EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2012_361_R_0011_01

2012/826/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Novembru 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

OJ L 361, 31.12.2012, p. 11–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 361/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Novembru 2012

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

(2012/826/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Novembru 2007 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 31/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (minn issa "il-Ftehim ta’ Sħubija") (1).

(2)

Fl-10 ta’ Mejju 2012 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija (minn issa "il-Protokoll il-ġdid"). Il-protokoll il-ġdid joffri opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Madagaskar jeżerċita s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq is-sajd.

(3)

Il-Protokoll attwali se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

(4)

Sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni jkomplu, il-Protokoll il-ġdid jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja li tibda mid-data tal-iffirmar tiegħu u mhux aktar kmieni mill-1 ta’ Jannar 2013, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.

(5)

Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u l-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (minn issa "il-Protokoll il-ġdid") huwa b'dan awtorizzat, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa sabiex jiffirma(w) il-Protokoll f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju, skont l-Artikolu15 tiegħu, mid-data tal-firma tiegħu u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2013, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum fil-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 1.


PROTOKOLL

bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

Artikolu 1

Perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd

1.   Għal perjodu ta’ sentejn, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ("il-Ftehim") għandhom ikunu kif ġej:

L-ispeċijiet li jpassu ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar) minbarra l-familji Alopiidae u Sphyrnidae, kif ukoll l-ispeċijiet li ġejjin: Cetorhinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharhinus falciformis, Carcharhinus longimanus:

a)

40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun,

b)

34 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ akbar minn 100 TG,

c)

22 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ inqas jew ugwali għal 100 TG.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikolu 5 u l-Artikolu 6.

3.   Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim l-Artikolu 7 ta’ dan il-Protokoll, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Madagaskar biss jekk ikunu fuq il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll u skont l-Anness tiegħu.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni finanzjarja – Metodi ta’ pagament

1.   Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tkun ta’ EUR 3 050 000 għat-tul kollu ta’ dan il-Protokoll.

2.   Din il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tiġbor fiha:

a)

ammont annwali ta’ EUR 975 000 għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 15 000 tunnellata fis-sena, u

b)

ammont speċifiku ta’ EUR 550 000 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u dik marittima tal-Madagaskar.

3.   Il-paragrafu 1 japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9.

4.   L-Unjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata ta’ EUR 1 525 000 fis-sena matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, li jikkorrispondi għall-ammont totali stabbilit fil-paragrafu 2(a) u (b).

5.   Jekk il-kwantità totali ta’ tonn maqbud mill-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar taqbeż il-15 000 tunnellata fis-sena, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għad-drittijiet tal-aċċess għandu jkun ta’ EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a). Jekk il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara skont l-Anness. Sabiex jiġi antiċipat kull qbiż eventwali tal-limitu tat-tunnellaġġ ta’ referenza, iż-żewġ partijiet għandhom jadottaw sistema ta’ monitoraġġ regolari tal-qbid.

6.   Il-pagament għandu jsir sa mhux iktar tard minn 90 jum wara l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll kif imsemmi fl-Artikolu 15 għall-ewwel sena, u sa mhux iktar tard mid-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll għas-snin ta’ wara.

7.   Il-Madagaskar għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2.

8.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi ddepożitata jew ittrasferita fil-kont uniku tat-Teżor pubbliku tal-Madagaskar miżmum mal-Bank Ċentrali tal-Madagaskar. Id-dettalji tal-kont huma: Agence Comptable Centrale du Trésor public mal-Banque Centrale de Madagascar Antaninarenina, Antananarivo, Madagascar, Numru tal-kont 213 101 000 125 TP EUR.

Artikolu 3

Promozzjoni ta’ sajd responsabbli u attivitajiet ta’ sajd sostenibbli fl-ilmijiet tal-Madagaskar

1.   Mad-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni u l-Madagaskar għandhom jiftehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, dwar programm settorjali multiannwali, skont l-istrateġija nazzjonali tal-Madagaskar fis-settur tas-sajd u l-qafas ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea, u r-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari:

a)

il-linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b);

b)

l-għanijiet, kemm dawk annwali kif ukoll dawk multiannwali, li għandhom jintlaħqu bil-ħsieb li jiġi introdott is-sajd responsabbli u l-attivitajiet ta’ sajd sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-Madagaskar fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u politiki oħrajn relatati mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u tal-attivajiet ta’ sajd sostenibbli, l-aktar dawk li għandhom x’jaqsmu maż-żoni tal-baħar protetti, jew li għandhom impatt fuq din il-promozzjoni;

c)

il-kriterji u l-proċeduri, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba fuq bażi annwali.

2.   Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali multiannwali trid tiġi approvata miż-żewġ partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 4

Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli

1.   Iż-żewġ partijiet b’dan jieħdu l-impenn li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Madagaskar abbażi tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet.

2.   Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Madagaskar għandhom ifittxu li jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

3.   Iż-żewġ partijiet jintrabtu li jirrispettaw ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal- IOTC kif ukoll il-pjanijiet ta’ ġestjoni adottati minnha fir-rigward tal-konservazzjoni u l-ġestjoni responsabbli tas-sajd. Iż-żewġ partijiet jintrabtu wkoll li jirrispettaw il-parir tal-grupp xjentifiku konġunt ta’ ħidma previst fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim.

4.   Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fl-IOTC u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u, fejn ikun xieraq, tar-riżultati tal-laqgħa xjentifika konġunta prevista fl-Artikolu 4 tal-Ftehim, iż-żewġ partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u, fejn ikun meħtieġ, jiftehmu dwar il-miżuri sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tal-Madagaskar.

Artikolu 5

Aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd permezz ta’ ftehim reċiproku

1.   L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu emendati bi ftehim reċiproku sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-IOTC u tal-grupp xjentifiku konġunt ta’ ħidma jimplikaw li emenda bħal din se tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tat-tonn u ta’ speċijiet oħra simili għat-tonn fl-Oċean Indjan.

2.   F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) għandha tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Unjoni ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 2(2)(a).

3.   Iż-żewġ partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin b’kull bidla fil-politika u fil-leġiżlazzjoni tas-sajd rispettiva tagħhom.

Artikolu 6

Opportunitajiet tas-sajd ġodda

1.   F’każ li bastimenti tas-sajd tal-UE jkunu interessati jwettqu attivitajiet ta’ sajd li mhumiex previst fl-Artikolu 1 tal-Ftehim, il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni possibbli għal kull attività bħal din u, fejn ikun xieraq, għandhom jiftehmu dwar il-kundizzjonijiet għal sajd bħal dan, inkluż li jwettqu l-emendi rilevanti għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu.

2.   Il-partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali, speċjalment fir-rigward tal-ispeċijiet li mhumiex sfruttati biżżejjed fl-ilmijiet tal-Madagaskar. Għal dan il-għan, u fuq it-talba ta’ parti minnhom, il-partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin bil-għan li jiddeċiedu, każ b’każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u l-parametri rilevanti l-oħra.

3.   Il-partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-parametri li jiġu miftehma bejn iż-żewġ partijiet fi ftehim amministrattiv fejn dan ikun xieraq. Għall-parti tal-Madagaskar, iċ-Ċentru Nazzjonali tar-Riċerka Oċeanografika u l-Istitut tas-Sajd u tax-Xjenzi tal-Baħar huma assoċjati mad-definizzjoni ta’ dawn il-parametri.

4.   L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftehma għal perjodu massimu ta’ sitt xhur.

5.   Fil-każ li l-partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali taw riżultati pożittivi, il-Gvern tal-Madagaskar jista’ jalloka opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Konsegwentement tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a). Il-pagamenti u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sidien tal-bastimenti kif previsti fl-Anness għandhom jiġu emendati skont dan.

Artikolu 7

Kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd – klawżola tal-esklużività

Bla ħsara għall-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-UE jistgħu jistadu fl-ilmijiet tal-Madagaskar biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-Ministeru responsabbli għas-sajd tal-Madagaskar skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

Artikolu 8

Sospensjoni u reviżjoni tal-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Bla preġudizzju għall-Artikolu 9, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) għandha tiġi riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ partijiet:

a)

jekk, fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, ma jkunux jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd għal raġunijiet minbarra fenomeni naturali;

b)

wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll;

c)

jekk l-Unjoni tiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-Bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tal-imsemmi Ftehim. F’dan il-każ, l-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fl-ilmijiet tal-Madagaskar għandhom jiġu sospiżi.

2.   L-Unjoni tirriżerva d-dritt li tissospendi parti mill-pagament jew il-pagament kollu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2):

a)

jekk ir-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-ipprogrammar, wara evalwazzjoni mill-Ministeru responsabbli għas-Sajd, u analizzata mill-Kumitat Konġunt;

b)

f’każ li ma titwettaqx din il-kontribuzzjoni finanzjarja.

3.   Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja jerġa' jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikawh.

Artikolu 9

Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.   L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-partijiet, suġġett għal konsultazzjonijiet u qbil bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim:

a)

jekk minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali, minbarra fenomeni naturali, ma jkunux jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar;

b)

f’każ li l-Unjoni tonqos milli tagħmel il-pagamenti previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 2(2) għal raġunijiet li mhumiex koperti mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll;

c)

fejn tinqala’ tilwima bejn il-partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu li għaliha ma tistax tinstab soluzzjoni;

d)

jekk waħda mill-partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu;

e)

wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll;

f)

jekk waħda mill-partijiet issir taf b’ċertezza li kien hemm ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif stipulati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou, u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tiegħu;

g)

f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali dwar ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) kif previst fl-Artikolu 3(5) tal-Ftehim.

2.   Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha teħtieġ notifika bil-miktub mill-parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ.

3.   Fil-każ ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni, il-partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom. Fejn tinstab soluzzjoni bħal din, il-Protokoll għandu jerġa’ jibda jiġi implimentat u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li fih kienet sospiża l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 10

Liġi nazzjonali

1.   L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fl-ilmijiet tal-Madagaskar huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Madagaskar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

2.   L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida fir-rigward tal-politika tas-sajd.

Artikolu 11

Kunfidenzjalità

Il-partijiet għandhom jiżguraw li, f’kull waqt, id-dejta kollha dwar il-bastimenti tal-UE u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tal-Madagaskar tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Din id-dejta għandha tintuża esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Artikolu 12

Skambju elettroniku tad-dejta

Il-Madagaskar u l-Unjoni jieħdu l-impenn li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. L-iskambji elettroniċi kollha jrid ikollhom konferma li ġew riċevuti. F’kull waqt, il-forma elettronika ta’ dokument se titqies bħala ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.

Iż-żewġ partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin b’mod immedjat dwar kwalunkwe tfixkil fis-sistema tal-kompjuter li ma jħallix li jsiru skambji bħal dawn. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jinbidlu b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom, kif iddefinit fl-Anness.

Artikolu 13

Tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu japplikaw għal perjodu ta’ sentejn mill-applikazzjoni provviżorja tagħhom skont l-Artikolu 15, sakemm ma jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 14.

Artikolu 14

Terminazzjoni

1.   F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta għandha sseħħ it-tali terminazzjoni.

2.   Il-konsultazzjonijiet bejn il-partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

Artikolu 15

Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, u mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll, flimkien mal-Anness tiegħu, għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Għall-Unjoni Ewropea

Għar-Repubblika tal-Madagaskar

3а Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l’Union européenne

Per l’Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За правителството на Република Мадагаскар

Por el Gobierno de la República de Madagascar

Za vládu Madagaskarské republiky

For regeringen for Republikken Madagaskar

Für die Regierung der Republik Madagaskar

Madagaskari Vabariigi valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση της Δημοκρατίας της Μαδαγασκάρης

For the Government of the Republic of Madagascar

Pour le gouvernement de la République de Madagascar

Per il governo della Repubblica del Madagascar

Madagaskaras Republikas valdības vārdā –

Madagaskaro Respublikos Vyriausybės vardu

A Madagaszkári Köztársaság kormánya részéről

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Madagaskar

Voor de Regering van de Republiek Madagaskar

W imieniu rządu Republiki Madagaskaru

Pelo Governo da República de Madagáscar

Pentru guvernul Republicii Madagascar

Za vládu Madagaskarskej republiky

Za vlado Republike Madagaskar

Madagaskarin tasavallan hallituksen puolesta

På Republiken Madagaskars regerings vägnar

Image

ANNESS

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MADAGASKAR

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Għażla tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma’ jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għall-Madagaskar bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

a)

għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar;

b)

għall-Madagaskar: il-Ministeru responsabbli għas-Sajd.

2.   Żona tas-sajd tal-Madagaskar

Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw esklussivament fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar kif indikat fl-Appendiċi 3 u fl-Appendiċi 4, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

a)

il-bastimenti tal-UE jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet lil hinn mill-20 mil nawtiku mil-linja bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ.

b)

trid tiġi rispettata żona ta’ protezzjoni ta’ 3 mili madwar irkapti nazzjonali biex jinġema’ l-ħut

c)

sabiex jiġi ppreservat l-isfruttar sostenibbli ta’ ċerti speċijiet demersali mill-operaturi nazzjonali, fiż-żoni ta’ Banc de Leven u Banc de Castor, li l-koordinati tagħhom huma indikati fl-Appendiċi 5, mhux permess li jsiru attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konz tal-wiċċ kopruti minn dan il-Protokoll.

3.   Għażla ta’ aġent lokali

Kull bastiment tal-UE li jkun beħsiebu jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll għandu jiġi rrappreżentat minn aġent residenti fil-Madagaskar.

4.   Kontijiet Bankarji

Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE, qabel id-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, bid-dettalji tal-kont/tal-kontijiet bankarju/i li fih(om) għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti mill-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti.

KAPITOLU II

AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD GĦAT-TONN

1.   Kundizzjoni għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn – bastimenti eliġibbli.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tonn imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment huwa inkluż fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-IOTC u li jkunu ntlaħqu l-obbligi l-oħra kollha ta’ qabel tas-sid tal-bastiment, tal-kaptan, jew tal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd fil-Madagaskar skont il-Ftehim u skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar dwar is-sajd.

2.   Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd.

L-UE għandha tissottometti applikazzjoni lill-Madagaskar għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim mill-inqas ħmistax-il jum tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub, billi tuża l-formola mehmuża ma’ dan l-Anness bħala l-Appendiċi 1.

L-applikazzjoni għandha tiġi ttajpjata jew miktuba b’mod li tkun tista tinqara b’ittri kapitali.

Għal kull applikazzjoni tal-bidu għal awtorizzazzjoni tas-sajd abbażi tal-Protokoll fis-seħħ, jew wara tibdil tekniku fil-bastiment ikkonċernat, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:

a)

il-prova tal-ħlas tat-tariffa tal-ħlas minn qabel għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba;

b)

l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt:

i)

ta’ sid il-bastiment tas-sajd;

ii)

tal-operatur tal-bastiment tas-sajd;

iii)

tal-aġent lokali tal-bastiment;

c)

ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir mill-inqas 15-il ċentimetru b’10 ċentimetri;

d)

iċ-ċertifikat ta’ kemm il-bastiment ikun jiflaħ jivvjaġġa;

e)

in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment;

f)

iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-bastiment, maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-UE;

g)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment tas-sajd (in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku, eċċ.).

Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-ħlas tat-tariffa.

3.   Tariffa tal-ħlas minn qabel

L-ammont tat-tariffa tal-ħlas minn qabel hija stabbilita abbażi tar-rata annwali speċifikata fid-dikjarazzjonijiet tekniċi inklużi fl-Appendiċi 2. Għandha tinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi portwali, it-taxxi tal-ħatt l-art, it-taxxi tat-trażbord u l-imposti għall-provvista tas-servizzi.

4.   Lista provviżorja tal-bastimenti li qed japplikaw għal liċenzja

Ladarba jirċievi l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jfassal minnufih, għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista provviżorja ta’ bastimenti li jkunu qegħdin japplikaw. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE mill-awtorità kompetenti tal-Madagaskar.

L-UE għandha tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali. Jekk l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Madagaskar jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali tiegħu u jibgħat kopja lill-UE.

5.   Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġent lokali tagħhom fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni sħiħa. Kopja ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat minnufih lid-delegazzjoni tal-UE għall-Madagaskar.

6.   Lista tal-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu

Ladarba tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jistabbilixxi minnufih għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista finali ta’ bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE u għandha tieħu post il-lista provviżorja msemmija hawn fuq.

7.   Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.

8.   Dokumenti li għandhom jinżammu abbord

Waqt li bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet tal-Madagaskar jew f’port tal-Madagaskar, għandu jżomm abbord f’kull ħin id-dokumenti li ġejjin:

a)

l-oriġinali tal-awtorizzazzjoni tas-sajd; madankollu, għal mhux iktar minn xahar sakemm tasal dik l-oriġinali, kopja tal-lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu kif previst fil-punt 6 tal-Kapitolu II ta’ dan l-Anness, għandha titqies bħala awtentika;

b)

id-dokumenti maħruġin minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tat-tali bastiment tas-sajd, li juru:

in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment tas-sajd u ċ-ċertifikat tar-reġistru tal-bastiment;

iċ-ċertifikat ta’ konformità previst mill-Konvenzjoni ta’ Torremolinos tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (l-IMO);

c)

tpinġijiet jew deskrizzjonijiet iċċertifikati aġġornati tal-arranġament tal-bastiment tas-sajd u b’mod partikolari, l-għadd ta’ stivi tal-ħut tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità ta’ ħżin espressa f’metri kubi;

d)

jekk ikun sar kwalunkwe tibdil fil-karatteristiċi tal-bastiment tas-sajd rigward it-tul kumplessiv tiegħu, it-tunnellaġġ gross irreġistrat tiegħu, il-potenza taż-żwiemel tal-magna ewlenija jew tal-magni ewlenin tiegħu jew il-kapaċità tal-istiva tiegħu, ċertifikat, li jkun ġie ċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, li jiddeskrivi n-natura tat-tali tibdil;

e)

jekk il-bastiment tas-sajd ikun mgħammar b’tankijiet tal-ilma baħar imkessħa, dokument iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jindika l-kalibrazzjoni tat-tankijiet f’metri kubi;

f)

fejn applikabbli, għandu jinżamm ġurnal aġġornat dwar il-ġestjoni tal-ilmijet tas-saborra (id-dati u l-ħinijiet tat-teħid tal-ilma flimkien mal-pożizzjonijiet u l-volumi, id-dati u l-ħinijiet tat-tneħħija tal-ilma flimkien mal-pożizzjonijiet u l-volumi, it-trattamenti effettwati fuq dan l-ilma).

g)

awtorizzazzjoni sabiex isir sajd barra l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat tal-bandiera maħruġa għall-bastiment tas-sajd jew estratt mir-reġistru tal-bastimenti awtorizzati mill-IOTC;

h)

kopja tal-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ fis-settur tas-sajd.

9.   Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun trasferibbli.

Madankollu, fejn ikun hemm provi ta’ force majeure, wara talba tal-UE, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’ tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida, maħruġa għal bastiment ieħor simili jew għal bastiment li jissostitwixxih, mingħajr il-pagament ta’ ħlas ġdid minn qabel. F’każ bħal dan, id-dikjarazzjoni tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun bil-friża skont il-Kapitolu IV għandha tqis il-qabda totali taż-żewġ tipi ta’ bastimenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

It-trasferiment għandu jinvolvi l-għoti lura tal-awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun se tinbidel minn sid il-bastiment jew mill-aġent lokali tiegħu fil-Madagaskar u l-istabbiliment minnufih min-naħa tal-Madagaskar tal-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni mill-aktar fis possibbli. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ mingħajr dewmien lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali tiegħu meta l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura.

Il-Madagaskar għandu jaġġorna, mill-aktar fis possibbli, il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tas-sajd u lill-UE.

10.   Bastimenti ta’ appoġġ

Il-bastimenti ta’ appoġġ li jtajru l-bandiera tal-UE għandhom jiġu awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar.

It-tariffa annwali applikabbli tal-liċenzja għall-bastiment ta’ appoġġ hija ta’ EUR 2 500/sena.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar għandhom jibagħtu l-lista ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea fuq bażi regolari, permezz tad-delegazzjoni tal-UE għall-Madagaskar.

KAPITOLU III

MIŻURI TEKNIĊI

Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbuta maż-żona, mal-irkaptu tas-sajd u l-qbid inċidentali, għandhom jiġu ddefiniti għal kull kategorija tas-sajd fid-dikjarazzjonijiet tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

Il-bastimenti għandhom jirrispettaw il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar dwar is-sajd u r-riżoluzzjonijiet kollha adottati mill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC).

KAPITOLU IV

DIKJARAZZJONI DWAR IL-QBID

1.   Definizzjoni tal-vjaġġ tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ vjaġġ tas-sajd minn bastiment tal-UE għandu jiġi ddefinit kif ġej:

a)

il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar u l-ħruġ minnha, jew

b)

iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar u t-trażbord fil-port u/jew il-ħatt l-art fil-Madagaskar.

2.   Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd tal-IOTC, skont il-mudelli għal kull kategorija tas-sajd fl-Appendiċi 6 u l-Appendiċi 7.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jkun konformi mar-Riżoluzzjoni tal-IOTC 08/04 għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u r-Riżoluzzjoni 10/03 għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

Il-kaptan għandu jikteb kuljum, fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jsemmi wkoll il-qabdiet inċidentali u l-iskartar tal-ħut.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

3.   Dikjarazzjoni dwar il-qbid

Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabdiet tal-bastiment billi jibgħat lill-Madagaskar il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin:

a)

meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn port tal-Madagaskar, l-oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tingħata lir-rappreżentant lokali tal-Madagaskar, li għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument; kopja tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tingħata lill-grupp ta’ spezzjoni tal-Madagaskar;

b)

meta bastiment tas-sajd ikun ħiereġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port tal-Madagaskar, l-oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien 7 (sebat) ijiem tax-xogħol wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor, u f’kull każ fi żmien 15 (ħmistax-il) jum tax-xogħol wara t-tluq miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar:

i)

bil-posta elettronika, fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd;

ii)

jew permezz ta’ faks, lin-numru mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd;

iii)

jew permezz ta’ ittra mibgħuta lill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd.

Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandu jwassal għal dikjarazzjoni dwar il-qbid ġdida.

Iż-żewġ partijiet għandhom jistabbilixxu, mill-1 ta’ Lulju 2013, protokoll għall-iskambju elettroniku tad-dejta kollha dwar il-qbid u d-dikjarazzjonijiet ibbażati fuq ġurnal ta’ abbord tas-sajd elettroniku: wara, iż-żewġ partijiet għandhom jippjanaw l-implimentazzjoni tal-protokoll u s-sostituzzjoni tal-verżjoni stampata tad-dikjarazzjoni dwar il-qbid b’verżjoni elettronika sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-UE u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu. Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u bil-konz tal-wiċċ, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-Istituti nazzjonali kompetenti: (USTA - Unità Statistika dwar it-Tonn ta’ Antsiranana u ĊMS (Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd) u lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:

a)

IRD (Institut de recherche pour le développement);

b)

IEO (Instituto Español de Oceanografía);

c)

IPIMAR (Instituto Português de Investigação Maritima).

Fejn id-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni dwar il-qbid ma jitħarsux, il-Madagaskar jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni dwar il-qbid li tkun nieqsa u jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, il-Madagaskar jista’ jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest.

4.   Dikjarazzjoni finali tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, l-UE għandha tistabbilixxi, abbażi tad-dikjarazzjoni dwar il-qbid tiegħu ikkonfermata mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq, dikjarazzjoni finali tat-tariffi li jkunu jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’ qabel.

L-UE għandha tibgħat din id-dikjarazzjoni finali lill-Madagaskar u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena li tkun għaddejja. Il-Madagaskar jista’ jikkuntesta d-dikjarazzjoni finali, abbażi tal-evidenza dokumentata, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tintbagħat. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Jekk il-Madagaskar ma joġġezzjonax fi żmien 30 jum tax-xogħol, għandu jitqies li d-dikjarazzjoni finali tkun ġiet adottata.

Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun ikbar mit-tariffa b’rata fissa antiċipata mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lill-Madagaskar sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tkun għaddejja. Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mit-tariffa b’rata fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma jistax jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid il-bastiment.

KAPITOLU V

ĦATT L-ART U TRAŻBORD

It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit. L-operazzjonijiet kollha tat-trażbord fil-port huma mmonitorjati fil-preżenza ta’ spetturi tas-sajd tal-Madagaskar.

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkun jixtieq iħott l-art il-qabdiet jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord għandu jinnotifika liċ-ĊMS u, fl-istess ħin, lill-awtorità tal-port tal-Madagaskar, mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħatt l-art jew it-trażbord, b’dan li ġej:

a)

isem il-bastiment tas-sajd li se jħott il-qabdiet l-art jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord u n-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-IOTC;

b)

il-port li fih se jsir il-ħatt l-art jew it-trażbord;

c)

id-data u l-ħin skedati għall-ħatt l-art jew għat-trażbord;

d)

il-kwantità (espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li għandha tinħatt l-art jew li għandha tiġi ttrażbordata (identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha);

L-operazzjoni ta’ trażbord hija suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel li tingħata miċ-ĊMS tal-Madagaskar lill-kaptan jew lill-aġent lokali tiegħu fi żmien 24 siegħa wara n-notifika msemmija hawn fuq. L-operazzjoni ta’ trażbord trid titwettaq f’port tal-Madagaskar li jkun awtorizzat għal dan il-għan.

F’każ ta’ trażbord, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-punti a) sa d) hawn fuq, il-kaptan għandu jikkomunika wkoll l-isem tal-bastiment riċevitur.

Il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr riċevitur għandu jinforma lill-awtoritajiet tal-Madagaskar (iċ-ĊMS u l-awtorità tal-port) bil-kwantitajiet tat-tonn u ta’ speċijiet simili għat-tonn ittrażbordati fuq il-bastiment tiegħu u jimla u jibgħat id-dikjarazzjoni dwar it-trażbord liċ-ĊMS u lill-awtorità tal-port tal-Madagaskar f'24 siegħa.

Il-portijiet tas-sajd magħżula fejn huma awtorizzati operazzjonijiet tat-trażbord fil-Madagaskar huma Antsiranana għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun u Toliary, Ehoala u Toamasina għall-bastimenti tas-sajd bil-konz.

In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha twassal għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet rilevanti previsti skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar.

Il-bastimenti tal-UE li jħottu l-qabdiet l-art f’port tal-Madagaskar għandhom ifittxu li jagħmlu l-qabdiet inċidentali tagħhom disponibbli għall-kumpaniji lokali tal-ipproċessar bil-prezz tas-suq lokali. Fuq talba tal-kumpaniji tas-sajd tal-UE, id-Direttorati Reġjonali tal-Ministeru responsabbli għas-Sajd għandhom jipprovdu lista u dettalji tal-kuntatt tal-kumpaniji lokali tal-ipproċessar.

Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-UE li jħottu l-art minn jeddhom f'port fil-Madagaskar, jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ EUR 5 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fuq it-tariffa indikata fl-Appendiċi 2 għall-kategorija tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat.

Jingħata tnaqqis supplimentari ta’ EUR 5 fil-każ li l-prodotti tas-sajd jinbiegħu lil fabbrika tal-ipproċessar fil-Madagaskar.

KAPITOLU VI

KONTROLLI

1.   Dħul fiż-żona u ħruġ minnha

Kull dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagskar jew ħruġ minnha minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jiġi nnotifikat lill-Madagskar fi żmien tliet sigħat mid-dħul jew mill-ħruġ.

Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

a)

id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedati;

b)

il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

c)

il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi tal-piż ħaj tagħha jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali.

Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jsirx, permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown jew numru tal-faks ikkomunikat miċ-ĊMS, billi tintuża l-formola mehmuża bħala l-Appendiċi 8. Iċ-ĊMS għandu jikkonferma li rċieva din in-notifika minnufih permezz tal-posta elettronika jew faks tar-ritorn.

Iċ-ĊMS għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kwalunkwe bastiment li jinstab jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel għandu jitqies bhala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat.

Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mil-liġi fis-seħħ tal-Madagaskar.

Id-dikjarazzjonijiet tad-dħul/tal-ħruġ għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena mid-data tat-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni.

Il-bastimenti tas-sajd tal-UE mhux awtorizzati jistadu għandhom ikollhom fil-pussess dikjarazzjoni ta’ passaġġ innoċenti. Il-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni hija l-istess bħal dik preċiżata f'dan il-punt.

2.   Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU

Bil-għan li jissaħħu l-monitoraġġ tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd IUU (illegali, mhux rapportat u mhux regolat), il-bastimenti tas-sajd tal-UE huma mħeġġa jissenjalaw il-preżenza ta’ kull bastiment ieħor madwarhom liċ-ĊMS.

3.   Dikjarazzjoni perjodika dwar il-qbid

Meta bastiment tal-UE jkun qed jopera fl-ilmijiet tal-Madagaskar, il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jinnotifika liċ-ĊMS, kull tlett ijiem, bil-qabdiet magħmula fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. L-ewwel dikjarazzjoni dwar il-qbid għandha tibda tlett ijiem wara d-data tad-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

Kull tlett ijiem mad-dikjarazzjoni perjodika tiegħu dwar il-qbid, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

a)

id-data, il-ħin u l-pożizzjoni meta tkun qed issir id-dikjarazzjoni;

b)

il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira maqbuda u miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ tlett ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

c)

il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ tlett ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

d)

il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi skartata l-baħar waqt il-perjodu ta’ tlett ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

e)

il-preżentazzjoni tal-prodotti;

f)

għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun:

l-għadd ta’ kalati bl-użu tal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut (l-FAD) li rnexxew mill-aħħar dikjarazzjoni;

l-għadd ta’ kalati fuq ġliba ta’ ħut ħielsa li rnexxew mill-aħħar dikjarazzjoni;

l-għadd ta’ kalati li ma rnexxewx.

g)

għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet:

l-għadd ta’ kalati mill-aħħar dikjarazzjoni;

l-għadd ta’ snanar li ntużaw mill-aħħar rapport.

Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jsirx, permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown ikkomunikat miċ-ĊMS, billi tintuża l-formola mehmuża bħala l-Appendiċi 8. Iċ-ĊMS għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kwalunwe bastiment li jinstab jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jkun innotifika d-dikjarazzjoni perjodika tiegħu dwar il-qbid tat-tlett ijiem kollha, għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat. Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Madagaskar.

Id-dikjarazzjonijiet perjodiċi dwar il-qbid għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport.

4.   Spezzjoni fuq il-baħar

L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar tal-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn spetturi tal-Madagaskar li jkunu identifikati b’mod ċar bħala dawk maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi awtorizzati għandhom jinfurmaw lill-bastiment tal-UE, fuq il-kanal VHF 16, bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir mill-ispetturi tas-sajd, li jridu jipprovdu evidenza tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

L-ispetturi awtorizzati għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi awtorizzati għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

L-ispetturi awtorizzati għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma jħallu l-bastiment. F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst fil-Kapitolu VIII.

5.   Spezzjoni fil-port fil-każ tal-ħatt l-art u tat-trażbord

L-ispezzjoni f’port tal-Madagaskar ta’ bastimenti tas-sajd tal-UE li jħottu l-art jew jittrażbordaw il-qabda tagħhom għandha ssir minn spetturi tal-Madagaskar li jkunu identifikati b’mod ċar bħala spetturi maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

L-ispetturi għandhom jipprovdu evidenza tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Madagaskar għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trażbord u l-merkanzija.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Madagaskar għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Madagaskar għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst fil-Kapitolu VIII.

KAPITOLU VII

SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ BIS-SATELLITA (VMS)

1.   Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS

Il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti – VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f’kull ħin, liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tagħhom.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:

a)

l-identifikazzjoni tal-bastiment;

b)

il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %;

c)

id-data u l-ħin li fiha tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

d)

il-veloċità u r-rotta tal-bastiment.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jiġi kkonfigurat skont il-format inkluż fl-Appendiċi 9.

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tal-Madagaskar għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Madagaskar, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

2.   Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS

Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

Il-bastimenti tal-UE li jistadu b’sistemi tal-VMS difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

Jekk il-bastiment diġà qed iwettaq attività tas-sajd ġewwa ż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, fil-każ ta’ ħsara, is-sistema tal-VMS tal-bastimenti għandha tissewwa jew tiġi sostitwita mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn ħmistax-il jum. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fiż-żona tal-Madagaskar.

Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fiż-żona tal-Madagaskar b’sistema tal-VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika jew faks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madgaskar, mill-inqas kull sitt sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.

3.   Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Madagaskar

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Madagaskar. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.

It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura ta’ komunikazzjoni.

Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni minn bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

4.   Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni

Il-Madagaskar għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu ikun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull nuqqas ta’ funzjonament rigward il-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.

Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar li tkun fis-seħħ.

5.   Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Abbażi ta’ evidenza ddokumentata li tipprova ksur, iċ-ĊMS tal-Madagaskar jista’ jsaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, biex inaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jibgħat din l-evidenza ddokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni liċ-ĊMS tal-Madagaskar skont il-frekwenza l-ġdida.

Wara, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jinnotifika minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea bit-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni.

Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull segwitu li jkun meħtieġ.

KAPITOLU VIII

KSUR TAR-REGOLI

In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ kwalunkwe waħda mir-regoli u d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, il-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar jew il-leġiżlazzjoni dwar is-sajd tal-Madagaskar jista’ jiġi ppenalizzat b’multi, b'sospensjoni, b'revoka jew bin-nuqqas ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment.

1.   Trattament tal-ksur

Kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport tal-ispezzjoni.

Fil-każ ta’ spezzjoni abbord, il-firma tar-rapport ta’ spezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt ta’ difiża ta’ sid il-bastiment rigward il-ksur misjub. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport ta’ spezzjoni, huwa għandu jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “rifjut ta’ firma”.

Għal kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, in-notifika tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet marbutin miegħu imposti fuq il-kaptan jew il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien tal-bastimenti skont il-proċeduri stabbiliti fil-Leġiżlazzjoni dwar is-Sajd tal-Madagaskar. Kopja tan-notifika għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-UE fi żmien 72 siegħa.

2.   Detenzjoni tal-bastiment

F’każ ta’ ksur misjub, kull bastiment tal-UE li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, jekk il-bastiment ikun fuq il-baħar, jirritorna lejn port tal-Madagaskar, skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ.

Il-Madagaskar għandu jinnotifika lill-UE, b’mod elettroniku, fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. In-notifika għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-arrest u/jew għad-detenzjoni.

Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jorganizza, mhux aktar tard minn jum ta’ xogħol wara n-notifika ta’ detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li jkunu wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta’ sid il-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3.   Penalitajiet għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess

Il-penalità għall-ksur stabbilit għandha tiġi ffissata mill-Madagaskar skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

Għandu jingħata bidu għal proċedura ta’ kompromess qabel il-proċeduri ġudizzjarji bejn l-awtoritajiet tal-Madagaskar u l-bastiment tal-UE sabiex tinstab soluzzjoni amikevoli. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jipparteċipa f’din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn 72 siegħa wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.

4.   Proċedimenti legali – Garanzija bankarja

Jekk il-proċedura ta’ kompromess imsemmija hawn fuq tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja mat-Teżor Pubbliku tal-Madagaskar, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Madagaskar, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara l-qtugħ tas-sentenza:

a)

kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;

b)

skont l-ammont tal-bilanċ li jkun fadal, jekk il-penalità tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 8 ijiem minn meta jingħata l-ġudizzju.

5.   Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port wara l-ħlas tal-penalità stabbilita fil-proċedura ta’ kompromess, jew wara d-depożitu tal-garanzija fit-Teżor Pubbliku tal-Madagaskar. Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

a)

hekk kif l-obbligazzjonijiet li jkunu ġew deċiżi meta jintlaħaq kompromess jiġu ssodisfati, jew,

b)

wara d-depożitu tal-garanzija msemmija hawn fuq u l-aċċettatazzjoni tagħha mill-Ministeru responsabbli għas-Sajd, sakemm titlesta l-proċedura ġudizzjarja.

KAPITOLU IX

TLUGĦ ABBORD TA’ BAĦRIN

1.   Għadd ta’ baħrin li għandhom jittellgħu abbord

Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ jieħdu l-impenn li jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:

a)

għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP,

b)

għall-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP.

Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord aktar baħrim supplimentari li ġejjin mill-Madagaskar.

2.   Kuntratti tal-baħrin

Id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar Prinċipji u Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol għandha tapplika bi dritt għall-baħrin li jitilgħu abbord bastimenti tal-UE. Tirrigwarda, b’mod partikolari, l-applikazzjoni tad-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet.

Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin tal-AKP, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji ta’ dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u f'każ ta’ inċident.

3.   Salarju tal-baħrin

Is-salarju tal-baħrin tal-AKP għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin tal-AKP ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards tal-ILO.

4.   Obbligi tal-baħrin

Il-baħrin kollha impjegati abbord il-bastimenti tal-UE għandhom jirrappurtaw lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għat-tlugħ abbord tagħhom. Jekk baħri jonqos milli jirrappurta fid-data u l-ħin previsti għat-tlugħ abbord, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta’ dak il-baħri.

KAPITOLU X

OSSERVATURI

1.   Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Iż-żewġ partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jirrispettaw l-obbligi li ġejjin mir-riżoluzzjonijiet tal-IOTC fir-rigward tal-Programm tal-Osservatur Xjentifiku.

Għall-finijiet ta’ konformità ma’ dawn l-obbligi, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-osservaturi huma kif ġej, għajr fil-każ ta’ limitazzjoni ta’ spazju minħabba rekwiżiti ta’ sigurtà.

Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Madagaskar taħt il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom itellgħu abbord l-osservaturi maħtura mill-awtoritajiet tal-Madagaskar skont it-termini stabbiliti hawn taħt.

Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Madagaskar, il-bastimenti tas-sajd tal-UE għandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’ 10 % tal-bastimenti liċenzjati. Madankollu, il-bastimenti b’inqas minn 100 TG mhumiex soġġetti għal din il-miżura.

2.   Bastimenti u osservaturi magħżulin

L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jistabbilixxu lista ta’ bastimenti magħżulin biex itellgħu osservatur abbord. Din il-lista għandha tinżamm aġġornata. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif tiġi stabbilita.

L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jgħarrfu lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati b’isem l-osservatur magħżul biex jittella’ abbord il-bastiment tagħhom sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum qabel id-data ta’ imbark ippjanata tal-osservatur.

L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

3.   Salarju tal-osservatur

L-ispejjeż tat-tlugħ abbord u tal-inżul mill-bastiment tal-osservatur barra mill-Madagaskar jitħallsu minn sid il-bastiment. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-osservatur jitħallsu mill-awtoritajiet tal-Madagaskar.

Għal kull bastiment li jtella' osservatur abbord, sid il-bastiment huwa mitlub jikkontribwixxi EUR 20 għal kull jum li l-osservatur ikun abbord. Dan l-ammont huwa ddepożitat fil-programm tal-osservaturi mmaniġġjat miċ-ĊMS.

4.   Kundizzjonijiet tal-imbark

Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikolari t-tul ta’ żmien preżenti abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent lokali tiegħu u l-Madagaskar.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-akkomodazzjoni tal-osservatur abbord għandha tqis l-istruttura teknika tal-bastiment.

Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord il-bastiment.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

L-osservaturi għandhom jingħataw aċċess għal kull faċilita meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom. Huma għandu jkollhom aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għal kwalunkwe dokument abbord, u għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-ġurnal tal-iffriżar u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod dirett ma’ dmirijiethom.

5.   Imbark u żbark tal-osservatur

L-osservatur għandu jitla’ abbord f’port magħżul minn sid il-bastiment.

Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-Madagaskar, b’perjodu ta’ notifika ta’ 10 ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jitla’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment.

Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin stabbiliti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lill-osservatur.

Huwa għandu jkun ħieles li jħalli l-port u jibda l-operazzjonijiet tas-sajd.

Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port tal-Madagaskar, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tiegħu meta dan ikun qed jistenna t-titjira tar-ripatrijazzjoni.

Fil-każ li l-bastiment ma jippreżentax ruħu fil-mument stabbilit f'port magħżul minn qabel għall-imbark ta’ osservatur, sid il-bastiment huwa obbligat iħallas l-ispejjeż tan-nuqqas tal-imbark tal-osservatur matul l-istennija fil-port (l-akkomodazzjoni, l-ikel).

Fil-każ li l-bastiment ma jippreżentax ruħu u ma jkunx ta notifika minn qabel liċ-ĊMS, il-Madagaskar jista' jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat.

6.   Obbligi tal-osservatur

Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu:

a)

jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd;

b)

jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;

c)

jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument li jappartjeni għall-bastiment.

L-osservatur għandu jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, b’faks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, inkluż il-kwantità ta’ qbid u qbid inċidentali abbord u kwalunkwe kompitu ieħor kif meħtieġ mill-awtorità.

7.   Rapport tal-osservatur

Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-Madagaskar, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol mill-iżbark tal-osservatur.

LISTA TA' APPENDIĊI

Appendiċi 1

Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja

Appendiċi 2

Dikjarazzjoni teknika

Appendiċi 3

Koordinati (latitudnijiet u lonġitudnijiet) taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar

Appendiċi 4

Żona tas-sajd tal-Madagaskar

Appendiċi 5

Koordinati ġeografiċi u mappa taż-żona tas-sajd fejn huwa pprojbit is-sajd mill-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Appendiċi 6

Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

Appendiċi 7

Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd bil-konz

Appendiċi 8

Formola għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u l-ħruġ minnha

Appendiċi 9

Format tal-messaġġ tal-pożizzjoni VMS

Appendiċi 1

Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja

MINISTERU RESPONSABBLI GĦAS-SAJD FIL-MADAGASKAR

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA GĦALL-BASTIMENTI BARRANIN TAS-SAJD INDUSTRIJALI

1.

Isem tas-sid tal-bastiment: …

2.

Indirizz tas-sid tal-bastiment: …

3.

Isem tar-rappreżentant jew tal-aġent: …

4.

Indirizz tar-rappreżentant jew tal-aġent lokali tas-sid tal-bastiment: …

5.

Isem tal-kaptan: …

6.

Isem tal-bastiment: …

7.

Numru ta’ reġistrazzjoni: …

8.

Numru tal-faks: …

9.

Indirizz tal-posta elettronika: …

10.

Kodiċi tar-radju: …

11.

Data u post ta’ kostruzzjoni: …

12.

Pajjiż tal-bandiera: …

13.

Port ta’ reġistrazzjoni: …

14.

Port ta’ manutenzjoni: …

15.

Tul (L.O.A.): …

16.

Wisgħa (L.O.A.): …

17.

Tunnellaġġ Gross (UMS): …

18.

Kapaċità tal-istiva: …

19.

Kapaċità tar-refriġerazzjoni u l-friża: …

20.

Tip u qawwa tal-magna: …

21.

Irkaptu tas-sajd: …

22.

Għadd ta' baħrin: …

23.

Sistema ta' kommunikazzjoni.…

24.

Kodiċi tar-radju: …

25.

Sinjali ta' identifikazzjoni: …

26.

Attivitajiet tas-sajd li se jitwettqu: …

27.

Post tal-ħatt l-art: …

28.

Żoni tas-sajd: …

29.

Speċijiet fil-mira: …

30.

Perjodu ta’ validità: …

31.

Kundizzjonijiet speċjali: …

Opinjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u l-Akkwakultura: …

Osservazzjonijiet tal-Ministeru responsabbli għas-Sajd: …

Appendiċi 2

DIKJARAZZJONI TEKNIKA

Żona tas-sajd:

Lil hinn minn 20 mil nawtiku mil-linja bażi. Żona indikata fl-Appendiċijiet 3 4:

Trid tiġi rispettata żona ta’ protezzjoni ta’ 3 mili madwar irkaptu nazzjonali biex jinġema’ l-ħut.

L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd bil-konz koperti minn dan il-Protokoll huma pprojbiti fiż-żoni ta’ Banc de Leven u Banc de Caston, li l-koordinati tagħhom huma mogħtija fl-Appendiċi 5.

Irkaptu awtorizzat:

Tartaruni

Konz tal-wiċċ

Qabdiet inċidentali:

Għandhom jiġu rispettati r-rakkomandazzjoni tal-IOTC

Tariffi li jridu jitħallsu mis-sidien/qabdiet ekwivalenti:

Tariffi li jridu jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti għal kull tunnellata li tinqabad

EUR 35/tunnellata

Pagamenti li jridu jitħallsu bil-quddiem kull sena mis-sidien tal-bastimenti

EUR 4 900 għal 140 tunnellata għal kull bastiment tas-sajd bit-tartarun

EUR 3 675 għal 105 tunnellati għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ akbar minn 100 TG

EUR 1 750 għal 50 tunnellata għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta' 100 TG jew anqas

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd

40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

34 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ akbar minn 100 TG

22 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta' 100 TG jew anqas

Oħrajn

Tariffa għal kull bastiment ta’ appoġġ: EUR 2 500 għal kull bastiment

Baħrin

għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP,

għall-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP.

Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord aktar baħrin supplimentari li ġejjin mill-Madagaskar.

Osservaturi:

Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Madagaskar, il-bastimenti tas-sajd tal-UEgħandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’ 10 % tal-bastimenti liċenzjati. Madankollu, il-bastimenti b’inqas minn 100 TG mhumiex marbuta minn dik il-miżura.

Għal kull bastiment li jtella' osservatur abbord, sid il-bastiment huwa mitlub jikkontribwixxi EUR 20 għal kull jum li l-osservatur ikun abbord. Dan l-ammont huwa ddepożitat fil-programm tal-osservaturi mmaniġġjat miċ-ĊMS.

Appendiċi 3

KOORDINATI (LATITUDNIJIET U LONĠITUDNIJIET) TAŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MADAGASKAR

Coordonnées (latitudes et longitudes) de la zone de pêche (ZP) de Madagascar

(voir aussi carte géographique annexée en appendice 4)

 

Coordonnées en deg. déc.

Coordonnées en deg. mm

Réf

X

Y

X

Y

A

49,40

– 10,3

49°24′E

10°18′S

B

51

– 11,8

51°0′E

11°48′S

C

53,3

– 12,7

53°18′E

12°42′S

D

52,2

– 16,3

52°12′E

16°18′S

E

52,8

– 18,8

52°48′E

18°48′S

F

52

– 20,4

52°0′E

20°24′S

G

51,8

– 21,9

51°48′E

21°54′S

H

50,4

– 26,2

50°24′E

26°12′S

I

48,3

– 28,2

48°18′E

28°12′S

J

45,4

– 28,7

45°24′E

28°42′S

K

41,9

– 27,8

41°54′E

27°48′S

L

40,6

– 26

40°36′E

26°0′S

M

41,8

– 24,3

41°48′E

24°18′S

N

41,6

– 20,8

41°36′E

20°48′S

O

41,4

– 19,3

41°24′E

19°18′S

P

43,2

– 17,8

43°12′E

17°48′S

Q

43,4

– 16,9

43°24′E

16°54′S

R

42,55

– 15,6

42°33′E

15°36′S

S

43,15

– 14,35

43°9′E

14°21′S

T

45

– 14,5

45°0′E

14°30′S

U

46,8

– 13,4

46°48′E

13°24′S

V

48,4

– 11,2

48°24′E

11°12′S


LIMITI TAŻ-ŻONA FEJN HU PPROJBIT IS-SAJD

(f'minuti gradi)

Punt

Latitudni

Lonġitudni

1

12°18.44S

47°35.63

2

11°56.64S

47°51.38E

3

11°53S

48°00E

4

12°18S

48°14E

5

12°30S

48°05E

6

12°32S

47°58E

7

12°56S

47°47E

8

13°01S

47°31E

9

12°53S

47°26E

Appendiċi 4

Image

Appendiċi 5

Koordinati ġeografiċi u mappa taż-żona tas-sajd fejn huwa pprojbit is-sajd mill-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Punt

Latitudni

Lonġitudni

1

12°18.44S

47°35.63

2

11°56.64S

47°51.38E

3

11°53S

48°00E

4

12°18S

48°14E

5

12°30S

48°05E

6

12°32S

47°58E

7

12°56S

47°47E

8

13°01S

47°31E

9

12°53S

47°26E

Appendiċi 6

Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

Statement of catch form for tuna seiners / Fiche de déclaration de captures pour thoniers senneurs

DEPART / SALIDA / DEPARTURE

ARRIVEE / LLEGADA / ARRIVAL

NAVIRE / BARCO / VESSEL

PATRON / PATRON / MASTER

FEUILLE

PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH

PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH

 

 

HOJA / SHEET No


DATE

FECHA

DATE

POSITION (chaque calée ou midi)

POSICION (cada lance o mediadia)

POSITION (each set or midday)

CALEE

LANCE

SET

CAPTURE ESTIMEE

ESTIMACION DE LA CAPTURA

ESTIMATED CATCH

ASSOCIATION

ASSOCIACION

ASSOCIATION

COMMENTAIRES

OBSERVATIONES

COMMENTS

 

COURANT

CORRIENTE

CURRENT

 

 

 

 

 

 

1

ALBACORE

RABIL

YELLOWFIN

2

LISTAO

LISTADO

SKIPJACK

3

PATUDO

PATUDO

BIGEYE

AUTRE ESPECE préciser le/les nom(s)

OTRA ESPECIE dar el/los nombre(s)

OTHER SPECIES give name(s)

REJETS préciser le/les nom(s)

DESCARTES dar el/los nombre(s)

DISCARDS give name(s)

 

 

 

 

 

 

Route/Recherche, problèmes divers, type d'épave (naturelle/artificielle, balisée, bateau), prise accessoire, taille du banc, autres associations, …

Ruta/Busca, problemas varios, tipo de objeto (natural/artificial, con baliza, barco), captura accesoria, talla del banco, otras asociaciones, …

Steaming/Searching, miscellaneous problems, log type (natural/artificial, with radio beacon, vessel), by catch, school size, other associations, …

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Taille

Talla

Size

Capture

Captura

Catch

Taille

Talla

Size

Capture

Captura

Catch

Taille

Talla

Size

Capture

Captura

Catch

Nom

Nombre

Name

Taille

Talla

Size

Capture

Captura

Catch

Nom

Nombre

Name

Taille

Talla

Size

Capture

Captura

Catch

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Une calée par ligne / Uno lance cada línea / One set by line

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

SIGNATURE DATE

Appendiċi 7

Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd bil-konz

Image

Appendiċi 8

Formola għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u l-ħruġ minnha

FORMAT TAR-RAPPORTI

1.   FORMAT TAR-RAPPORT TAD-DĦUL (TLIET SIGĦAT QABEL ID-DĦUL)

DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR

KODIĊI TAL-AZZJONI: DĦUL

ISEM TAL-BASTIMENT: …

KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU: …

STAT TAL-BANDIERA: …

TIP TA' BASTIMENT: …

NUMRU TAL-LIĊENZJA: …

POŻIZZJONI MAD-DĦUL: …

DATA U ĦIN (UTC) TAD-DĦUL: …

KWANTITÀ TOTALI TA' ĦUT ABBORD F'KG: …

YFT (Tonna Safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus albacares) f'KG: …

SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis) f'KG: …

BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus obesus) f'KG: …

ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga) f'KG: …

OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f'KG: …

2.   FORMAT TAR-RAPPORT TAL-ĦRUĠ (TLIET SIGĦAT QABEL IL-ĦRUĠ)

DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR

KODIĊI TAL-AZZJONI: ĦRUĠ

ISEM TAL-BASTIMENT: …

KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU: …

STAT TAL-BANDIERA: …

TIP TA' BASTIMENT: …

NUMRU TAL-LIĊENZJA: …

POŻIZZJONI MAL-ĦRUĠ: …

DATA U ĦIN (UTC) TAL-ĦRUĠ: …

KWANTITÀ TOTALI TA' ĦUT ABBORD F'KG: …

YFT (Tonna Safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus albacares) f'KG: …

SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis) f'KG: …

BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus obesus) f'KG: …

ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga) f'KG: …

OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f'KG: …

3.   FORMAT TAR-RAPPORT TAL-QABDA TA' KULL ĠIMGĦA (KULL TLETT IJIEM META L-BASTIMENT IKUN QED JISTAD FL-ILMIJIET TAL-MADAGASKAR)

DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR

KODIĊI TAL-AZZJONI: ATTIVITÀ TAS-SAJD

ISEM TAL-BASTIMENT: …

KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU: …

STAT TAL-BANDIERA: …

TIP TA' BASTIMENT: …

NUMRU TAL-LIĊENZJA: …

KWANTITÀ TOTALI TA' ĦUT ABBORD F'KG: …

YFT (Tonna safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus albacares) f'KG: …

SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis) f'KG: …

BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus obesus) f'KG: …

ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga) f'KG: …

OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f'KG: …

GĦADD TA' KALATI LI NTEFGĦU MILL-AĦĦAR RAPPORT: …

Ir-rapporti kollha għandhom ikunu trażmessi lill-awtorità kompetenti f'dan in-numru tal-faks jew fl-indirizz tal-posta elettronika li ġejjin:

Numru tal-faks: +261 20 22 490 14

Posta elettronika: csp-mprh@blueline.mg

Centre de Surveillance des Pêches de Madagascar, B.P.60 114 Antananarivo

Appendiċi 9

Format tal-messaġġ tal-pożizzjoni VMS

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LILL-MADAGASKAR RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element tad-Dejta

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall dwar is-sistema – jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż

Mingħand

FR

O

Dettall dwar il-messaġġ – min qed jinbgħat. Kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż

Stat tal-bandiera

FS

F

 

Tip ta’ messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ – tip ta’ messaġġ “POS”

Kodiċi tar-Radju

RC

O

Dettall dwar il-bastiment – kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti

IR

F

Dettall dwar il-bastiment – numru uniku tal-Parti Kontraenti (kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit b'numru)

Numru tar-reġistrazzjoni esterna

XR

O

Dettall dwar il-bastiment – numru li jidher fuq il-ġenb tal-bastiment

Latitudni

LA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DDMM (WGS-84)

Lonġitudni

LO

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDDMM (WGS-84)

Rotta

CO

O

Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Veloċità

SP

O

Veloċità tal-bastimenti f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

Tmiem tar-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema – jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

Sett ta’ karattri: ISO 8859.1

Kull trażmissjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej:

linja mmejla doppja (//) u kodiċi jindikaw il-bidu tat-trażmissjoni,

linja mmejla waħda (/) tifred il-kodiċi mid-dejta.

Id-dejta fakultattiva għandha tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.


Top