EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0110

Direttiva tal-Kummissjoni 2014/110/UE tas- 17 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2004/33/KE fir-rigward tal-kriterji ta' differiment temporanju għad-donaturi tad-demm alloġeniku Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 366, 20.12.2014, p. 81–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/110/oj

20.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 366/81


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/110/UE

tas-17 ta' Diċembru 2014

li temenda d-Direttiva 2004/33/KE fir-rigward tal-kriterji ta' differiment temporanju għad-donaturi tad-demm alloġeniku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta' kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta' demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (1), u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 29 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Punt 2.2 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE (2) jistabbilixxi l-kriterji tad-differiment temporanju għad-donaturi b'marda li tittieħed jew għad-donaturi li jitilqu minn żona fejn hemm marda li tittieħed.

(2)

Il-Punt 2.2.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2004/33/KE jistabbilixxi perjodu ta' differiment ta' 28 jum għad-donaturi prospettivi wara li jitilqu minn żona bit-trażmissjoni kontinwa tal-Virus tan-Nil tal-Punent (West Nile Virus — WNV) lill-bniedem.

(3)

Evidenza xjentifika riċenti wriet li d-differiment temporanju ta' dawn id-donaturi prospettivi mhuwiex meħtieġ jekk isir Test tal-Aċidu Nuklejku (NAT) u dan it-test ikun negattiv.

(4)

Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li japplikaw dan it-test jekk iridu jibdlu l-kriterji tad-differiment temporanju.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2002/98/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-kriterju tad-differiment għall-Virus tan-Nil tal-Punent stabbilit fit-tabella (it-tieni kolonna, l-aħħar ringiela) tal-punt 2.2.1 tal-Anness III tad-Direttiva 2004/33/KE jinbidel b'dan li ġej:

“28 jum wara t-tluq minn żona ta' riskju tal-Virus tan-Nil tal-Punent miksub lokalment, għajr jekk it-Test individwali tal-Aċidu Nuklejku (NAT) ikun negattiv”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati mit-tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE tat-22 ta' Marzu 2004 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti ħtiġiet tekniċi tad-demm u tal-komponenti tad-demm (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 25).


Top