EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2018:287:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 287, 15 ta' Novembru 2018


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 287

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 61
15 ta' Novembru 2018


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1721 tat-12 ta' Novembru 2018 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Gailtaler Speck (IĠP))

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1722 tal-14 ta' Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (EU) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1723 tas-26 ta' Ottubru 2018 dwar il-proġett transkonfinali Rail Baltica fuq il-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku (notifikata bid-dokument C(2018) 6969)

32

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

15.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1721

tat-12 ta' Novembru 2018

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (“Gailtaler Speck” (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Awstrija għall-approvazzjoni ta' emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Gailtaler Speck”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1241/2002 (2).

(2)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u l-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda, kif meħtieġ skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTA[T] DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Gailtaler Speck” (IĠP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1241/2002 tal-10 ta' Lulju 2002 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovvdut fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-ikel (il-Gailtaler Speck, il-Morbier, il-Queso Palmero jew Queso de la Palma, iż-żejt taż-żebbuġa extra-verġini Thrapsano, it-Turrón de Agramunt jew Torró d'Agramunt) (ĠU L 181, 11.7.2002, p. 4).

(3)  ĠU C 195, 7.6.2018, p. 47.


15.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1722

tal-14 ta' Novembru 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (EU) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2022/95 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġinaw mir-Russja. Skont investigazzjoni ulterjuri, li stabbilixxiet li d-dazju kien qed jiġi assorbit, il-miżuri kienu emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 663/98 (3). Wara l-ewwel rieżami ta' skadenza u l-ewwel rieżami interim skont l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (4), il-Kunsill, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002 (5), impona dazju antidumping definittiv ta' EUR 47,07 għal kull tunnellata fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 u li joriġinaw mir-Russja. Dik l-investigazzjoni qed tissejjaħ “ir-rieżami tal-2002”.

(2)

Sussegwentement, sar rieżami interim tal-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 (6), ġie impost dazju antidumping definittiv li jvarja bejn EUR 41,42 għal kull tunnellata u EUR 47,07 għal kull tunellata fuq l-importazzjonijiet ta' fertilizzanti solidi li joriġinaw mir-Russja b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % tal-piż, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20 u li joriġinaw mir-Russja.

(3)

Wara t-tieni rieżami ta' skadenza u t-tieni rieżami interim parzjali skont l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, il-Kunsill, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 (7), żamm il-miżuri fis-seħħ. Id-dazju ma nbidilx, ħlief għall-grupp EuroChem, li għalih l-ammont fiss ta' dazju kien ivarja bejn EUR 28,88 u EUR 32,82 għal kull tunnellata. Dik l-investigazzjoni qed tissejjaħ “ir-rieżami tal-2008”.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), permezz tad-Deċiżjoni 2008/577/KE (8), aċċettat l-impenji offruti b'limitu kwantitattiv mill-produtturi Russi JSC Acron u JSC Dorogobuzh, membri tal-Kumpanija Acron Holding u mill-grupp EuroChem.

(5)

Permezz ta' sentenza tal-10 ta' Settembru 2008 (9), interpretata b'sentenza tad-9 ta' Lulju 2009 (10), il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament (KE) Nru 945/2005 f'dak kien jirrigwarda JSC Kirovo-Chepetsky Khimichesky Kombinat (“Kirovo”), parti minn OJSC UCC UralChem (“UralChem”). Il-Kunsill, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 989/2009 (11), emenda r-Regolament (KE) Nru 661/2008 skont dan. Konsegwentement, għall-kumpanija Kirovo d-dazju antidumping (EUR 47,07 kull tunnellata) japplika biss għal importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90.

(6)

Bid-Deċiżjoni 2012/629/UE (12), il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn offrut mill-Grupp EuroChem minħabba l-imprattikabilità tal-impenn.

(7)

Wara t-tielet rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (13), il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 999/2014 (14), żammet il-miżuri fis-seħħ. Dik l-investigazzjoni qed tissejjaħ “l-aħħar rieżami ta' skadenza”.

(8)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/226 (15) li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 indirizza r-ristrutturar ta' Kirovo bħala fergħa ta' Uralchem.

(9)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/415 (16), l-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għall-Kumpanija Acron Holding minħabba l-imprattikabilità tal-impenn.

(10)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ jieħu l-forma ta' dazju fiss għal kull tunnellata u huma bbażati fuq il-marġini ta' ħsara, ħlief għall-EuroChem. Il-livell għall-EuroChem kien stabbilit fir-rieżami tal-2008 abbażi tal-marġni tad-dumping.

1.2.   Talba għal rieżami interim parzjali

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami interim parzjali (“talba għal rieżami”) skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku mit-tmien assoċjazzjonijiet tal-bdiewa Ewropej li ġejjin (“l-Applikant”): Association Générale des Producteurs de Blé et autres céréales (“AGPB”, Franza), Confederazione Italiana Agricoltori (“CIA”, l-Italja), Confagricoltura (l-Italja), Coop de France (Franza), Irish Farmers' Association (“IFA”, l-Irlanda), l-Uffiċju tal-Agrikoltura tal-Finlandja (“MTK”, il-Finlandja), National Farmers' Union (“NFU”, ir-Renju Unit), u Unión de Pequeños Agricultores y Ganaderos (“UPA”, Spanja). Il-kamp ta' applikazzjoni tar-rieżami kien limitat għall-eżami tal-ħsara. L-Applikant argumenta li l-bdiewa tal-Unjoni, bħala utenti tan-nitrat tal-ammonju, qed jiġu affettwati ħażin mill-miżuri antidumping li ilhom aktar minn 20 sena fis-seħħ, u li s-sitwazzjoni ta' ħsara tal-industrija tal-Unjoni għandha tiġi riveduta minħabba tibdil dejjiemi.

(12)

Separatament, l-Applikant talab ukoll lill-Kummissjoni biex tissospendi minnufih il-miżuri skont l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku.

1.3.   Bidu ta' rieżami interim parzjali

(13)

Wara li ddeterminat, u wara li għarrfet lill-Istati Membri, li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' rieżami interim parzjali, fis-17 ta' Awwissu 2017, il-Kummissjoni, b'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (17) (“Notifika ta' Bidu”), ħabbret il-bidu ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, b'kamp ta' applikazzjoni limitat għall-eżami tal-ħsara.

(14)

Fl-istess jum, permezz ta' Notifika ta' Bidu (18), il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' rieżami parzjali ieħor tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja, limitat għall-eżami ta' dumping skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

1.4.   Investigazzjoni

1.4.1.   Perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(15)

Il-perijodu ta' investigazzjoni tar-rieżami (PIR) kien ikopri l-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017. L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni kien ikopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-aħħar tal-PIR (il-“perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.4.2.   Partijiet interessati

(16)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-Applikant, lill-industrija tal-UE (il-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom), lill-produtturi esportaturi u l-assoċjazzjoni tagħhom, lill-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur u lil importaturi magħrufa possibbilment mhux relatati dwar il-bidu tal-investigazzjoni ta' rieżami interim parzjali u stidnithom jipparteċipaw.

(17)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jressqu l-opinjoni tagħhom bil-miktub u jinstemgħu.

(18)

Ġew organizzati seduti ta' smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni għall-Applikant, għall-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni Fertilizers Europe, għal produttur individwali wieħed tal-Unjoni, u għal produttur Russu individwali uniku.

(19)

Barra minn hekk, waqt l-investigazzjoni diversi partijiet interessati għamlu sottomissjonijiet bil-miktub, inkluż l-Applikant, Fertilizers Europe, l-assoċjazzjoni tal-bdiewa tal-Unjoni COPA-COGECA (19) u l-assoċjazzjoni Russa tal-produtturi tal-fertilizzanti (“RFPA”).

(20)

Fil-25 ta' April 2018 l-Applikant irrileva li l-Kummissjoni għandha tinjora ċerti elementi ppreżentati minn Fertilizers Europe minħabba ż-żmien li fih ġew ippreżentati s-sottomissjonijiet tagħhom. Peress li l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja u l-Kummissjoni kienet għadha ma stabbilietx skadenza stretta għas-sottomissjoni finali mill-partijiet kollha, din it-talba ġiet miċħuda.

1.4.3.   Kampjunar

(21)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni qalet li tista' tieħu kampjun minn fost il-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.3.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(22)

Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi tal-Unjoni biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Il-formola tal-kampjunar intbagħtet lil 38 entità, inklużi lill-11-il assoċjazzjoni magħrufa ta' produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni rċeviet l-informazzjoni dwar il-kampjunar minn 12-il kumpanija jew gruppi tal-Unjoni.

(23)

Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun b'mod proviżorju abbażi tal-produzzjoni fl-Unjoni u l-volumi ta' bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR, u abbażi tal-kampjun magħżul fl-aħħar rieżami ta' skadenza. Il-kampjun proviżorju kien magħmul minn erba' produtturi tal-Unjoni li kienu jinsabu fi Franza, fil-Litwanja, fil-Polonja u fir-Renju Unit (20).

(24)

Madankollu, wara kummenti mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni rat li jkun xieraq li l-kumpanija mill-Polonja tiġi ssostitwita minn kumpanija mill-Bulgarija (21), u żżid kumpanija waħda min-Netherlands (22).

(25)

Il-kampjun finalment magħżul b'hekk kien jikkonsisti minn ħames kumpaniji minn ħames pajjiżi u jirrappreżenta madwar 40 % tal-produzzjoni taotali tal-kumpaniji li jikkooperaw. Għalhekk, il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.4.3.2.   Kampjun tal-produtturi esportaturi Russi

(26)

Filwaqt li dan ir-rieżami interim parzjali ma jkoprix aspetti ta' dumping, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiġbor informazzjoni mill-produtturi esportaturi Russi, bħal pereżempju dwar il-produzzjoni tagħhom, il-kapaċità tagħhom, il-bejgħ tagħhom lejn l-Unjoni u lejn pajjiżi terzi, sabiex isservi ta' bażi ta' informazzjoni għall-valutazzjoni tal-ħsara.

(27)

Biex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-Russja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, għarrfet lill-Missjoni Permanenti tar-Russja għall-Unjoni u lill-assoċjazzjoni Russa l-RFPA.

(28)

Sitt produtturi Russi pprovdew l-informazzjoni mitluba. Peress li kien hemm biss żewġ produtturi li jesportaw lejn l-Unjoni, ma kienx hemm bżonn jittieħed kampjun. Iż-żewġ kumpaniji Russi jikkorrispondu għal 38 % tal-produzzjoni tal-kumpaniji Russi li kkooperaw.

(29)

Il-grupp esportatur Russu Acron, li talab li jinbeda rieżami interim parallel limitat għad-dumping (23), ma meliex il-formola tal-kampjunar. Madankollu waqt l-investigazzjoni l-kumpanija pprovdiet informazzjoni limitata fil-forma ta' tweġiba parzjali għall-kwestjonarju. Parti mid-data ppreżentata ma kinitx l-informazzjoni preċiża kif aġġornata wara l-verifika fl-investigazzjoni parallela u ma setgħetx tintuża.

1.4.3.3.   Kampjun ta' importaturi mhux relatati

(30)

Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Madankollu, l-ebda importatur mhux relatat ma wieġeb.

1.4.4.   Tweġibiet għall-kwestjonarji

(31)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-ħames produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u liż-żewġ produtturi esportaturi Russi, u rċeviet tweġibiet mingħandhom kollha.

(32)

Ġabret ukoll informazzjoni mill-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa billi bagħtet kwestjonarju lill-Applikant f'din l-investigazzjoni u lill-assoċjazzjonijiet l-oħra tal-bdiewa li kienu resqu 'l quddiem bħala partijiet interessati (24). Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet mill-Irish Farmers' Association, mill-assoċjazzjoni tal-bdiewa tar-Renju Unit l-NFU, u tweġiba konsolidata mill-Applikant f'isem assoċjazzjonijiet attivi fi 15-il Stat Membru (25). Aktar tard l-assoċjazzjoni tal-bdiewa tal-Litwanja ċċarat li ma kinitx ħadet pożizzjoni dwar l-investigazzjoni li kienet għaddejja.

1.4.5.   Żjarat ta' verifika

(33)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni

AB Achema;

CF Fertilisers UK Limited;

Neochim PLC.;

Yara France;

Yara Sluiskil B.V.

(b)

Produtturi esportaturi fir-Russja li kkooperaw

PJSC KuibyshevAzot;

Uralchem JSC, kif ukoll importatur relatat Uralchem Trading SIA fil-Latvja.

1.4.6.   Divulgazzjoni

(34)

Fil-31 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet biħsiebha temenda r-rata tad-dazju applikabbli. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità sat-12 ta' Settembru 2018 biex jikkummentaw, u biex jitolbu li ssir seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti ta' kummerċ.

(35)

Disa' entitajiet, inklużi assoċjazzjonijiet tal-bdiewa Ewropej, produtturi tal-Unjoni, l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni Fertilizers Europe, u l-assoċjazzjoni Russa RFPA, ippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni. Wara li ntalab hekk, saru seduti mal-applikant, ma' Grupa Azoty S.A., ma' Agropolychim AD u ma' RFPA.

(36)

Il-kummenti ġew analizzati u kkunsidrati fejn ġustifikat.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(37)

Il-prodott ikkonċernat huwa fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90, 3102 40 90, ex 3102 29 00, ex 3102 60 00, ex 3102 90 00, ex 3105 10 00, ex 3105 20 10, ex 3105 51 00, ex 3105 59 00 u ex 3105 90 20 u li joriġinaw mir-Russja (“il-prodott ikkonċernat”). Madankollu, fir-rigward tan-nitrat tal-ammonju prodott mill-fergħa ta' Kirovo tal-grupp Uralchem, huwa biss in-nitrat tal-ammonju li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90 li huwa l-prodott ikkonċernat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 989/2009.

(38)

Oriġinarjament, il-prodott ikkonċernat kien definit bħala nitrat tal-ammonju iżda sussegwentement ġie ridefinit bħala fertilizzanti solidi b'kontenut speċifikat ta' nitrat tal-ammonju. Dan kien dovut għall-kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott fl-2005 (26) li kellha l-għan li tkopri wkoll in-nitrat tal-ammonju li miegħu jkunu żdiedu nutrijenti tal-fosforu u/jew tal-potassju (l-hekk imsejjaħ nitrat tal-ammonju “maħmuġ” jew “stabilizzat”, minn hawn 'il quddiem “NA maħmuġ”) peress li nstab li dawn it-taħlitiet kellhom essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess proprjetajiet agronomiċi. Il-prodott huwa magħruf aktar bħala nitrat tal-ammonju (“NA”).

(39)

Kif stabbilit fit-taqsima 1.1, għall-kumpanija Kirovo d-dazju antidumping (EUR 47,07 kull tunnellata) japplika biss għall-importazzjonijiet tal-NA li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90.

(40)

L-NA huwa fertilizzant solidu tan-nitroġenu komunement użat fl-agrikoltura, iżda jintuża wkoll għal skopijiet industrijali bħall-produzzjoni ta' splussivi (pereżempju jintuża fl-estrazzjoni minerarja). L-NA li jintuża kemm għal skopijiet agrikoli u għall-produzzjoni ta' splussivi huwa kopert mill-miżuri antidumping fis-seħħ. Iż-żewġ tipi ta' NA għandhom l-istess karatteristiċi kimiċi u tekniċi, huma faċilment interkambjabbli u huma meqjusa l-prodott ikkonċernat.

(41)

Fil-biedja, l-NA jintuża, fost oħrajn, għat-tkabbir taċ-ċereali, bħall-qamħ. Minħabba l-karatteristiċi splussivi tiegħu l-użu tal-NA huwa ristrett f'diversi Stati Membri. Pereżempju, fl-Irlanda, il-bdiewa jużaw in-nitrat tal-ammonju tal-kalċju (“CAN”).

(42)

Il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-NA hija l-gass naturali, li jikkostitwixxi l-biċċa l-kbira tal-kostijiet totali tal-produzzjoni.

(43)

Ir-rata tad-dazju konvenzjonali għall-NA hija ta' 6,5 % (27).

2.2.   Prodott simili

(44)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti deskritti fit-Taqsima 1.1, il-Kummissjoni sabet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi: (a) il-prodott ikkonċernat; (b) l-NA prodott u mibjugħ fis-suq domestiku Russu u fi swieq oħra tal-esportazzjoni; u (c) l-NA prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(45)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li għall-fini ta' din l-investigazzjoni dawn il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKOSTANZI MIBDULA

(46)

Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iċ-ċirkostanzi li fuq il-bażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri attwali nbidlux u jekk dan it-tibdil kienx ta' natura dejjiema.

3.1.   Ristrutturar

(47)

Il-livell ta' konċentrazzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied minħabba diversi fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet. Diversi produtturi tal-Unjoni bħal Yara International ASA (“Yara”) min-Norveġja u Borealis Agrolinz Melamine GmbH (“Borealis”) mill-Awstrija huma atturi globali. Pereżempju, mill-2002, il-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet kienu jinvolvu l-kumpaniji li ġejjin (28): Anwil SA, Azomures, BASF SE, Borealis, Fertiberia S.A., CF Fertilisers UK Limited, Yara, u Grupa Azoty S.A.

(48)

L-Applikant iddikjara li minħabba l-effiċjenzi akbar bħala riżultat ta' investimenti u ristrutturar, l-industrija tal-Unjoni issa hija kapaċi tikkompeti mal-importazzjonijiet Russi, b'kuntrast mas-sitwazzjoni fir-rieżami tal-2002 fejn kien hemm għexieren ta' produtturi żgħar u ta' daqs medju joperaw b'mod indipendenti. L-industrija tal-Unjoni rrilevat li l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni hija b'saħħitha peress li hemm 'il fuq minn 10 produtturi fl-Unjoni u ħadd minnhom ma għandu sehem ta' aktar minn 20 % (29).

(49)

Abbażi ta' data li waslet mingħand il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, erba' gruppi kbar (Yara, CF, Borealis u EuroChem) jirrappreżentaw kważi sitt (6) miljun mit-tmien (8) miljun tunnellata metrika tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-NA. Għaldaqstant, il-produzzjoni fl-Unjoni ta' AN hija issa ddominata minn ftit gruppi korporattivi kbar ta' skala sinifikanti.

(50)

Sabiex tivvaluta l-impatt ta' proċess ta' konsolidazzjoni li jinvolvi tant kumpaniji fuq perjodu ta' aktar minn 15-il sena, il-Kummissjoni analizzat l-evoluzzjoni tal-industrija tal-Komunità kif definit fir-rieżami tal-2002.

(51)

Fir-rieżami tal-2002, saru żjarat lil erba' kumpaniji: Grande Paroisse (Franza), Kemira Ince (ir-Renju Unit), Terra Nitrogen (ir-Renju Unit), u Hydro Agri France. Minħabba li fl-2001 sploda l-impjant tan-nitrat tal-ammonju ta' Grand Paroisse, u dan ikkawża bosta mwiet fi Franza, il-Kummissjoni eliminat lil din il-kumpanija mill-analiżi.

(52)

L-ewwel nett, iż-żewġ kumpanniji tar-Renju Unit issa jagħmlu parti mill-istess kumpanija, CF Fertilizers UK Limited, li hija parti mill-grupp Amerikan CF Industries (“CF”). Fl-2007 iż-żewġ kumpaniji ffurmaw Impriża Konġunta. Fir-rapport tagħha dwar il-ftehim (30), l-awtorità tal-kompetizzjoni tar-Renju Unit innotat li “il-partijiet sostnew li ħadd minnhom mhu attwalment jikseb, jew qed jippjana li jikseb, livelli aċċettabbli ta' redditu min-negozji tal-fertilizzanti tagħhom fir-Renju Unit. Għalhekk, ir-raġuni għall-impriża konġunta proposta huwa li jiġi stabbiliti manifattur vijabbli fit-tul, ibbażat fir-Renju Unit, tal-fertilizzanti tan-nitroġenu permezz tal-ħolqien ta' negozju akbar b'bażi ta' kost orħos minn dik li kieku xi parti tista' attwalment tikseb b'mod indipendenti” [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. Imbagħad, fl-2010 CF akkwistat lil Terra Industries, u stenniet li l-ftehim iwassal għal sinerġiji annwali globali tal-kostijiet li jlaħħqu l-USD 135 miljun (31). Fir-rapport annwali tagħha tal-2011, CF ikkonfermat li kienet f'pożizzjoni li “tikseb sinerġiji lil hinn minn dawk antiċipati fiż-żmien tal-akkwiżizzjoni” (32) [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. Peress li dak iż-żmien in-negozju tar-Renju Unit kien għadu Negozju bi Sħab, sussegwentement CF ħadet kontroll sħiħ fl-2015. L-“idea tal-ftehim [kienet li] l-produzzjoni tiżdied b'10 % mingħajr ebda nefqa kapitali inkrementali” (33) [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fir-rapport annwali tagħha tal-2017 (34), CF ġabret fil-qosor ir-riżultati tal-ftehim kif ġej: “Wara l-akkwiżizzjoni u l-assunzjoni tal-kontroll operattiv sħiħ ta' CF Fertilisers UK, żidna l-użu tal-assi bi kważi 20 fil-mija filwaqt li qed nilħqu sinerġiji ta' aktar minn USD35 miljun fis-sena” [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. Issa CF Fertilizers UK Limited hija parti minn grupp ta' 3 000 impjegat u hija “kumpanija ewlenija tal-fertilizzanti u tal-prodotti kimiċi b'kapaċitajiet operazzjonali eċċellenti u pjattaforma ta' produzzjoni u ta' distribuzzjoni b'vantaġġi kbar f'termini ta' kost” [Traduzzjoni mhux uffiċjali].

(53)

It-tieni, Hydro Agri France kienet parti minn Hydro Agri, sussidjarja tal-grupp Norveġiż Norsk Hydro li fl-2004 ġiet spun off biex issir Yara. Il-grupp Yara jimpjega aktar minn 15 000 impjegat u d-dħul tiegħu jlaħħaq madwar EUR 10 biljun (35). Skont il-“Fertilizer Industry Handbook 2017” (36) (Manwal għall-Industrija tal-Fertilizzanti), Yara kienet il-“kumpanija ewlenija tal-fertilizzanti tan-nitroġenu” u “l-produttur ewlieni nr 1 tan-nitrati u tal-NPK fid-dinja, u t-tieni (2) l-akbar produttur fid-dinja tal-ammonja”, esklużi l-produtturi Ċiniżi. Yara qalet li “Il-pożizzjoni ta' Yara tagħtiha opportunitajiet uniċi li tingrana ekonomiji ta' skala u timplimenta l-aħjar prattika fost network kbir ta' impjanti. L-iskala u l-firxa globali huma fatturi importanti għall-vantaġġ kompetittiv ta' Yara”. Barra minn hekk, “Yara għandha sehem mis-suq ta' madwar 20 % tal-kummerċ globali tal-ammonja. Din il-pożizzjoni ewlenija tagħti lill-kumpanija ħarsa ġenerali tajba tal-bilanċ globali bejn il-provvista / domanda tal-ammonja u tippermetti ottimizzazzjoni aħjar tal-flussi tal-prodotti globali tagħha” [Traduzzjoni mhux uffiċjali].

(54)

Fir-rigward tal-ħames kumpaniji oħra li ma ġewx miżjura fir-rieżami tal-2002 iżda li kienu parti mill-industrija tal-Komunità, tnejn kienu wkoll parti minn Hydro Agri u waħda kienet parti minn Kemira (il-Belġju) li eventwalment saret parti mill-grupp Yara.

(55)

Barra minn hekk, fl-2012 il-grupp Russu EuroChem iffinalizza l-akkwist tiegħu tal-assi tal-fertilizzanti ta' BASF (37). Fir-rapport annwali tiegħu għall-2012 EuroChem innota li “l-integrazzjoni ta' dawn in-negozji [EuroChem Antwerpen u EuroChem Agro fl-2012] għadha għaddejja, iżda llum nistgħu ngħidu b'ċertezza li kienet suċċess strateġiku. Is-sinerġiji operattivi u l-adattament kulturali wasslu għal relazzjonijiet b'saħħithom li kellhom impatt pożittiv fuq il-grupp kollu kemm hu” (38) [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-grupp EuroChem għandu aktar minn 25 000 impjegat, 'il fuq minn USD 4 biljun fi dħul globali, u jgawdi mill-mudell kummerċjali integrat vertikalment tiegħu (39).

(56)

Fl-aħħar nett, fl-2009 il-grupp Spanjol Fertiberia xtara lil Adubos do Portugall, u għandu diversi sussidjarji oħra fi Franza u fl-Alġerija. Skont Fertiberia, “il-konsolidament tal-grupp bħala kumpanija ewlenija kien ibbażat prinċipalment fuq il-ħolqien u l-akkwist ta' kumpaniji sussidjarji b'pożizzjonijiet strateġiċi. Dan il-mudell ta' kummerċjalizzazzjoni ppermetta effikaċja kummerċjali, produttiva u loġistika akbar, li huma aspetti ewlenin f'suq tant kompetittiv” (40) [Traduzzjoni mhux uffiċjali]. B'mod aktar speċifiku fir-rigward ta' Adubos do Portugall, fir-rapport annwali tiegħu tal-2014, Fertiberia nnota li “b'mod partikolari ta' min isemmi l-konsolidament tal-integrazzjoni operattiva ta' ADP Fertilizantes fil-grupp tagħna, li għen biex jiġu sfruttati sinerġiji ġodda li ppermettew lil din il-kumpanija żżid l-EBITDA għal 18-il miljun ewro” u “dawn is-sinerġiji jvarjaw mill-provvista ta' materja prima u t-tmexxija bla xkiel tal-faċilitajiet tagħha, sal-bini ta' għarfien estensiv tas-suq sabiex issaħħaħ l-isforzi tagħha għal prodotti b'valur miżjud għoli” (41) [Traduzzjoni mhux uffiċjali].

(57)

Mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi ta' hawn fuq isegwi li l-fużjonijiet wasslu, fost oħrajn, għat-tnaqqis tal-kostijiet (Renju Unit), għal ekonomiji ta' skala (Yara), għal sinerġiji operazzjonali (EuroChem) u għal effikaċja loġistika (Fertiberia). Għalhekk, kien osservat titjib fl-effiċjenza fil-produtturi kollha tal-NA f'dik li qabel kienet l-industrija tal-Komunità. Dan kien jinkludi żieda fil-kapaċità tal-akkwist u l-possibbiltà tal-ottimizzar tal-proċess tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni kienet kibret permezz tal-adeżjonijiet tal-2004, tal-2007 u tal-2013, liema tkabbir għamilha impossibbli li jsir tqabbil tal-kost globali għal kull kumpanija. Madankollu, kif issemma fil-premessa (47), kien hemm ukoll diversi kumpaniji mill-pajjiżi tal-adeżjoni li ħadu sehem fil-proċess ta' ristrutturar.

(58)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni hija iktar ikkonċentrata minn kif kienet fir-rieżami tal-2002, li dan il-konsolidament huwa ta' natura dejjiema, u li kellu impatt benefiku fuq l-istruttura kumplessiva tal-kostijiet.

(59)

Wara d-divulgazzjoni, żewġ produtturi tal-Unjoni ppreżentaw l-argument li ma jkunx sew li EuroChem tkun analizzata peress li din għandha rabtiet ma' entità Russa, u li l-inklużjoni tal-produttur mir-Renju Unit kienet kontestabbli peress li r-Renju Unit dalwaqt jitlaq mill-Unjoni. Il-Kummissjoni ċaħdet dawn id-dikjarazzjonijiet. EuroChem ġiet analizzata bħala parti mill-industrija li dak iż-żmien kienet fil-Komunità, u l-produttur mir-Renju Unit kien parti integrali mill-industrija tar-Renju Unit peress li r-Renju Unit huwa Stat Membri tal-Unjoni fil-mument tal-investigazzjoni.

(60)

Barra minn dan, dawn il-prodotturi ppreżentaw l-argument li l-Kummissjoni ma kinitx stabbiliet l-impatt dirett li ċ-ċirkostanzi mibdula tar-ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni b'mod dirett iħallu fuq il-kalkolu tal-ħsara. Il-Kummissjoni fakkret li hija kienet stabbiliet għall-ewwel darba l-eżistenza ta' tibdil dejjiemi li jaffettwa lill-industrija tal-Unjoni sa mir-rieżami tal-2002, meta l-livell tal-miżuri kien stabbilit l-aħħar darba. Sussegwentement, hija evalwat is-sitwazzjoni preżenti tal-industrija tal-Unjoni, u dan wassal għal kalkoli ġodda dwar il-ħsara. Dawn iż-żewġ analiżijiet saru b'mod distint u indipendenti waħda mill-oħra.

(61)

Barra minn hekk, Fertilizers Europe ppreżentat l-argument li l-bidliet marbuta mar-ristrutturat tal-industrija tal-Unjoni ma kinux sinifikanti mqabbla mal-vantaġġ li għandha r-Russija fejn jidħol il-gass. Il-Kummissjoni nnutat li l-bidla dejjiema misjuba ma kellhiex x'taqsam mas-sitwazzjoni tal-gass tar-Russja, iżda mal-konsolidazzjoni li għaddiet minnha l-industrija tal-Unjoni sa mir-rieżami tal-2002.

3.2.   Prezz tal-gass fis-suq tal-Unjoni

(62)

L-Applikant irrileva li l-prezzijiet tal-gass fl-Unjoni żdiedu bejn l-2002 u t-Q2 tal-2013 u mbagħad naqsu b'mod sinifikanti mit-Q3 tal-2013. Fil-fehma tiegħu, filwaqt li l-prezzijiet tal-gass naturali huma mistennija jiżdiedu bi ftit fl-10 snin li ġejjin, dawn se jibqgħu konsiderevolment taħt il-livelli milħuqa matul l-aħħar rieżami ta' skadenza. Pereżempju, it-Tabella 1 turi l-previżjoni tal-Bank Dinji għall-prezzijiet tal-gass naturali bejn l-2018 u l-2030 (42):

Tabella 1

Previżjoni tal-prezz tal-gass

 

Previżjoni

Prodott bażiku

Enerġija

Unità

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

2021

2022

2023

2024

2025

2030

Faħam, l-Awstralja

USD/mt

70,1

57,5

65,9

88,4

85,0

75,0

65,0

64,5

64,0

63,5

63,0

62,4

60,0

Żejt mhux maħdum, medja

USD/bbl

96,2

50,8

42,8

52,8

65,0

65,0

65,4

65,9

66,3

66,8

67,2

67,7

70,0

Gass naturali, l-Ewropa

USD/mmbtu

10,1

7,3

4,6

5,6

6,5

6,6

6,7

6,8

7,0

7,1

7,2

7,3

8,0

Gass naturali, l-Istati Uniti

USD/mmbtu

4,4

2,6

2,5

3,0

3,0

3,1

3,2

3,2

3,3

3,4

3,5

3,6

4,0

Gass naturali, il-Ġappun

USD/mmbtu

16,0

10,2

6,9

8,0

8,8

8,9

9,1

9,3

9,4

9,6

9,7

9,9

10,0

Sors: World Bank Commodities Price Forecast

(63)

L-assoċjazzjoni Russa l-RFPA ppreżentat il-previżjoni tal-prezzijiet skont Gazprom sal-2021 (43), biex issostni d-dikjarazzjoni li t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-gass huwa ta' natura dejjiema.

(64)

Fertilizers Europe sostniet li ma kien hemm l-ebda tibdil fir-rigward ta', fost oħrajn, id-dumping u l-ipprezzar tal-gass fir-Russja (44). Wara d-divulgazzjoni, Fertilizers Europe saħqet fuq id-dikjarazzjonijiet rigward is-sitwazzjoni tal-gass fir-Russija.

(65)

Il-Kummissjoni nnotat li l-gass huwa tabilħaqq l-aktar materja prima importanti għan-nitrat tal-ammonju, li jirrappreżenta 60 % tal-kost totali tal-produzzjoni. Hija stabbilit li l-prezzijiet tal-gass domestiku fir-Russja huma rregolati mill-Istat permezz ta' liġijiet federali u ma jirriflettux il-kundizzjonijiet tas-suq normali, fejn il-prezzijiet jiġu stabbiliti prinċipalment mill-kosti tal-produzzjoni u l-aspettattivi ta' qligħ.

(66)

Is-sitwazzjoni rigward il-prezzijiet tal-gass domestiku fir-Russja hija relevanti biss biex jiġi stabbilit id-dumping peress li tikkonċerna biss id-determinazzjoni tal-valur normali. Il-Kummissjoni fakkret li dan ir-rieżami jittratta biss is-sitwazzjoni ta' ħsara.

(67)

Wara d-divulgazzjoni, Fertliizers Europe u produttur wieħed tal-Unjoni nnotaw li l-livelli tal-prezzijiet tal-gass diġà żdied b'rata akbar milli mistenni fil-previżjoni tal-Bank Dinji minn April 2018 (ara t-Tabella 1 hawn fuq). Il-Bank Dinji biddel ukoll il-previżjoni fl-edizzjoni ta' Settembru 2018.

(68)

Il-Kummissjoni osservat li kien hemm ħafna flutwazzjoni mir-rieżami tal-2002 meta kien ġie stabbilit il-livell tal-miżuri. Kien hemm tnaqqis notevoli bejn l-2014 u l-2016, iżda minn dak iż-żmien il-prezzijiet reġgħu bdew jiżdiedu b'mod konsistenti. Dan it-tibdil ġie rifless parzjalment fil-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni. Mill-2014, il-kost tal-produzzjoni għall-kumpaniji fil-kampjun naqas b'iktar minn 20 %. L-iżviluppi riċenti fl-2018 jikkonfermaw il-fluttwazzjoni sinifikanti fil-livell tal-prezz tal-gass fl-Ewropa.

(69)

Bħala prinċipju, tibdil fil-prezzijiet domestiċi tal-materja prima ma jikkwalifikawx bħala tibdil ta' natura dejjiema minħabba li normalment huwa r-riżultat ta' forzi tas-suq volatili. Fl-Unjoni l-prezzijiet tal-gass jiġu stabbiliti f'suq miftuħ. Barra minn hekk, ilu ma jkun hemm xejra stabbli mill-2002. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tibdil fil-prezzijiet tal-gass fl-Unjoni ma jistax jitqies bħala ta' natura dejjiema.

3.3.   Tibdil fis-suq globali

(70)

Il-Kummissjoni qieset ukoll li t-tibdil globali fis-suq tal-NA li ilu jiġi osservat mill-2002 huwa element rilevanti għall-valutazzjoni.

(71)

L-ewwel nett, il-konsum Russu tal-NA aktar milli ttrippla mill-2002:

2,2 miljun tunnellata metrika waqt il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami tal-2002 (45);

5,5 miljun tunnellata metrika fl-2014 (46);

7 miljun tunnellata metrika fl-2016 (46).

(72)

Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni Russa l-RFPA sostniet ukoll li fl-2017, skont il-figuri preliminari maħruġa mill-Ministeru tal-Agrikoltura Russu, il-konsum domestiku globali tal-fertilizzanti tan-nitroġenu kompla żdied bi 8,7 % (47). Il-konsum Russu huwa mistenni jkompli jiżdied bi ftit sal-2030 (48).

(73)

It-tieni, żdiedet ukoll id-domanda tas-swieq terzi (prinċipalment mill-Amerka Latina u b'mod partikolari mill-Brażil). Fil-każ tal-Brażil, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tistma żieda minn 0,9 miljun tunnellata fl-2002 għal 1.5 miljun tunnellata fl-2016 (49). Lil hinn mill-NA biss, id-domanda dejjem tikber fl-Amerka Latina għall-fertilizzanti tan-nitroġenu mistennija tkompli (50).

(74)

Sadanittant, il-konsum agrikolu fl-Unjoni tal-NA fit-28 pajjiż tal-Unjoni naqas kemxejn mill-2002 (51). Il-konsum tal-Unjoni huwa mistenni jibqa' stabbli fil-futur.

(75)

F'dan il-kuntest, f'termini ta' volum, is-suq tal-Unjoni huwa inqas attraenti minn kif kien fl-2002 kif ukoll mill-2014 (51).

(76)

Barra minn hekk, is-sitwazzjoni fl-Istati Uniti evolviet mir-rieżami tal-2002. F'Awwissu 2016 l-Istati Uniti waqqfu l-miżuri antidumping tagħhom fuq l-NA mir-Russja. Dan kien fil-kuntest taż-żieda qawwija fil-produzzjoni tal-gass tax-shale li wasslet għal prezzijiet tal-gass orħos għall-produtturi Amerikani. Il-produzzjoni tal-gass tax-shale tal-Istati Uniti żdiedet b'mod qawwi mill-2000, u din il-produzzjoni mistennija tiżdied aktar fil-futur. Din iż-żieda fil-produzzjoni tal-gass tax-shale wasslet u għadha qed twassal għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-produtturi tal-fertilizzanti tan-nitroġenu tal-Istati Uniti.

(77)

Sadanittant, pajjiżi oħrajn bħall-Ukrajna, l-Awstralja u l-Indja (52) imponew miżuri antidumping fuq in-nitrat tal-ammonju, b'mod partikolari mir-Russja.

(78)

Dan it-tibdil globali fis-suq tal-NA huwa ta' natura dejjiema u jista' jaffettwa s-sitwazzjoni ta' ħsara, inkluż dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara.

3.4.   Konklużjoni dwar it-tibdil ta' natura dejjiema

(79)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żewġ ċirkostanzi, ir-ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni u s-suq globali għall-NA, inbidlu mir-rieżami tal-2002, u li dan it-tibdil huwa ta' natura dejjiema.

4.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(80)

L-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku kienet definita bħala l-produtturi tal-NA fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(81)

Kif stabbilit fit-Taqsima 1.4, intgħażel kampjun li kien magħmul minn ħames kumpaniji u d-data nġabret mill-kampjun u ġiet ivverifikata fuq il-post. Barra minn hekk, ġiet ippreżentata data addizzjonali mill-partijiet interessati, b'mod partikolari mill-Applikant, mill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni Fertilizers Europe u mill-assoċjazzjoni Russa l-RFPA. Meta possibbli, il-Kummissjoni użat ukoll data pubblikament disponibbli.

(82)

Il-kampjun huwa magħmul minn ħames kumpaniji. Għalhekk iċ-ċifri relatati mal-industrija tal-Unjoni huma indiċjati hawn taħt biss meta jirrigwardaw kumpanija waħda.

5.   SITWAZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

5.1.   Konsum tal-Unjoni

(83)

Il-konsum tal-Unjoni, ta' bejn 7 u 8 miljun tunnellata metrika, wera tendenza stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kif muri fit-Tabella 2:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni (miljun tunnellata metrika)

 

2014

2015

2016

PIR

Konsum totali tal-Unjoni

7,7

8,0

7,8

7,9

Indiċi

(2014 = 100)

100

105

102

103

Sors: Data mis-sors ta' informazzjoni dwar is-suq Fertecon

(84)

Minbarra din it-tendenza stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, is-suq tal-Unjoni għall-NA huwa mistenni jibqa' ġeneralment livell sal-2030 (53).

5.2.   Volum, prezzijiet u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja

(85)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja fuq il-bażi ta' data minn statistika dwar l-importazzjonijiet miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data skont l-Artikolu 14(6)”). Il-volumi, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-Russja żviluppaw kif muri fit-Tabella 3:

Tabella 3

Volumi tal-importazzjonijiet totali u volumi tal-importazzjonijiet mir-Russja (tunnellati metriċi), sehem mis-suq, u prezzijiet tal-importazzjoni mir-Russja (EUR/tunnellata)

 

2014

2015

2016

PIR

IMPORTAZZJONIJIET KOLLHA (IL-PAJJIŻI KOLLHA)

615 009

732 986

292 839

323 113

IMPORTAZZJONIJIET MIR-RUSSJA

356 456

364 574

118 354

112 025

Indiċi

100

102

33

31

Sehem Russu ta' importazzjonijiet lejn l-Unjoni skont il-volum

58,0 %

49,7 %

40,4 %

34,7 %

Sehem mis-suq Russu skont il-volum

4,6 %

4,5 %

1,5 %

1,4 %

Prezz CIF medju

249

222

173

183

Indiċi

100

89

70

73

Sors: Data mill-bażi tad-data skont l-Artikolu 14(6)

(86)

Fil-PIR, l-importazzjonijiet Russi tal-NA komplew jidħlu fl-Unjoni u fil-PIR jirrappreżentaw 0,1 miljun tunnellata metrika (madwar 35 % tal-importazzjonijiet kollha, wara l-Georgia).

(87)

Waqt il-PIR l-importazzjonijiet mir-Russja kienu f'livell baxx ħafna u kienu qed jonqsu b'mod drastiku matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Qiegħed jiġi nnotat li l-bejgħ tal-NA maħmuġ minn Kirovo, li ma kienx soġġett għal dazju antidumping, jikkostitwixxi l-maġġoranza kbira tal-esportazzjonijiet Russi lejn l-Unjoni waqt il-PIR. Minbarra l-bejgħ ta' NA maħmuġ minn Kirovo, l-importazzjonijiet mir-Russja fil-PIR kienu jammontaw għal [0 – 50 000] tunnellata metrika, jiġifieri sehem mis-suq ta' inqas minn 0.5 % tas-suq tal-Unjoni.

(88)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Russi kien ta' 3,1 % fl-aħħar rieżami ta' skadenza (54), u fil-PIR huwa stmat li kien ta' inqas minn 2 %. Fir-rieżami tal-2002, l-importazzjonijiet Russi kienu jirrappreżentaw 5 % tal-konsum tal-Unjoni (qabel it-tkabbir tal-Unjoni) (55).

(89)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet tal-NA importat mir-Russja naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li matulu naqsu wkoll il-prezzijiet tal-gass, bil-gass bħala l-element ta' kost ewlieni fil-produzzjoni tal-NA.

5.3.   Twaqqigħ tal-prezz

5.3.1.   Prezz tal-esportazzjoni Russu

(90)

Kif stabbilit fit-Taqsima 1.4.3.2, il-Kummissjoni ġabret informazzjoni miż-żewġ produtturi esportaturi Russi li kkooperaw.

(91)

Produttur esportatur wieħed, PJSC KuibyshevAzot, kien jesporta direttament lejn l-Unjoni fil-forma ta' bejgħ dirett tal-prodott ikkonċernat. Madankollu, minħabba l-kwantità ta' dak il-bejgħ ([inqas minn 1 000] tunnellata metrika (56)) u l-fatt li l-bejgħ kollu kien lil klijent uniku speċifiku, dak il-bejgħ lill-Unjoni ma kienx rappreżentattiv.

(92)

Il-produttur esportatur l-ieħor, Uralchem, kien jesporta permezz ta' uffiċċju tal-bejgħ relatat fil-Latvja. Anke l-bejgħ tal-NA “normali” minn Uralchem waqt il-PIR kien limitat ħafna, ta' [inqas minn 1 000] tunnellata metrika (57).

5.3.2.   Sejbiet dwar it-twaqqigħ tal-prezz mir-Russja

(93)

Minħabba l-volumi baxxi u mhux rappreżentattivi tal-produtturi esportaturi Russi li kkooperaw fil-PIR kif deskritt fit-Taqsima 5.3.1, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni deċiżiva dwar it-twaqqigħ tal-prezz.

(94)

Wara d-divulgazzjoni, l-Applikant u r-RFPA ippreżentaw l-argument li l-Kummissjoni imissha tuża d-data mit-Tabella 3 biex tistabbilixxi li ma kien hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezz fil-PIR. Il-Kummissjoni nnotat li din id-data tinkludi bejgħ sinifikanti ta' NA maħmuġ u għalhekk hija differenti mid-data rigward il-bejgħ ta' NA minn produtturi tal-Unjoni. Din id-data għalhekk ma ġietx ikkunsidrata xierqa għal kalkolu adegwat u affidabbli.

5.3.3.   Volum, prezzijiet u sehem mis-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(95)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tagħhom matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni huma murija fit-Tabella 4.

Tabella 4

Volumi tal-importazzjonijiet (tunnellati metriċi), sehem mis-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

 

2014

2015

2016

PIR

 

IMPORTAZZJONIJIET KOLLHA

(IL-PAJJIŻI KOLLHA)

615 009

732 986

292 839

323 113

 

IMPORTAZZJONIJIET TA' PAJJIŻI OĦRA MINBARRA R-RUSSJA

258 553

368 412

174 485

211 088

 

Indiċi

100

142

67

82

 

Sehem ta' importazzjonijiet ta' pajjiżi oħra lejn l-Unjoni skont il-volum

42 %

50 %

60 %

65 %

 

Sehem mis-suq ta' pajjiżi oħra skont il-volum

3,4 %

4,6 %

2,2 %

2,7 %

 

Prezz medju (CIF)

263

245

222

207

 

Indiċi

100

93

84

79

 

 

 

 

 

 

 

Pajjiżi ewlenin oħra

2014

2015

2016

PIR

% tal-esportazzjonijiet fil-PIR

Il-Georgia

119 570

276 787

119 583

155 867

48,2 %

It-Turkija

6 142

4 398

10 658

12 861

4,0 %

Is-Serbja

37 691

34 405

2 068

1 556

0,5 %

L-Eġittu

13 549

15 475

7 560

7 822

2,4 %

Sors: Eurostat

(96)

Il-pajjiżi esportaturi rilevanti l-oħra lejn l-Unjoni kienu l-Georgia b'0,15-il miljun tunnellata metrika fil-PIR (madwar 48 % tal-importazzjonijiet kollha), u, f'ammonti aktar baxxi għadd ta' pajjiżi bħat-Turkija, is-Serbja, l-Eġittu, il-Marokk u n-Norveġja. Il-Georgia kienet il-pajjiż bl-aktar esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PIR, quddiem ir-Russja. Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi l-oħra, ta' 2,9 % tas-suq tal-Unjoni matul il-PIR, baqa' pjuttost stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezzijiet medji globali tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra segwew l-istess xejra ta' tnaqqis tal-prezzijiet Russi (ara Taqsima 5.2) u tal-prezzijiet tal-Unjoni (ara Taqsima 5.4.4), fil-kuntest ta' tnaqqis fil-prezzijiet tal-gass fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(97)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċi ekonomiċi rilevanti kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(98)

Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni hija vvalutata abbażi ta' indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, u l-produttività) u dawk mikroekonomiċi (il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital). Tal-ewwel huma bbażati fuq data pprovduta fis-sottomissjonijiet minn partijiet interessati u mill-istatistika; bi ftit eċċezzjonijiet, dawn jirrigwardaw il-produtturi kollha magħrufa tal-Unjoni. Tal-aħħar huma bbażati fuq data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u ġew verifikati matul l-investigazzjoni.

(99)

Fl-aħħar rieżami ta' skadenza, kif ukoll fir-rieżami tal-2008, l-indikaturi tal-ħsara kienu ġeneralment pożittivi u l-industrija tal-Unjoni ma kinitx ġarrbet ħsara. Peress li din l-investigazzjoni hija bbażata fuq kampjun differenti, ma tista' ssir l-ebda inferenza diretta mit-tqabbil tad-data f'dan il-PIR u dan il-perjodu taħt kunsiderazzjoni mal-aħħar rieżami ta' skadenza fir-rigward ta' ċerti elementi.

5.4.1.   Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità

(100)

Ir-rieżami ta' skadenza attwali kkonferma s-sejbiet tal-investigazzjonijiet preċedenti li l-ġbir ta' data preċiża u affidabbli dwar il-kapaċità u l-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat hija eżerċizzju kumpless, b'mod partikolari minħabba li n-nitrat tal-ammonju likwidu jista' jintuża għall-produzzjoni tal-prodott solidu iżda anke ta' prodotti downstream oħra. Jista' jkun hemm distorsjonijiet statistiċi minħabba l-eżistenza ta' impjanti bi skopijiet multipli li jistgħu jaqilbu malajr il-produzzjoni għal jew minn fertilizzanti oħra. Ir-rata baxxa ta' użu tal-kapaċità għall-prodott ikkonċernat għalhekk hija indikatur inqas sinifikanti tas-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

(101)

Meta wieħed iqis dawn il-limitazzjonijiet, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità, kif ukoll l-istess indikaturi għall-kumpaniji fil-kampjun żviluppaw kif muri fit-Tabella 5:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni (miljun tunnellata metrika) u użu tal-kapaċità

 

2014

2015

2016

PIR

Total

Produzzjoni bħala volum

[7 – 8]

[7 – 8]

[7 – 8]

[7 – 8]

Indiċi

100

95

96

97

Kapaċità ta' produzzjoni

[16 – 18]

[16 – 18]

[16 – 18]

[16 – 18]

Indiċi

100

100

101

101

Użu tal-kapaċità

48 %

45 %

45 %

46 %

Kumpaniji fil-kampjun

Produzzjoni bħala volum tal-kumpaniji fil-kampjun

3,0

3,0

3,1

3,2

Indiċi

100

101

103

107

Kapaċità ta' produzzjoni tal-kumpaniji fil-kampjun

4,9

4,9

4,9

4,9

Indiċi

100

100

100

100

Użu tal-kapaċità tal-kumpaniji fil-kampjun

62 %

62 %

64 %

66 %

Indiċi

100

100

103

106

Sors: Data minn Fertecon (f'meded) għat-total kontroverifikat ma' tweġibiet mill-formoli tal-kampjunar, u minn tweġibiet għall-kwestjonarju mill-kumpaniji fil-kampjun għall-kumpaniji fil-kampjun

(102)

Meta mqabbel ma' produzzjoni stmata ta' madwar 10 miljun tunnellata metrika fir-Russja (58), il-produzzjoni kienet ta' aktar minn 7 miljuni fl-Unjoni. Il-livell tal-produzzjoni mill-produtturi tal-Unjoni huwa simili għal dak fl-aħħar rieżami ta' skadenza (59).

(103)

Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-produzzjoni tal-kumpaniji fil-kampjun żdiedet, li wasslet għal użu ogħla tal-kapaċità. Għall-industrija ġenerali tal-Unjoni l-użu tal-kapaċità kien stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.4.2.   Volum tal-bejgħ, sehem mis-suq u tkabbir

(104)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati, u s-sehem mis-suq tal-industrija totali tal-Unjoni żviluppaw kif muri fit-Tabella 6:

Tabella 6

Volumi ta' bejgħ (miljun tunnellata metrika) u sehem mis-suq

 

2014

2015

2016

PIR

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni

7,1

7,3

7,5

7,6

Indiċi

100

104

107

107

Sehem mis-suq

92,0 %

90,9 %

96,3 %

95,9 %

Indiċi

100

99

105

104

Sors: Konsum tal-Unjoni mingħajr l-Importazzjonijiet mir-Russja u minn pajjiżi oħra kif indikat fit-tabelli hawn fuq

(105)

Il-volumi tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati żdiedu bi ftit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għall-kumpaniji fil-kampjun biss id-data mhijiex sinifikattiva, peress li hemm żieda apparenti l-aktar minħabba t-tmiem ta' Negozju bi Sħab bejn żewġ kumpaniji fil-kampjun matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(106)

L-industrija totali tal-Unjoni kellha sehem mis-suq ta' aktar minn 90 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-istess bħalma kellha fir-rieżami ta' skadenza tal-2014 (92 % fil-PIR, 93 % fl-2010). F'dan il-PIR is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni tela' sa 96 %. Fil-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali tal-1999-2000, għar-rieżami tal-2002, is-sehem mis-suq kien ta' 68 % (abbażi tal-Unjoni qabel it-tkabbir).

5.4.3.   Impjiegi u produttività

(107)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-impjiegi u l-produttività għall-ħames kumpaniji fil-kampjun żviluppaw kif muri fit-Tabella 7:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2014

2015

2016

PIR

Għadd ta' impjegati

1 095

1 028

1 044

1 026

Indiċi

100

94

95

94

Produttività (tunnellata metrika/impjegat)

2 778

2 989

3 004

3 170

Indiċi

100

108

108

114

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(108)

L-impjiegi baqgħu pjuttost stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b'xejra ta' tnaqqis. Fl-istess ħin, il-produttività għal kull impjegat żdiedet.

5.4.4.   Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

(109)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif muri fit-Tabella 8:

Tabella 8

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

 

2014

2015

2016

PIR

Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità mill-fabbrika fl-Unjoni

268

270

190

185

Indiċi

100

101

71

69

Kost unitarju tal-produzzjoni

229

224

177

176

Indiċi

100

98

77

77

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(110)

Bejn l-2014 u l-PIR il-prezz tal-bejgħ unitarju tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ra tnaqqis qawwi ta' 30 %. Dan it-tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ huwa xejra ewlenija fil-perjodu, bi tnaqqis minn EUR 268 għal kull tunnellata fl-2014 għal EUR 185 fil-PIR. L-Applikant sostna li l-prezz kellu saħansitra jonqos aktar, b'mod konformi mat-tnaqqis fil-prezz tal-gass, li huwa l-element ta' kost ewlieni (60).

(111)

Il-kost unitarju medju tal-produzzjoni ma naqasx b'mod daqstant drastiku bħall-prezz tal-bejgħ: minn EUR 229 għal kull tunnellata fl-2014 għal EUR 176 fil-PIR.

(112)

Sadanittant, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-bejgħ nett barra mill-Unjoni lil partijiet mhux relatati kważi rdoppja fil-volum (għal 190 926 tunnellata metrika), bil-prezz tal-bejgħ unitarju barra l-Unjoni jsegwi l-istess xejra ta' tnaqqis drastiku.

(113)

Wara d-divulgazzjoni, l-Applikant ippreżenta l-argument li l-prezzijiet tan-NA kienu ilhom qegħdin jogħlew fir-Renju Unit u fi Franza wara l-PIR, u li għalhekk, meta jiġi kkunsidrat l-kost tal-produzzjoni PIR, il-produtturi tal-Unjoni kienu jinsabu f'pożizzjoni qawwija. Il-Kummissjoni nnutat li l-kost tal-produzzjoni huwa influenzat b'mod qawwi mil-livell tal-prezz tal-gass. Għaldaqstant, mhux xieraq li titqabbel selezzjoni ta' prezzijiet tal-bejgħ minn ta' Awwissu 2018 mal-kost tal-produzzjoniu ta' kumpanija fil-kampjun matul il-PIR.

(114)

L-Applikant ippreżenta wkoll l-argument li l-bejgħ barra mill-Unjoni juri li l-produtturi tal-Unjoni jistgħu jikkompetu ma' produtturi Russi. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni hija marbuta mas-sitwazzjoni fuq is-suq tal-Unjoni. Il-fatt li produtturi esportaturi Russi u l-industrija tal-Unjoni għandhom il-possibbiltà li jikkompetu fi swieq oħra f'pajjiżi terzi b'karatteristiċi tas-suq differenti ma għandhiex x'taqsam direttament ma' dik l-analiżi.

5.4.5.   Kostijiet lavorattivi

(115)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-kostijiet lavorattivi medji għall-kumpaniji fil-kampjun żviluppaw kif muri fit-Tabella 9:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2014

2015

2016

PIR

Pagi medji għal kull impjegat (EUR)

44 715

50 367

47 258

47 818

Indiċi

100

113

106

107

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(116)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.4.6.   Inventarji

(117)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-livelli tal-istokks tal-kumpaniji fil-kampjun żviluppaw kif muri fit-Tabella 10:

Tabella 10

Inventarji

 

2014

2015

2016

PIR

Stokks tal-għeluq (f'tunnellati metriċi)

199 106

255 877

133 866

167 203

Indiċi

100

129

67

84

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

7 %

8 %

4 %

5 %

Indiċi

100

127

65

79

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(118)

L-istokks tal-għeluq jvarjaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b'żieda bejn l-2014 u l-2015, segwita minn tnaqqis qawwi.

5.4.7.   Il-profitabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital

(119)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-profitabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-kumpaniji fil-kampjun żviluppaw kif muri fit-Tabella 11. Xprunat minn kumment minn parti interessata fil-mument tad-divulgazzjoni, il-Kummissjoni aġġornat iż-żewġ ringieli rigward il-profittabbiltà sabiex tikkunsidra l-iżball tekniku.

Tabella 11

Profitabbiltà, fluss ta' flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2014

2015

2016

PIR

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

12,5 %

13,6 %

7,8 %

5,1 %

Indiċi

100

109

62

41

Fluss tal-flus (EUR)

134 204 393

120 273 261

100 004 695

75 785 111

Indiċi

100

90

75

56

Investimenti (EUR)

45 377 547

48 718 848

51 507 723

41 664 854

Indiċi

100

107

114

92

Redditu fuq l-investimenti

19,8 %

19,9 %

10,0 %

6,9 %

Indiċi

100

101

50

35

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati

(120)

Kif stabbilit fit-Taqsima 5.4.4 hawn fuq, il-prezz tal-bejgħ ra tnaqqis sinifikanti fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b'mod partikolari marbut mal-prezzijiet orħos tal-gass, iżda l-kost unitarju medju tal-produzzjoni ma naqasx b'mod daqshekk drastiku.

(121)

Għalhekk, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun naqset globalment minn 12,5 % fl-2014 għal 5,1 % matul il-PIR. Dan huwa taħt il-profitt fil-mira ta' 8 %. Madankollu, il-profittabbiltà hija influwenzata ħafna mill-prestazjoni tal-produttur fil-kampjun mir-Renju Unit, u minn żieda qawwija f'SG&A kif ukoll fi spejjeż ġenerali fil-każ ta' żewġ produtturi oħra fil-kampjun (61) matul il-perjodu kkunsidrat.

(122)

B'kuntrast, fir-rieżami tal-2002, għall-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali (1 ta' Lulju 1999 sat-30 ta' Ġunju 2000) il-profittabilità kienet ta' – 18,0 %.

(123)

It-tibdil fil-profittabilità fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni jidher li ma kienx marbut mal-esportazzjonijiet Russi, peress li dawn l-esportazzjonijiet naqsu mill-2014, iżda għal ċiklu tan-negozju ġenerali, kif ukoll għal xi elementi speċifiċi għal żewġ kumpaniji/gruppi.

(124)

Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-industrija tal-Unjoni kkontestat il-profitt fil-mira ta' 8 % u sostniet li din l-industrija teħtieġ investiment sinifikanti u ROCE minimu ta' 12 % (62). Fertilizers Europe ppreżentat studju espert li kienet ordnat (63) fejn kien iddikjarat li biex jinkiseb ROCE medju ta' 12 %, hemm bżonn ta' profitt medju qabel it-taxxa ta' EUR 94 għal kull tunnellata, l-ekwivalenti ta' marġini ta' redditu qabel it-taxxa fuq il-bejgħ (ROS) ta' 36 % (64).

(125)

Il-fluss ta' flus u r-redditu fuq l-investiment naqsu sinifikament bejn l-2014 u l-PIR. Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha. L-iżvilupp tiegħu segwa x-xejra negattiva tal-profitabilità. Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. L-iżvilupp tiegħu fil-biċċa l-kbira rrifletta x-xejra negattiva fl-iżvilupp tal-profitabilità. Sadanittant, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-investimenti varjaw, b'żieda bejn l-2014 u l-2016 iżda bi tnaqqis fil-PIR.

(126)

L-investigazzjoni ma wrietx diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun biex jiġġeneraw il-kapital.

5.4.8.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(127)

Ir-rieżami tal-2008 u l-aħħar rieżami ta' skadenza t-tnejn ikkonkludew li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx inġurjuża.

(128)

F'din l-investigazzjoni ħafna indikaturi ta' ħsara juru stampa mħallta u xejra 'l isfel. Il-prezzijiet tal-bejgħ qed jinfluwenzaw b'mod negattiv l-istampa tal-profittabilità. Filwaqt li x-xejriet tal-indikaturi finanzjarji bħall-profitabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti huma negattivi, il-livelli assoluti tagħhom ma jurux sinjali ta' ħsara. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni baqa' ta' aktar minn 90 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(129)

L-indikaturi ta' ħsara juru li l-prestazzjoni finanzjarja u l-istat ekonomiku tal-industrija jsegwu xejra negattiva. Madankollu, is-sitwazzjoni hija ħafna aktar b'saħħitha minn kif kienet fir-rieżami tal-2002, fejn il-profitabilità kienet ta' – 18 % fil-perjodu tal-investigazzjoni u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien ta' 68 % (qabel it-tkabbir tal-Unjoni).

(130)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, għalkemm mhijiex daqshekk b'saħħitha minn kif kienet fl-aħħar rieżami ta' skadenza u jidher li hemm xejra 'l isfel, relatata b'mod partikolari mat-tnaqqis fil-prezzijiet.

6.   PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA

(131)

Il-Kummissjoni vvalutat x'jista' jiġri fis-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f'każ li l-miżuri jiġu tterminati.

(132)

Għal dan il-għan, kif stabbilit fit-Taqsima 1.4.3.2, il-Kummissjoni ġabret data mill-produtturi esportaturi Russi li kkooperaw, bħall-prezzijiet tal-bejgħ, il-produzzjoni u l-kapaċità żejda.

6.1.   Kapaċità żejda disponibbli fir-Russja

(133)

Fl-aħħar rieżami ta' skadenza, instabet kapaċità żejda ta' madwar 1 miljun tunnellata (għal kapaċità ta' produzzjoni totali ta' 9,6 miljun tunnellata).

(134)

Abbażi ta' data minn Fertecon, il-produzzjoni tal-NA fir-Russja żdiedet b'7 % mill-2013 u mistennija tkompli tiżdied aktar sal-2030. Il-konsum domestiku Russu żdied b'mod sinifikanti kif indikat fit-Taqsima 2.4. L-użu tal-kapaċità jaqbeż il-95 % u huwa mistenni jibqa' f'dan il-livell fis-snin li ġejjin.

(135)

Fertilizers Europe ddikjarat li l-kapaċità żejda Russa kienet ta' 1,3 miljun tunnellata, jew ta' 18 % tas-suq tal-Unjoni (65). Wara d-divulgazzjoni, hija saħqet fuq id-dikjarazzjoni tagħha u rreferiet ukoll għall-kostatazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-aktar rieżami ta' skadenza reċenti.

(136)

L-assoċjazzjoni Russa l-RFPA qalet li l-kapaċità żejda Russa kienet tlaħħaq madwar 174 000 tunnellata metrika (stima ta' Fertecon), madwar 2 % tal-konsum tal-Unjoni (66). Issottomettiet li l-istima ta' Fertilizers Europe ma kinitx korretta minħabba li kienet qieset biss l-NA solidu, u li għandha tintuża d-data ta' Fertecon.

(137)

Kif sabet il-Kummissjoni fl-aħħar rieżami ta' skadenza, il-produtturi esportaturi Russi għandhom tendenza li jirrapportaw il-kapaċità installata abbażi tal-kapaċità teoretika nominali. Anke f'din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni injorat il-kapaċità nominali kkwotata mill-kumpanniji Russi li kkooperaw peress li fil-fatt ipproduċew aktar mill-kapaċità teoretika tagħhom. L-użu stmat tal-kapaċità għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw kien ta' aktar minn 94 %.

(138)

Biex tistabbilixxi l-kapaċità u l-kapaċità żejda fir-Russja, il-Kummissjoni użat data vverifikata mill-kumpaniji li kkooperaw u data għall-esportaturi Russi l-oħra, aġġustata fejn meħtieġ (67). Sabet li l-kapaċità fir-Russja kienet ta' madwar 11-il miljun tunnellata, b'kapaċità żejda ta' 0,6 miljun tunnellata. Din iċ-ċifra tirrappreżenta 7,7 % tal-konsum tal-Unjoni ta' madwar 7,9 miljun tunnellata. Il-kapaċità żejda hija b'hekk aktar limitata milli fl-aħħar rieżami ta' skadenza. Iżda jekk tiġi diretta kollha lejn is-suq tal-Unjoni, xorta jistgħu jiġu esportati volumi sinifikanti u jkollhom effett partikolarment qawwi fuq xi reġjuni ġirien.

(139)

Fertilizers Europe ressqet ukoll l-argumentat li l-kapaċità Russa se tiġi estiża fid-dawl tal-pjan Russu reċenti dwar il-fertilizzanti ta' Marzu 2018 (68). Fis-sottomissjoni ta' segwitu tagħha l-assoċjazzjoni Russa l-RFPA kkontestat l-interpretazzjoni ta' Fertilizers Europe tar-rapport (69). Filwaqt li r-rapport ma jindikax direttament żieda għall-NA, jindika l-importanza tal-fertilizzanti għall-ekonomija Russa u r-rieda tal-gvern li jiżgura kapaċità għolja fil-pajjiż.

(140)

Wara d-divulgazzjoni, l-assoċjazzjoni Russa RFPA iddikjarat li din il-kapaċità żejda ma tkunx diretta lejn l-Unjoni fid-dawl tal-iżvilupp futur tal-konsum domestiku Russu (ara t-taqsima 3.3). Il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni. Filwaqt li l-konsum Russu mistenni li jiżdied bi ftit, ma jistax jiġi konkluż li l-kapaċità żejda eżistenti tkun użata għal kollox biex tiġi ssodisfata d-domanda domestika. F'kull każ, id-dikjarazzjoni ta' RFPA ma tiħux f'kunsiderazzjoni xi kapaċità Russa addizzjonali fil-futur ta' NA.

(141)

Barra minn dan, l-Applikant iddikjara li, anki kieku l-industrijal kellha titlef 7,7 % mis-suq, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni xorta jibqa' ogħla minn dak kostatat fir-rieżami tal-2002. Il-Kummissjoni nnotat li t-tqabbil tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-snin 1999-2000 u 2016-2017 irid jieħu f'kunsiderazzjoni l-kuntest aktar wiesa'. Fl-2002, l-industrija tal-Unjoni kienet tikkonsisti l-aktar minn kumpaniji mill-Ewropa tal-Punent li kieku jaffaċċjaw importazzjonijiet mhux biss mir-Russja, iżda wkoll minn Stati tal-Ewropa tal-Lvant li minn dak iż-żmien lil hawn saru membri tal-Unjoni. Għaldaqstant, it-tkabbir tal-Unjoni żied is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni b'mod sinifikanti. Għalhekk, is-sitwazzjoni tal-2002 ma tistax titqabbel direttament mas-sitwazzjoni f'din l-analiżi.

6.2.   Imġiba ta' esportaturi Russi fi swieq ta' pajjiżi terzi

(142)

Is-suq domestiku Russu huwa s-suq ewlieni tal-produtturi Russi. Il-Brażil huwa bil-bosta l-akbar suq għall-esportazzjonijiet tal-kumpaniji Russi li kkooperaw. L-industrija tal-Unjoni ssottomettiet li mbagħad l-esportaturi Russi jirriderieġu dawn il-volumi lejn l-Unjoni (70).

(143)

Il-prezzijiet tal-bejgħ mill-kumpaniji li kkooperaw juru stampa mħallta: il-prezzijiet f'xi pajjiżi terzi huma inqas attraenti mill-prezzijiet tal-Unjoni, għalkemm dan huwa l-oppost għal xi pajjiżi. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li jekk jiskadu l-miżuri xi volumi Russi jistgħu jiġu ridiretti minn swieq terzi inqas attraenti lejn is-suq tal-Unjoni.

(144)

Ir-riskju ta' ridirezzjoni huwa rinforzat ukoll mill-iżvilupp futur mistenni tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni ta' fertilizzanti tan-nitroġenu fl-Istati Uniti, kif stabbilit fit-Taqsima 3.3.

(145)

Wara d-divulgazzjoni, l-Applikant u l-assoċjazzjoni Russa RFPA iddikjaraw li r-ridirezzjoni ma kinitx proballi peress li, b'mod partikolari produttur wieħed tal-Unjoni xtara volumi konsiderevoli ta' NA mir-Russija għal bejgħ madwar id-dinja, u mhux probabbli li dan jittrasferixxi l-bejgħ lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni nnutat li dan il-fenomenu jikkonċerna biss lil xi produtturi, u li jekk il-miżuri jiġu terminati, l-imġieba tal-produtturi esportaturi Russi li jbiegħu l-NA x'aktarx li tinbidel.

(146)

Barra minn dan, l-assoċjazzjoni Russa RFPA iddikjarat li l-investimenti fil-Brażil minn diversi produtturi esportaturi Russi indikaw l-attrazzjoni tal-Brażil, b'kuntrast ma' dik tal-Unjoni. Il-Kummissjoni nnutat li dawn l-investimenti jikkonfirmaw ir-rieda tal-produtturi Russi li jesportaw lejn pajjiżi terzi. Dawn l-investimenti saru fi żmien meta kienu qegħdin jitwettqu miżuri fl-Unjoni. Ma jagħtux indikazzjoni dwar jekk is-suq tal-Unjoni jkunx attraenti jew le kieku l-miżuri kellhom jiġu tterminati (ara t-taqsima 6.4).

6.3.   L-evoluzzjoni futura probabbli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi

(147)

Kif stabbilit fit-taqsima 5.3.2, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni deċiżiva dwar it-twaqqigħ tal-prezzijiet.

(148)

Kif stabbilit fit-Taqsima 5.3.1, il-bejgħ ta' PJSC KuibyshevAzot ma kienx rappreżentattiv minħabba l-volum u r-relazzjoni ma' klijent speċifiku inkwistjoni.

(149)

Għaldaqstant, għall-analiżi prospettiva tagħha dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza ta' ħsara, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-bejgħ globali ta' Uralchem lejn l-Unjoni, inkluż il-bejgħ tal-NA maħmuġ mill-fergħa ta' Kirovo ta' Uralchem. Fakkret li l-NA maħmuġ huwa parti mill-prodott ikkonċernat f'din l-investigazzjoni u jikkostitwixxi l-maġġoranza kbira tal-esportazzjonijiet mir-Russja lejn l-Unjoni.

(150)

L-ewwel nett, għall-bejgħ kollu tal-NA minn Uralchem saru aġġustamenti 'l isfel għat-trasport u għall-ħatt (fil-medda ta' [EUR 5 sa EUR 15 kull tunnellata]). It-tieni, kif stabbilit fit-Taqsima 5.3.1, Uralchem tbiegħ permezz ta' negozjant relatat. Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz tal-esportazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Aġġustamenti 'l isfel saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid inkluż l-SG&A (fil-medda ta' bejn [1 % u 3 %]) u marġni ta' profitt raġonevoli. Għall-marġni ta' profitt, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni minn importaturi mhux relatati fl-investigazzjoni attwali kif ukoll nuqqas ta' data verifikata minn investigazzjonijiet preċedenti li jkopru l-istess definizzjoni tal-prodott, il-Kummissjoni użat il-marġni ta' profitt ta' importatur mhux relatat minn investigazzjoni reċenti dwar prodott kimiku ieħor, simili, il-melamina, fil-medda ta' [2 % sa 4 %] (71).

(151)

Wara d-divulgazzjoni, l-assoċjazzjoni Russa RFPA ressqet l-argument f'isem Uralchem li l-Kummisjsoni għamlet aġġustamenti b'mod mhux korrett, marbuta mal-kosti tat-trasport u tal-ħatt. Il-Kummissjoni qieset li din l-allegazzjoni kienet tgħodd fil-każ ta' xi kundizzjonijiet ta' ġarr speċifiċi għall-kumpaniji lejn xi ftit Stati Membri.

(152)

Barra minn dan, RFPA iddikjarat li l-ebda aġġustament skont l-Artikolu 2(9) ma kien ġustifikat peres li Uralchem Trading SIA fil-Latvja ma kinitx timporta l-NA lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni fakkret li din il-kumpanija kienet relatata ma' produttur esportatur wieħed. Għaldaqstant, kienet intitolata li tikkostruixxi l-press tal-esportazzjoni taħt l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(153)

Għall-bejgħ tal-NA maħmuġ mill-fergħa ta' Kirovo ta' Uralchem, il-Kummissjoni qabblet il-prezz li bih Uralchem biegħet l-NA maħmuġ u l-NA normali f'suq kbir ta' pajjiż terz fejn il-Kummissjoni sabet li l-volumi mibjugħa ta' kemm l-NA maħmuġ u dak normali kienu rappreżentattivi. Setgħet tinstab xejra konklużiva li Uralchem biegħet l-NA maħmuġ bi prezz ogħla mill-NA normali. Għalhekk sar aġġustament 'l isfel (fil-medda ta' [8 % sa 10 %]) biex jiġi stabbilit il-prezz li bih l-NA normali x'aktarx jidħol fis-suq tal-Unjoni.

(154)

Wara d-divulgazzjoni, l-assoċjazzjoni Russa RFPA iddikjarat li d-data użata għall-aġġustament ma kinitx korretta. Il-Kummissjoni nnotat li l-użu ta' data alternattiva wara d-dikjarazzjoni ta' RFPA tkun anqas ta' relevanza minħabba l-kwantità iċken għal skopijiet ta' tqabbil, iżda f'kull każ tkun tirriżulta f'aġġustament simili, b'differenza ta' anqas minn punt perċentwali wieħed, biex b'hekk tiġi kkonfermata r-relevanza tax-xejra misjuba bħala bażi raġjonevoli għall-aġġustament.

(155)

Barra minn dan, il-Kummissjoni qieset li jkun xieraq li tieħu f'kunsiderazzjoni l-fatt li prezz tal-esportazzjoni fil-futur ikun jolqot lill-esportazzjonijiet potenzjali Russi kollha lejn l-Unjoni, li jieħu kont tal-varjetà ta' modi ta' bejgħ u ta' kundizzjonijiet għat-twassil li x'aktarx jinrużaw mill-produtturi Russa kollha li jesportaw. Għalhekk, il-Kummissjoni ħadet dak l-element f'kunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni fil-futur.

(156)

Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni stabbiliet prospettiva u prezz probabbli tan-NA mir-Russja lejn l-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni, stabbilit fuq bażi ta' kost, assigurazzjoni u nol (“CIF”), b'aġġustamenti xierqa 'l fuq għad-dazju konvenzjonali (6,5 %) u kostijiet ta' importazzjoni (fil-medda ta' [1 % sa 3 %]). Il-Kummissjoni sabet li l-prodott ikkonċernat kien probabbilment ser jinbiegħ fis-suq tal-Unjoni bi prezz inqas mill-prezz medju ponderat tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni mitlub lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni.

(157)

L-industrija tal-Unjoni ssottomettiet li l-prezzijiet Russi lejn il-Brażil għandhom jiġu aġġustati biex jissostitwixxu l-prezz tal-esportazzjoni Russu lejn l-Unjoni (72). Wara d-divulgazzjoni, l-industrija tal-Unjoni saħqet fuq din id-dikjarazzjoni. Fid-dawl tal-volumi sinifikanti tal-NA Russu li kien qed jidħol fis-suq tal-Unjoni għall-kumpaniji Russi li kkooperaw, u filwaqt li jitqies l-NA maħmuġ mibjugħ mill-fergħa ta' Kirovo ta' Uralchem u l-aġġustament rilevanti, din il-metodoloġija ma kinitx xierqa.

(158)

B'kuntrast, l-Applikant u l-assoċjazzjoni Russa RFPA ippreżentaw l-argument li l-Kummissjoni jmissha tuża data statistika minflok il-bejgħ attwali vverifikat ta' Uralchem, biex tistabbilixxi l-marġini ta' ħsara. RFPA ressqet l-argument li l-Kummissjoni użat data statistika f'diversi investigazzjonijiet fuq l-BA jew prodotti oħra.

(159)

Il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjonmi peress li kkunsidrat li d-data vverifikata użata kienet aktar affidabbli minn data statistika mhux ivverifikata. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li l-informazzjoni vverifikata kienet tirrappreżenta volumi sinifikanti ta' NA Russu li kien qiegħed jilħaq is-suq tal-Unjoni, fil-kunsiderazzjoni wkoll tan-NA maħmuġ mibjugħ mill-fergħa ta' Kirovo ta' Uralchem. B'kuntrast ma' dan, fir-rieżami tal-2002, l-uniku produttur esportatur li kkoopera ma għamel l-ebda esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Barra minn dan, fl-aħħar rieżami ta' skadenza kienu qegħdin joperaw impenji ta' pprezzar.

6.4.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(160)

Globalment, l-urea hija l-fertilizzant ewlieni, b'aktar minn 50 miljun tunnellata ta' nitroġenu, meta mqabbel ma' madwar 10 miljuni għall-NA (73). Madankollu, fl-Unjoni l-NA huwa l-fertilizzant ewlieni. L-Unjoni hija l-akbar suq tal-NA fid-dinja, għalkemm issa hija segwita mill-qrib mir-Russja. Kif ġie nnotat hawn fuq, il-livell tal-importazzjonijiet totali lejn l-Unjoni naqas, iżda matul il-perjodu xi pajjiżi esportaw aktar, bħall-ġirien il-Georgia u t-Turkija. Il-produtturi Russi jistgħu jittrattaw lill-Unjoni bħala suq ġar u jippreferu jesportaw lejn l-Ewropa milli jesportaw lejn l-Amerka Latina. Barra minn hekk, is-suq tal-Unjoni jibqa' attraenti f'termini ta' prezzijiet.

(161)

Għalhekk minħabba d-daqs, il-prossimità ġeografika u l-prezzijiet tiegħu, is-suq tal-Unjoni huwa meqjus bħala wieħed attraenti għall-produtturi Russi.

(162)

Il-Kummissjoni wettqet simulazzjoni biex tanalizza l-effett possibbli fuq il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni f'xenarju fejn l-industrija tal-Unjoni jkollha tqabbel il-prezz medju Russu stabbilit fit-Taqsima 6.3 biex iżomm il-volumi tagħha. Abbażi ta' din is-simulazzjoni, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni tispiċċa taqleb għan-negattiv.

(163)

Wara d-divulgazzjoni, l-assoċjazzjoni tal-bdiewa tar-Renju Unit ressqu l-argument li minħabba l-prestazzjoni ekonomika qawwija tal-industrija tal-Unjoni, ma kienx probabbli li terġa' tiġi kkawżata ħsara. L-aktar fid-dawl tar-riżultati tas-simulazzjoni, il-Kummissjoni warrbet din id-dikjarazzjoni.

(164)

Barra minn dan, l-Applikant saħaq fuq id-dikjarazzjoni tal-assoċjazzjoni Russa RFPA li l-volumi tar-Russja ma kinux se jidħlu fis-suq tal-Unjoni minħabba, fost affarijiet oħra, in-nuqqas ta' infrastruttura minn kumpaniji Russi fl-Unjoni. Madankollu, l-istess sottomissjoni mill-Applikant assumiet li, kieku kellhom jiġu tterminati l-miżuri, il-kumpaniji Russi kien ikollhom inċentiv li jinvstu fil-faċilitajiet.

(165)

Barra minn dan, l-assoċjazzjoni Russa RFĠA u l-Applikant iddikjaraw li l-volumi li qegħdin jonqsu ta' NA maħmuġ fl-Unjoni fil-perjodu kkonċernat kienu l-prova tan-nuqqas ta' attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni. L-RFPA ressqu wkoll l-argument li l-importazzjoni CAN mir-Russja lejn l-Unjoni naqsu. Il-Kummissjoni fakkret li hija ma investigatx is-suq CAN. Filwaqt li dan l-aħħar bdew jidhru volumi jonqsu ta' NA maħmuġ, ma ġiet osservata l-ebda tendenza għat-tul li tista' tkun turija li s-suq Ewropew ma għadux attraenti għall-produtturi Russi ta' NA bħala tali, kieku l-miżuri kellhom jiġu tterminati.

6.5.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza ta' ħsara

(166)

Hemm il-probabbiltà li f'każ li l-miżuri jiġu tterminati l-produtturi Russi xorta jkunu jistgħu jużaw il-kapaċità ta' riżerva, għalkemm limitata, li jkun għad fadlilhom disponibbli biex jesportaw lejn l-Unjoni. Huwa probabbli wkoll li xi volumi li bħalissa jiġu esportati lejn pajjiżi terzi jiġu ridiretti minħabba l-attraenza relattiva tas-suq tal-Unjoni u l-prossimità tiegħu għar-Russja. Peress li l-industrija tal-Unjoni hija fi stat inqas prosperu meta mqabbla mal-aħħar rieżami ta' skadenza (Taqsima 5), hemm il-probabbiltà li tali żieda fil-volumi twassal għar-rikorrenza ta' ħsara. L-evoluzzjoni probabbli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi fil-futur hija wkoll indikazzjoni ċara tar-rikorrenza rapida tal-ħsara.

(167)

Fuq din il-bażi, ġie konkluż li hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara f'każ li jitneħħew il-miżuri.

7.   LIVELL TAL-MIŻURI ANTIDUMPING

7.1.   Iffissar tal-livell tad-dazju

(168)

F'konformità mal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni segwiet kemm jista' jkun il-metodoloġija użata meta ġew stabbiliti l-miżuri. Stabbiliet l-ammont ta' dazju meħtieġ biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(169)

Għall-kalkolu tal-marġni tal-ħsara, fir-rieżami tal-2002, il-prezz li ma jagħmilx ħsara inkiseb biż-żieda mal-kost unitarju sħiħ tal-produzzjoni marġini ta' profitt li jista' raġonevolment jintlaħaq fin-nuqqas ta' dumping ta' ħsara. Il-marġini tal-profitt li ntuża għal dan il-kalkolu kien ta' 8 %. Il-Kummissjoni segwiet il-loġika stabbilita fit-Taqsima 6.3, u użat l-istess marġini ta' profitt f'konformità mal-investigazzjonijiet preċedenti dwar l-NA.

(170)

L-industrija tal-Unjoni ordnat u ppreżentat studju minn espert biex tissostanzja għaliex, fil-fehma tagħha, profitt fil-mira sinifikament ogħla ta' 36 % ROS (12 % ROCE) kien ġustifikat (74). Din id-dikjarazzjoni kienet saret f'investigazzjoni preċedenti u ġiet miċħuda mill-Kummissjoni. Bħal fil-każijiet preċedenti, id-dikjarazzjoni ma setgħetx tiġi aċċettata għaliex il-profitt fil-mira għall-analiżi għandu jkun limitat għall-profitt li l-industrija tal-Unjoni tista' tistenna li tikseb f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(171)

Wara d-divulgazzjoni, iż-żewġ produtturi tal-Unjoni saħqu fuq l-istess dikjarazzjoni, u talbu qligħ fil-mira ta' 36 % ta' ROS. Fl-alternattiva huma ressqu l-argument li l-industrija tal-Unjoni fl-aħħar snin kisbet livell ta' qligħ b'żewġ ċifri li tkun ta' ġustifikazzjoni qligħ fil-mira ogħla min 8 %. Il-Kummissjoni nnutat li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni varjat kemm matul il-perjodu kkunsidrat kif ukoll fis-snin preċedenti, meta kien hemm joperaw miżuri kemm 'il fuq kif ukoll taħt il-qligħ fil-mira. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li l-qligh fil-mira ta' 8 % fin-nuqqas ta' dumping, kif stabbilit f'investigazzjoni preċedenti, kien għadu validu.

(172)

Barra minn dan, iż-żewġ produtturi tal-Unjoni ddikjaraw li l-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni jmissu jinbidel biex jieħu f'kunsiderazzjoni żviluppi wara l-PIR marbuta mal-prezz tal-gass u l-emissjonijiet ta' CO2. Il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni u fakkret li skont l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni marbuta ma' perjodu sussegwenti għall-investigazzjoni ma għandux normalment jittieħed f'kunsiderazzjoni.

(173)

Il-livell li nstab huwa ta' EUR 32,71 għall-NA normali. Dan huwa taħt il-livell ta' EUR 47,07 stabbilit fir-rieżami tal-2002. Il-Kummissjoni mbagħad stabbiliet il-livell ta' miżuri għal tipi ta' prodotti diversi (ara Taqsima 9) f'konformità mal-metodoloġija użata f'investigazzjonijiet preċedenti.

7.2.   Talba mill-utenti għat-terminazzjoni tal-miżuri

7.2.1.   Argumenti mqajma mill-utenti matul l-investigazzjoni

(174)

Matul l-investigazzjoni, l-Applikant sostna li s-sitwazzjoni ta' ħsara inbidlet minħabba tibdil ta' natura dejjiema li min-naħa tiegħu jbiddel ir-riżultat tal-eżerċizzju ta' bbilanċjar fit-test dwar l-interess tal-Unjoni (75). Barra minn hekk, il-COPA-COGECA, li tirrappreżenta l-bdiewa u l-kooperattivi tal-Unjoni, bagħtet sottomissjonijiet u talbet għat-terminazzjoni tal-miżuri antidumping. Il-COPA-COGECA sostniet li l-miżuri antidumping jagħmlu ħsara lill-kompetittività tal-esportazzjonijiet agrikoli tal-Unjoni u lid-dħul tal-irziezet tal-familja.

(175)

Kif stabbilit fit-Taqsima 1.4.4, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa u kważi l-partijiet interessati kollha (l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, l-industrija tal-Unjoni u l-assoċjazzjoni Russa) ippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan il-punt.

(176)

Wara d-divulgazzjoni, diversi assoċjazzjonijiet Ewropej tal-bdiewa saħqu li l-miżuri qegħdin ikunu ta' dannu għall-bdiewa Ewropej u qegħdin iċekknu l-kompetittività tagħhom madwar id-dinja. L-Applikant ippreżenta l-argument li l-Kummissjoni kien imissha għamlet evalwazzjoni aktar wiesgħa tal-interess tal-Unjoni. Qiegħed jitfakkar li n-Notifika ta' Inizjazzjoni stqarret li “ir-rieżami interim parzjali hija limitata fl-ambitu tagħha għall-eżaminazzjoni tal-ħsara”. Madankollu, il-Kummissjoni indirizzat fit-taqsima 7.2.2 aktar 'l isfel is-sustanza tal-argumenti kollha li saru kemm mill-Applikant u minn Fertilizers Europe matul il-kors tal-investigazzjoni. L-Applikant iddikjaraw ukoll li l-kummenti li saru minn Fertilizers Europe ma għandhomx jittieħdu f'kunsiderazzjoni minħabba l-mument ta' meta għamlu s-sottomissjoni tagħhom. Fid-dawl tal-fatt li Fertilizers Europe ressqet l-argumenti tagħha fi żmien tajjeb matul l-investigazzjoni li għaddejja, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

7.2.2.   Valutazzjoni

(177)

L-ewwel nett, l-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa sostnew li l-miżuri ilhom għal diversi snin jikkawżaw żieda fil-prezz tal-materja prima ewlenija. Il-parti tal-fertilizzanti fil-kost tal-produzzjoni tal-bdiewa tista' titla sa 40 %. Il-Kummissjoni għarfet li l-NA huwa fertilizzant important u materja prima kruċjali għal diversi negozji Ewropej tal-biedja. L-ammont ta' NA li jintuża bħala fertilizzant jiddependi fuq iċ-ċereali mkabbra (qamħ, barli, ħafur, segala, tritikal), kolza, patata, pitravi taz-zokkor, jew mergħat. Barra minn dan, il-kost tal-NA għall-bdiewa jvarja wkoll bejn pajjiż u ieħor. Għar-Renju Unit pereżempju, l-NA kien jirrappreżenta bejn 8 % u 45 % tal-fertilizzanti użati għall-għelejjel imsemmija. Il-Kummissjoni b'hekk ikkonkludiet li l-użu tan-NA bħala fertilizzant ikopri diversi realitajiet u l-kost tal-fertilizzant bħala medja jidher li huwa anqas minn 10 %. Peress li l-miżuri ma humiex limitati ġeografikament għal żoni fejn il-kost tal-fertilizzanti huwa għoli b'xi mod partikolari, il-kost kumplessiv għall-bdiewa fl-Unjoni kollha kemm hi għaldaqstant mhux għoli b'mod sproporzjonat.

(178)

Barra minn dan, l-Applikant ressaq l-argument li n-NA ma kellux prezz ugwali mal-ureja fl-Unjoni, u allega li dan kien minħabba l-miżuri. L-industrija tal-Unjoni ma ċaħditx id-dikjarazzjoni li n-NA kellu prezz ogħla mill-ureja, iżda ppreżentat l-argument li dan kien minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-prodott. Il-Kummissjoni fakkret li l-investigazzjoni li għaddejja kienet limitata għas-suq tan-NA u mhux għas-swieq ta' fertilizzanti oħra.

(179)

It-tieni, l-Applikant iddikjara li l-bdiewa tal-Unjoni kienu qed jintlaqtu ħażin mill-kompetizzjoni minħabba li l-bdiewa Russi li jgawdu minn kostijiet baxxi tal-fertilizzanti qed jidħlu fis-suq tal-Unjoni biċ-ċereali. B'mod partikolari l-produtturi taċ-ċereali tal-Unjoni indikaw li qed jintlaqtu ħażin mill-kompetizzjoni globali u minn aċċess limitat għall-inputs ipprezzati b'mod kompetittiv, inkluż l-NA. Innota li l-bdiewa tal-Unjoni mhumiex biss qed jiffaċċjaw kompetizzjoni akbar fl-Unjoni, iżda nqalgħu wkoll mis-swieq tal-esportazzjoni, pereżempju fl-Eġittu. Wara d-divulgazzjoni, l-Applikant iddikjara li l-analiżi kellha tiffoka fuq is-setturi l-aktar milquta, bħal ma huma l-prodotti tar-raba' u l-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib. Huwa nnota li fis-snin 2015-2016, l-Unjoni kienet it-tieni l-akbar esportatur fid-dinja ta' żrieragħ iżda l-previżjoni hi li fl-2018 tkun biss il-ħames l-akbar esportatur. Il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri kienu qegħdin joperaw fis-snin 2015-2016, fi żmien meta l-kompetittività kienet tidher li hi waħda qawwija. B'kuntrast, Fertilizers Europe enfasizzat li fuq terminu twil l-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE kienu suċċess kbir. Il-Kummissjoni sabet li l-elementi ppreżentati miż-żewġ naħat ma kinux eżawrjenti, peress li s-sitwazzjoni tvarja skont il-pajjiż/għalla, u ma tista' ssir l-ebda konklużjoni definittiva li l-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-bdiewa ser tbiddel il-bilanċ tal-interessi favur il-bdiewa.

(180)

It-tielet, l-assoċjazzjoni Irlandiża enfasizzat ukoll l-iskarsezza tal-provvista, speċjalment fl-2017. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni tista' tkopri l-konsum. Barra minn hekk, is-suq Irlandiż iltaqa' ma' problemi speċifiċi ta' kunsinna fil-katina tad-distribuzzjoni li ma jistgħux jiġu ġeneralizzati.

(181)

Barra minn hekk, l-NA huwa pprojbit fl-Irlanda għal raġunijiet regolatorji. Il-bdiewa Irlandiżi ammettew li minflok jistgħu jużaw il-CAN, iżda ddikjaraw li l-prezzijiet għoljin tal-NA jaffettwaw ukoll il-prezzijiet tal-CAN. Madankollu, il-miżuri fis-seħħ ma jwaqqfux lill-kumpaniji Russi milli jipproduċu u jesportaw il-CAN. L-assoċjazzjoni Russa indikat li, b'kont meħud tad-dazju normali ta' 6,5 %, il-prezz medju tal-CAN li ġej mir-Russja lejn l-Irlanda huwa ogħla mill-CAN li ġej mill-Belġju jew mill-Unjoni inġenerali. Għalhekk, l-assoċjazzjoni Russa nnotat li anke mingħajr id-dazji antidumping, is-suq Irlandiż tal-CAN mhuwiex attraenti għall-produtturi Russi.

(182)

Fl-aħħar nett, fl-aħħar rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni nnotat li l-bdiewa jistgħu ma jibbenefikawx minn tnaqqis potenzjali fil-prezz wara terminazzjoni potenzjali tal-miżuri. Normalment il-bdiewa jixtru mingħand id-distributuri li jistgħu ma jgħaddux il-benefiċċji. Wara d-divulgazzjoni, l-Applikant innota li l-bdiewa jistgħu jorganizzaw ruħhom f'kooperattivi u jibbenefikaw minn kompetizzjoni akbar minn produtturi esportaturi Russi fis-suq tal-Unjoni, biex b'hekk jitnaqqsu l-kosti tal-produzzjoni. Il-Kommissjoni għarfet li l-eżistenza ta' kooperattivi tista' tgħin lill-bdiewa jibbenefikaw minn kompetizzjoni akbar fil-provvista tan-NA.

7.2.3.   Konklużjoni

(183)

Wara l-valutazzjoni tal-elementi mressqa matul l-investigazzjoni, it-terminazzjoni tal-miżuri mhijiex ġustifikata.

8.   MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

(184)

Fid-dawl tas-sejbiet ta' dan ir-rieżami interim parzjali limitat għall-ħsara, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-livell tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-NA li joriġinaw mir-Russja għandu jiġi emendat.

(185)

Għall-EuroChem, il-livell kien ġie stabbilit fir-rieżami tal-2008 abbażi tal-marġni tad-dumping. Peress li l-marġini ta' ħsara li nstab f'din l-investigazzjoni ta' rieżami huwa inqas mir-rata tad-dazju attwalment fis-seħħ, il-livell il-ġdid ta' miżuri għandu japplika wkoll għall-EuroChem.

(186)

Għall-Kirovo, id-dazji l-ġodda stabbiliti fit-Tabella 12 għandhom japplikaw biss għall-kodiċi NM 3102 30 90 u 3102 40 90.

(187)

Għalhekk, ir-rati tad-dazju antidumping, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntieri tal-Unjoni, bħala dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif muri fit-Tabella 12:

Tabella 12

Livell ġdid ta' dazji

Deskrizzjoni tal-prodott

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Livell attwali ta' miżuri għall-EuroChem (EUR għal kull tunnellata)

Livell attwali ta' miżuri għall-Kirovo (EUR għal kull tunnellata)

Livell attwali ta' miżuri għall-Oħrajn Kollha (EUR għal kull tunnellata)

Dazju ġdid (EUR għal kull tunnellata)

Nitrat tal-ammonju għajr f'soluzzjonijiet milwiema

3102 30 90

32,82

47,07

47,07

32,71

Taħlitiet ta' nitrat tal-ammonju mal-karbonat tal-kalċju jew ma' sustanzi mhux fertilizzanti inorganiċi oħra, b'kontenut ta' nitroġenu li jaqbeż it-28 % fil-piż

3102 40 90

32,82

47,07

47,07

32,71

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż

3102 29 00

10

32,82

 

47,07

32,71

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż

3102 60 00

10

32,82

 

47,07

32,71

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż

3102 90 00

10

32,82

 

47,07

32,71

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, mingħajr ebda kontenut ta' fosfru jew ta' potassju

3105 10 00

10

32,82

 

47,07

32,71

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' inqas minn 3 % f'termini ta' piż

3105 10 00

20

31,84

 

45,66

31,73

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 3 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 6 % f'termini ta' piż

3105 10 00

30

30,85

 

44,25

30,75

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 6 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 9 % f'termini ta' piż

3105 10 00

40

29,87

 

42,83

29,76

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 9 % jew aktar fil-piż iżda li ma jaqbiżx it-12 % f'termini ta' piż

3105 10 00

50

28,88

 

41,42

28,78

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' inqas minn 3 % f'termini ta' piż

3105 20 10

30

31,84

 

45,66

31,73

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 3 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 6 % f'termini ta' piż

3105 20 10

40

30,85

 

44,25

30,75

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 6 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 9 % f'termini ta' piż

3105 20 10

50

29,87

 

42,83

29,76

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 9 % jew aktar fil-piż iżda li ma jaqbiżx it-12 % f'termini ta' piż

3105 20 10

60

28,88

 

41,42

28,78

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosfru vvalutat bħala P2O5 ta' inqas minn 3 % f'termini ta' piż

3105 51 00

10

31,84

 

45,66

31,73

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 3 % jew aktar fil-piż imma ta' inqas minn 6 % f'termini ta' piż

3105 51 00

20

30,85

 

44,25

30,75

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 6 % jew aktar fil-piż imma ta' inqas minn 9 % f'termini ta' piż

3105 51 00

30

29,87

 

42,83

29,76

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 9 % jew aktar fil-piż imma li ma jaqbiżx l-10,40 % f'termini ta' piż

3105 51 00

40

29,41

 

42,17

29,31

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosfru vvalutat bħala P2O5 ta' inqas minn 3 % f'termini ta' piż

3105 59 00

10

31,84

 

45,66

31,73

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 3 % jew aktar fil-piż imma ta' inqas minn 6 % f'termini ta' piż

3105 59 00

20

30,85

 

44,25

30,75

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 6 % jew aktar fil-piż imma ta' inqas minn 9 % f'termini ta' piż

3105 59 00

30

29,87

 

42,83

29,76

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 9 % jew aktar fil-piż imma li ma jaqbiżx l-10,40 % f'termini ta' piż

3105 59 00

40

29,41

 

42,17

29,31

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' inqas minn 3 % f'termini ta' piż

3105 90 20

30

31,84

 

45,66

31,73

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 3 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 6 % f'termini ta' piż

3105 90 20

40

30,85

 

44,25

30,75

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 6 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 9 % f'termini ta' piż

3105 90 20

50

29,87

 

42,83

29,76

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 9 % jew aktar fil-piż iżda li ma jaqbiżx it-12 % f'termini ta' piż

3105 90 20

60

28,88

 

41,42

28,78

(188)

Wara d-divulgazzjoni, l-Applikant talab biex jiġi stabbilit prezz minimu ta' importazjoni, abbażi ta' punt ta' riferiment (il-press FOB tal-Baħar Baltiku għax-xahar ta' Awwissu 2018 ippubblikat minn konsulenza, aġġustat għal xi kosti tat-trasport, u li jammonta għak EUR 188 kull tunnellata metrika). Peress li l-punt ta' riferiment kien ippubblikat mill-konsulenza, l-Applikant ressaq l-argument li l-prezz minimu jista' jiġi rivedut fuq bażi ta' kull kwart. Madankollu, prezz minimu ta' importazzjoni ma jistax jiġi kkontemplat minħabba raġunijiet ta' prattikabbiltà u ta' effiċjenza. L-ewwel nett, fid-dawl tar-relazzjonijiet bejn xi produtturi esportaturi Russi u entitajiet fl-Unjoni, u fid-dawl tad-diversi tipi ta' prodott, prezz minimu ta' importazzjoni ma jkunx prattiku. It-tieni, fid-dawl tal-volatilità tal-prezzijiet tal-gass, prezz minimu ta' importazzjoni jista' ma jkunx effiċjenti biex jiġi miġġieled ir-riskju ta' rikorrenza tal-ħsara. Anki b'aġġustament kull kwart kif propost mill-Applikant, għadu mhux ċert jekk prezz minimu stabbilit f'xi mument partikolari ikollux l-effett mixtieq li joffri protezzjoni suffiċjenti lill-industrija tal-Unjoni fit-tliet xhur tal-applikazzjoni tiegħu.

(189)

Fid-dawl tal-probabbiltà tar-rikorrenza ta' ħsara kif instab fit-Taqsima 6, l-importanza tal-gass għall-produzzjoni tal-NA stabbilita fit-Taqsima 2 u l-prattiki tar-Russja fuq l-ipprezzar tal-gass, il-Kummissjoni qieset ukoll il-ħtieġa li timmonitorja l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet tal-NA li joriġinaw mir-Russja bejn id-data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u d-data ta' skadenza tal-miżuri antidumping f'Settembru 2019. Il-monitoraġġ ser jippermetti lill-Kummissjoni ssegwi l-iżviluppi rilevanti tas-suq fl-Unjoni u tiffaċilita azzjoni xierqa fejn meħtieġ.

(190)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawk ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk tibdel l-isem jew l-indirizz tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (76). It-talba għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk it-tibdil fl-isem jew fl-indirizz tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż li jinforma dwar it-tibdil fl-isem jew fl-indirizz f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

9.   DIVULGAZZJONI U KONKLUŻJONI

(191)

Kif imfisser fit-taqsima 1.4.6, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kienet biħsiebha temenda r-rata tad-dazju applikabbli. Il-kummenti ġew analizzati u kkunsidrati fejn ġustifikat.

(192)

Isegwi minn dan ta' hawn fuq li l-miżuri antidumping jenħtieġ li jiġu emendati kif imfisser fit-taqsima 8.

(193)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 999/2014 huwa sostitwit kif ġej:

1)

It-tabelli fil-punt (a) u (c) ġew sostitwiti b'dan li ġej:

Deskrizzjoni tal-prodott

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Ammont fiss ta' dazju (EUR għal kull tunnellata)

Nitrat tal-ammonju għajr f'soluzzjonijiet milwiema

3102 30 90

32,71

Taħlitiet ta' nitrat tal-ammonju mal-karbonat tal-kalċju jew ma' sustanzi mhux fertilizzanti inorganiċi oħra, b'kontenut ta' nitroġenu li jaqbeż it-28 % fil-piż

3102 40 90

32,71

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż

3102 29 00

10

32,71

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż

3102 60 00

10

32,71

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż

3102 90 00

10

32,71

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, mingħajr ebda kontenut ta' fosfru jew ta' potassju

3105 10 00

10

32,71

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' inqas minn 3 % f'termini ta' piż

3105 10 00

20

31,73

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 3 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 6 % f'termini ta' piż

3105 10 00

30

30,75

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 6 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 9 % f'termini ta' piż

3105 10 00

40

29,76

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u/jew kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 9 % jew aktar fil-piż iżda li ma jaqbiżx it-12 % f'termini ta' piż

3105 10 00

50

28,78

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' inqas minn 3 % f'termini ta' piż

3105 20 10

30

31,73

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 3 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 6 % f'termini ta' piż

3105 20 10

40

30,75

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 6 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 9 % f'termini ta' piż

3105 20 10

50

29,76

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 9 % jew aktar fil-piż iżda li ma jaqbiżx it-12 % f'termini ta' piż

3105 20 10

60

28,78

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosfru vvalutat bħala P2O5 ta' inqas minn 3 % f'termini ta' piż

3105 51 00

10

31,73

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 3 % jew aktar fil-piż imma ta' inqas minn 6 % f'termini ta' piż

3105 51 00

20

30,75

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 6 % jew aktar fil-piż imma ta' inqas minn 9 % f'termini ta' piż

3105 51 00

30

29,76

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 9 % jew aktar fil-piż imma li ma jaqbiżx l-10,40 % f'termini ta' piż

3105 51 00

40

29,31

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosfru vvalutat bħala P2O5 ta' inqas minn 3 % f'termini ta' piż

3105 59 00

10

31,73

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 3 % jew aktar fil-piż imma ta' inqas minn 6 % f'termini ta' piż

3105 59 00

20

30,75

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 6 % jew aktar fil-piż imma ta' inqas minn 9 % f'termini ta' piż

3105 59 00

30

29,76

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' fosforu vvalutat bħala P2O5 ta' 9 % jew aktar fil-piż imma li ma jaqbiżx l-10,40 % f'termini ta' piż

3105 59 00

40

29,31

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' inqas minn 3 % f'termini ta' piż

3105 90 20

30

31,73

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 3 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 6 % f'termini ta' piż

3105 90 20

40

30,75

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 6 % jew aktar fil-piż iżda ta' inqas minn 9 % f'termini ta' piż

3105 90 20

50

29,76

Fertilizzanti solidi b'kontenut ta' nitrat tal-ammonju li jaqbeż it-80 % fil-piż, u kontenut ta' potassju vvalutat bħala K2O ta' 9 % jew aktar fil-piż iżda li ma jaqbiżx it-12 % f'termini ta' piż

3105 90 20

60

28,78

2)

It-tabella fil-punt (b) ġiet sostitwita b'dan li ġej:

Deskrizzjoni tal-prodott

Kodiċi NM

Kodiċi TARIC

Ammont fiss ta' dazju (EUR għal kull tunnellata)

Nitrat tal-ammonju għajr f'soluzzjonijiet milwiema

3102 30 90

32,71

Taħlitiet ta' nitrat tal-ammonju mal-karbonat tal-kalċju jew ma' sustanzi mhux fertilizzanti inorganiċi oħra, b'kontenut ta' nitroġenu li jaqbeż it-28 % fil-piż

3102 40 90

32,71

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2022/95 tas-16 ta' Awwissu 1995 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġina mir-Russja (ĠU L 198, 23.8.1995, p. 1) [Traduzzjoni mhux uffiċjali].

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 663/98 tat-23 ta' Marzu 1998 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2022/95 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 93, 26.3.1998, p. 1) [Traduzzjoni mhux uffiċjali].

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, 11.10.2000, p. 2).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002 tal-15 ta' April 2002 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' nitrat ta' ammonju li joriġina fir-Russja (ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1).

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 tal- 21 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat ta' l-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat ta' l-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 tat- 8 ta' Lulju 2008 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' nitrat ta' l-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara verifika ta' skadenza skond l-Artikolu 11(2) u reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 1).

(8)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE tal-4 ta' Lulju 2008 li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċediment ta' l-anti-dumping fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' l-ammonium nitrate li joriġina fir-Russja u fl-Ukraina (ĠU L 185, 12.7.2008, p. 43).

(9)  Il-Kawża T-348/05.

(10)  Il-Kawża T-348/05 INTP.

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 989/2009 tad- 19 ta' Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 661/2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/629/UE tal-10 ta' Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/577/KE li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċediment tal-anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 277, 11.10.2012, p. 8).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(14)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 999/2014 tat-23 ta' Settembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 280, 24.9.2014, p. 19).

(15)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/226 tas-17 ta' Frar 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 13).

(16)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/415 tal-21 ta' Marzu 2016 li jirtira l-aċċettazzjoni ta' impenn għal żewġ produtturi esportaturi u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/577/KE li taċċetta l-impenn offrut b'rabta mal-proċediment tal-antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 75, 22.3.2016, p. 10).

(17)  Notifika ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU C 271, 17.8.2017, p. 15).

(18)  Notifika ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU C 271, 17.8.2017, p. 9).

(19)  Il-Kumitat tal-Organizzazzjonijiet Agrikoli Professjonali fl-UE (COPA) / Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-UE (COGECA).

(20)  AB Achema, Grupa Azoty Zaklady Azotowe, CF Fertilisers UK Limited u Yara France.

(21)  Neochim PLC., relatata mal-grupp Borealis.

(22)  Yara Sluiskil B.V. Għall-kuntrarju ta' Yara France, Yara Sluiskil B.V. tipproduċi l-ammonja fuq il-post.

(23)  Notifika ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja (ĠU C 271, 17.8.2017, p. 9).

(24)  Aktar minn 20 assoċjazzjoni tal-bdiewa Ewropej talbu li jkunu partijiet interessati.

(25)  L-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, Spanja, u r-Renju Unit.

(26)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 945/2005 tal- 21 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 658/2002 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat ta' l-ammonju li joriġina mir-Russja u r-Regolament (KE) Nru 132/2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjoni tan-nitrat ta' l-ammonju li joriġina, inter alia, mill-Ukraina, wara r-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 160, 23.6.2005, p. 1).

(27)  Ara r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta' Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1925 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 282, 31.10.2017, p. 1).

(28)  Dawn jinkludi kumpaniji li saru produtturi tal-Unjoni wara l-adeżjonijiet tal-2004, tal-2007 u tal-2013.

(29)  Slajds tas-seduta ta' Fertilizers Europe tal-21 ta' Novembru 2017.

(30)  Rapport tal-Uffiċċju tal-Kummerċ Ġust https://assets.publishing.service.gov.uk/media/555de39fe5274a74ca0000af/Kemira.pdf

(31)  https://www.ft.com/content/7683d0ce-2dad-11df-a971-00144feabdc0

(32)  http://www.snl.com/Cache/25347763.PDF?O=PDF&T=&Y=&D=&FID=25347763&iid=4533245

(33)  Preżentazzjoni għall-Investituri minn CF Industries tal-Ħarifa/Xitwa 2016 https://www.snl.com/Cache/1500093371.PDF?O=PDF&T=&Y=&D=&FID=1500093371&iid=4533245

(34)  https://www.cfindustries.com/globalassets/cf-industries/media/documents/reports/annual-reports/cf-industries-2017-annual-report.pdf

(35)  Rapport Annwali ta' Yara tal-2017 https://www.yara.com/siteassets/investors/057-reports-and-presentations/annual-reports/2017/yara-annual-report-2017-web.pdf/

(36)  https://www.yara.com/siteassets/investors/057-reports-and-presentations/other/2017/fertilizer_industry_handbook_2017_with_notes.pdf/

(37)  http://www.eurochemgroup.com/en/press-releases/eurochem-completes-acquisition-of-basf-fertilizer-assets/

(38)  http://www.eurochemgroup.com/wp-content/uploads/2016/02/EuroChem_Annual_Report_2012_eng12.pdf

(39)  http://www.eurochemgroup.com/wp-content/uploads/2016/02/2018_02_08-EuroChem-FY2017-IFRS-Conference-Call-1.pdf

(40)  http://www.grupofertiberia.com/en/structure/

(41)  http://www.fertiberia.com/media/312748/fertiberia-annual-report-2014.pdf

(42)  World Bank Commodities Price Forecast, April 2018 http://pubdocs.worldbank.org/en/458391524495555669/CMO-April-2018-Forecasts.pdf

(43)  Sottomissjoni tal-RFPA tat-2 ta' Ottubru 2017.

(44)  Slajds tas-seduta ta' Fertilizers Europe tad-9 ta' Novembru 2017, tat-22 ta' Marzu 2018, u tat-12 ta' April 2018.

(45)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002 tal-15 ta' April 2002 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' nitrat ta' ammonju li joriġina fir-Russja (ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1), il-premessa (37).

(46)  Data mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Industrija tal-Fertilizzanti ppreżentata minn produttur esportatur Russu. Ara s-sottomissjoni tal-RFPA tat-13 ta' Marzu 2018.

(47)  Sottomissjoni tal-RFPA tat-13 ta' Marzu 2018. Fis-sottomissjoni preċedenti tagħha tat-2 ta' Ottubru 2017, l-RFPA kienet ippreżentat stimi aktar baxxi.

(48)  Talba għar-rieżami mill-Applikant.

(49)  Sit web tal-FAO aċċessat f'Ġunju 2018.

(50)  Ara pereżempju l-“Fertilizer Outlook 2017-2021” tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Industrija tal-Fertilizzanti https://www.fertilizer.org/images/Library_Downloads/2017_IFA_Annual_Conference_Marrakech_PIT_AG_Fertilizer_Outlook.pdf jew il-“Yara Fertilizer Industry Handbook ta' Jannar 2017” https://www.yara.com/siteassets/investors/057-reports-and-presentations/other/2017/fertilizer-industry-handbook_2017_slides_only.pdf/.

(51)  Slajds tas-seduta ta' Fertilizers Europe tal-21 ta' Novembru 2017.

(52)  Ara r-rapporti semi-annwali tal-2018 tal-pajjiżi fuq is-sit web tad-WTO https://www.wto.org/english/tratop_e/adp_e/adp_e.htm.

(53)  Talba għar-rieżami mill-Applikant. Ara wkoll Fertecon Nitrates Outlook, kif ikkwotat fis-slajds tas-seduta ta' Fertilizers Europe tal-21 ta' Novembru 2017, u d-data ta' Fertecon ippreżentata fis-sottomissjoni tal-RFPA tat-13 ta' Marzu 2018.

(54)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 999/2014 tat-23 ta' Settembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 280, 24.9.2014, p. 19), premessa (111).

(55)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 658/2002 tal-15 ta' April 2002 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' nitrat ta' ammonju li joriġina fir-Russja (ĠU L 102, 18.4.2002, p. 1), il-premessa (48).

(56)  Tweġiba għall-kwestjonarju minn PJSC KuibyshevAzot.

(57)  Tweġiba għall-kwestjonarju mill-fergħa ta' Azot ta' Uralchem JSC.

(58)  Abbażi ta' tweġibiet mill-formola tal-kampjunar. Dan huwa konformi mad-data minn Fertecon ikkwotata fis-sottomissjoni tal-RFPA tat-13 ta' Marzu 2018 u l-istima fl-aħħar rieżami ta' skadenza (Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 999/2014 tat- 23 ta' Settembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 280, 24.9.2014, p. 19), il-premessa (72)).

(59)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 999/2014 tat-23 ta' Settembru 2014 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 280, 24.9.2014, p. 19), il-premessi (120) u (121).

(60)  Ara pereżempju t-talba għal rieżami mill-Applikant.

(61)  Din kienet parzjalment marbuta ma' ħsara fl-impjant matul il-PIR, li matulu l-profitabbiltà waqgħet drastikament meta mqabbel mal-2015 u l-2016.

(62)  Ir-Redditu Fuq il-Kapital Imħaddem (ROCE) huwa proporzjon finanzjarju biex titkejjel il-profitabilità ta' kumpanija u l-effiċjenza li biha l-kapital tagħha jiġi mħaddem.

(63)  Sottomissjoni ta' Fertilizers Europe datata t-8 ta' Frar 2018, ippreżentata f'din l-investigazzjoni fil-5 ta' April 2018. L-isem tal-espert huwa kunfidenzjali sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuqu.

(64)  Slajds tas-seduta ta' Fertilizers Europe tat-8 ta' Frar 2018.

(65)  Slajds tas-seduta ta' Fertilizers Europe tat-22 ta' Marzu 2018.

(66)  Sottomissjoni tal-RFPA tat-13 ta' Marzu 2018.

(67)  Abbażi ta' tweġibiet għall-formola tal-kampjunar u s-sit web ta' kumpanija waħda. L-aġġustament sar biex jittieħed kont tal-kwistjoni tal-użu tal-kapaċità nominali mill-kumpaniji Russi.

(68)  Slajds tas-seduta ta' Fertilizers Europe tat-12 ta' April 2018 u l-anness “Roadmap for the development of production of mineral fertilizers for the period until 2025”

(69)  Sottomissjoni tal-RFPA tal-24 ta' April 2018.

(70)  Slajds tas-seduta ta' Fertilizers Europe tat-22 ta' Marzu 2018.

(71)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1171 tat-30 ta' Ġunju 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-melamina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 170, 1.7.2017, p. 62), il-premessa (156). Ta' min jinnota li kemm il-melamina, li tinkiseb mill-urea, u l-NA huma derivattivi tal-gass naturali, u li hemm xi trikkib fil-kumpaniji produtturi.

(72)  Slajds tas-seduta ta' Fertilizers Europe tat-22 ta' Marzu 2018.

(73)  Ara l-Manwal għall-Industrija ta' Yara tal-2017 https://www.yara.com/siteassets/investors/057-reports-and-presentations/other/2017/fertilizer-industry-handbook_2017_slides_only.pdf/.

(74)  Sottomissjoni ta' Fertilizers Europe datata t-8 ta' Frar 2018, ippreżentata f'din l-investigazzjoni fil-5 ta' April 2018. L-isem tal-espert huwa kunfidenzjali sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuqu.

(75)  Ara pereżempju s-sottomissjoni tal-Applikant tad-9 ta' Novembru 2017 u s-slajds tas-seduta tal-Applikant tat-3 ta' Jannar 2018. Ara ukoll diversi emails f'Settembru 2017 mill-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa li fihom jitolbu l-istatus ta' partijiet interessati.

(76)  Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, CHAR 04/39, 1049 Brussell, Il-Belġju.


DEĊIŻJONIJIET

15.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/32


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1723

tas-26 ta' Ottubru 2018

dwar il-proġett transkonfinali Rail Baltica fuq il-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku

(notifikata bid-dokument C(2018) 6969)

(It-testi bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, u bil-Pollakk biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Kif rikonoxxut bit-tielet Pjan ta' Ħidma tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku (2), il-proġett transkonfinali Rail Baltica huwa mistenni li jkollu rwol kruċjali fl-iżgurar tal-funzjonament tal-kuritur b'konnessjoni interoperabbli u effiċjenti tal-Istati Baltiċi mal-Polonja u lejn il-Finlandja, kif ukoll il-konnessjonijiet multimodali bejn il-baħar, il-ferrovija u t-trasport bit-triq.

(2)

Il-proġett Rail Baltica huwa implimentat bħala linja ferrovjarja konvenzjonali u veloċi b'traffiku mħallat ta' passiġġieri u merkanzija. Il-flussi tat-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri huma mistennija li jiżdiedu b'mod sostanzjali wara t-tlestija tal-proġett “Rail Baltica”.

(3)

Il-proġett “Rail Baltica” huwa proġett transkonfinali kumpless li jinvolvi ħames Stati Membri, u għalhekk il-koordinazzjoni suffiċjenti hija sfida importanti. Sabiex l-implimentazzjoni tagħha koordinata u f'waqtha tkun appoġġata, jeħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet li jistabbilixxu deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħtieġa u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tagħhom. Din tista' tgħin sabiex jintlaħqu l-għanijiet transkonfinali tal-Pjan ta' Ħidma għall-Kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku. Skont dan il-Pjan ta' Ħidma, il-proġett transkonfinali Rail Baltica għandu jkun operazzjonali malajr kemm jista' jkun u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-2030.

(4)

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, il-baġit li jifdal meħtieġ għall-implimentazzjoni sħiħa tal-proġett transkonfinali Rail Baltica huwa stmat li jkun ta' mill-anqas EUR 5,6 biljun. Il-proġetti implimentati jew ippjanati s'issa jammontaw għal kważi EUR 1,9 biljun u jinvolvu finanzjament mill-Unjoni (sa 85 % tal-ispejjeż eliġibbli). Huwa importanti li jiġu identifikati l-azzjonijiet meħtieġa biex jitlesta il-proġett Rail Baltica sabiex id-disponibbiltà relatata ta' finanzjament tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, kif ukoll tipi ta' appoġġ rilevanti oħrajn, jistgħu jkunu ppjanati u ottimizzati għalkollox.

(5)

Id-dimensjoni transkonfinali tal-proġett tirrikjedi t-twaqqif ta' strutturi ta' governanza apposta. Jenħtieġ li l-Koordinatur Ewropew tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku u rappreżentant tal-Kummissjoni jipparteċipaw f'dawk l-istrutturi bħala osservaturi.

(6)

L-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja ffirmaw u rratifikaw ftehim intergovernattiv, li fih qablu li jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ fil-proġett Rail Baltica. Għall-implimentazzjoni tal-proġett ġew stabbiliti u nnominati l-kumpanija RB Rail AS u korpi nazzjonali ta' implimentazzjoni. It-Task Force Rail Baltica jipprovdi t-tmexxija u l-koordinazzjoni bejn il-ministeri tal-Estonja, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Polonja u tal-Finlandja.

(7)

Sabiex jiġi mmonitorjat il-progress tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapporti regolari dwar il-kwistjoni, li jikkonċernaw is-sezzjonijiet li jinsabu fit-territorji rispettivi tagħhom, u jenħtieġ li jinnotifikaw dwar kwalunkwe dewmien li kien hemm.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni ġew approvati mill-Estonja, mill-Latvja, mil-Litwanja, mil-Polonja u mill-Finlandja.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi deskrizzjoni tal-azzjonijiet u l-iskeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-proġett transkonfinali Rail Baltica (Tallinn-Pärnu-Riga-Panevėžys-Kaunas-Warszawa, b'konnessjoni ma' Vilnius), kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta' governanza relatati.

Artikolu 2

Azzjonijiet u skeda ta' żmien

L-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni f'waqtha tal-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

sal-31 ta' Diċembru 2018:

(1)

għandu jitlesta d-disinn tekniku preliminari konsolidat fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja;

(2)

għandhom jitlestew il-valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja (għajr minn Kaunas sa Vilnius u minn Kaunas sal-fruntiera statali ta' bejn il-Litwanja u l-Polonja);

(3)

għandu jitlesta u jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Estonja, tal-Latvja u tal-Litwanja l-istudju dwar il-ġestjoni tal-infrastruttura fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja;

(b)

sat-30 ta' Ġunju 2019: għandha tiġi konkluża mill-Estonja, mil-Latvja u mil-Litwanja deċiżjoni dwar il-ġestjoni tal-infrastruttura mibnija;

(c)

sal-31 ta' Diċembru 2020:

(1)

għandhom jitlestew il-valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi fil-Litwanja minn Kaunas sal-fruntiera statali ta' bejn il-Litwanja u l-Polonja;

(2)

għandhom jitlestew l-ippjanar (territorjali) spazjali u l-allinjament tar-rotta dettaljat approvat fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja (għajr minn Kaunas sa Vilnius);

(3)

għandha tkun inbdiet il-kostruzzjoni fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja;

(4)

għandu jitlesta d-disinn tekniku tal-ferrovija fl-Estonja, fil-Latvja (is-sezzjoni ċentrali madwar Riga) u fil-Litwanja (għajr minn Kaunas sa Vilnius u minn Kaunas sal-fruntiera statali ta' bejn il-Litwanja u l-Polonja);

(5)

għandhom jitlestew fil-Polonja l-istudji dettaljati u l-proċeduri ambjentali li jiddefinixxu l-parametri tekniċi u ta' żmien għall-implimentazzjoni tas-sezzjoni tal-fruntiera statali ta' bejn Ełk-il-Polonja u l-Litwanja;

(d)

sal-31 ta' Diċembru 2021:

(1)

għandu jitlesta l-akkwist tal-artijiet fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja (għajr minn Kaunas sa Vilnius u minn Kaunas sal-fruntiera statali ta' bejn il-Litwanja u l-Polonja);

(2)

għandhom jitlestew l-ippjanar (territorjali) spazjali u l-valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi u l-allinjament tar-rotta dettaljat approvat fil-Litwanja minn Kaunas sa Vilnius;

(3)

għandu jitlesta d-disinn tekniku fil-Latvja (is-sezzjonijiet tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar);

(e)

sal-31 ta' Diċembru 2023:

(1)

għandu jitlesta l-akkwist tal-artijiet fil-Litwanja minn Kaunas sa Vilnius u minn Kaunas sal-fruntiera statali ta' bejn il-Litwanja u l-Polonja;

(2)

għandu jitlesta d-disinn tekniku tal-ferrovija fil-Litwanja minn Kaunas sal-fruntiera statali ta' bejn il-Litwanja u l-Polonja u minn Kaunas sa Vilnius;

(f)

sal-31 ta' Diċembru 2025:

(1)

għandha titlesta l-infrastruttura ferrovjarja bħala linja ferrovjarja b'żewġ binarji għat-traffiku mħallat, tajba għall-ferroviji tal-merkanzija tat-tul minimu ta' 740-m, elettrifikati, bil-gejġ tal-UIC, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja;

(2)

għandha tkun skjerata s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà sħiħa, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/6 (3), fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja;

(3)

għandha tkun żgurata kapaċità għat-trasbord fit-terminals ferrovjarji eżistenti u ġodda, li għandhom ikunu konnessi permezz ta' linja ferrovjarja veloċi konvenzjonali elettrifikata b'żewġ binarji u gejġ standard Ewropew (1 435 mm).

Artikolu 3

Governanza

1.   Il-progress tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandu jiġi diskuss, mill-anqas darbtejn fis-sena bejn ir-rappreżentanti tal-Estonja, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Polonja u tal-Finlandja fit-Task Force intergovernattiv (ministerjali) Rail Baltica, bil-parteċipazzjoni tal-Koordinatur Ewropew tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku u tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni.

2.   Il-Koordinatur Ewropew tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti nominati tal-Polonja u tal-Finlandja għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Bord Superviżorju ta' RB Rail AS.

Artikolu 4

Rapportar

L-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għandhom jirrappurtaw mill-inqas darba fis-sena lill-Kummissjoni u lill-Koordinatur Ewropew tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 u għandhom jinnotifikaw kwalunkwe dewmien li jiltaqgħu miegħu, filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għad-dewmien u jindikaw il-miżuri korrettivi meħuda. Għal dan il-għan, dawk l-Istati Membri jistgħu jużaw, meta jkun xieraq, il-kontenut tar-Rapporti tal-Istatus Annwali li għandhom jiġu sottomessi fil-qafas tal-Ftehimiet ta' Għotja tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Artikolu 5

Rieżami

Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, wara konsultazzjoni mal-Estonja, mal-Finlandja, mal-Latvja, mal-Litwanja u mal-Polonja u bl-assistenza tal-Koordinatur Ewropew tal-Kuritur tan-Netwerk Ewlieni tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-azzjonijiet u tal-iskeda ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika tal-Polonja u lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ara l-Pjan ta' Ħidma fuq https://ec.europa.eu/transport/themes/infrastructure/north-sea-baltic_en

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/6 tal-5 ta' Jannar 2017 dwar il-pjan Ewropew ta' mobilitazzjoni għas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ĠU L 3, 6.1.2017, p. 6).


Top