal-punt tal-għajn huma 635 mm vertikalment ’il fuq mill-punt R tas-sit tas-sewwieq (billi l-punt “R” huwa diġà stabbilit fir-rigward tal-marki ta’ riferiment definiti mill-manifattur tal-vettura).
Inkella, għall-vetturi tal-kategorija M2, M3, N2 u N3 li ma jkunux ibbażati fuq pjattaforma M1, il-punt ta’ referenza okulari jista’ jkun il-punt tal-għajn E2 kif definit fir-Regolament Nru 167 tan-NU dwar il-viżjoni diretta. Il-punt tal-għajn E2 huwa punt li jirrappreżenta l-punt tan-nofs bejn iċ-ċentru tal-għajn tax-xellug u tal-lemin tas-sewwieq, E2 huwa definit minn spustar mill-punt tal-għarqub tal-aċċelleratur ta’ 1 163,25 mm fl-assi Z, u 678 mm lura fl-assi X. Il-pożizzjoni ta’ E2 fl-assi Y hija fuq pjan vertikali, parallel mal-pjan lonġitudinali medjan u li tgħaddi miċ-ċentru tas-sit tas-sewwieq.
|
|
Iż-żona 1 hija indikata bħala sovrappożizzjoni taż-żoni li ġejjin:
(a)is-saqaf tal-vettura
(b)kwalunkwe żona fil-vettura li tkun barra (fir-rigward tad-direzzjoni li tħares ’il quddiem tas-sewwieq meqjusa bħala 0° ta’ orjentazzjoni) iż-żewġ pjani vertikali, wieħed, imdawwar +55° (lejn il-lemin) u wieħed imdawwar –55° (lejn ix-xellug) fir-rigward tad-direzzjoni lonġitudinali tal-vettura, iż-żewġ pjani jinkroċjaw fil-punt ta’ referenza okulari kif definit hawn taħt.
L-istampi ta’ hawn taħt qed juru sitwazzjoni ta’ sewqan fuq ix-xellug.
|
|
Iż-żona 2 hija indikata bħala l-unjoni taż-żoni elenkati hawn taħt:
(a)iż-żona tal-windskrin u tat-twieqi;
(b)10° madwar iż-żona tal-windskrin u tat-twieqi kif jidhru mill-punt ta’ referenza okulari;
L-istampa ta’ hawn taħt qed turi sitwazzjoni ta’ sewqan fuq ix-xellug.
|
|
Iż-żona 3 hija indikata minn kwalunkwe żona taħt pjan, 30° ’l isfel mill-punt ta’ referenza okulari tas-sewwieq u mill-interazzjoni maż-Żona 1 u maż-Żona 2 deskritti hawn taħt.
(a)b’mod awtomatiku, kwalunkwe żona meqjusa fiż-Żona 1 hija eskluża miż-Żona 3.
(b)b’mod awtomatiku, kwalunkwe żona meqjusa fiż-Żona 2 hija eskluża miż-Żona 3.
(c)il-manifattur tal-vettura jista’ jagħżel li jinkludi parti miż-żona miż-Żona 1 u/jew miż-Żona 2 għaż-Żona 3.
L-istampa ta’ hawn taħt qed turi sitwazzjoni ta’ sewqan fuq ix-xellug.
(l-immaġni fil-qiegħ tirrappreżenta l-każ jekk iż-Żona 2 (windskrin flimkien ma’ 10°) l-aktar baxxa taħt tkun taħt l-angolu ta’ viżjoni vertikali ta’ 30°)
|
|
Iż-żieda jew l-esklużjoni ta’ żona minn oħra dejjem issir mill-perspettiva tal-punt ta’ referenza okulari tas-sewwieq. Dan ifisser li huwa l-koordinat angolari li jrid jintuża meta tiġi pprojettata żona għal fuq oħra, u mhux il-koordinat spazjali.
Wara li ssir il-projezzjoni, il-koordinat spazjali jista’ jintuża biex jiddeskrivi ż-żona li tirriżulta u jissimplifika d-deskrizzjoni tagħha.
|
|
Skattaturi ta’ twissija u sitwazzjonijiet koperti mis-sistema tal-ADDW
|
|
Għandha tiġi pprovduta twissija lis-sewwieq malli japplikaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)veloċità tal-vettura ta’ 50 km/h jew aktar;
(b)il-ħarsa tas-sewwieq fiż-Żona 3 iddum għal ħin massimu ta’ 3.5 sekondi fis-sitwazzjoni nominali. Sitwazzjonijiet mhux nominali stabbiliti fil-Parti 3, il-punt 1.3, jistgħu jestendu l-limitu ta’ żmien massimu tas-sitwazzjoni nominali b’1,5 sekondi addizzjonali.
Kull meta jiġu ttestjati l-kundizzjonijiet elenkati f’(b), dawn għandhom jimplimentaw ħin ta’ riżerva addizzjonali biex jikkumpensaw għall-inċertezzi tekniċi tal-kejl.
|
|
Għandha tiġi pprovduta twissija lis-sewwieq malli jiġu vverifikati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)veloċità tal-vettura ta’ 20 km/h jew aktar;
(b)il-ħarsa tas-sewwieq fiż-Żona 3 iddum għal ħin massimu ta’ 6 sekondi fis-sitwazzjoni nominali. Sitwazzjonijiet mhux nominali stabbiliti fil-Parti 3, il-punt 1.3, jistgħu jestendu l-limitu ta’ żmien massimu tas-sitwazzjoni nominali b’1,5 sekondi addizzjonali.
Kull meta jiġu ttestjati l-kundizzjonijiet elenkati f’(b), dawn għandhom jimplimentaw ħin ta’ riżerva addizzjonali biex jikkumpensaw għall-inċertezzi tekniċi tal-kejl.
|
|
It-tul ta’ ħin li matulu l-ħarsa tas-sewwieq tkun diretta lejn iż-żona 3 għandu jingħadd meta tiġi attivata s-sistema tal-ADDW. Dan it-tul ta’ żmien jitkejjel irrispettivament mill-veloċità tal-vettura, sakemm is-sistema tal-ADDW tkun attivata u tkun tista’ tkejlu.
|
|
It-tul ta’ żmien li matulu l-ħarsa tas-sewwieq tkun fiż-żona 3 ma għandux jiġi ssettjat mill-ġdid minħabba artefatt possibbli tal-ipproċessar tal-immaġni jew bidla qasira fid-direzzjoni tal-ħarsa “ġewwa, barra u lura ġewwa” taż-żona 3. It-tolleranza tal-ħin permessa għall-eventi deskritti għandha tiġi definita mill-manifattur tal-vettura, b’tolleranza tal-ħin minima ta’ 50 millisekonda (movimenti tal-għajnejn).
|
|
Il-manifattur tal-vettura jista’ jagħżel li jistabbilixxi rekwiżit ta’ veloċità minima aktar baxx f’sitwazzjonijiet imsemmija fi 3.3.2.1. u fi 3.3.2.2.
|
|
Il-manifattur tal-vettura jista’ jimplimenta strateġiji ta’ twissija addizzjonali, abbażi ta’ input addizzjonali li jgħin lis-sistema tifhem l-imġiba, id-distrazzjoni konjittiva jew l-ambjent immedjat tas-sewwieq fil-vettura.
|
|
Rekwiżiti tal-interfaċċa bniedem-magna
|
|
|
|
Għandha tintuża twissija viżwali mis-sistema tal-ADDW biex tinforma lis-sewwieq u għandha tintuża twissija akustika u/jew tattili mis-sistema tal-ADDW biex twissi lis-sewwieq mill-aktar fis possibbli wara l-okkorrenza tal-imġiba tal-iskattar u li tista’ tiżdied u tintensifika sakemm il-kundizzjoni tal-iskattar stabbilita fil-punti 3.3.2.1., 3.3.2.2. jew 3.3.2.6. ma tibqax tiġi vverifikata.
It-twissija titqies li tibda meta t-twissija awdjo jew tattili tiġi ppreżentata lis-sewwieq.
|
|
It-twissija pprovduta lis-sewwieq tista’ tiġi adattata biex tippermetti strateġija ta’ twissija bbażata fuq avvenimenti preċedenti, l-imġiba tas-sewwieq, il-kundizzjonijiet tat-triq, it-temp u informazzjoni kuntestwali rilevanti oħra. Kwalunkwe adattament għat-twissija jrid jissodisfa l-kriterji tekniċi stabbiliti mill-punti 3.4.2. sa 3.4.4.2.
|
|
|
|
It-twissija viżwali għandha tkun pożizzjonata b’tali mod li tkun viżibbli u rikonoxxibbli faċilment mis-sewwieq matul il-jum u billejl tkun tista’ tintuża għal kwalunkwe twissija ta’ attenzjoni, sakemm ma tikkawżax konfużjoni lis-sewwieq.
|
|
It-twissija viżwali għandha tkun indikazzjoni stabbli jew li tteptep (eż. indikatur operatorju, messaġġ pop-up, eċċ.).
|
|
|
|
It-twissija akustika għandha tkun tingħaraf faċilment mis-sewwieq.
|
|
Il-maġġoranza tat-twissija akustika għandha tkun fl-ispettru tal-frekwenzi ta’ 200-8 000 Hz u fil-medda tal-amplitudni ta’ 50-90 dB. Il-manifattur tal-vettura jista’ jaġġusta l-amplitudni skont il-livell ta’ storbju tal-madwar.
|
|
Jekk jintużaw twissijiet verbali, il-vokabularju użat għandu jkun konsistenti ma’ kwalunkwe test użat bħala parti mit-twissija viżwali.
|
|
Il-porzjon li jinstema’ tat-twissija għandu jdum mill-anqas għad-durata li tippermetti lis-sewwieq jifhimha.
|
|
|
|
It-twissija tattili għandha tkun tista’ tiġi nnutata mis-sewwieq u għandha tiġi pprovduta direttament jew indirettament permezz ta’ kwalunkwe interfaċċa li mistennija tiġbed l-attenzjoni tas-sewwieq lura għall-kompitu tas-sewqan.
|
|
Twissija ta’ ħsara fis-sistema tal-ADDW
|
|
|
|
Malli tiġi identifikata ħsara permanenti fis-sistema tal-ADDW, għandu jiġi pprovdut sinjal ta’ twissija ta’ ħsara viżwali kostanti.
|
|
Għandu jkun hemm tal-anqas awtokontroll inizjali wieħed tal-ADDW li jitlesta qabel ma l-ADDW tkun operazzjonali. Sussegwentement, għandu jiġi indikat sinjal ta’ twissija ta’ ħsara lis-sewwieq fil-każ ta’ ħsara li tista’ tiġi identifikata elettrikament.
|
|
Is-sistema għandha tirrikonoxxi event ta’ oskurazzjoni tas-sensur mhux temporanju u għandha tagħti s-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara kif stabbilit fil-punt 3.5.1.1. li għandu jintwera. Event ta’ oskurazzjoni tas-sensur ikopri mill-anqas fl-event meta ma jitkejjel l-ebda dawl mis-sensur meta tiġi attivata s-sistema tal-ADDW.
|
|
Ħsarat li jattivaw is-sinjal ta’ twissija, iżda li ma jiġux identifikati meta l-ADDW tkun diżattivata, għandhom jinżammu malli jiġu identifikati u għandhom ikomplu jintwerew minn meta tinxtegħel il-vettura wara kull attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura, għal sakemm il-ħsara jew id-difett jippersisti.
|
|
|
|
Mad-detezzjoni ta’ kundizzjoni temporanja ta’ ħsara mhux elettrika, is-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara kif stabbilit fil-punt 3.5.1. jista’ jintwera.
|
|
Għandha tiġi pprovduta informazzjoni lis-sewwieq dwar il-limitazzjoni kurrenti tas-sistema tal-ADDW u/jew il-limitazzjonijiet tipiċi tas-sistema tal-ADDW. Il-limitazzjonijiet ikkonċernati huma dawk li jikkawżaw lis-sistema tal-ADDW taħdem temporanjament b’mod inadegwat minħabba li ma jkunux jistgħux jiġu identifikati karatteristiċi suffiċjenti tal-wiċċ tas-sewwieq minħabba elementi eċċessivi relatati mas-sewwieq, mal-vettura, mal-ambjent jew ma’ elementi oħrajn li jaffettwaw il-prestazzjoni tas-sistema tal-ADDW u li ma jistgħux jiġu ttrattati bħala sitwazzjoni mhux nominali. Il-manifattur tal-vettura jista’ juża approċċ attiv permezz ta’ twissija viżwali addizzjonali u/jew approċċ passiv permezz ta’ informazzjoni bil-miktub.
|
|
Dispożizzjonijiet għal testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali.
|
|
Għall-fini ta’ testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali, għandu jkun possibbli li jiġu vverifikati l-karatteristiċi li ġejjin tas-sistema tal-ADDW:
a)L-istatus operazzjonali korrett tagħha, permezz ta’ osservazzjoni viżibbli tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara wara l-attivazzjoni tal-iswiċċ ta’ kontroll prinċipali tal-vettura u kwalunkwe kontroll tal-bozza. Meta s-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara jintwera fi spazju komuni (iż-żona li fuqha jistgħu jintwerew żewġ funzjonijiet/simboli ta’ informazzjoni jew aktar, iżda mhux fl-istess ħin), l-ewwel irid jiġi vverifikat li l-ispazju komuni huwa funzjonali qabel il-verifika tal-istatus tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara;
b)Il-funzjonalità korretta tiegħu u l-integrità tas-software, bl-użu ta’ interfaċċa elettronika tal-vettura, bħal dik stabbilita fil-punt I.(14) tal-Anness III tad-Direttiva 2014/45/UE, fejn il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura jippermettu dan u d-data meħtieġa tkun disponibbli. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jagħmlu disponibbli l-informazzjoni teknika għall-użu tal-interfaċċa elettronika tal-vettura f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/621.
|
|
Meta ssir l-approvazzjoni tat-tip għandu jiġi deskritt b’mod kunfidenzjali l-mezz ta’ protezzjoni kontra modifika sempliċi mhux awtorizzata tat-tħaddim tas-sinjal ta’ twissija ta’ ħsara magħżul mill-manifattur tal-vettura fil-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni teknika taħt il-Parti 3. Alternattivament, dan ir-rekwiżit ta’ protezzjoni jiġi ssodisfat meta jkun hemm disponibbli mezz sekondarju għall-kontroll tal-istatus operazzjonali korrett tas-sistema tal-ADDW.
|
|
Rekwiżiti ġenerali għall-ittestjar tal-verifika fuq il-post
|
|
L-ittestjar tal-verifika fuq il-post għandu jitwettaq f’kundizzjonijiet li jiżguraw li s-sistema tal-ADDW tkun operazzjonali u tkun tista’ turi t-twissijiet kollha. Il-kundizzjonijiet jistgħu jiġu simulati biex jiġi ffaċilitat l-ittestjar.
|
|
|
|
Vettura meqjusa għall-approvazzjoni tat-tip stabbilita fil-konfigurazzjoni prestabbilita tagħha.
F’dan il-kuntest, tapplika konfigurazzjoni prestabbilita għall-vettura b’partijiet li jiċċaqilqu (jiġifieri li s-sewwieq jista’ jibdel mingħajr il-ħtieġa ta’ għajnuna esterna) li tista’ tbiddel il-viżibbiltà tas-sewwieq jew l-aċċess għal aktar spazju fil-kompartiment ta’ quddiem (inkluż is-saqaf).
Il-konfigurazzjoni prestabbilita għat-test għandha tippermetti lis-sewwieq jara u jinteraġixxi mal-aktar punti ta’ fissazzjoni fiż-żona 3 kif stabbilit fil-punt 1.4.2. u għandha timminimizza l-effett ambjentali bħad-dawl tax-xemx, ir-riħ u x-xita.
|
|
Tagħmir li jista’ jiddetermina l-veloċità murija tal-vettura tat-test (reali jew simulata) sa ±1 km/h biex jirreġistra u jikkonferma r-rekwiżit tal-veloċitajiet stabbilit fil-punt 1.5.1.
|
|
Numru suffiċjenti ta’ kameras supplimentari li jinsabu f’post b’tali mod li jipprovdu ħarsa ġenerali lejn il-kundizzjonijiet tat-test stabbiliti fil-punt 2.
|
|
|
|
L-ittestjar għandu jsir b’mill-anqas sewwieq wieħed tat-test fis-sit tas-sewwieq.
Is-sewwieq tat-test għandu jippreżenta l-attributi stabbiliti fil-punti 1.3.1.1 sa 1.3.1.4.
|
|
Is-sewwieq tat-test irid ikun f’pożizzjoni li tippermetti lil għajnejn is-sewwieq, bl-aġġustament normali tas-sit u tar-rota tal-istering tiegħu għas-sewqan, ikunu fil-punt tal-għajn tar-referenza okulari b’varjabbiltà tal-pożizzjoni jew, skont l-għażla tal-manifattur tal-vettura:
(a)±100 mm lonġitudinalment u ±50 mm vertikalment madwar il-punt ta’ referenza okulari;
(b)abbażi ta’ standard rilevanti biex tiġi speċifikata l-pożizzjoni possibbli tal-punt okulari tas-sewwieq madwar il-punt ta’ referenza okulari, filwaqt li tiġi żgurata l-kopertura ta’ żona ta’ daqs simili jew akbar minn dik deskritta f’(a) hawn fuq.
|
|
L-ebda nuċċali jew aċċessorju tar-ras, inkluż kappell jew maskra.
|
|
L-ebda xagħar tal-wiċċ apparti ħuġbejn.
|
|
Il-manifattur tal-vettura jista’ jagħżel li jippermetti wieħed jew aktar mill-attributi stabbiliti fil-punti 1.3.1.2 u 1.3.1.3 għas-sewwieqa tat-test. Il-manifattur tal-vettura jista’ jagħżel li jżid iż-żona tal-pożizzjoni possibbli ta’ għajnejn is-sewwieq stabbilita fil-punt 1.3.1.1.
|
|
Punti ta’ fissazzjoni tal-ħarsa
|
|
Il-post xieraq tal-punti ta’ fissazzjoni li għandhom jiġu ttestjati għandu jiġi propost mill-manifattur tal-vettura skont ir-restrizzjonijiet ġeometriċi u tad-disinn tal-kabina tal-vettura meqjusa għall-approvazzjoni tat-tip.
|
|
L-ittestjar tal-verifika fuq il-post għandu jinkludi mill-anqas punt ta’ fissazzjoni wieħed li jinsab fiż-żoni kollha li ġejjin, jekk preżenti fil-vettura, u, fejn possibbli, fiż-Żona 3 kif stabbilit fil-Parti 1, il-punt 3.3.1.3.:
(a)l-irkoppa tax-xellug tas-sewwieq;
(b)l-irkoppa tal-lemin tas-sewwieq;
(c)ħoġor is-sewwieq;
(d)il-post tas-saqajn tal-passiġġier jew post simili li jħares ’il quddiem lejn iż-żona ta’ isfel tal-vettura mix-xellug jew mil-lemin mis-sit tas-sewwieq;
(e)is-superfiċje tas-sit tal-passiġġier jew post simili li jħares ’l isfel lejn ix-xellug jew lejn il-lemin mis-sit tas-sewwieq lejn superfiċje maħsuba biex fuqha jpoġġi passiġġier, tinħażen il-merkanzija jew tippermetti l-moviment tal-passiġġier fil-vettura;
(f)il-kaxxa tal-ingwanti jew post simili fi 30° (vertikali) min-naħa l-oħra (min-naħa tas-sewwieq) tal-kompartiment ta’ quddiem tal-vettura;
(g)ventijiet tal-arja fin-naħa tax-xellug immedjata tas-sewwieq;
(h)ventijiet tal-arja fin-naħa tal-lemin immedjata tas-sewwieq;
(i)raggruppament ta’ strumenti, minbarra l-unità tal-wiri fuq l-iskrin u lanqas unità tal-wiri li taqsam il-bażi tal-windskrin;
(j)rota tal-istering, meta tkun mgħammra b’buttuni biex tinteraġixxi mas-sistema ta’ inforikreazzjoni jew mas-sistemi ta’ assistenza;
(k)apparat li jibdel il-gerijiet
(l)il-kontrolli tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kondizzjonata;
(m)skrin tal-inforikreazzjoni;
(n)konsol taċ-ċentru, li jikkonsisti fiż-żona ta’ quddiem qrib il-pannell tad-dashboard, jekk ma jkunx kopert minn xi punt ta’ fissazzjoni ieħor imsemmi minn (a) sa (m);
|
|
Jekk il-pożizzjoni tas-sewwieq tkun fiċ-ċentru tal-kompartiment ta’ quddiem jew qrib tiegħu u n-“naħa l-oħra (min-naħa tas-sewwieq) tal-kompartiment ta’ quddiem tal-vettura” tikkorrispondi għal żewġ żoni possibbli lejn ix-xellug u lejn il-lemin tal-pożizzjoni tas-sewwieq, is-servizzi tekniċi għandhom jagħżlu wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)li l-fissazzjoni tal-ħarsa tinqasam fil-“verżjoni tax-xellug” u fil-“verżjoni tal-lemin” tal-punt ta’ fissazzjoni;
(b)jekk ikun hemm aktar minn punt ta’ fissazzjoni wieħed li jista’ jinqasam biss, li jalterna billi jagħmel il-“verżjoni tax-xellug” għal punt ta’ fissazzjoni partikolari u l-“verżjoni tal-lemin” għal punt ta’ fissazzjoni ieħor – sabiex ikopri n-naħa tax-xellug u n-naħa tal-lemin mill-anqas darba (għal kull naħa).
|
|
Veloċitajiet tal-ittestjar
|
|
Il-punti kollha ta’ fissazzjoni tal-ħarsa għandhom jiġu ttestjati, tal-anqas, darba bejn 20 u 35 km/h u darba bejn 50 u 65 km/h.
|
|
Kundizzjonijiet ambjentali
|
|
It-testijiet iridu jitwettqu fuq il-vettura f’kundizzjoni ta’ tħaddim esterna reali jew simulata għal binhar u għal billejl.
Is-sistemi mhux affettwati mid-dawl tax-xemx jistgħu jiġu ttestjati jew f’kundizzjonijiet ta’ binhar jew ta’ billejl.
|
|
Fejn l-ittestjar jitwettaq fuq ambjent tat-triq tal-korsa tat-test:
(a)binhar: l-ittestjar għandu jibda wara tlugħ ix-xemx u qabel inżul ix-xemx;
(b)billejl: l-ittestjar għandu jibda wara nżul ix-xemx u qabel tlugħ ix-xemx.
|
|
F’każ ta’ ttestjar imwettaq f’ambjent ta’ triq simulat:
(a)binhar: kundizzjonijiet diffużi b’dawl ambjentali (ISO 15008: 2017);
(b)billejl: kundizzjoni ta’ illuminazzjoni ambjentali baxxa li taħtha, il-livell ta’ adattament tas-sewwieq jiġi influwenzat l-aktar mill-porzjon tat-triq quddiemu koperta mill-fanali ta’ quddiem tal-vettura stess u mid-dwal tat-triq tal-madwar, u mil-luminożità tal-wiri u tal-istrument (ISO 15008: 2017).
|
|
Definizzjoni tal-limiti temporali għat-twissijiet
|
|
Limitu primarju għall-emissjoni ta’ twissija ta’ distrazzjoni:
Għandha tiġi attivata twissija f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 3.3.2.1. u 3.3.2.2 tal-Parti 1, fejn il-punti ta’ fissazzjoni tal-ħarsa stabbiliti fil-Parti 2, il-punt 1.4.2. għandhom ikunu l-parametri ta’ monitoraġġ.
|
|
Proċedura għall-ittestjar tal-verifika fuq il-post
|
|
Is-sewwieq tat-test għandu jingħata struzzjonijiet dwar il-funzjonalità tas-sistema. Il-proċess ta’ struzzjoni għandu jiġi ddokumentat b’mod ċar fid-dossier tal-evidenza provdut mill-manifattur tal-vettura lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u lis-servizzi tekniċi f’konformità mal-Parti 3.
|
|
Jekk is-sistema tal-ADDW għandha tiġi kkalibrata għal perjodu ta’ żmien wara l-inizjalizzazzjoni tagħha, il-proċeduri ta’ kalibrazzjoni għandhom isiru matul sitwazzjoni ta’ sewqan fil-linja bażi, mingħajr attivitajiet ta’ distrazzjoni paralleli.
|
|
L-ittestjar tal-punti ta’ fissazzjoni tal-ħarsa
|
|
Il-proċedura tal-ittestjar għandha tidentifika l-okkorrenzi ta’ ħarsiet uniċi, mhux interrotti fit-tul mis-sewwieq lil hinn mis-sitwazzjoni tas-sewqan. L-identifikazzjoni ta’ dawk l-okkorrenzi għandha tibda meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)il-vettura tirreġistra l-veloċità li għandha tiġi ttestjata, skont il-punt 1.5.1
(b)is-sistema tal-ADDW tivvaluta lis-sewwieq bħala li ma jkunx ġie distratt għal mill-anqas 60 sekonda.
|
|
L-awtorità responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip tista’ tiddeċiedi s-sekwenza li fiha jiġu ttestjati l-punti ta’ fissazzjoni.
|
|
Matul it-test, l-azzjonijiet mis-sewwieq għandhom ikunu limitati għal dawk li huma mistennija b’mod naturali mill-punti ta’ fissazzjoni meqjusa.
|
|
Il-punti ta’ fissazzjoni kollha assenjati liż-żoni stabbiliti fil-punt 1.4.2. għandhom jiġu ttestjati.
|
|
Għall-kejl ta’ kull punt ta’ fissazzjoni tal-ħarsa individwali, il-bidu tal-kejl jiġi skattat hekk kif is-sewwieq tat-test jiġi vvalutat mis-sistema bħala li ma jkunx distratt għal mill-anqas 15-il sekonda.
|
|
Il-manifattur tal-vettura jista’ jipprovdi informazzjoni permezz tad-dokumentazzjoni, imsemmija fil-Parti 3, biex jiddefinixxi l-imġiba/l-attivitajiet ewlenin li ma humiex se jiġu rikonoxxuti bħala azzjonijiet ta’ distrazzjoni għall-finijiet ta’ dak it-test.
|
|
Is-sewwieq tat-test jingħata struzzjonijiet biex iċaqlaq il-ħarsa tiegħu għal wieħed mill-punti ta’ fissazzjoni, billi japplika r-rekwiżit mill-punt 2.3.3. kif ukoll possibbli.
|
|
Is-sewwieq tat-test iżomm il-ħarsa tiegħu ffukata fuq il-punt ta’ fissazzjoni sakemm tinħareġ twissija jew sakemm il-ħin mistenni għal twissija jgħaddi b’mill-anqas 3 sekondi
|
|
Wara l-kejl ta’ kull punt ta’ fissazzjoni individwali, is-sewwieq għandu jiġi vvalutat mis-sistema bħala li ma jkunx ġie distratt għal mill-anqas 15-il sekonda qabel ma jgħaddi għall-punt ta’ fissazzjoni li jmiss.
|
|
|
|
Il-kejl għandu jiġi ttrattat bħala negattiv falz meta s-sewwieq iżomm il-ħarsa tiegħu ffukata fuq punt ta’ fissazzjoni li jinsab fiż-Żona 3 stabbilita fil-Parti 1, il-punt 3.3.1.3. u bil-kundizzjoni stabbilita fil-Parti 1, il-punt 3.3.2.1 u l-ebda twissija ta’ distrazzjoni ma tiġi emessa fi żmien 4 sekondi (li tinkludi riżerva ta’ inċertezza ta’ 0,5 sekondi).
Kejl jista’ jinbidel minn negattiv falz għal “mhux applikabbli” jekk tkun ġiet attivata twissija akustika jew tattili minn sistema differenti tal-vettura, fil-ħin mistenni għal sistema tal-ADDW, u jkun marbut mal-valutazzjoni tal-imġiba tas-sewwieq imsemmija fil-punt 2.3.6.
|
|
Il-kejl għandu jiġi ttrattat bħala negattiv falz meta s-sewwieq iżomm il-ħarsa tiegħu ffukata fuq punt ta’ fissazzjoni li jinsab fiż-Żona 3 stabbilita fil-Parti 1, il-punt 3.3.1.3. u bil-kundizzjoni stabbilita fil-Parti 1, il-punt 3.3.2.2 u l-ebda twissija ta’ distrazzjoni ma tiġi emessa fi żmien 6,5 sekondi (li tinkludi riżerva ta’ inċertezza ta’ 0,5 sekondi).
Kejl jista’ jinbidel minn negattiv falz għal “mhux applikabbli” jekk tkun ġiet attivata twissija akustika jew tattili minn sistema differenti tal-vettura, fil-ħin mistenni għal sistema tal-ADDW, u jkun marbut mal-valutazzjoni tal-imġiba tas-sewwieq imsemmija fil-punt 2.3.6.
|
|
Proċedura ta’ ttestjar mill-ġdid biex tiġi ffiltrata valutazzjoni imperfetta tal-imġiba umana
|
|
Il-proċedura ta’ ttestjar mill-ġdid trid issir għal massimu ta’ darbtejn għal kull punt ta’ fissazzjoni vvalutat bħala negattiv falz f’konformità mal-punt 3.1., li ġie ttestjat bejn 50 u 65 km/h, u trid titwettaq għal massimu ta’ darbtejn għal punt ta’ fissazzjoni vvalutat bħala negattiv falz f’konformità mal-punt 3.2., li ġie ttestjat bejn 20 u 35 km/h.
|
|
Il-proċedura ta’ ttestjar mill-ġdid trid issegwi l-pass tal-proċedura ta’ ttestjar stabbilita fil-punti 2.1 sa 2.3.9, bl-adattament li ġej:
(a)il-lista tal-punti ta’ fissazzjoni tinkludi biss punti ta’ fissazzjoni li qabel kienu kklassifikati bħala negattivi foloz;
(b)is-sewwieq tat-test irid iwettaq azzjoni differenti, relatata ma’ mġiba ta’ distrazzjoni, għal kull ittestjar mill-ġdid ta’ punt ta’ fissazzjoni partikolari
Is-servizzi tekniċi jistgħu jużaw l-istess sewwieq tat-test jew sewwieq differenti, dment li s-sewwieq tat-test jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.3.1.1 sa 1.3.1.4.
|
|
Riżultati finali tat-test
|
|
Il-kejl matul il-proċedura ta’ ttestjar mill-ġdid għandu jiġi ttrattat bħala “falliment” jekk punt ta’ fissazzjoni jiġi ttestjat mill-ġdid u vvalutat darbtejn bħala negattiv falz f’konformità mal-punt 3.1., jekk jiġi ttestjat bejn 50 u 65 km/h. Negattiv falz riassenjat bħala “mhux applikabbli” jew pożittiv veru ma għandux jibqa’ jitqies bħala negattiv falz u ma għandux jiġġenera “falliment”. Jekk ikun sar ittestjar mill-ġdid wieħed u dan ikun negattiv falz, għandu jsir it-tieni ttestjar mill-ġdid tal-punt ta’ fissazzjoni.
|
|
Il-kejl matul il-proċedura ta’ ttestjar mill-ġdid għandu jiġi ttrattat bħala “falliment” jekk punt ta’ fissazzjoni jiġi ttestjat mill-ġdid u vvalutat darbtejn bħala negattiv falz f’konformità mal-punt 3.2., jekk jiġi ttestjat bejn 20 u 35 km/h. Negattiv falz riassenjat bħala “mhux applikabbli” jew pożittiv veru ma għandux jibqa’ jitqies bħala negattiv falz u ma għandux jiġġenera “falliment”. Jekk ikun sar ittestjar mill-ġdid wieħed u dan ikun negattiv falz, għandu jsir it-tieni ttestjar mill-ġdid tal-punt ta’ fissazzjoni.
|
|
Kriterji ta’ aċċettazzjoni
|
|
Il-verifika tal-issodisfar tar-rekwiżiti tekniċi kollha għas-sistemi tal-ADDW permezz ta’ ttestjar tal-verifika fuq il-post
|
|
Kriterju tal-falliment:
Is-sistema tal-ADDW għandha titqies li ma tkunx għaddiet mill-ittestjar tal-verifika fuq il-post meta fost il-punti ta’ fissazzjoni kollha tal-ħarsa stabbiliti fil-Parti 2, il-punt 1.4.2, ittestjati f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-punt 2, u possibbilment ittestjata mill-ġdid f’konformità mal-punt 4, tinstab miżura waħda jew aktar ta’ “falliment”, f’konformità mal-punt 5.
|
|
Kriterju ta’ aċċettazzjoni:
Is-sistema tal-ADDW għandha titqies li tkun għaddiet mill-ittestjar tal-verifika fuq il-post meta l-kriterju tal-falliment stabbilit fil-punt 6.1.1. ma jiġix issodisfat.
|
|
Pakkett ta’ dokumentazzjoni
|
|
Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni u lis-servizz tekniku b’pakkett ta’ dokumentazzjoni li jkun fih evidenza tal-prestazzjoni tas-sistema tal-ADDW.
|
|
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni għandu jkopri d-deskrizzjoni tal-funzjonalità tas-sistema, f’konformità mal-punt 2, kif ukoll il-proċess ta’ validazzjoni tas-sistema, f’konformità mal-punt 3.
|
|
Il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet tas-sistema. Dawn il-limitazzjonijiet jistgħu jkunu, iżda ma humiex limitati għal, elementi relatati mas-sewwieq, mal-vettura jew mal-ambjent, li jistgħu jikkawżaw li s-sistema tal-ADDW tiddegrada fil-prestazzjoni tagħha.
|
|
Fi ħdan il-limitazzjonijiet deskritti tas-sistema, il-manifattur tal-vettura għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni tas-sistema tal-ADDW abbażi ta’ testijiet ripetuti, li jiddeskrivu kif is-sistema tista’ timmonitorja d-distrazzjoni tas-sewwieq u toħroġ it-twissijiet korrispondenti.
|
|
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni għandu jiġi pprovdut lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u lis-servizz tekniku qabel l-eżekuzzjoni tal-ittestjar tal-verifika fuq il-post stabbilit fil-Parti 2, il-punt 2.
|
|
Funzjonalità tas-sistema tal-ADDW
|
|
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni li jispjega kif is-sistema tal-ADDW tiffunzjona għandu jinkludi dan li ġej:
(a)spjegazzjoni tal-funzjonijiet ta’ attivazzjoni, ta’ riattivazzjoni u ta’ diżattivazzjoni tas-sistema, inklużi l-firxiet tal-veloċità tal-vettura assoċjati;
(b)lista tal-inputs kollha tas-sistema li jkun fihom il-metriċi kollha adottati għall-kejl tad-distrazzjoni tas-sewwieq;
(c)deskrizzjoni ta’ kif taħdem il-metrika u kif tiġi mmonitorjata l-imġiba tas-sewqan, inkluża, jekk applikabbli, ir-relazzjoni bejn il-metrika primarja u sekondarja/ta’ riżerva;
(d)deskrizzjoni tal-elementi ta’ skattar fl-imġiba tas-sewqan li tkun qed tiġi mmonitorjata mis-sistema;
(e)deskrizzjoni taż-żona madwar ir-referenza okulari possibbli għas-sistema u, jekk tintuża referenza għal standard, iż-żona fejn l-għajnejn tas-sewwieq tat-test huma mistennija li jkunu, kif stabbilit fil-Parti 2, il-punt 1.3.1.1. (b).
(f)deskrizzjoni (deskrizzjoni testwali, illustrazzjoni, tpinġija teknika jew kwalunkwe mezz ieħor suffiċjenti) taż-żona fil-kabina tal-vettura li s-sistema tqis li hija ż-żoni 1, 2, u 3, f’konformità mal-Parti 1, il-punt 3.3.1., għall-valutazzjoni tad-distrazzjoni tas-sewwieq;
(g)iż-żona/i li jiddelimitaw it-tqegħid ta’ kull wieħed mill-punti ta’ fissazzjoni tal-ħarsa għall-ittestjar tal-verifika fuq il-post fil-kabina tal-vettura, f’konformità mal-Parti 2, il-punt 1.4.2.;
(h)dokument li jagħti dettalji dwar il-komponenti tal-interfaċċa bniedem-magna tas-sistema kif ukoll il-funzjonalità maħsuba tagħhom, inklużi dawn li ġejjin:
(I)evidenza ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-interfaċċa bniedem-magna tal-ADDW f’konformità mal-Parti 1, il-punt 3.4., u ġustifikazzjonijiet jekk il-manifattur tal-vettura jagħżel li ma jsegwix ir-rakkomandazzjoni stabbilita fil-Parti 1, il-punt 3.4.3.2.;
(II)jekk applikabbli, deskrizzjoni tal-istrateġija għar-ripetizzjoni, kaskata jew eskalazzjoni tal-emissjoni ta’ twissija għall-każijiet li fihom is-sewwieq jonqos milli jikkonforma mat-twissijiet ta’ distrazzjoni emessi.
(i)spjegazzjoni ta’ kif is-sistema tal-ADDW tista’ tiġi rfinata jekk il-vettura tiġi adattata għal sewwieq bi ħtieġa speċjali
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni għandu jinkludi wkoll lista bid-deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet tas-sistema, akkumpanjata minn evidenza dwar kif il-prestazzjoni tas-sistema tiġi affettwata f’dawk il-limitazzjonijiet.
|
|
Il-lista ta’ inputs tas-sistema għandha tiġi pprovduta biss lill-awtorità tal-approvazzjoni jew lis-servizz tekniku għall-fini ta’ verifika tas-sistema tal-ADDW għall-approvazzjoni tat-tip.
|
|
Il-lista ta’ kwalunkwe metrika sekondarja ma għandhiex tgħaddi mis-servizz tekniku għal għand l-awtorità tal-approvazzjoni.
|
|
Validazzjoni tas-sistema tal-ADDW
|
|
Il-pakkett ta’ dokumentazzjoni li jagħti dettalji dwar kif is-sistema tal-ADDW ġiet ivvalidata fil-firxa tal-limitazzjonijiet stabbiliti fil-punt 2.1. (h) għandu jinkludi dan li ġej:
(a)evidenza dwar il-prestazzjoni tas-sistema miġbura f’testijiet ripetuti mwettqa ma’ sewwieqa umani, inkluża l-informazzjoni dwar in-numru u d-demografija tal-parteċipanti tat-test ivvalutati, li tinkludi:
(I)kriterji ta’ inklużjoni u esklużjoni li ntużaw fl-għażla tal-parteċipanti, filwaqt li jiġi żgurat li s-sistema tkun tqieset effettiva, fil-meded ta’ limitazzjoni tagħha, għal parti rappreżentattiva tal-popolazzjoni li ssuq fl-Unjoni;
(II)dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza tal-parteċipanti fir-rigward tad-demografija mmirata għall-vettura (pereżempju, parteċipanti b’liċenzja valida biex isuqu l-vettura li fuqha tiġi installata s-sistema tal-ADDW)
(b)deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tat-test ivvalutati, inkluża informazzjoni dwar ir-ripetibbiltà u r-riproduċibbiltà tat-test;
(c)evidenza li s-sistema taħdem b’mod effettiv f’kundizzjonijiet tat-temp u ta’ dawl li ma jillimitawx it-tħaddim tas-sistema;
|
|
Jekk il-validazzjoni twettqet fuq vettura oħra, id-dokumentazzjoni għandu jkollha informazzjoni li torbot il-proċess ta’ validazzjoni mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vettura.
|
|
Jekk l-ittestjar ta’ validazzjoni sar f’simulatur tas-sewqan, il-manifattur tal-vettura għandu jiddokumenta l-limitazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-ittestjar fi triq fil-miftuħ fid-dinja reali għall-fini tal-ittestjar tas-sistema tal-ADDW. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
(a)tqabbil tad-data primarja tal-input użata għas-sistema tal-ADDW mis-simulatur u d-data primarja tal-input mill-vettura f’kundizzjonijiet reali;
(b)analiżi tal-validità tar-riżultati tal-validazzjoni simulata.
|
|
Jekk il-validazzjoni tkun twettqet bħala parti mir-riċerka biex tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi jew biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-sistema għall-approvazzjoni tat-tip, id-dokumentazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni dwar il-parametri, inklużi l-firxiet ta’ aċċettazzjoni, użati mill-manifatturi tal-vetturi biex jiżguraw lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip li s-sistema tal-ADDW tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
|
|
Valutazzjoni mis-servizz tekniku tal-pakkett ta’ dokumentazzjoni tas-sistema tal-ADDW u rapport tat-test
|
|
Is-servizz tekniku għandu jiżgura li s-sistema tal-ADDW installata fil-vettura kandidata għall-approvazzjoni tat-tip:
(a)
tissodisfa l-kriterji tekniċi stabbiliti fil-Parti 1; u
(b)
tkun għaddiet mill-ittestjar tal-verifika fuq il-post stabbilit fil-Parti 2.
|