ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi
(1)“standby man-network” tfisser standby man-network skont it-tifsira tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826;
(2)“Pn” hija l-konsum tal-enerġija fil-modalità standby man-network, espress f’Watts u mqarreb għal żewġ pożizzjonijiet deċimali;
(3)“spare part” tfisser parti separata li tista’ tieħu post xi parti bl-istess funzjoni jew funzjoni simili f’telefown ċellulari, f’telefown bla fili jew fi slate tablet. Il-funzjonalità tat-telefown ċellulari, tat-telefown bla fili jew tal-islate tablet titreġġa’ lura jew tiġi aġġornata meta l-parti tinbidel bi spare part. L-ispare parts jistgħu jkunu parts użati;
(4)“parti serjalizzata” tfisser parti li għandha kodiċi uniku abbinat ma’ unità individwali ta’ apparat u li s-sostituzzjoni tagħha bi spare part teħtieġ l-abbinament ta’ dik l-ispare part mal-apparat b’kodiċi tas-software ħalli tkun żgurata funzjonalità sħiħa tal-ispare part u tal-apparat;
(5)“sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li twettaq tiswija jew manutenzjoni professjonali ta’ telefown ċellulari, telefown bla fili jew slate tablet, bħala servizz jew bil-ħsieb ta’ bejgħ mill-ġdid sussegwenti tal-apparat imsewwi;
(6)“element ta’ rbit” tfisser apparat tal-hardware jew sustanza li jgħaqqdu jew iwaħħlu b’mod mekkaniku, manjetiku jew mod ieħor żewġ oġġetti, parts jew biċċiet, jew aktar. Anki l-apparat tal-hardware li jaqdi wkoll funzjoni elettrika għandu jitqies bħala element ta’ rbit;
(7)“element ta’ rbit meħtieġ” tfisser element ta’ rbit li jrid jiġi żarmat skont l-istruzzjonijiet dwar it-tiswija pprovduti mill-manifatturi, mill-importaturi jew mir-rappreżentanti awtorizzati biex jinkiseb aċċess għal parti li hija maħsuba biex tinbidel bi spare part;
(8)“element ta’ rbit riużabbli” tfisser element ta’ rbit li jista’ jerġa’ jintuża kompletament fl-armar mill-ġdid bl-istess skop u li ma jagħmilx ħsara lill-prodott jew lill-element ta’ rbit innifsu waqt iż-żarmar jew tal-armar mill-ġdid b’mod li l-użu mill-ġdid multiplu tiegħu jsir impossibbli;
(9)“element tal-irbit rifornut” tfisser element ta’ rbit li jista’ jitneħħa u li jiġi fornut mingħajr kost addizzjonali mal-ispare part li jkun maħsub li jaqbad jew isewwi; L-adeżivi għandhom jitqiesu bħala elementi ta’ rbit rifornuti meta jiġu fornuti mal-ispare part bi kwantità li tkun biżżejjed għall-armar mill-ġdid, mingħajr kost addizzjonali;
(10)“element ta’ rbit li jista’ jitneħħa” tfisser element ta’ rbit li mhuwiex element ta’ rbit riużabbli, iżda li t-tneħħija tiegħu ma tagħmilx ħsara lill-prodott, jew tħalli xi residwu, li ma jkunux jippermettu l-armar mill-ġdid.
(11)“batterija” tfisser parti li tikkonsisti minn ċellola waħda jew aktar tal-batteriji, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, ċirkwiterija elettronika b’sensuri relatati mal-batteriji għall-ġestjoni tal-batteriji, qafas/oqfsa, trej tal-batterija, brakits, ilqugħ, materjali tal-interfaċċa termali, u konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(12)“għatu ta’ wara” jew “assemblaġġ tal-għatu ta’ wara” tfisser il-qafas ewlieni ta’ wara, inkluż wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott: il-qafas, saff li jgħatti n-naħa ta’ wara mwaħħal mal-qafas tal-għatu ewlieni ta’ wara, l-għata tal-lenti tal-kamera li tħares lura, antenni stampati, brekits, tarki, gaskits, konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat, u materjali tal-interfaċċa termali;
(13)“mikrofonu awżiljarju” tfisser mikrofonu li mhux essenzjali għas-sinjali tal-vuċi tal-utent, iżda li jipprovdi funzjonijiet sekondarji, bħal, iżda mhux limitati għal, tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali;
(14)“assemblaġġ tal-kamera ta’ quddiem” tfisser part li fiha kamera waħda jew aktar iħarsu lejn l-utent tal-apparat, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott:
(a)il-komponenti tal-kamera u s-sensuri relatati;
(b)il-komponenti tal-flash;
(c)il-komponenti ottiċi;
(d)il-komponenti mekkaniċi meħtieġa għal funzjonijiet bħall-istabbilizzazzjoni u l-fokus tal-immaġni;
(e)il-qafas/oqfsa tal-modulu;
(f)il-brakits;
(g)l-ilqugħ;
(h)id-dwal tas-sinjali;
(i)mikrofoni awżiljarji;
(j)konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(15)“assemblaġġ tal-kamera ta’ wara” tfisser part li fiha kamera waħda jew aktar iħarsu lejn in-naħa ta’ wara tal-apparat, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott:
(a)il-komponenti tal-kamera u s-sensuri relatati;
(b)il-komponenti tal-flash;
(c)il-komponenti ottiċi;
(d)il-komponenti mekkaniċi meħtieġa għal funzjonijiet bħall-istabbilizzazzjoni u l-fokus tal-immaġni;
(e)il-qafas/oqfsa tal-modulu;
(f)il-brakits;
(g)l-ilqugħ;
(h)mikrofoni awżiljarji;
(i)konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(16)“konnettur tal-awdjo estern” tfisser konnettur biex is-sinjali tal-awdjo jiġu konnessi ma’ kuffji jew ma’ loudspeakers esterni jew ma’ apparat tal-awdjo simili, inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, brakits, gaskets u konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(17)“port estern tal-iċċarġjar” tfisser port għall-iċċarġjar bil-fili tal-batterija, possibbilment jintuża wkoll għall-iskambju tad-data u għall-iċċarġjar rivers ta’ apparat ieħor, li hu magħmul minn reċipjent tal-USB-C u minn qafas relatat u, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, jinkludi brakits, gaskets u konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(18)“buttuna mekkanika” tfisser swiċċ mekkaniku jew assemblaġġ ta’ swiċċijiet mekkaniċi li jistgħu jingħafsu jew buttuna li tiżżerżaq li tista’ tiġi mċaqilqa mekkanikament biex jinxtegħlu jew jintfew xi funzjonijiet bħall-volum, il-kamera, jew l-apparat u, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, jinkludi brakits, gaskets u konnessjonijiet elettriċi għal assemblaġġi oħra tal-apparat;
(19)“mikrofonu/i prinċipali” tfisser il-mikrofonu/i maħsuba għas-sinjali tal-vuċi tal-utent inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, gaskets u konnessjonijiet elettriċi għal assemblaġġi oħra tal-apparat;
(20)“speaker” tfisser loudspeaker u xi parti mekkanika li tiġġenera l-ħoss inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott, oqfsa tal-modulu, gaskets u konnessjonijiet elettriċi għal assemblaġġi oħra tal-apparat;
(21)“assemblaġġ taċ-ċappetti” tfisser part li biha apparat ikun jista’ jintewa u jibqa’ jżomm l-integrità operazzjonali tiegħu inkluż, meta rilevanti, l-oqfsa tal-moduli;
(22)“mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin” tfisser part li biha apparat, inkluż l-iskrin tiegħu, ikun jista’ jintewa u jibqa’ jżomm l-integrità operazzjonali tiegħu;
(23)“ċarġer” tfisser provvista tal-enerġija esterna li tiċċarġja l-batterija ta’ telefown ċellulari, ta’ telefown bla fili jew ta’ slate tablet bil-batterija, jew li tipprovdihom l-enerġija elettrika.
(24)“kexxun tas-SIM u kexxun tal-memory card” tfisser kexxun li jinfetaħ u jingħalaq għal SIM card jew għal memory card li jistgħu jitneħħew;
(25)“assemblaġġ tal-iskrin” tfisser l-assemblaġġ ta’ unità tal-iskrin u, meta rilevanti, ta’ unità ta’ pannell diġitalizzatur ta’ quddiem inkluż, kif rilevanti għall-mudell tal-prodott:
(a)il-pjanċa ta’ wara;
(b)l-ilqugħ;
(c)il-qafas tal-iskrin;
(d)l-unitajiet tar-retroluminazzjoni;
(e)iċ-ċirkwiterija elettronika inkluż:
(i)id-driver tal-iskrin, għajr il-funzjonalità prinċipali tal-unità tal-ipproċessar tal-grafika;
(ii)il-kontrolluri tar-ringieli u tal-kolonni;
(iii)is-sistema taċ-ċirkwiterija tas-sinjali tal-kuntatt;
(iv)konnessjonijiet elettriċi ma’ assemblaġġi oħra tal-apparat;
(26)“fojl protettiv tal-iskrin li jintewa” tfisser saff protettiv iddisinjat biex jitwaħħal fuq l-iskrin ta’ apparat li jintewa biex titjieb l-affidabbiltà u jonqos it-tkagħbir mekkaniku fuq wiċċ l-iskrin;
(27)“sit web b’aċċess bla ħlas” tfisser sit web li jista’ jiġi aċċessat bla ħlas jew mingħajr ma tingħata informazzjoni personali bħal indirizz tal-email jew numru tat-telefown;
(28)“analiżi tal-falliment” tfisser proċess għal ġbir u analiżi tad-data biex tinstab il-part ta’ telefown ċellulari, ta’ telefown bla fili jew ta’ slate tablet li qed tikkawża malfunzjoni;
(29)“għatu protettiv separat” tfisser għatu protettiv li jista’ jiġi fornut ma’ telefown ċellulari, ma’ telefown bla fili jew ma’ slate tablet, iżda li mhux parti meħtieġa tal-qafas u ma jitqiesx parti integrali tal-prodott;
(30)“kriptaġġ” tfisser trasformazzjoni (riversibbli) tad-data b’algoritmu kriptografiku biex jiġi prodott test ċifrat, jiġifieri biex jinħeba l-kontenut informattiv tad-data;
(31)“kjavi” tfisser sekwenza ta’ simboli li jikkontrollaw it-tħaddim ta’ trasformazzjoni kriptografika (eż. kriptaġġ, deċiframent);
(32)“żarmar” tfisser proċess biex prodott jiġi separat f’partijiet u/jew komponenti b’tali mod li mbagħad ikun jista’ jerġa’ jintrama u jitħaddem;
(33)“sistema operatorja” tfisser tip ġenerali ta’ software installat minn qabel li jikkontrolla l-eżekuzzjoni tal-programmi u li jista’ jipprovdi servizzi bħal allokazzjoni tar-riżorsi, skedar, kontroll tal-input-output, u ġestjoni tad-data; normalment din tkun soġġetta għal aġġornamenti regolari li jwasslu għall-ħolqien ta’ firxa ta’ verżjonijiet maġġuri u minuri; din tinkludi l-applikazzjoni tas-software kollha installati minn qabel li l-utent ma jkunx jista’ jħassar;
(34)“aġġornament tas-sigurtà” tfisser aġġornament ta’ sistema operatorja, inkluż software korrettiv tas-sigurtà, jekk ikun rilevanti għal apparat partikolari, bil-għan prinċipali li jipprovdi sigurtà mtejba lill-apparat;
(35)“aġġornamenti korrettivi” tfisser aġġornamenti tas-sistema operatorja, inkluż biċċiet korrettivi, bil-għan li jsewwu xi bugs, erruri jew malfunzjonijiet fis-sistema operatorja;
(36)“aġġornament tal-funzjonalità” tfisser aġġornament ta’ sistema operatorja bil-għan prinċipali li jimplimenta funzjonalitajiet ġodda;
(37)“kapaċità nominali” tfisser l-ammont ta’ elettriku ddikjarat mill-manifattur li batterija tista’ twassal tul perjodu ta’ ħames (5) sigħat meta mkejjel f’kundizzjonijiet speċifiċi, espressa f’sigħat milliamperi (mAh);
(38)“durabbiltà tal-batterija f’ċikli” tfisser l-għadd ta’ ċikli ta’ ċarġ/disċarġ li batterija tiflaħ sakemm il-kapaċità elettrika użabbli tagħha tilħaq it-80% tal-kapaċità nominali tagħha, espressa f’ċikli;
(39)“stat taċ-ċarġ” tfisser il-kapaċità disponibbli f’batterija espressa bħala persentaġġ tal-kapaċità nominali;
(40)“stat tas-saħħa” tfisser kejl tal-kundizzjoni ġenerali ta’ batterija rikarikabbli u l-abbiltà tagħha li tagħti l-prestazzjoni speċifikata meta mqabbla mal-kundizzjoni inizjali tagħha, espressa bħala l-kapaċità li jifdal ta’ ċarġ sħiħ relattiva għall-kapaċità nominali, bħala %;
(41)“sistema ta’ ġestjoni tal-batterija” tfisser apparat elettroniku li jikkontrolla jew jimmaniġġa l-funzjonijiet elettriċi u termali tal-batterija, li jimmaniġġa u jaħżen id-data dwar il-parametri għar-reġistrazzjoni tad-data tal-manifattura tal-batterija, id-data tal-ewwel użu tal-batterija, in-numru taċ-ċikli tal-iċċarġjar/disċarġjar, u l-istat tas-saħħa tal-batterija, u li jikkomunika mal-prodott li fih hija inkorporata l-batterija;
(42)“kapaċità pendenti” ta’ batterija tfisser il-kapaċità meta l-batterija żżomm prestazzjoni massima normali u mkejla meta mqabbla mal-kapaċità ta’ prodott ġdid;
(43)“iċċarġjar intelliġenti” tfisser profil adattiv tal-iċċarġjar tal-batterija bbażat fuq algoritmi li jitgħallmu mill-imġiba tal-utent biex jottimizzaw il-profil tal-iċċarġjar ħalli jonqsu l-effetti li jillimitaw il-ħajja tal-batterija;
(44)“Rcyc” tfisser ir-rata taċ-riċiklabbiltà, espressa f’%;
(45)“klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress” tfisser il-firxa ta’ protezzjoni mogħtija minn qafas kontra l-ingress ta’ oġġetti solidi barranin u/jew kontra l-ingress tal-ilma, imkejla b’metodi tal-ittestjar standardizzati u espressa b’sistema tal-kodifikazzjoni li tindika l-grad ta’ din il-protezzjoni;
(46)“data tat-tqegħid fis-suq” tfisser id-data tat-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell tal-prodott;
(47)“data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq” tfisser id-data tat-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott;
(48)“tħassir sigur tal-kjavi kriptografika” tfisser it-tħassir effettiv tal-kjavi kriptografika użata għall-kriptaġġ u d-dekriptaġġ tad-data, li tissostitwixxi għalkollox il-kjavi b’tali mod li l-aċċess għall-kjavi oriġinali, jew għal partijiet tagħha, ma jkunx aktar fattibbli;
(49)“għodda proprjetarja” tfisser għodda li mhix disponibbli għax-xiri mill-pubbliku ġenerali jew li għaliha mhi disponibbli l-ebda privattiva applikabbli għal liċenzja b’termini ġusti, raġonevoli u nondiskriminatorji;
(50)“għodod bażiċi” tfisser tornavit ċatt, tornavit stilla, tornavit torx, allen key, combination spanner, tnaljetta kkombinata, tnaljetta kkombinata għat-tqaxxir tal-wajers u l-konnessjoni terminali, tnaljetta nofs tond, cutters dijagonali, tnaljetta multigrip, locking pliers, liver, pinzetta, lenti, spudger u pick;
(51)“għodda disponibbli kummerċjalment” tfisser għodda disponibbli għax-xiri mill-pubbliku ġenerali, u la hija għodda bażika u lanqas għodda proprjetarja;
(52)“ambjent ekwivalenti għall-produzzjoni” tfisser ambjent li hu komparabbli mal-ambjent tal-manifattura tal-prodott;
(53)“ambjent tal-użu” tfisser ambjent fejn il-prodott ikun qed jintuża;
(54)“ambjent ta’ workshop” tfisser ambjent li mhux ambjent tal-użu u mhux ambjent ekwivalenti għall-produzzjoni, u fejn il-makkinarju u/jew l-għodod jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati kif xieraq għall-attivitajiet tat-tiswija;
(55)“ġeneralista” tfisser persuna b’għarfien ġenerali dwar it-tekniki bażiċi tat-tiswija u l-prekawzjonijiet tas-sikurezza;
(56)“persuna mhux esperta” tfisser persuna mingħajr esperjenza speċifika fit-tiswija jew kwalifiki relatati;
(57)“valuri dikjarati” tfisser il-valuri mogħtija mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-parametri tekniċi dikjarati, ikkalkolati jew imkejla f’konformità mal-Artikolu 4, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.
(58)“stat estiż għalkollox” tfisser stat tal-apparat meta l-partijiet li jiċċaqilqu kif maħsuba għall-użu, bħall-iskrins u t-tastieri, jinfetħu jew jiġu estiżi b’mod simili b’tali mod li tinkiseb l-akbar erja projettata tat-tul immultiplikat bil-wisa’;
ANNESS II
Rekwiżiti tal-Ekodisinn
A.
Telefowns ċellulari għajr l-ismartphones
1.REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FIR-RIŻORSI
1.1.Disinn għat-tiswija u għall-użu mill-ġdid
(1)Disponibbiltà tal-ispare parts:
(a)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, meta preżenti.
(i)batterija/i;
(ii)l-assemblaġġ tal-kamera ta’ quddiem;
(iii)l-assemblaġġ tal-kamera ta’ wara;
(iv)il-konnetturi tal-awdjo esterni;
(v)il-port(s) estern(i) tal-iċċarġjar;
(vi)il-buttuna/i mekkaniċi;
(vii)il-mikrofonu/i prinċipali;
(viii)l-ispeaker(s);
(ix)l-assemblaġġ taċ-ċappetti;
(x)il-mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin.
(b)L-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) ma għandhomx ikunu assemblaġġi li jinkludu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ spare parts elenkati, għajr dan li ġej:
(i)il-mikrofoni jistgħu jkunu parti minn loudspeaker jew assemblaġġ tal-port tal-iċċarġjar estern;
(ii)il-konnettur(i) awdjo estern(i) jistgħu jiġu kkombinati mal-port(s) estern(i) tal-iċċarġjar bħala l-istess port(s);
(iii)il-port(s) estern(i) tal-iċċarġjar jistgħu jiġu kkombinati mal-konnettur(i) awdjo estern(i) bħala l-istess port(s);
(iv)l-assemblaġġ taċ-ċappetti jista’ jkun parti minn mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin;
(v)il-mikrofonu, l-ispeaker(s), il-buttuni u l-konnetturi esterni jistgħu jiġu kkombinati ma’ assemblaġġ ta’ livell ogħla jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-affidabbiltà li ġejjin:
–il-buttuna tal-enerġija jkollha reżistenza taċ-ċiklu tal-għeluq tal-kuntatt ≥ 225.000 ċiklu;
–il-buttuna tal-volum ikollha reżistenza taċ-ċiklu tal-għeluq tal-kuntatt ≥ 100.000 ċiklu;
–il-konnettur tal-iċċarġjar ikollu reżistenza taċ-ċiklu ta’ inserzjoni/estrazzjoni ≥ 12.000 ċiklu.
(c)Minn [OP insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard:
(i)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali u lill-utenti finali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq:
(a)batterija/i;
(b)l-għatu ta’ wara jew assemblaġġ tal-għatu ta’ wara, jekk ikollu jitneħħa kollu biex tinbidel il-batterija;
(c)il-fojl protettiv tal-iskrin li jintewa;
(d)l-assemblaġġ tal-iskrin;
(e)ċarġer, sakemm l-apparat ma jkunx konformi mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2014/53/UE;
(f)il-kexxun tas-SIM card u l-kexxun tal-memory card, jekk ikun hemm slot estern għal kexxun tas-SIM card jew għal kexxun tal-memory card.
(ii)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jipprovdu l-batterija/i msemmija fil-punt (i)(a) biss lis-sewwejja professjonali jekk il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jiżguraw li dawn ir-rekwiżiti li ġejjin huma ssodisfati:
(a)wara 500 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jkollha, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 83% tal-kapaċità nominali;
(b)id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli tikseb minimu ta’ 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ u, wara 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jkollha wkoll, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 80% tal-kapaċità nominali;
(c)l-apparat jissodisfa l-klassifika IP67.
(d)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) u l-proċedura għall-ordni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa tmiem il-perjodu tad-disponibbiltà ta’ dawk l-ispare parts;
(2)Aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni
(a)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni lis-sewwejja professjonali għall-parts koperti mill-punti 1(a) u (c) bil-kundizzjonijiet li ġejjin, sakemm dik l-informzzjoni ma tkunx disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat:
(a)Is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu jużaw is-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw din it-talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali biex juri li:
(i)is-sewwej professjonali għandu l-kompetenza teknika biex isewwi t-telefowns ċellulari għajr l-ismartphones, u jkun konformi mar-Regolamenti applikabbli għas-sewwejja tat-tagħmir elettriku fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema tar-reġistrazzjoni uffiċjali bħala sewwej professjonali, meta tkun teżisti sistema bħal din fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova tal-konformità ma’ dan il-punt;
(ii)is-sewwej professjonali hu kopert b’assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan hux meħtieġ mill-Istat Membru;
(b)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba. Fil-każ ta’ rifjut, għandha tingħata ġustifikazzjoni ċara lil min jagħmel it-talba li tkun tiddeskrivi r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, li għandha tiġi revokata, jekk l-istess sewwej professjonali jitlob reġistrazzjoni bl-informazzjoni aġġornata, li tikkonforma mal-kundizzjonijiet biex jingħata l-aċċess.
(c)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu tariffi raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex wieħed jirċievi aġġornamenti regolari ta’ din l-informazzjoni. Ir-reġistrazzjoni nnifisha għandha tingħata mingħajr ħlas. Tariffa għandha titqies raġonevoli, b’mod partikolari, meta ma tkunx tiskoraġġixxi l-aċċess billi ma tkunx tqis sa liema punt l-informazzjoni qed tintuża mis-sewwej professjonali.
(d)Ladarba tiġi rreġistrata, sewwej professjonali għandu jkollha aċċess fi żmien jum wieħed (1) tax-xogħol mid-data tat-talba, għall-informazzjoni mitluba dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tingħata għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, jekk rilevanti.
(e)L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni msemmija fil-punt (a) għandu jkollha ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punti 1(a) u (c), u għandha mill-anqas tinkludi:
(i)l-identifikazzjoni inekwivokabbli tal-prodott;
(ii)mappa taż-żarmar jew dijagramma kompożittiva;
(iii)dijagrammi tal-wiring u tal-konnessjoni, kif meħtieġ għall-analiżi tal-fallimenti;
(iv)dijagrammi tal-bord elettroniku;
(v)lista tat-tagħmir meħtieġ għat-tiswija u l-ittestjar;
(vi)manwal tekniku bl-istruzzjonijiet għat-tiswija, li jimmarka l-passi individwali;
(vii)informazzjoni dijanjostika dwar il-ħsarat u l-erruri (inkluż kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur, meta applikabbli);
(viii)informazzjoni dwar il-komponenti u informazzjoni dijanjostika (bħall-valuri teoretiċi minimi u massimi tal-kejl);
(ix)struzzjonijiet għas-software u l-firmware (inkluż is-software tar-risettjar);
(x)informazzjoni dwar l-aċċess għar-rekords tad-data dwar l-inċidenti tal-fallimenti rrapportati u maħżuna fuq l-apparat, meta applikabbli, għajr għall-informazzjoni personali identifikabbli bħal dik relatata mal-imġiba ta’ utent u informazzjoni dwar il-post);
(xi)informazzjoni dwar l-aċċess għat-tiswija professjonali, inkluż il-paġni web, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b);
(f)Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-partijiet terzi għandhom jitħallew jużaw u jippubblikaw informazzjoni mhux mibdula dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ppubblikata inizjalment mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat u koperta mill-punt (e) ladarba l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun ittermina l-aċċess għal dik l-informazzjoni wara tmiem il-perjodu tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.
(b)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, l-istruzzjonijiet tat-tiswija u l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni għall-parts ikkonċernati mill-punt 1(c) għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tinkludi ċertu ta’ livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punt 1(c).
(3)Ħin massimu għat-twassil tal-ispare parts
(a)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
(i)fl-ewwel ħames (5) snin tal-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), l-ispare parts jitwasslu fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol minn meta tasal l-ordni;
(ii)fis-sentejn (2) l-oħra tal-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), l-ispare parts jitwasslu fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tasal l-ordni.
(b)Fil-każ tal-ispare parts koperti mill-punt 1(a), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b).
(4)Informazzjoni dwar il-prezz tal-ispare parts
Tul il-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu prezzijiet indikattivi qabel it-taxxa mill-anqas fl-euro għall-ispare parts elenkati fil-punti 1(a) u (c), inkluż il-prezz qabel it-taxxa tal-elementi ta’ rbit u tal-għodod, jekk fornuti mal-ispare part, fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat.
(5)Rekwiżiti taż-żarmar
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żarmar li ġejjin:
(a)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-assemblaġġ tal-iskrin jew tal-parts imsemmija fil-punt 1(a), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(i)l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jistgħu jitneħħew, jerġgħu jiġu fornuti jew jerġgħu jintużaw;
(ii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mill-anqas b’wieħed mill-modi li ġejjin:
–mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
–b’għodod disponibbli kummerċjalment.
(iii)il-proċess tas-sostituzzjoni għandu, bħala minimu, ikun jista’ jsir f’ambjent ta’ workshop;
(iv)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu, bħala minimu, ikun jista’ jsir minn ġeneralista.
(b)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-parts imsemmija fil-punt 1(c), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(ii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
(iii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir f’ambjent tal-użu;
(iv)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir minn persuna mhux esperta.
(c)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-batterija:
(i)ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
–l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jerġgħu jiġu fornuti jew jerġgħu jintużaw;
–il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
–il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir f’ambjent tal-użu;
–il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir minn persuna mhux esperta.
(ii)jew, bħala alternattiva għall-punt (i), jiżguraw li:
–il-proċess għas-sostituzzjoni tal-batterija jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a);
–wara 500 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jrid ikollha wkoll, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 83% tal-kapaċità nominali;
–id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli tikseb minimu ta’ 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, u wara 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jrid ikollha wkoll, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 80% tal-kapaċità nominali;
–l-apparat ikollu mill-anqas protezzjoni mit-trab u protezzjoni mill-immersjoni fl-ilma sa metru fond għal mill-anqas 30 minuta.
(6)Rekwiżiti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jinkludu funzjoni tas-software li tirrisettja l-apparat għall-kunfiduzzjonijiet tal-fabbrika u li tħassar b’mod sigur u awtomatiku kull informazzjoni personali inkluż, iżda mhux bilfors biss, il-ktieb tal-kuntatti, il-messaġġi, ir-ritratti, il-videos, il-konfigurazzjonijiet u l-elenku tat-telefonati.
1.2.Disinn għall-affidabbiltà
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Reżistenza għall-waqgħat inċidentali: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jgħaddu minn test ta’ 45 waqgħa mingħajr fojl protettiv jew għatu protettiv separat, għajr għat-telefowns ċellulari li jintwew għajr l-ismartphones u ddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa, mingħajr telf tal-funzjonalità, skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness III; it-telefowns ċellulari li jintwew għajr l-ismartphones iddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa għandhom jgħaddu minn test ta’ 35 waqgħa fl-istat mhux estiż u ta’ 15-il waqgħa fl-istat estiż, mingħajr telf tal-funzjonalità, skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness III u jiġu ttestjati bil-fojl protettiv.
(2)Reżistenza għall-grif: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-iskrin tal-apparat jgħaddi mit-test tar-reżistenza tal-livell 4 bl-iskala tar-reżistenza Mohs, għajr għall-ismartphones li jintwew għajr l-ismartphones u ddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa.
(3)Protezzjoni mit-trab u mill-ilma: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jkunu protetti mid-dħul ta’ oġġetti solidi barranin akbar minn millimetru (1mm) u mit-titjir tal-ilma.
(4)Durabbiltà tal-batterija f’ċikli: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jiksbu mill-anqas 500 ċiklu b’kapaċità pendenti ta’ 80%, li jridu jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ta’ ċċarġjar fejn ir-rata tal-iċċarġjar tkun qed tiġi limitata mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija u mhux mill-kapaċitajiet tal-għoti tal-enerġija tal-provvista tal-enerġija.
(5)Ġestjoni tal-batterija:
(i)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinkludu karatteristika fakultattiva tal-iċċarġjar li tista’ tintgħażel mill-utent biex il-proċess tal-iċċarġjar jintemm b’mod awtomatiku, meta l-batterija tkun iċċarġjata 80% tal-kapaċità sħiħa tagħha. Meta din il-karatteristika tkun attivata, il-manifatturi, l-importaturi, jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jippermettu li perjodikament l-apparat jiċċarġja għalkollox il-batterija ħalli jinżammu stimi preċiżi tal-istat taċ-ċarġ tal-batterija. L-utent għandu jiġi infurmat b’mod awtomatiku meta jkun qed jiċċarġja l-apparat għall-ewwel darba jew tul il-proċess tal-installazzjoni, li t-tul tal-ħajja tal-batterija jista’ jiġi estiż jekk il-karatteristika tintgħażel u l-batterija tiġi ċċarġjata regolarment għal 80% biss tal-kapaċità sħiħa tagħha;
(ii)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu karatteristika tal-ġestjoni tal-enerġija li b’mod awtomatiku tiżgura li ladarba l-batterija tkun iċċarġjata kollha, ma tiġix fornuta iżjed enerġija lill-batterija sakemm il-livell taċ-ċarġ ma jinżilx inqas mill-95% tal-kapaċità massima taċ-ċarġ tagħha;
(6)Aġġornamenti tas-sistema operatorja:
(a)mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq sa mill-anqas ħames (5) snin wara dik id-data, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandhom, jekk ikunu jipprovdu aġġornamenti tas-sigurtà, aġġornamenti korrettivi jew aġġornamenti tal-funzjonalità għal sistema operatorja, jagħmlu dawk l-aġġornamenti disponibbli mingħajr ħlas għall-unitajiet kollha ta’ mudell ta’ prodott bl-istess sistema operatorja;
(b)ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) għandu japplika għall-aġġornamenti tas-sistema operatorja offruti volontarjament mill-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati u anki għall-aġġornamenti tas-sistema operatorja pprovduti għal konformità mal-liġi tal-Unjoni;
(c)l-aġġornamenti tas-sigurtà jew l-aġġornamenti korrettivi msemmija fil-punt (a) jeħtieġ ikunu disponibbli għall-utent fi żmien erba’ (4) xhur wara r-rilaxx għall-pubbliku tal-kodiċi tas-sors ta’ aġġornament tas-sistema operatorja sottostanti jew, jekk il-kodiċi tas-sors ma jiġix rilaxxat għall-pubbliku, wara li aġġornament tal-istess sistema operatorja jiġi rrilaxxat mill-fornitur tas-sistema operatorja jew ta’ xi prodott ieħor tal-istess marka;
(d)l-aġġornamenti tal-funzjonalità msemmija fil-punt (a) jeħtieġ ikunu disponibbli għall-utent fi żmien sitt (6) xhur wara r-rilaxx għall-pubbliku tal-kodiċi tas-sors ta’ aġġornament tas-sistema operatorja sottostanti jew, jekk il-kodiċi tas-sors ma jiġix rilaxxat għall-pubbliku, wara li aġġornament tal-istess sistema operatorja jiġi rrilaxxat mill-fornitur tas-sistema operatorja jew ta’ xi prodott ieħor tal-istess marka;
(e)aġġornament tas-sistema operatorja jista’ jikkombina aġġornamenti tas-sigurtà, korrettivi u tal-funzjonalità.
1.3.Immarkar tal-komponenti tal-plastik
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-komponenti tal-plastik li huma itqal minn 50g għandhom jiġu mmarkati billi jiġi speċifikat it-tip ta’ polimeru bis-simboli standard xierqa jew b’termini mqassra stabbiliti bejn il-marki tal-punteġġjatura “>” u “<” kif speċifikat fl-istandards disponibbli. L-immarkar għandu jkun leġibbli.
Il-komponenti tal-plastik għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-immarkar diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)l-immarkar ma jkunx possibbli minħabba l-forma jew id-daqs;
(ii)l-immarkar ikun iħalli impatt fuq il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tal-komponent tal-plastik;
(iii)l-immarkar ma jkunx teknikament possibbli minħabba l-metodu tal-ifformar.
Għall-komponenti tal-plastik li ġejjin mhu meħtieġ l-ebda mmarkar:
(i)imballaġġ, tejp, tikketti u films tal-kisi li jiġġebbdu;
(ii)wiring, kejbils u konnetturi, partijiet tal-lastku u komponent ieħor li ma jkollux biżżejjed erja tas-superfiċje xierqa biex l-immarkar ikollu daqs leġibbli;
(iii)assemblaġġi tal-PCB, bords tal-PMMA, komponenti ottiċi, komponenti tad-disċarġjar elettrostatiku, komponenti ta’ interferenza elettromanjetika, speakers;
(iv)partijiet trasparenti fejn l-immarkar ifixkel il-funzjoni tal-parti inkwistjoni.
1.4.Rekwiżiti tar-riċiklabbiltà
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jagħmlu disponibbli, fuq sit web b’aċċess bla ħlas, l-informazzjoni dwar iż-żarmar meħtieġa biex jinkiseb aċċess għal xi wieħed mill-komponenti tal-prodotti msemmija fl-Anness VII, il-punt 1, tad-Direttiva 2012/19/UE.
(2)L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tinkludi s-sekwenza tal-passi taż-żarmar, tal-għodod jew it-teknoloġiji meħtieġa biex jinkiseb aċċess għall-komponenti fil-mira.
(3)L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tkun disponibbli għal mill-anqas 15-il sena wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott.
2.REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu fid-dokumentazzjoni teknika u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku fuq siti web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, l-informazzjoni li ġejja:
(a)il-kompatibbiltà ma’ memory cards li jistgħu jitneħħew, jekk ikun hemm;
(b)il-firxa indikattiva tal-piż tal-materja prima kritika u tal-materja prima rilevanti għall-ambjent li ġejjin:
(i)il-kobalt fil-batterija (firxa tal-piż: anqas minn 2g, bejn 2g u 5g, iżjed minn 5g);
(ii)it-tantalju fil-kapaċitaturi (firxa tal-piż: anqas minn 0,05g, bejn 0,05g u 0,2g, iżjed minn 0,2g);
(iii)in-neodimju fil-loadspeakers, fil-muturi tal-vibrazzjoni, u f’kalamiti oħra (firxa tal-piż: anqas minn 0,05g, bejn 0,05g u 0,2g, iżjed minn 0,2g);
(iv)id-deheb fil-komponenti kollha (firxa tal-piż: anqas minn 0,02g, bejn 0,02g u 0,1g, iżjed minn 0,1g).
(c)il-valur indikattiv tar-rata tar-riċiklabbiltà Rċik;
(d)il-persentaġġ indikattiv tal-kontenut riċiklat għall-prodott jew għal parti minnu, meta disponibbli; jekk ma jkunx disponibbli, il-kontenut riċiklat jenħtieġ li jiġi indikat bħala “mhux magħruf” jew “mhux disponibbli”;
(e)il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress;
(f)id-durabbiltà minima tal-batterija f’ċikli f’numru ta’ ċikli;
(g)fil-każ tal-apparati li jintwew, għandu jiġi indikat li “Dan l-apparat ma sarlux test tar-reżistenza għall-grif”.
(2)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu struzzjonijiet lill-utent fil-forma ta’ manwal għall-utent fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat. Dawk l-istruzzjonijiet għandhom jinkludu struzzjonijiet għall-manutenzjoni tal-batterija, inkluż dawn li ġejjin:
(i)l-impatti fuq il-ħajja tal-batterija relatati mal-esponiment tal-apparat għal temperaturi għoljin, xejriet tal-iċċarġjar subottimi, l-iċċarġjar rapidu u effetti negattivi magħrufa oħra;
(ii)l-effetti tat-tifi tal-konnessjonijiet tar-radju, bħall-WiFi, il-Bluetooth, fuq il-konsum tal-enerġija;
(iii)informazzjoni dwar jekk l-apparat jappoġġax karatteristiċi oħra li jtawlu l-ħajja tal-batterija, bħall-iċċarġjar intelliġenti, u dwar kif dawn il-karatteristiċi jiġu attivati jew f’liema kundizzjonijiet jaħdmu l-aħjar.
(3)Meta l-pakkett ma jkunx jinkludi ċarġer, l-istruzzjonijiet tal-utenti msemmija fil-punt 2 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: “Biex nibżgħu għall-ambjent, dan il-pakkett ma jinkludix ċarġer. Dan l-apparat jista’ jitħaddem b’ħafna mill-adapters tal-enerġija USB u b’kejbil tal-USB-C.”
B.
Smartphones
1.REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FIR-RIŻORSI
1.1.Disinn għat-tiswija u l-użu mill-ġdid
(1)Disponibbiltà tal-ispare parts
(a)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, meta preżenti.
(i)batterija/i;
(ii)l-assemblaġġ tal-kamera ta’ quddiem;
(iii)l-assemblaġġ tal-kamera ta’ wara;
(iv)il-konnetturi tal-awdjo esterni;
(v)il-port(s) estern(i) tal-iċċarġjar;
(vi)il-buttuna/i mekkaniċi;
(vii)il-mikrofonu/i prinċipali;
(viii)l-ispeaker(s);
(ix)l-assemblaġġ taċ-ċappetti;
(x)il-mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin.
(b)L-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) ma għandhomx ikunu assemblaġġi li jinkludu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ spare parts elenkati, għajr dan li ġej:
(i)il-mikrofoni jistgħu jkunu parti minn loudspeaker jew assemblaġġ tal-port tal-iċċarġjar estern;
(ii)il-konnettur(i) awdjo estern(i) jistgħu jiġu kkombinati mal-port(s) estern(i) tal-iċċarġjar bħala l-istess port(s);
(iii)il-port(s) estern(i) tal-iċċarġjar jistgħu jiġu kkombinati mal-konnettur(i) awdjo estern(i) bħala l-istess port(s);
(iv)l-assemblaġġ taċ-ċappetti jista’ jkun parti minn mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin; (v)il-mikrofonu, l-ispeaker(s), il-buttuni u l-konnetturi esterni jistgħu jiġu kkombinati ma’ assemblaġġ ta’ livell ogħla jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-affidabbiltà li ġejjin:
–l-apparat jissodisfa l-klassifika IP67;
–il-buttuna tal-enerġija jkollha reżistenza taċ-ċiklu tal-għeluq tal-kuntatt ≥ 225.000 ċiklu;
–il-buttuna tal-volum ikollha reżistenza taċ-ċiklu tal-għeluq tal-kuntatt ≥ 100.000 ċiklu;
–il-konnettur tal-iċċarġjar ikollu reżistenza taċ-ċiklu ta’ inserzjoni/estrazzjoni ≥ 12.000 ċiklu.
(c)Minn [OP insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard:
(i)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali u lill-utenti finali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq:
(a)batterija/i;
(b)l-għatu ta’ wara jew assemblaġġ tal-għatu ta’ wara, jekk ikollu jitneħħa kollu biex tinbidel il-batterija;
(c)il-fojl protettiv tal-iskrin li jintewa;
(d)l-assemblaġġ tal-iskrin;
(e)ċarġer, sakemm l-apparat ma jkunx konformi mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2014/53/UE;
(f)il-kexxun tas-SIM card u l-kexxun tal-memory card, jekk ikun hemm slot estern għal kexxun tas-SIM card jew għal kexxun tal-memory card.
(ii)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jipprovdu l-batterija/i msemmija fil-punt (i)(a) biss lis-sewwejja professjonali jekk il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jiżguraw li dawn ir-rekwiżiti li ġejjin huma ssodisfati:
(a)wara 500 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jkollha, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 83% tal-kapaċità nominali;
(b)id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli tikseb minimu ta’ 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ u, wara 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jkollha wkoll, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 80% tal-kapaċità nominali;
(c)l-apparat jissodisfa l-klassifika IP67.
(d)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) u l-proċedura għall-ordni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa tmiem il-perjodu tad-disponibbiltà ta’ dawk l-ispare parts;
(2)Aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni lis-sewwejja professjonali għall-parts koperti mill-punti 1(a) u (c) bil-kundizzjonijiet li ġejjin, sakemm dik l-informzzjoni ma tkunx disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat:
(a)Is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu jużaw is-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw din it-talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali biex juri li:
(i)is-sewwej professjonali għandu l-kompetenza teknika biex isewwi l-ismartphones u jkun konformi mar-Regolamenti applikabbli għas-sewwejja tat-tagħmir elettriku fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema tar-reġistrazzjoni uffiċjali bħala sewwej professjonali, meta tkun teżisti sistema bħal din fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova tal-konformità ma’ dan il-punt;
(ii)is-sewwej professjonali hu kopert b’assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan hux meħtieġ mill-Istat Membru;
(b)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba. Fil-każ ta’ rifjut, għandha tingħata ġustifikazzjoni ċara lil min jagħmel it-talba li tkun tiddeskrivi r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, li għandha tiġi revokata, jekk l-istess sewwej professjonali jitlob reġistrazzjoni bl-informazzjoni aġġornata, li tikkonforma mal-kundizzjonijiet biex jingħata l-aċċess.
(c)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu tariffi raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex wieħed jirċievi aġġornamenti regolari ta’ din l-informazzjoni. Ir-reġistrazzjoni nnifisha għandha tingħata mingħajr ħlas. Tariffa għandha titqies raġonevoli, b’mod partikolari, meta ma tkunx tiskoraġġixxi l-aċċess billi ma tkunx tqis sa liema punt l-informazzjoni qed tintuża mis-sewwej professjonali.
(d)Ladarba tiġi rreġistrata, sewwej professjonali għandu jkollha aċċess fi żmien jum wieħed (1) tax-xogħol mid-data tat-talba, għall-informazzjoni mitluba dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tingħata għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, jekk rilevanti.
(e)L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni msemmija fil-punt (a) għandu jkollha ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punti 1(a) u (c), u għandha mill-anqas tinkludi:
(i)l-identifikazzjoni inekwivokabbli tal-prodott;
(ii)mappa taż-żarmar jew dijagramma kompożittiva;
(iii)dijagrammi tal-wiring u tal-konnessjoni, kif meħtieġ għall-analiżi tal-fallimenti;
(iv)dijagrammi tal-bord elettroniku;
(v)lista tat-tagħmir meħtieġ għat-tiswija u l-ittestjar;
(vi)manwal tekniku bl-istruzzjonijiet għat-tiswija, li jimmarka l-passi individwali;
(vii)informazzjoni dijanjostika dwar il-ħsarat u l-erruri (inkluż kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur, meta applikabbli);
(viii)informazzjoni dwar il-komponenti u informazzjoni dijanjostika (bħall-valuri teoretiċi minimi u massimi tal-kejl);
(ix)struzzjonijiet għas-software u l-firmware (inkluż is-software tar-risettjar);
(x)informazzjoni dwar l-aċċess għar-rekords tad-data dwar l-inċidenti tal-fallimenti rrapportati u maħżuna fuq l-apparat, meta applikabbli, għajr għall-informazzjoni personali identifikabbli bħal dik relatata mal-imġiba ta’ utent u informazzjoni dwar il-post);
(xi)informazzjoni dwar l-aċċess għat-tiswija professjonali, inkluż il-paġni web, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b);
(f)Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-partijiet terzi għandhom jitħallew jużaw u jippubblikaw informazzjoni mhux mibdula dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ppubblikata inizjalment mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat u koperta mill-punt (e) ladarba l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun ittermina l-aċċess għal dik l-informazzjoni wara tmiem il-perjodu tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, l-istruzzjonijiet tat-tiswija u l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni għall-parts ikkonċernati mill-punt 1(c) għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tinkludi ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punt 1(c).
(3)Ħin massimu għat-twassil tal-ispare parts
(a)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
(i)fl-ewwel ħames (5) snin tal-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), l-ispare parts jitwasslu fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol minn meta tasal l-ordni;
(ii)fis-sentejn (2) l-oħra tal-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), l-ispare parts jitwasslu fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tasal l-ordni;
(b)Fil-każ tal-ispare parts koperti mill-punt 1(a), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b).
(4)Informazzjoni dwar il-prezz tal-ispare parts
Tul il-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu prezzijiet indikattivi qabel it-taxxa mill-anqas fl-euro għall-ispare parts elenkati fil-punti 1(a) u (c), inkluż il-prezz qabel it-taxxa tal-elementi ta’ rbit u tal-għodod, jekk fornuti mal-ispare part, fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat.
(5)Rekwiżiti taż-żarmar
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żarmar li ġejjin:
(a)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-assemblaġġ tal-iskrin jew tal-parts imsemmija fil-punt 1(a), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(i)l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jistgħu jitneħħew, jerġgħu jiġu fornuti jew jerġgħu jintużaw;
(ii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mill-anqas b’wieħed mill-modi li ġejjin:
–mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
–b’għodod disponibbli kummerċjalment.
(iii)il-proċess tas-sostituzzjoni għandu, bħala minimu, ikun jista’ jsir f’ambjent ta’ workshop;
(iv)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu, bħala minimu, ikun jista’ jsir minn ġeneralista.
(b)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-parts imsemmija fil-punt 1(c), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(i)l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jistgħu jitneħħew, jerġgħu jiġu fornuti jew jerġgħu jintużaw;
(ii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
(iii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir f’ambjent tal-użu;
(iv)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir minn persuna mhux esperta.
(c)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-batterija:
(i)jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
–l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jerġgħu jiġu fornuti jew jerġgħu jintużaw;
–il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
–il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir f’ambjent tal-użu;
–il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir minn persuna mhux esperta.
(ii)jew, bħala alternattiva għall-punt (i), jiżguraw li
–il-proċess għas-sostituzzjoni tal-batterija jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a);
–wara 500 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jrid ikollha, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 83% tal-kapaċità nominali;
–id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli tikseb minimu ta’ 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, u wara 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jrid ikollha wkoll, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 80% tal-kapaċità nominali;
–l-apparat ikollu mill-anqas protezzjoni mit-trab u protezzjoni mill-immersjoni fl-ilma sa metru fond għal mill-anqas 30 minuta.
(6)Rekwiżiti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], mil-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jkunu:
(a)iwettqu kriptaġġ b’mod awtomatiku, bi kjavi ta’ kriptaġġ każwali, tad-data tal-utent maħżuna fil-ħażna interna tal-apparat;
(b)jinkludu funzjoni tas-software, li tirrisettja l-apparat għall-konfigurazzjonijiet tal-fabbrika u tħassar b’mod awtomatiku l-kjavi kriptografika u tiġġenera waħda ġdida;
(c)jirreġistraw id-data li ġejja mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija fil-konfigurazzjonijiet tas-sistema jew f’post ieħor aċċessibbli għall-utenti finali:
(i)id-data tal-manifattura tal-batterija;
(ii)id-data tal-ewwel użu tal-batterija wara l-ewwel użu tal-apparat mill-ewwel utent;
(iii)in-numru ta’ ċikli sħaħ ta’ ċarġ/disċarġ (referenza: il-kapaċità nominali);
(iv)l-istat tas-saħħa mkejjel (il-kapaċità pendenti ta’ ċarġ sħiħ meta mqabbla mal-kapaċità nominali f’%).
(7)Sostituzzjoni ta’ partijiet serjalizzati
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq:
(a)Jekk il-partijiet li jridu jiġu sostitwiti bl-ispare parts imsemmija fil-punt 1(a) ikunu partijiet serjalizzati, dawn jipprovdu aċċess nondiskriminatorju lis-sewwejja professjonali għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili meħtieġa biex tkun żgurata l-funzjonalità sħiħa ta’ dawk l-ispare parts u tal-apparat li fih jiġu installati dawk l-ispare parts waqt u wara s-sostituzzjoni;
(b)Jekk il-partijiet li jridu jiġu sostitwiti bl-ispare parts imsemmija fil-punt 1(c) ikunu partijiet serjalizzati, dawn jipprovdu aċċess nondiskriminatorju lis-sewwejja professjonali u lill-utenti finali għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili meħtieġ biex tkun żgurata l-funzjonalità sħiħa ta’ dawk l-ispare parts u tal-apparat li fih jiġu installati dawk l-ispare parts waqt u wara s-sostituzzjoni;
(c)Jipprovdu, fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat, deskrizzjoni tal-proċedura għan-notifika u l-awtorizzazzjoni tas-sostituzzjoni maħsuba tal-partijiet serjalizzati mis-sid tal-apparat imsemmi fil-punt (d); il-proċedura għandha tippermetti l-għoti remot tan-notifika u tal-awtorizzazzjoni;
(d)Qabel ma jagħtu aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punti (a) u (b), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat jistgħu jitolbu biss li jkunu rċevew notifika u awtorizzazzjoni tas-sostituzzjoni tal-part maħsuba mis-sid tal-apparat. Dawn in-notifika u l-awtorizzazzjoni jistgħu jingħataw ukoll minn sewwej professjonali bil-kunsens espliċitu bil-miktub tas-sid;
(e)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punti (a) u (b) fi żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba u, meta applikabbli, tan-notifika u l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (d);
(f)L-aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punt (a) jista’, fir-rigward tas-sewwejja professjonali, ikun limitat għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b).
1.2.Disinn għall-affidabbiltà
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Reżistenza għall-waqgħat inċidentali: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jgħaddu minn test ta’ 45 waqgħa mingħajr fojl protettiv jew għatu protettiv separat, għajr għat-telefowns ċellulari li jintwew u ddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa, mingħajr telf tal-funzjonalità, skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness III; l-ismartphones li jintwew iddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa għandhom jgħaddu minn test ta’ 35 waqgħa fl-istat mhux estiż u ta’ 15-il waqgħa fl-istat estiż, mingħajr telf tal-funzjonalità, skont il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness III u jiġu ttestjati bil-fojl protettiv.
(2)Reżistenza għall-grif: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-iskrin tal-apparat jgħaddi mit-test tar-reżistenza tal-livell 4 bl-iskala tar-reżistenza Mohs, għajr għall-ismartphones li jintwew u ddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa.
(3)Protezzjoni mit-trab u mill-ilma: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jkunu protetti mid-dħul ta’ oġġetti solidi barranin akbar minn millimetru (1mm) u mit-titjir tal-ilma.
(4)Durabbiltà tal-batterija f’ċikli: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jiksbu mill-anqas 800 ċiklu b’kapaċità pendenti ta’ 80%, li jridu jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ta’ ċċarġjar fejn ir-rata tal-iċċarġjar tkun qed tiġi limitata mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija u mhux mill-kapaċitajiet tal-għoti tal-enerġija tal-provvista tal-enerġija.
(5)Ġestjoni tal-batterija:
(i)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinkludu karatteristika fakultattiva tal-iċċarġjar li tista’ tintgħażel mill-utent biex il-proċess tal-iċċarġjar jintemm b’mod awtomatiku, meta l-batterija tkun iċċarġjata 80% tal-kapaċità sħiħa tagħha. Meta din il-karatteristika tkun attivata, il-manifatturi, l-importaturi, jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jippermettu li perjodikament l-apparat jiċċarġja għalkollox il-batterija ħalli jinżammu stimi preċiżi tal-istat taċ-ċarġ tal-batterija. L-utent għandu jiġi infurmat b’mod awtomatiku meta jkun qed jiċċarġja l-apparat għall-ewwel darba jew tul il-proċess tal-installazzjoni, li t-tul tal-ħajja tal-batterija jista’ jiġi estiż jekk il-karatteristika tintgħażel u l-batterija tiġi ċċarġjata regolarment għal 80% biss tal-kapaċità sħiħa tagħha;
(ii)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu karatteristika tal-ġestjoni tal-enerġija li b’mod awtomatiku tiżgura li ladarba l-batterija tkun iċċarġjata kollha, ma tiġix fornuta iżjed enerġija lill-batterija sakemm il-livell taċ-ċarġ ma jinżilx inqas mill-95% tal-kapaċità massima taċ-ċarġ tagħha;
(6)Aġġornamenti tas-sistema operatorja:
(a)mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq sa mill-anqas ħames (5) snin wara dik id-data, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandhom, jekk ikunu jipprovdu aġġornamenti tas-sigurtà, aġġornamenti korrettivi jew aġġornamenti tal-funzjonalità għal sistema operatorja, jagħmlu dawk l-aġġornamenti disponibbli mingħajr ħlas għall-unitajiet kollha ta’ mudell ta’ prodott bl-istess sistema operatorja;
(b)ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) għandu japplika għall-aġġornamenti tas-sistema operatorja offruti volontarjament mill-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati u anki għall-aġġornamenti tas-sistema operatorja pprovduti għal konformità mal-liġi tal-Unjoni;
(c)l-aġġornamenti tas-sigurtà jew l-aġġornamenti korrettivi msemmija fil-punt (a) jeħtieġ ikunu disponibbli għall-utent fi żmien erba’ (4) xhur wara r-rilaxx għall-pubbliku tal-kodiċi tas-sors ta’ aġġornament tas-sistema operatorja sottostanti jew, jekk il-kodiċi tas-sors ma jiġix rilaxxat għall-pubbliku, wara li aġġornament tal-istess sistema operatorja jiġi rrilaxxat mill-fornitur tas-sistema operatorja jew ta’ xi prodott ieħor tal-istess marka;
(d)l-aġġornamenti tal-funzjonalità msemmija fil-punt (a) jeħtieġ ikunu disponibbli għall-utent fi żmien sitt (6) xhur wara r-rilaxx għall-pubbliku tal-kodiċi tas-sors ta’ aġġornament tas-sistema operatorja sottostanti jew, jekk il-kodiċi tas-sors ma jiġix rilaxxat għall-pubbliku, wara li aġġornament tal-istess sistema operatorja jiġi rrilaxxat mill-fornitur tas-sistema operatorja jew ta’ xi prodott ieħor tal-istess marka;
(e)aġġornament tas-sistema operatorja jista’ jikkombina aġġornamenti tas-sigurtà, korrettivi u tal-funzjonalità;
(f)meta aġġornament tal-funzjonalità mogħti minn manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat juri impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tal-apparat, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jimmodifikaw is-sistema operatorja rilaxxata biex jiżguraw mill-inqas l-istess prestazzjoni bħal qabel l-aġġornament fi żmien raġonevoli, mingħajr ħlas u mingħajr ma jikkawżaw inkonvenjenza sinifikanti lill-utent finali, għajr meta l-utent finali jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu għall-impatt negattiv qabel l-aġġornament.
1.3.Immarkar tal-komponenti tal-plastik
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-komponenti tal-plastik li huma itqal minn 50g għandhom jiġu mmarkati billi jiġi speċifikat it-tip ta’ polimeru bis-simboli standard xierqa jew b’termini mqassra stabbiliti bejn il-marki tal-punteġġjatura “>” u “<” kif speċifikat fl-istandards disponibbli. L-immarkar għandu jkun leġibbli.
Il-komponenti tal-plastik għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-immarkar diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)l-immarkar ma jkunx possibbli minħabba l-forma jew id-daqs;
(ii)l-immarkar ikun iħalli impatt fuq il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tal-komponent tal-plastik;
(iii)l-immarkar ma jkunx teknikament possibbli minħabba l-metodu tal-ifformar.
Għall-komponenti tal-plastik li ġejjin mhu meħtieġ l-ebda mmarkar:
(i)imballaġġ, tejp, tikketti u films tal-kisi li jiġġebbdu;
(ii)wiring, kejbils u konnetturi, partijiet tal-lastku u komponent ieħor li ma jkollux biżżejjed erja tas-superfiċje xierqa biex l-immarkar ikollu daqs leġibbli;
(iii)assemblaġġi tal-PCB, bords tal-PMMA, komponenti ottiċi, komponenti tad-disċarġjar elettrostatiku, komponenti ta’ interferenza elettromanjetika, speakers;
(iv)partijiet trasparenti fejn l-immarkar ifixkel il-funzjoni tal-parti inkwistjoni.
1.4.Rekwiżiti tar-riċiklabbiltà
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, jagħmlu disponibbli, fuq sit web b’aċċess bla ħlas, l-informazzjoni dwar iż-żarmar meħtieġa biex jinkiseb aċċess għal xi wieħed mill-komponenti tal-prodotti msemmija fl-Anness VII, il-punt 1, tad-Direttiva 2012/19/UE.
(2)L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tinkludi s-sekwenza tal-passi taż-żarmar, tal-għodod jew it-teknoloġiji meħtieġa biex jinkiseb aċċess għall-komponenti fil-mira.
(3)L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tkun disponibbli għal mill-anqas 15-il sena wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott.
2.REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu fid-dokumentazzjoni teknika u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku fuq siti web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, l-informazzjoni li ġejja:
(a)il-kompatibbiltà ma’ memory cards li jistgħu jitneħħew, jekk ikun hemm;
(b)il-firxa indikattiva tal-piż tal-materja prima kritika u tal-materja prima rilevanti għall-ambjent li ġejjin:
(i)il-kobalt fil-batterija (firxa tal-piż: anqas minn 2g, bejn 2g u 10g, iżjed minn 10g);
(ii)it-tantalju fil-kapaċitaturi (firxa tal-piż: anqas minn 0,01g, bejn 0,01g u 0,1g, iżjed minn 0,1g);
(iii)in-neodimju fil-loadspeakers, fil-muturi tal-vibrazzjoni, u f’kalamiti oħra (firxa tal-piż: anqas minn 0,05g, bejn 0,05g u 0,2g, iżjed minn 0,2g);
(iv)id-deheb fil-komponenti kollha (firxa tal-piż: anqas minn 0,02g, bejn 0,02g u 0,05g, iżjed minn 0,05g).
(c)il-valur indikattiv tar-rata tar-riċiklabbiltà Rċik;
(d)il-persentaġġ indikattiv tal-kontenut riċiklat għall-prodott jew għal parti minnu, meta disponibbli; jekk ma jkunx disponibbli, il-kontenut riċiklat jenħtieġ li jiġi indikat bħala “mhux magħruf” jew “mhux disponibbli”;
(e)il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress;
(f)id-durabbiltà minima tal-batterija f’ċikli f’numru ta’ ċikli;
(g)fil-każ tal-apparati li jintwew, għandu jiġi indikat li “Dan l-apparat ma sarlux test tar-reżistenza għall-grif”.
(2)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu struzzjonijiet lill-utent fil-forma ta’ manwal għall-utent fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, u għandhom jinkludu:
(a)kif tiġi aċċessa l-informazzjoni dwar l-apparat mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija fuq:
(i)id-data tal-manifattura tal-batterija;
(ii)id-data tal-ewwel użu tal-batterija wara l-ewwel użu tal-apparat mill-ewwel utent;
(iii)in-numru ta’ ċikli sħaħ ta’ ċarġ/disċarġ (referenza: il-kapaċità nominali);
(iv)l-istat tas-saħħa mkejjel (il-kapaċità pendenti ta’ ċarġ sħiħ meta mqabbla mal-kapaċità nominali f’%).
(b)struzzjonijiet għall-manutenzjoni tal-batterija, inkluż dawn li ġejjin:
(i)l-impatti fuq il-ħajja tal-batterija relatati mal-esponiment tal-apparat għal temperaturi għoljin, xejriet tal-iċċarġjar subottimi, l-iċċarġjar rapidu u effetti negattivi magħrufa oħra;
(ii)l-effetti tat-tifi tal-konnessjonijiet tar-radju, bħall-WiFi, il-Bluetooth, fuq il-konsum tal-enerġija;
(iii)informazzjoni dwar jekk l-apparat jappoġġax karatteristiċi oħra li jtawlu l-ħajja tal-batterija, bħall-iċċarġjar intelliġenti, u dwar kif dawn il-karatteristiċi jiġu attivati jew f’liema kundizzjonijiet jaħdmu l-aħjar.
(3)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
(a)L-informazzjoni li l-kriptaġġ tad-data hu attivat b’mod awtomatiku tintwera lill-utent waqt il-konfigurazzjoni ta’ apparat ġdid, inkluż spjegazzjoni li dan jiffaċilita t-tħassir tad-data b’risettjar għall-konfigurazzjoni tal-fabbrika.
(b)Jekk jintgħażel iċċarġjar bla fili, l-utent jiġi mgħarraf li l-iċċarġjar bla fili aktarx iżid l-użu tal-enerġija fl-iċċarġjar tal-batterija.
(4) Meta l-pakkett ma jkunx jinkludi ċarġer, l-istruzzjonijiet tal-utenti msemmija fil-punt 2 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: “Biex nibżgħu għall-ambjent, dan il-pakkett ma jinkludix ċarġer. Dan l-apparat jista’ jitħaddem b’ħafna mill-adapters tal-enerġija USB u b’kejbil tal-USB-C.”
C.
Telefowns bla fili
1.MODALITAJIET B’KONSUM BAXX TAL-ENERĠIJA
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li t-telefowns bla fili jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(1)il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby Pn man-network ta’ stazzjon bażi pprovdut b’telefown bla fili ma għandux jaqbeż il-1W, irrispettivament minn jekk il-handset ikunx fuq l-istazzjon bażi;
(2)il-konsum tal-enerġija fil-modalità standby Pn ta’ benniena tal-iċċarġjar mingħajr il-funzjonalità tal-istazzjon bażi fornuta ma’ telefown bla fili ma għandux jaqbeż iż-0,6W bil-handset iċċarġjat fuq il-benniena tal-iċċarġjar u ż-0,3W mingħajr il-handset fuq il-benniena tal-iċċarġjar;
2.REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FIR-RIŻORSI
2.1.Disinn għat-tiswija u l-użu mill-ġdid
(1)Disponibbiltà tal-ispare parts
(a)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, meta preżenti.
(i)l-assemblaġġ tal-iskrin;
(ii)il-konnetturi tal-awdjo esterni;
(iii)il-port(s) estern(i) tal-iċċarġjar;
(iv)il-buttuna/i mekkaniċi;
(v)il-mikrofonu/i prinċipali;
(vi)l-ispeaker(s);
(b)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali u lill-utenti finali, mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq:
(i)batterija/i;
(ii)il-qafas tal-kompartiment tal-batterija;
(iii)iċ-ċarġer, sakemm l-istazzjon bażi ma jkollux USB tat-Tip C, li jenħtieġ li jibqa’ aċċessibbli u operattiv f’kull ħin;
(iv)il-benniena tal-iċċarġjar;
(c)L-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (b) ma għandhomx ikunu assemblaġġi li jinkludu aktar minn wieħed mit-tipi tal-ispare parts elenkati;
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (b) u l-proċedura għall-ordni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa tmiem il-perjodu tad-disponibbiltà ta’ dawk l-ispare parts;
It-telefowns bla fili għandhom jiġu ddisinjati biex jużaw batteriji rikarikabbli b’dimensjonijiet fiżiċi standardizzati.
(2)Aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni lis-sewwejja professjonali għall-parts koperti mill-punti 1(a) u (c) bil-kundizzjonijiet li ġejjin, sakemm dik l-informzzjoni ma tkunx disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat:
(a)Is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu jużaw is-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw din it-talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali biex juri li:
(i)is-sewwej professjonali għandu l-kompetenza teknika biex isewwi t-telefowns bla fili u jkun konformi mar-Regolamenti applikabbli għas-sewwejja tat-tagħmir elettriku fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema tar-reġistrazzjoni uffiċjali bħala sewwej professjonali, meta tkun teżisti sistema bħal din fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova tal-konformità ma’ dan il-punt;
(ii)is-sewwej professjonali hu kopert minn assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan hux meħtieġ mill-Istat Membru.
(b)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba. Fil-każ ta’ rifjut, għandha tingħata ġustifikazzjoni ċara lil min jagħmel it-talba li tkun tiddeskrivi r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, li għandha tiġi revokata, jekk l-istess sewwej professjonali jitlob reġistrazzjoni bl-informazzjoni aġġornata, li tikkonforma mal-kundizzjonijiet biex jingħata l-aċċess.
(c)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu tariffi raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex wieħed jirċievi aġġornamenti regolari ta’ din l-informazzjoni. Ir-reġistrazzjoni nnifisha għandha tingħata mingħajr ħlas. Tariffa għandha titqies raġonevoli, b’mod partikolari, meta ma tkunx tiskoraġġixxi l-aċċess billi ma tkunx tqis sa liema punt l-informazzjoni qed tintuża mis-sewwej professjonali.
(d)Ladarba tiġi rreġistrata, sewwej professjonali għandu jkollha aċċess fi żmien jum wieħed (1) tax-xogħol mid-data tat-talba, għall-informazzjoni mitluba dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tingħata għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, jekk rilevanti.
(e)L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni msemmija fil-punt (a) għandu jkollha ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punti 1(a) u (b), u għandha mill-anqas tinkludi:
(i)l-identifikazzjoni inekwivokabbli tal-prodott;
(ii)mappa taż-żarmar jew dijagramma kompożittiva;
(iii)dijagrammi tal-wiring u tal-konnessjoni, kif meħtieġ għall-analiżi tal-fallimenti;
(iv)dijagrammi tal-bord elettroniku;
(v)lista tat-tagħmir meħtieġ għat-tiswija u l-ittestjar;
(vi)manwal tekniku bl-istruzzjonijiet għat-tiswija, li jimmarka l-passi individwali;
(vii)informazzjoni dijanjostika dwar il-ħsarat u l-erruri (inkluż kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur, meta applikabbli);
(viii)informazzjoni dwar il-komponenti u informazzjoni dijanjostika (bħall-valuri teoretiċi minimi u massimi tal-kejl);
(ix)struzzjonijiet għas-software u l-firmware (inkluż is-software tar-risettjar);
(x)informazzjoni dwar l-aċċess għar-rekords tad-data dwar l-inċidenti tal-fallimenti rrapportati u maħżuna fuq l-apparat, meta applikabbli, għajr għall-informazzjoni personali identifikabbli bħal dik relatata mal-imġiba ta’ utent u informazzjoni dwar il-post);
(xi)informazzjoni dwar l-aċċess għat-tiswija professjonali, inkluż il-paġni web, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b).
(f)Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-partijiet terzi għandhom jitħallew jużaw u jippubblikaw informazzjoni mhux mibdula dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ppubblikata inizjalment mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat u koperta mill-punt (e) ladarba l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun ittermina l-aċċess għal dik l-informazzjoni wara tmiem il-perjodu tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, l-istruzzjonijiet tat-tiswija u l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni għall-parts ikkonċernati mill-punt 1(b) għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tinkludi ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punt 1(b).
(3)Ħin massimu għat-twassil tal-ispare parts
(a)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
(i)fl-ewwel ħames (5) snin tal-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (b), l-ispare parts jitwasslu fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol minn meta tasal l-ordni;
(ii)fis-sentejn (2) l-oħra tal-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (b), l-ispare parts jitwasslu fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tasal l-ordni.
(b)Fil-każ tal-ispare parts koperti mill-punt 1(a), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b).
(4)Informazzjoni dwar il-prezz tal-ispare parts
Tul il-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (b), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu prezzijiet indikattivi qabel it-taxxa mill-anqas fl-euro għall-ispare parts elenkati fil-punti 1(a) u (b), inkluż il-prezz qabel it-taxxa tal-elementi ta’ rbit u tal-għodod, jekk fornuti mal-ispare part, fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat.
(5)Rekwiżiti taż-żarmar
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żarmar li ġejjin:
(a)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess tas-sostituzzjoni tal-partijiet imsemmi fil-punt 1(a) jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(i)l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jistgħu jitneħħew, jerġgħu jiġu fornuti jew jerġgħu jintużaw;
(ii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mill-anqas b’wieħed mill-modi li ġejjin:
–mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
–b’għodod disponibbli kummerċjalment;
(iii)il-proċess tas-sostituzzjoni għandu, bħala minimu, ikun jista’ jsir f’ambjent ta’ workshop;
(iv)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu, bħala minimu, ikun jista’ jsir minn ġeneralista.
(b)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-iskrin ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(i)l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw jew jerġgħu jiġu fornuti;
(ii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
(iii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir f’ambjent tal-użu;
(iv)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir minn persuna mhux esperta.
(c)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-iskrin ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(i)l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jistgħu jitneħħew, jerġgħu jiġu fornuti jew jerġgħu jintużaw;
(ii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mill-anqas b’wieħed mill-modi li ġejjin:
–mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
–b’għodod disponibbli kummerċjalment;
(iii)il-proċess tas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir f’ambjent ta’ workshop;
(iv)il-proċess tas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir minn persuna mhux esperta.
(6)Rekwiżiti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jinkludu funzjoni tas-software li tirrisettja l-apparat għall-kunfiduzzjonijiet tal-fabbrika u li tħassar b’mod sigur u awtomatiku kull informazzjoni personali inkluż, iżda mhux bilfors biss, il-ktieb tal-kuntatti, il-messaġġi, ir-ritratti, il-videos, il-konfigurazzjonijiet u l-elenku tat-telefonati.
2.2.Immarkar tal-komponenti tal-plastik
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-komponenti tal-plastik li huma itqal minn 50g għandhom jiġu mmarkati billi jiġi speċifikat it-tip ta’ polimeru bis-simboli standard xierqa jew b’termini mqassra stabbiliti bejn il-marki tal-punteġġjatura “>” u “<” kif speċifikat fl-istandards disponibbli. L-immarkar għandu jkun leġibbli.
Il-komponenti tal-plastik għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-immarkar diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)l-immarkar ma jkunx possibbli minħabba l-forma jew id-daqs;
(ii)l-immarkar ikun iħalli impatt fuq il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tal-komponent tal-plastik;
(iii)l-immarkar ma jkunx teknikament possibbli minħabba l-metodu tal-ifformar.
Għall-komponenti tal-plastik li ġejjin mhu meħtieġ l-ebda mmarkar:
(i)imballaġġ, tejp, tikketti u films tal-kisi li jiġġebbdu;
(ii)wiring, kejbils u konnetturi, partijiet tal-lastku u komponent ieħor li ma jkollux biżżejjed erja tas-superfiċje xierqa biex l-immarkar ikollu daqs leġibbli;
(iii)assemblaġġi tal-PCB, bords tal-PMMA, komponenti ottiċi, komponenti tad-disċarġjar elettrostatiku, komponenti ta’ interferenza elettromanjetika, speakers;
(iv)partijiet trasparenti fejn l-immarkar ifixkel il-funzjoni tal-parti inkwistjoni.
2.3.Rekwiżiti tar-riċiklabbiltà
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, jagħmlu disponibbli, fuq sit web b’aċċess bla ħlas, l-informazzjoni dwar iż-żarmar meħtieġa biex jinkiseb aċċess għal xi wieħed mill-komponenti tal-prodotti msemmija fl-Anness VII, il-punt 1, tad-Direttiva 2012/19/UE.
(2)L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tinkludi s-sekwenza tal-passi taż-żarmar, tal-għodod jew it-teknoloġiji meħtieġa biex jinkiseb aċċess għall-komponenti fil-mira.
(3)L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tkun disponibbli għal mill-anqas 15-il sena wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott.
3.REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu fid-dokumentazzjoni teknika u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku fuq siti web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, l-informazzjoni li ġejja:
(a)il-kompatibbiltà ma’ memory cards li jistgħu jitneħħew, jekk ikun hemm;
(b)il-firxa indikattiva tal-piż tal-materja prima kritika u tal-materja prima rilevanti għall-ambjent li ġejjin:
(i)il-kobalt fil-batterija (firxa tal-piż: anqas minn 0,5 g, bejn 0,5 g u 3 g, iżjed minn 3 g);
(ii)it-tantalju fil-kapaċitaturi (firxa tal-piż: anqas minn 0,01 g, bejn 0,01 g u 0,2g, iżjed minn 0,2g);
(iii)in-neodimju fil-loadspeakers, fil-muturi tal-vibrazzjoni, u f’kalamiti oħra (firxa tal-piż: anqas minn 0,1 g, bejn 0,1 g u 0,5 g, iżjed minn 0,5 g);
(iv)id-deheb fil-komponenti kollha (firxa tal-piż: anqas minn 0,02g, bejn 0,02g u 0,1g, iżjed minn 0,1g);
(c)il-valur indikattiv tar-rata tar-riċiklabbiltà Rċik;
(d)il-persentaġġ indikattiv tal-kontenut riċiklat għall-prodott jew għal parti minnu, meta disponibbli; jekk ma jkunx disponibbli, il-kontenut riċiklat jenħtieġ li jiġi indikat bħala “mhux magħruf” jew “mhux disponibbli”;
(2)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu struzzjonijiet lill-utent fil-forma ta’ manwal għall-utent fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat. Meta l-pakkett ma jkunx jinkludi ċarġer, l-istruzzjonijiet tal-utenti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: “Biex nibżgħu għall-ambjent, dan il-pakkett ma jinkludix ċarġer. Dan l-apparat jista’ jitħaddem b’ħafna mill-adapters tal-enerġija USB u b’kejbil tal-USB-C.”
D.
Slate tablets
1.REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA FIR-RIŻORSI
1.1.Disinn għat-tiswija u l-użu mill-ġdid
(1)Disponibbiltà tal-ispare parts
(a)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, meta preżenti.
(i)batterija/i;
(ii)l-assemblaġġ tal-kamera ta’ quddiem;
(iii)l-assemblaġġ tal-kamera ta’ wara;
(iv)il-konnetturi tal-awdjo esterni;
(v)il-port(s) estern(i) tal-iċċarġjar;
(vi)il-buttuna/i mekkaniċi;
(vii)il-mikrofonu/i prinċipali;
(viii)l-ispeaker(s);
(ix)l-assemblaġġ taċ-ċappetti;
(x)il-mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin.
(b)L-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) ma għandhomx ikunu assemblaġġi li jinkludu aktar minn wieħed mit-tipi ta’ spare parts elenkati, għajr dan li ġej:
(i)il-mikrofoni jistgħu jkunu parti minn loudspeaker jew assemblaġġ tal-port tal-iċċarġjar estern;
(ii)il-konnettur(i) awdjo estern(i) jistgħu jiġu kkombinati mal-port(s) estern(i) tal-iċċarġjar bħala l-istess port(s);
(iii)il-port(s) estern(i) tal-iċċarġjar jistgħu jiġu kkombinati mal-konnettur(i) awdjo estern(i) bħala l-istess port(s);
(iv)l-assemblaġġ taċ-ċappetti jista’ jkun parti minn mekkaniżmu mekkaniku għat-tiwi tal-iskrin;
(v)il-mikrofonu, l-ispeaker(s), il-buttuni u l-konnetturi esterni jistgħu jiġu kkombinati ma’ assemblaġġ ta’ livell ogħla jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-affidabbiltà li ġejjin:
–l-apparat jissodisfa l-klassifika IP42;
–il-buttuna tal-enerġija jkollha reżistenza taċ-ċiklu tal-għeluq tal-kuntatt ≥ 20.000 ċiklu;
–il-buttuna tal-volum ikollha reżistenza taċ-ċiklu tal-għeluq tal-kuntatt ≥ 10.000 ċiklu;
–il-konnettur tal-iċċarġjar ikollu reżistenza taċ-ċiklu ta’ inserzjoni/estrazzjoni ≥ 3.000 ċiklu.
(c)Minn [OP insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard:
(i)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jagħmlu disponibbli lis-sewwejja professjonali u lill-utenti finali mill-anqas l-ispare parts li ġejjin, inkluż l-elementi ta’ rbit, jekk ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq:
(a)batterija/i;
(b)l-għatu ta’ wara jew assemblaġġ tal-għatu ta’ wara, jekk ikollu jitneħħa kollu biex tinbidel il-batterija;
(c)il-fojl protettiv tal-iskrin li jintewa;
(d)l-assemblaġġ tal-iskrin;
(e)ċarġer, sakemm l-apparat ma jkunx konformi mal-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2014/53/UE;
(f)il-kexxun tas-SIM card u l-kexxun tal-memory card, jekk ikun hemm slot estern għal kexxun tas-SIM card jew għal kexxun tal-memory card.
(ii)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jipprovdu l-batterija/i msemmija fil-punt (i)(a) biss lis-sewwejja professjonali jekk il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jiżguraw li dawn ir-rekwiżiti li ġejjin huma ssodisfati:
(a)l-apparat jissodisfa l-klassifika IP42;
(b)wara 500 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jkollha, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 83% tal-kapaċità nominali;
(c)id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli tikseb minimu ta’ 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ u, wara 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jkollha wkoll, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 80% tal-kapaċità nominali.
(d)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-lista tal-ispare parts ikkonċernati mill-punti (a) u (c) u l-proċedura għall-ordni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa tmiem il-perjodu tad-disponibbiltà ta’ dawk l-ispare parts;
(2)Aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq, jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni lis-sewwejja professjonali għall-parts koperti mill-punti 1(a) u (c) bil-kundizzjonijiet li ġejjin, sakemm dik l-informzzjoni ma tkunx disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat:
(a)Is-sit web tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat għandu jindika l-proċess li jridu jużaw is-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għall-informazzjoni; biex jaċċettaw din it-talba, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu lis-sewwej professjonali biex juri li:
(i)is-sewwej professjonali għandu l-kompetenza teknika biex isewwi l-islate tablets u jkun konformi mar-Regolamenti applikabbli għas-sewwejja tat-tagħmir elettriku fl-Istati Membri fejn jopera. Referenza għal sistema tar-reġistrazzjoni uffiċjali bħala sewwej professjonali, meta tkun teżisti sistema bħal din fl-Istati Membri kkonċernati, għandha tiġi aċċettata bħala prova tal-konformità ma’ dan il-punt;
(ii)is-sewwej professjonali hu kopert b’assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mill-attività tiegħu, irrispettivament minn jekk dan hux meħtieġ mill-Istat Membru;
(b)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jaċċettaw jew jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba. Fil-każ ta’ rifjut, għandha tingħata ġustifikazzjoni ċara lil min jagħmel it-talba li tkun tiddeskrivi r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, li għandha tiġi revokata, jekk l-istess sewwej professjonali jitlob reġistrazzjoni bl-informazzjoni aġġornata, li tikkonforma mal-kundizzjonijiet biex jingħata l-aċċess.
(c)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jitolbu tariffi raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jew biex wieħed jirċievi aġġornamenti regolari ta’ din l-informazzjoni. Ir-reġistrazzjoni nnifisha għandha tingħata mingħajr ħlas. Tariffa għandha titqies raġonevoli, b’mod partikolari, meta ma tkunx tiskoraġġixxi l-aċċess billi ma tkunx tqis sa liema punt l-informazzjoni qed tintuża mis-sewwej professjonali.
(d)Ladarba tiġi rreġistrata, sewwej professjonali għandu jkollha aċċess fi żmien jum wieħed (1) tax-xogħol mid-data tat-talba, għall-informazzjoni mitluba dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni tista’ tingħata għal mudell ekwivalenti jew għal mudell tal-istess familja, jekk rilevanti.
(e)L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni msemmija fil-punt (a) għandu jkollha ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punti 1(a) u (c), u għandha mill-anqas tinkludi:
(i)l-identifikazzjoni inekwivokabbli tal-prodott;
(ii)mappa taż-żarmar jew dijagramma kompożittiva;
(iii)dijagrammi tal-wiring u tal-konnessjoni, kif meħtieġ għall-analiżi tal-fallimenti;
(iv)dijagrammi tal-bord elettroniku;
(v)lista tat-tagħmir meħtieġ għat-tiswija u l-ittestjar;
(vi)manwal tekniku bl-istruzzjonijiet għat-tiswija, li jimmarka l-passi individwali;
(vii)informazzjoni dijanjostika dwar il-ħsarat u l-erruri (inkluż kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur, meta applikabbli);
(viii)informazzjoni dwar il-komponenti u informazzjoni dijanjostika (bħall-valuri teoretiċi minimi u massimi tal-kejl);
(ix)struzzjonijiet għas-software u l-firmware (inkluż is-software tar-risettjar);
(x)informazzjoni dwar l-aċċess għar-rekords tad-data dwar l-inċidenti tal-fallimenti rrapportati u maħżuna fuq l-apparat, meta applikabbli, għajr għall-informazzjoni personali identifikabbli bħal dik relatata mal-imġiba ta’ utent u informazzjoni dwar il-post;
(xi)informazzjoni dwar l-aċċess għat-tiswija professjonali, inkluż il-paġni web, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b);
(f)Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-partijiet terzi għandhom jitħallew jużaw u jippubblikaw informazzjoni mhux mibdula dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ppubblikata inizjalment mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat u koperta mill-punt (e) ladarba l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ikun ittermina l-aċċess għal dik l-informazzjoni wara tmiem il-perjodu tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni.
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, l-istruzzjonijiet tat-tiswija u l-informazzjoni dwar il-manutenzjoni għall-parts ikkonċernati mill-punt 1(c) għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tinkludi ċertu livell ta’ dettall biex ikunu jistgħu jinbidlu l-partijiet koperti mill-punt 1(c).
(3)Ħin massimu għat-twassil tal-ispare parts
(a)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
(i)fl-ewwel ħames (5) snin tal-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), l-ispare parts jitwasslu fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol minn meta tasal l-ordni;
(ii)fis-sentejn (2) l-oħra tal-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), l-ispare parts jitwasslu fi żmien għaxart (10) ijiem minn meta tasal l-ordni.
(b)Fil-każ tal-ispare parts koperti mill-punt 1(a), id-disponibbiltà tal-ispare parts tista’ tkun limitata għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b).
(4)Informazzjoni dwar il-prezz tal-ispare parts
Tul il-perjodu msemmi fil-punti 1(a) u (c), il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu prezzijiet indikattivi qabel it-taxxa mill-anqas fl-euro għall-ispare parts elenkati fil-punti 1(a) u (c), inkluż il-prezz qabel it-taxxa tal-elementi ta’ rbit u tal-għodod, jekk fornuti mal-ispare part, fuq is-sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat.
(5)Rekwiżiti taż-żarmar
Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti taż-żarmar li ġejjin:
(a)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-assemblaġġ tal-iskrin jew tal-parts imsemmija fil-punt 1(a), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(i)l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jistgħu jitneħħew, jerġgħu jiġu fornuti jew jerġgħu jintużaw;
(ii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mill-anqas b’wieħed mill-modi li ġejjin:
–mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
–b’għodod disponibbli kummerċjalment;
(iii)il-proċess tas-sostituzzjoni għandu, bħala minimu, ikun jista’ jsir f’ambjent ta’ workshop;
(iv)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu, bħala minimu, ikun jista’ jsir minn ġeneralista.
(b)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-parts imsemmija fil-punt 1(c), għajr għall-batterija/i, ikun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(i)l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jistgħu jitneħħew, jerġgħu jiġu fornuti jew jerġgħu jintużaw;
(ii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
(iii)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir f’ambjent tal-użu;
(iv)il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir minn persuna mhux esperta.
(c)Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-proċess għas-sostituzzjoni tal-batterija:
(i)jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
–l-elementi ta’ rbit għandhom ikunu jerġgħu jiġu fornuti jew jerġgħu jintużaw;
–il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun fattibbli mingħajr għodda, b’għodda jew b’sett ta’ għodod mogħtija mal-prodott jew mal-ispare part, jew b’għodod bażiċi;
–il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir f’ambjent tal-użu;
–il-proċess għas-sostituzzjoni għandu jkun jista’ jsir minn persuna mhux esperta.
(ii)jew, bħala alternattiva għall-punt (i), jiżguraw li
–il-proċess għas-sostituzzjoni tal-batterija jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (a);
– l-apparat jissodisfa l-klassifika IP42;
–wara 500 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jrid ikollha, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 83% tal-kapaċità nominali;
–id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli tikseb minimu ta’ 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, u wara 1000 ċiklu ta’ ċarġ sħiħ, il-batterija jrid ikollha wkoll, fi stat ta’ ċċarġjar sħiħ, kapaċità pendenti ta’ mill-anqas 80% tal-kapaċità nominali.
(6)Rekwiżiti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], mil-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jkunu:
(a)iwettqu kriptaġġ b’mod awtomatiku, bi kjavi ta’ kriptaġġ każwali, tad-data tal-utent maħżuna fil-ħażna interna tal-apparat;
(b)jinkludu funzjoni tas-software, li tirrisettja l-apparat għall-konfigurazzjonijiet tal-fabbrika u tħassar b’mod awtomatiku l-kjavi kriptografika u tiġġenera waħda ġdida;
(c)jirreġistraw id-data li ġejja mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija fil-konfigurazzjonijiet tas-sistema jew f’post ieħor aċċessibbli għall-utenti finali:
(i)id-data tal-manifattura tal-batterija;
(ii)id-data tal-ewwel użu tal-batterija wara l-ewwel użu tal-apparat mill-ewwel utent;
(iii)in-numru ta’ ċikli sħaħ ta’ ċarġ/disċarġ (referenza: il-kapaċità nominali);
(iv)l-istat tas-saħħa mkejjel (il-kapaċità pendenti ta’ ċarġ sħiħ meta mqabbla mal-kapaċità nominali f’%).
(7)Sostituzzjoni ta’ partijiet serjalizzati
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation] jew minn xahar wara d-data tat-tqegħid fis-suq, skont liema aktar tard, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom, sa mill-anqas seba’ (7) snin mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq:
(a)Jekk il-partijiet li jridu jiġu sostitwiti bl-ispare parts imsemmija fil-punt 1(a) ikunu partijiet serjalizzati, dawn jipprovdu aċċess nondiskriminatorju lis-sewwejja professjonali għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili meħtieġa biex tkun żgurata l-funzjonalità sħiħa ta’ dawk l-ispare parts u tal-apparat li fih jiġu installati dawk l-ispare parts waqt u wara s-sostituzzjoni;
(b)Jekk il-partijiet li jridu jiġu sostitwiti bl-ispare parts imsemmija fil-punt 1(c) ikunu partijiet serjalizzati, dawn jipprovdu aċċess nondiskriminatorju lis-sewwejja professjonali u lill-utenti finali għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili meħtieġ biex tkun żgurata l-funzjonalità sħiħa ta’ dawk l-ispare parts u tal-apparat li fih jiġu installati dawk l-ispare parts waqt u wara s-sostituzzjoni;
(c)Jipprovdu, fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat, deskrizzjoni tal-proċedura għan-notifika u l-awtorizzazzjoni tas-sostituzzjoni maħsuba tal-partijiet serjalizzati mis-sid tal-apparat imsemmi fil-punt (d); il-proċedura għandha tippermetti l-għoti remot tan-notifika u tal-awtorizzazzjoni;
(d)Qabel ma jagħtu aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punti (a) u (b), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat jistgħu jitolbu biss li jkunu rċevew notifika u awtorizzazzjoni tas-sostituzzjoni tal-part maħsuba mis-sid tal-apparat. Dawn in-notifika u l-awtorizzazzjoni jistgħu jingħataw ukoll minn sewwej professjonali bil-kunsens espliċitu bil-miktub tas-sid;
(e)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punti (a) u (b) fi żmien tlett (3) ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba u, meta applikabbli, tan-notifika u l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (d);
(f)L-aċċess għall-għodod tas-software, il-firmware jew mezzi awżiljarji simili msemmija fil-punt (a) jista’, fir-rigward tas-sewwejja professjonali, ikun limitat għas-sewwejja professjonali rreġistrati f’konformità mal-punti 2(a) u (b).
1.2.Disinn għall-affidabbiltà
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Reżistenza għall-grif: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-iskrin tal-apparat jgħaddi mit-test tar-reżistenza tal-livell 4 bl-iskala tar-reżistenza Mohs, għajr għall-islate tablets li jintwew u ddisinjati biex jintużaw b’fojl protettiv fuq l-iskrin li jintewa.
(2)Protezzjoni mit-tixrid inċidentali: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jkunu protetti mit-tixrid aċċidentali tal-ilma.
(3)Durabbiltà tal-batterija f’ċikli: Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li l-apparati jiksbu mill-anqas 800 ċiklu b’kapaċità pendenti ta’ 80%, li jridu jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ta’ ċċarġjar fejn ir-rata tal-iċċarġjar tkun qed tiġi limitata mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija u mhux mill-kapaċitajiet tal-għoti tal-enerġija tal-provvista tal-enerġija.
(4)Ġestjoni tal-batterija:
(i)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinkludu karatteristika fakultattiva tal-iċċarġjar li tista’ tintgħażel mill-utent biex il-proċess tal-iċċarġjar jintemm b’mod awtomatiku, meta l-batterija tkun iċċarġjata 80% tal-kapaċità sħiħa tagħha. Meta din il-karatteristika tkun attivata, il-manifatturi, l-importaturi, jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu jippermettu li perjodikament l-apparat jiċċarġja għalkollox il-batterija ħalli jinżammu stimi preċiżi tal-istat taċ-ċarġ tal-batterija. L-utent għandu jiġi infurmat b’mod awtomatiku meta jkun qed jiċċarġja l-apparat għall-ewwel darba jew tul il-proċess tal-installazzjoni, li t-tul tal-ħajja tal-batterija jista’ jiġi estiż jekk il-karatteristika tintgħażel u l-batterija tiġi ċċarġjata regolarment għal 80% biss tal-kapaċità sħiħa tagħha;
(ii)il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu karatteristika tal-ġestjoni tal-enerġija li b’mod awtomatiku tiżgura li ladarba l-batterija tkun iċċarġjata kollha, ma tiġix fornuta iżjed enerġija lill-batterija sakemm il-livell taċ-ċarġ ma jinżilx inqas mill-95% tal-kapaċità massima taċ-ċarġ tagħha;
(5)Aġġornamenti tas-sistema operatorja:
(a)mid-data ta’ tmiem it-tqegħid fis-suq sa mill-anqas ħames (5) snin wara dik id-data, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandhom, jekk ikunu jipprovdu aġġornamenti tas-sigurtà, aġġornamenti korrettivi jew aġġornamenti tal-funzjonalità għal sistema operatorja, jagħmlu dawk l-aġġornamenti disponibbli mingħajr ħlas għall-unitajiet kollha ta’ mudell ta’ prodott bl-istess sistema operatorja;
(b)ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) għandu japplika għall-aġġornamenti tas-sistema operatorja offruti volontarjament mill-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati u anki għall-aġġornamenti tas-sistema operatorja pprovduti għal konformità mal-liġi tal-Unjoni;
(c)l-aġġornamenti tas-sigurtà jew l-aġġornamenti korrettivi msemmija fil-punt (a) jeħtieġ ikunu disponibbli għall-utent fi żmien erba’ (4) xhur wara r-rilaxx għall-pubbliku tal-kodiċi tas-sors ta’ aġġornament tas-sistema operatorja sottostanti jew, jekk il-kodiċi tas-sors ma jiġix rilaxxat għall-pubbliku, wara li aġġornament tal-istess sistema operatorja jiġi rrilaxxat mill-fornitur tas-sistema operatorja jew ta’ xi prodott ieħor tal-istess marka;
(d)l-aġġornamenti tal-funzjonalità msemmija fil-punt (a) jeħtieġ ikunu disponibbli għall-utent fi żmien sitt (6) xhur wara r-rilaxx għall-pubbliku tal-kodiċi tas-sors ta’ aġġornament tas-sistema operatorja sottostanti jew, jekk il-kodiċi tas-sors ma jiġix rilaxxat għall-pubbliku, wara li aġġornament tal-istess sistema operatorja jiġi rrilaxxat mill-fornitur tas-sistema operatorja jew ta’ xi prodott ieħor tal-istess marka;
(e)aġġornament tas-sistema operatorja jista’ jikkombina aġġornamenti tas-sigurtà, korrettivi u tal-funzjonalità;
(f)meta aġġornament tal-funzjonalità mogħti minn manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat juri impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tal-apparat, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jimmodifikaw is-sistema operatorja rilaxxata biex jiżguraw mill-inqas l-istess prestazzjoni bħal qabel l-aġġornament fi żmien raġonevoli, mingħajr ħlas u mingħajr ma jikkawżaw inkonvenjenza sinifikanti lill-utent finali, għajr meta l-utent finali jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu għall-impatt negattiv qabel l-aġġornament.
1.3.Immarkar tal-komponenti tal-plastik
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation], il-komponenti tal-plastik li huma itqal minn 50g għandhom jiġu mmarkati billi jiġi speċifikat it-tip ta’ polimeru bis-simboli standard xierqa jew b’termini mqassra stabbiliti bejn il-marki tal-punteġġjatura “>” u “<” kif speċifikat fl-istandards disponibbli. L-immarkar għandu jkun leġibbli.
Il-komponenti tal-plastik għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-immarkar diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)l-immarkar ma jkunx possibbli minħabba l-forma jew id-daqs;
(ii)l-immarkar ikun iħalli impatt fuq il-prestazzjoni jew il-funzjonalità tal-komponent tal-plastik;
(iii)l-immarkar ma jkunx teknikament possibbli minħabba l-metodu tal-ifformar.
Għall-komponenti tal-plastik li ġejjin mhu meħtieġ l-ebda mmarkar:
(i)imballaġġ, tejp, tikketti u films tal-kisi li jiġġebbdu;
(ii)wiring, kejbils u konnetturi, partijiet tal-lastku u komponent ieħor li ma jkollux biżżejjed erja tas-superfiċje xierqa biex l-immarkar ikollu daqs leġibbli;
(iii)assemblaġġi tal-PCB, bords tal-PMMA, komponenti ottiċi, komponenti tad-disċarġjar elettrostatiku, komponenti ta’ interferenza elettromanjetika, speakers;
(iv)partijiet trasparenti fejn l-immarkar ifixkel il-funzjoni tal-parti inkwistjoni.
1.4.Rekwiżiti tar-riċiklabbiltà
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE, jagħmlu disponibbli, fuq sit web b’aċċess bla ħlas, l-informazzjoni dwar iż-żarmar meħtieġa biex jinkiseb aċċess għal xi wieħed mill-komponenti tal-prodotti msemmija fl-Anness VII, il-punt 1, tad-Direttiva 2012/19/UE.
(2)L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tinkludi s-sekwenza tal-passi taż-żarmar, tal-għodod jew it-teknoloġiji meħtieġa biex jinkiseb aċċess għall-komponenti fil-mira.
(3)L-informazzjoni msemmija fil-punt (1) għandha tkun disponibbli għal mill-anqas 15-il sena wara t-tqegħid fis-suq tal-aħħar unità ta’ mudell tal-prodott.
2.REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI
Minn [OP: please insert the date = 21 months after the entry into force of this Regulation]:
(1)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu fid-dokumentazzjoni teknika u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku fuq siti web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, l-informazzjoni li ġejja:
(a)il-kompatibbiltà ma’ memory cards li jistgħu jitneħħew, jekk ikun hemm;
(b)il-firxa indikattiva tal-piż tal-materja prima kritika u tal-materja prima rilevanti għall-ambjent li ġejjin:
(i)il-kobalt fil-batterija (firxa tal-piż: anqas minn 10 g, bejn 10 g u 20 g, iżjed minn 20 g);
(ii)it-tantalju fil-kapaċitaturi (firxa tal-piż: anqas minn 0,01g, bejn 0,01g u 0,1g, iżjed minn 0,1g);
(iii)in-neodimju fil-loadspeakers, fil-muturi tal-vibrazzjoni, u f’kalamiti oħra (firxa tal-piż: anqas minn 0,2g, bejn 0,2g u 1g, iżjed minn 1g);
(iv)id-deheb fil-komponenti kollha (firxa tal-piż: anqas minn 0,02g, bejn 0,02g u 0,1g, iżjed minn 0,1g);
(c)il-valur indikattiv tar-rata tar-riċiklabbiltà Rċik;
(d)il-persentaġġ indikattiv tal-kontenut riċiklat għall-prodott jew għal parti minnu, meta disponibbli; jekk ma jkunx disponibbli, il-kontenut riċiklat jenħtieġ li jiġi indikat bħala “mhux magħruf” jew “mhux disponibbli”;
(e)il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress;
(f)id-durabbiltà minima tal-batterija f’ċikli f’numru ta’ ċikli;
(g)fil-każ tal-apparati li jintwew, għandu jiġi indikat li “Dan l-apparat ma sarlux test tar-reżistenza għall-grif”.
(2)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jipprovdu struzzjonijiet lill-utent fil-forma ta’ manwal għall-utent fuq sit web b’aċċess bla ħlas tal-manifattur, tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat, u għandhom jinkludu:
(a)kif tiġi aċċessa l-informazzjoni dwar l-apparat mis-sistema tal-ġestjoni tal-batterija fuq:
(i)id-data tal-manifattura tal-batterija;
(ii)id-data tal-ewwel użu tal-batterija wara l-ewwel użu tal-apparat mill-ewwel utent;
(iii)in-numru ta’ ċikli sħaħ ta’ ċarġ/disċarġ (referenza: il-kapaċità nominali);
(iv)l-istat tas-saħħa mkejjel (il-kapaċità pendenti ta’ ċarġ sħiħ meta mqabbla mal-kapaċità nominali f’%);
(b)struzzjonijiet għall-manutenzjoni tal-batterija, inkluż dawn li ġejjin:
(i)l-impatti fuq il-ħajja tal-batterija relatati mal-esponiment tal-apparat għal temperaturi għoljin, xejriet tal-iċċarġjar subottimi, l-iċċarġjar rapidu u effetti negattivi magħrufa oħra;
(ii)l-effetti tat-tifi tal-konnessjonijiet tar-radju, bħall-WiFi, il-Bluetooth, fuq il-konsum tal-enerġija;
(iii)informazzjoni dwar jekk l-apparat jappoġġax karatteristiċi oħra li jtawlu l-ħajja tal-batterija, bħall-iċċarġjar intelliġenti, u dwar kif dawn il-karatteristiċi jiġu attivati jew f’liema kundizzjonijiet jaħdmu l-aħjar.
(3)Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom jiżguraw li:
(a)L-informazzjoni li l-kriptaġġ tad-data hu attivat b’mod awtomatiku tintwera lill-utent waqt il-konfigurazzjoni ta’ apparat ġdid, inkluż spjegazzjoni li dan jiffaċilita t-tħassir tad-data b’risettjar għall-konfigurazzjoni tal-fabbrika.
(b)Jekk jintgħażel iċċarġjar bla fili, l-utent jiġi mgħarraf li l-iċċarġjar bla fili aktarx iżid l-użu tal-enerġija fl-iċċarġjar tal-batterija.
(4)Meta l-pakkett ma jkunx jinkludi ċarġer, l-istruzzjonijiet tal-utenti msemmija fil-punt 2 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: “Biex nibżgħu għall-ambjent, dan il-pakkett ma jinkludix ċarġer. Dan l-apparat jista’ jitħaddem b’ħafna mill-adapters tal-enerġija USB u b’kejbil tal-USB-C.”
ANNESS III
Kejl u kalkoli
1.Għall-finijiet ta’ konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bi standards armonizzati, jew b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra, li jqisu l-metodi avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u li huma konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawk l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU).
2.Fin-nuqqas ta’ standards rilevanti u sal-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards armonizzati rilevanti fil-Ġurnal Uffiċjali, għandhom jintużaw il-metodi tal-ittestjar tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness III jew metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra, li jqisu l-metodi avvanzati ġeneralment rikonoxxuti.
3.It-telefowns bla fili mqiegħda fis-suq bi stazzjon bażi għandhom jiġu ttestjati għall-konsum tal-enerġija fil-modalità standby man-network, bil-konfigurazzjonijiet tat-test li ġejjin:
(a)It-testijiet għandhom isiru fuq l-istazzjon bażi kemm mingħajr il-handset fuq l-istazzjon bażi, u anki bil-handset iċċarġjat fuq l-istazzjon bażi.
(b)L-apparati għandhom jitkejlu fil-kundizzjoni kif imwassla lill-klijent finali (konfigurazzjonijiet tal-fabbrika).
(c)Il-konsum tal-enerġija għandu jitkejjel bħala konsum medju tal-enerġija matul perjodu ta’ 10 minuti.
(d)Il-kejl għandu jsir b’vultaġġ tal-provvista tal-mejns ta’ 230V ± 1%.
4.It-telefowns bla fili mqiegħda fis-suq b’benniena tal-iċċarġjar għandhom jiġu ttestjati għall-konsum tal-enerġija fil-modalità standby, bil-konfigurazzjonijiet tat-test li ġejjin:
(a)It-testijiet għandhom isiru bil-handset iċċarġjat u mqiegħed fuq il-benniena tal-iċċarġjar.
(b)L-apparati għandhom jitkejlu fil-kundizzjoni kif imwassla lill-utenti (konfigurazzjonijiet tal-fabbrika).
(c)Il-konsum tal-enerġija għandu jitkejjel bħala konsum medju tal-enerġija matul perjodu ta’ 10 minuti.
(d)Il-kejl għandu jsir b’vultaġġ tal-provvista tal-mejns ta’ 230V ± 1%.
5.Il-batteriji telefowns ċellulari u tal-islate tablets għandhom jiġu ttestjati skont l-algoritmi tal-iċċarġjar prestabbiliti implimentati mill-manifattur. L-għadd ta’ ċikli li jirriżulta għandu jitqarreb ’l isfel għal mijiet sħaħ u għandu jiġi dikjarat bħala “≥ x00”.
6.Il-protezzjoni mill-ingress tal-partikoli u tal-umdità għandha tiġi espressa bħala kodiċi IP, li jikkorrispondi għal-livelli elenkati fit-Tabella 1. It-testijiet għandhom isiru mingħajr għatu protettiv.
Tabella 1
Livelli ta’ klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress
Livell ta’ klassifikazzjoni
|
Dħul ta’ oġġetti barranin solidi
|
Dħul ta’ ilma b’effetti dannużi
|
|
Daqs tal-oġġett
|
Protezzjoni kontra
|
2
|
Protett mill-mess bis-swaba’ u ≥ 12mm
|
raxx tal-ilma f’inqas minn 15 grad mill-vertikali
|
3
|
≥2,5 mm
|
raxx tal-ilma f’inqas minn 60 grad mill-vertikali
|
4
|
≥1 mm
|
titjir tal-ilma
|
5
|
protett mit-trab
|
sparar tal-ilma
|
6
|
magħluq għat-trab
|
sparar b’saħħtu tal-ilma
|
7
|
mhux applikabbli
|
immersjoni temporanja, metru (1m) fond
|
8
|
mhux applikabbli
|
immersjoni kontinwa, iżjed minn metru (1m) fond
|
7.Reżistenza għall-waqgħat inċidentali jew affidabbiltà tal-waqgħat liberi ripetuti titkejjel bl-għadd ta’ waqgħat mingħajr difett fit-test tal-waqgħat liberi ripetuti. It-testijiet tal-waqgħat liberi ripetuti għandhom isiru b’ħames unitajiet ta’ kull mudell għal kull każ tat-test applikabbli. Ir-reżistenza għall-waqgħat inċidentali hi l-għadd ta’ waqgħat li jkunu rnexxew f’mill-anqas erbgħa minn kull ħames unitajiet li jkunu qed jiġu ttestjati. L-għadd ta’ waqgħat għal kull unità għandu jiġi ddeterminat bil-kundizzjonijiet tat-test li ġejjin:
(a)mingħajr fojls protettivi u għatu protettiv separat, jekk ikun hemm, għall-apparati li ma jintwewx;
(b)b’fojl protettiv fuq l-iskrin għall-apparati li jintwew, l-ewwel fl-istat mhux estiż u mbagħad fl-istat estiż kollu fuq l-istess unità li qed tiġi ttestjata skont it-Tabella 2;
(c)għoli tal-waqgħa ta’ metru (1m);
(d)wara għadd definit ta’ waqgħat li jikkorrispondu għall-intervalli speċifikati fit-Tabella 2, l-unità li tkun qed tiġi ttestjata trid tkun tiffunzjona mingħajr difetti, b’referenza partikolari għall-funzjonalitajiet li ġejjin, meta applikabbli:
(i)l-integrità tal-iskrin;
(ii)skrin b’inqas minn 10 difetti fil-pixels jew malfunzjonijiet simili;
(iii)il-kameras kollha, ittestjati għal immaġnijiet u vidjos;
(iv)il-komunikazzjoni mobbli;
(v)il-konnettività bil-Bluetooth;
(vi)il-konnettività bil-WiFi;
(vii)l-iċċarġjar tal-batterija: bil-fili u mingħajr fili;
(viii)is-sensittività tal-iskrin tattili;
(ix)il-buttuni u s-swiċċijiet huma risponsivi;
(x)l-allarm bil-vibrazzjoni;
(xi)il-mikrofonu/i prinċipali;
(xii)il-loudspeaker;
(xiii)il-kuffja.
(e)ix-xquq fil-qafas jew fuq wara ma għandhomx jitqiesu bħala difett sakemm ikun hemm funzjonalità sħiħa u użu sikur tal-unità li tkun qed tiġi ttestjata;
(f)ix-xquq fl-iskrin tattili u f’xi saff ieħor tal-iskrin ma għandhomx jitqiesu bħala difett sakemm ikun hemm funzjonalità sħiħa u użu sikur tal-unità li tkun qed tiġi ttestjata;
(g)jekk ma jiġi determinat l-ebda difett, it-test għandu jitkompla, u l-unità li tkun qed tiġi ttestjata titqiegħed fit-tumble tester bl-istess orjentazzjoni kif ikun instab l-apparat meta twaqqaf it-test;
(h)għall-apparati li ma jintwewx, jekk jiġi ddeterminat xi difett u fi kwalunkwe każ wara 157 waqgħa, it-test tal-unità għandu jintemm;
(i)għall-apparati li jintwew, jekk jiġi ddeterminat xi difett u fi kwalunkwe każ wara 175 waqgħa, it-test tal-unità għandu jintemm.
Tabella 2
Intervalli tat-test biex jiġi determinat jekk l-unità hix difettuża (smartphones)
Apparat li ma jintewiex
|
Apparat li jintewa
|
45
|
35 waqgħa fi stat mhux estiż + 15-il waqgħa oħra fi stat estiż kollu
|
ANNESS IIIa
Metodi tranżizzjonali
Tabella 3
Referenzi u noti kwalifikanti għat-telefowns ċellulari, it-telefowns bla fili u l-islate tablets
Parametru
|
Sors
|
Metodu / Titlu tat-Test ta’ Referenza
|
Noti
|
Rekwiżiti taż-żarmar
|
CEN
|
EN 45554:2020
|
Elementi ta’ rbit: irreferi għat-Tabella A.1 tal-istandard
Għodod: irreferi għat-Tabella A.2 tal-istandard, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament
Ambjent tax-xogħol: irreferi għat-Tabella A.4 tal-istandard
Livell tal-ħiliet: irreferi għat-Tabella A.5 tal-istandard
|
Protezzjoni mill-partikoli u l-ilma
|
IEC
|
IEC 60529:1989/
AMD2:2013/COR1:2019
|
Protezzjoni mit-trab u protezzjoni minn immersjoni fl-ilma sa metru (1m) fond: IP67; protezzjoni mill-ingress ta’ oġġetti barranin solidi akbar minn millimetru (1mm) u mit-titjir tal-ilma: IP44
|
Protezzjoni mit-tixrid inċidentali
|
Il-Kummissjoni Ewropea
|
|
Għandu jsir test tat-tixrid, billi jitħallew 220mL ta’ fluss ta’ ilma dejonizzat, bla ma tiġi applikata pressjoni addizzjonali, 5cm bogħod minn tarf tal-islate tablet (distanza bejn it-tarf tat-tazza fi stat inklinat sal-unità li qed tiġi ttestjata), u mbagħad jintuża xugaman tal-karta biex jixrob b’mod ġentili l-likwidu żejjed minn fuq l-islate tablet. L-islate tablet m’għandhiex tintuża għal 24 siegħa qabel l-ispezzjoni funzjonali (kif speċifikat hawn taħt). Il-proċedura għandha ssir għal kull tarf tat-tablet bl-iskrin ’il fuq. Kull darba, wara li tkun saret il-proċedura tat-test imsemmija hawn fuq, l-unità li tkun qed tiġi ttestjata trid tkun tiffunzjona mingħajr difetti, b’referenza partikolari għall-funzjonalitajiet li ġejjin, meta applikabbli:
(i) il-kameras kollha, ittestjati għall-istampi u l-videos;
(ii) il-komunikazzjoni mobbli;
(iii) il-konnettività Bluetooth;
(iv) il-konnettività bil-WiFi;
(v) l-iċċarġjar tal-batterija: bil-fili u mingħajr fili;
(vi) is-sensittività tal-iskrin tattili;
(vii) il-buttuni u s-swiċċijiet risponsivi;
(viii) l-allarm tal-vibrazzjoni;
(ix) il-mikrofoni ewlenin;
(x) il-loudspeaker;
(xi) il-headset.
|
Kapaċità nominali u durabbiltà tal-batterija f’ċikli
|
CENELEC
|
IEC EN 61960-3:2017
|
Id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli għandha titkejjel b'din is-sekwenza tat-test:
1) ċiklu wieħed b’rata ta’ disċarġ ta’ 0,2C u titkejjel il-kapaċità;
2) iċ-ċikli 2-499 b’rata ta’ disċarġ ta’ 0,5C;
3) irrepeti l-pass 1
Biex jiġi determinat in-numru ta’ ċikli wara l-500 ċiklu, it-test għandu jitkompla
4) 99 ċiklu b’rata ta’ disċarġ ta’ 0,5C
5) irrepeti l-pass 1
6) irrepeti l-passi 4 u 5 sakemm il-kapaċità mkejla tkun inqas minn 80%.
It-testijiet għandhom isiru b’sors tal-enerġija estern, li ma jillimitax l-ġbid tal-enerġija tal-batterija u li ma jħallix lill-algoritmu tal-iċċarġjar prestabbilit speċifikat jirregola r-rata taċ-ċarġ.
|
Reżistenza għall-grif
|
CEN
|
EN 15771:2010
|
Ir-reżistenza għall-grif għandha tiġi ttestjata fuq iż-żona viżibbli tal-iskrin, mingħajr għatu protettiv fuq l-iskrin
|
Kontenut riċiklat tal-prodott jew ta’ parti
|
CEN
|
EN 45557:2020
|
|
Dimensjonijiet fiżiċi standardizzati tal-batteriji rikarikabbli
|
IEC
|
IEC 60086-2:2015
|
|
Simulatur tal-istazzjon bażi għat-test tad-durabbiltà tal-batterija
|
ETSI
|
ETSI TR 125 914 - V16.0.0, il-kapitolu 9
|
|
Kundizzjonijiet ambjentali tat-test tad-durabbiltà tal-batterija
|
ECMA
|
ECMA 383
|
Temperatura ambjentali (23±5) °C, umdità relattiva 10% sa 80%, dawl ambjentali (250±50) Lux
|
Reżistenza għall-waqgħat inċidentali
|
IEC
|
IEC 60068-2-31, Waqgħat ripetuti – Proċedura 2
|
It-telefowns ċellulari għandhom jiġu ttestjati għar-reżistenza għall-waqgħat inċidentali, minn metru (1m) għoli; it-test għandu jsir b’ħames (5) unitajiet wara xulxin u jkun suċċess jekk mill-inqas erba’ (4) unitajiet jgħaddu mit-test.
|
Reżistenza taċ-ċiklu tal-għeluq tal-kuntatt
|
ASTM
|
ASTM-F1578-07
|
Il-buttuni għandhom jiġu ttestjati kif integrati fl-apparat. L-apparat innifsu jaġixxi bħala l-apparat tal-monitoraġġ tal-għeluq tal-kuntatt billi jirreaġixxi kif maħsub għal għafsa tal-buttuna. L-orjentazzjoni tas-sonda tat-test għandha tkun 90 grad għall-kampjun. Għall-buttuni tal-volum, il-kriterju japplika individwalment għall-parti li tgħolli l-volum u għall-parti li tbaxxi l-volum f’buttuna kkombinata. Kriterju ta’ falliment: L-apparat ma jirrispondix għall-għafsa tal-buttuna kif maħsub. Rapport tat-test skont ASTM-F1578-07 għajr għall-bidliet fil-karatteristiċi elettriċi.
It-test għandu jsir b’unità waħda, li tista’ tkun l-istess għall-buttuni kollha jew unità waħda għal kull buttuna.
|
Reżistenza taċ-ċiklu tal-inserzjoni/ estrazzjoni
|
IEC, EIA
|
EN ISO 62680-1-3
EIA-364-09D
|
It-test għandu jsir b’rata ta’ 500 ± 50 ċiklu fis-siegħa u ma għandha ssir l-ebda ħsara fiżika lil xi parti tal-port tal-iċċarġjar; jekk l-apparat jinbiegħ b’kejbil tal-iċċarġjar, dan il-kejbil għandu jintuża; jekk l-apparat jinbiegħ mingħajr kejbil tal-iċċarġjar, il-kejbil għandu jiġi speċifikat mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat.
It-test għandu jsir b’unità waħda.
|
Rċik
|
|
EN 45555:2019
|
Għandu jiġi kkalkolat bħala r-rata tar-riċiklabbiltà bbażata fuq il-massa, bix-xenarju ta’ referenza ta’ tmiem il-ħajja li ġej:
·Batterija: Il-mases ta’ Co, Li (Rċik,Li 90%) jgħoddu għar-rata tar-riċiklabbiltà
·Partijiet monomaterjali mneħħija waqt l-estrazzjoni tal-batterija: Il-mases tal-azzar, Al, Mg, tal-plastik jew tar-ram jgħoddu għar-rata tar-riċiklabbiltà
·Il-partijiet l-oħrajn kollha: Il-mases ta’ Cu, Co, Sn (Rċik,Sn 50%), Ni (Rċik,Ni 85%), In (Rċik,In 50%), Au, Ag, PGM (Rċik,PGM 95%) jgħoddu għar-rata tar-riċiklabbiltà
|
Kontenut ta’ materja prima kritika (CRM)
|
|
EN 45558:2019
|
Irid jiġi applikat għad-deheb bl-istess approċċ bħal għas-CRMs
|
Tħassir sigur
|
NIST
|
Guidelines for Media Sanitization, Pubblikazzjoni Speċjali NIST 800-88 - ir-Reviżjoni 1
|
|
ANNESS IV
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika definiti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-valuri dikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew fl-interpretazzjoni ta’ dawk il-valuri, biex tinkiseb il-konformità jew biex b’xi mod ieħor tiġi komunikata prestazzjoni aħjar.
Meta mudell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu mhux konformi.
Bħala parti mill-verifika tal-konformità ta’ mudell ta’ prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura li ġejja għar-rekwiżiti msemmija fl-Anness II:
1.L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell skont il-punti 2(a), (b), (c) u (d), għajr għar-rekwiżit imsemmi fil-punt 1.2.1 tal-partijiet A u B tal-Anness II (reżistenza għall-waqgħat inċidentali), test li għandu jsir b’ħames unitajiet tal-mudell skont il-punt 2(e); u għajr għar-rekwiżit imsemmi fil-punt 1.2.4 tal-partijiet A u B u tal-punt 1.2.3 tal-parti D tal-Anness II (durabbiltà tal-batterija f’ċikli), test li għandu jsir b’ħames unitajiet tal-mudell skont il-punt 2(f).
2.Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Anness IV, il-punt 2, tad-Direttiva 2009/125/KE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawk il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat milli jkunu r-riżultati tal-kejl korrispondenti mwettaq skont il-punt (g) tiegħu;
(b)il-valuri dikjarati jkunu jissodisfaw kull rekwiżit stabbilit f’dan ir-Regolament, u kull informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott li jippubblika l-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat meta ma jkunx fiha valuri li jkunu aktar favorevoli għall-manifattur, għall-importatur jew għar-rappreżentant awtorizzat mill-valuri dikjarati;
(c)meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jivverifikaw l-unità tal-mudell, din tikkonforma mar-rekwiżiti, għajr ir-rekwiżiti li għalihom japplikaw il-punti (d), (e) u (f);
(d)meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw l-unità tal-mudell, il-valuri determinati (jiġifieri l-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dak il-kejl) ikunu konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 4;
(e)meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw ħames unitajiet tal-mudell, il-valuri determinati (jiġifieri l-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt it-testijiet u l-valuri kkalkulati minn dak il-kejl) ikunu konformi mar-rata ta’ suċċess rispettiva mogħtija fit-Tabella 5;
(f)meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri jittestjaw ħames unitajiet tal-mudell, il-medja aritmetika tal-valuri determinati (jiġifieri l-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkolati minn dak il-kejl) tkun konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi kif mogħtija fit-Tabella 4.
3.Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti (2)(a), (b), (c) jew (f) ma jinkisbux, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
4.Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(d) ma jinkisibx, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati.
5.Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(e) ma jinkisibx, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu ħames unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. Inkella, l-unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ xi wieħed jew aktar mill-mudelli ekwivalenti.
6.Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn l-unitajiet ittestjati skont il-punt 4, meta applikabbli, il-medja aritmetika tal-valuri determinati tkun konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 4.
7.Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk f’dawn il-ħames unitajiet ittestjati skont il-punt 5, meta applikabbli, ir-rata ta’ suċċess tkun konformi mal-valuri rispettivi mogħtija fit-Tabella 5.
8.Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 6 u 7 ma jinkisbux, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
9.Meta tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punt 3 jew 8 jew skont it-tieni paragrafu ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu stabbiliti fl-Anness III.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fit-tielet paragrafu għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness. Għall-parametri fit-Tabella 4, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f’xi metodu ieħor tal-kejl.
Tabella 4
Tolleranzi tal-verifika
Parametri
|
Tolleranzi tal-verifika
|
Konsum tal-enerġija fil-modalità standby man-network [W] u l-konsum tal-enerġija fil-modalità standby [W]
|
Il-valura determinat ma għandux ikun aktar minn 0,10W iżjed mill-valur dikjarat.
|
Durabbiltà tal-batterija f’ċikli – konfigurazzjonijiet prestabbiliti [ċikli]
|
Il-valura determinat ma għandux ikun aktar minn 20 ċiklu inqas mill-valur dikjarat.
|
Kapaċità nominali tal-batterija (Cnom [mAh])
|
Il-valura determinat ma għandux ikun aktar minn 10% iżjed mill-valur dikjarat.
|
Kapaċità tal-batterija li jifdal (%)
|
Il-valur determinat a ma għandux ikun iżjed minn 2 punti perċentwali inqas mill-valur dikjarat.
|
Klassifikazzjoni tal-protezzjoni ingressa (IPxx)
|
Trid tiġi verifikata skont l-istandard imsemmi fl-Anness IIIa għal dan il-parametru.
|
Protezzjoni mit-tixrid inċidentali
|
Trid tiġi verifikata skont l-istandard imsemmi fl-Anness IIIa għal dan il-parametru.
|
a fil-każ ta’ tliet unitajiet addizzjonali ttestjati kif preskritt fil-punt 4, il-valur determinat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri dikjarati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.
Tabella 5
Rati ta’ suċċess għar-reżistenza għall-waqgħat inċidentali
Parametri
|
Tolleranzi tar-rata ta’ suċċess
|
Reżistenza għall-waqgħat inċidentali
|
Il-valur determinat li jikkorrispondi għall-valur dikjarat għandu jintlaħaq minn mill-inqas 80% tal-unitajiet ittestjati.
|
ANNESS V
Parametri referenzjarji
Waqt id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq ġiet identifikata kif ġej:
It-telefowns ċellulari:
(1)reżistenza għall-waqgħat inċidentali: >100 waqgħa; >>100 waqgħa għall-apparati robusti;
(2)ir-reżistenza għall-grif: 6;
(3)il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress: IP68 (flimkien ma’ batterija sostitwibbli mill-utent);
(4)id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli: 1200 ċiklu.
It-telefowns bla fili:
(5)it-telefowns bla fili fil-modalità standby bi stazzjon bażi: 0,4W;
(6)it-telefowns bla fili fil-modalità standby b’benniena tal-iċċarġjar biss: < 0,05W;
(7)il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress: IP65;
(8)il-kompatibbiltà ma’ batteriji b’daqs standard: iva.
L-islate tablets:
(9)ir-reżistenza għall-grif: 6;
(10)il-klassifikazzjoni tal-protezzjoni mill-ingress: IP68;
(11)id-durabbiltà tal-batterija f’ċikli: 1000 ċiklu.