Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2010_287_R_0001_01

2010/648/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta’ Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħawaħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit- 23 ta’ Ġunju 2000 , kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil- 25 ta’ Ġunju 2005
Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta' sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta' stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit- 23 ta’ Ġunju 2000 , kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil- 25 ta’ Ġunju 2005

OJ L 287, 4.11.2010, p. 1–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Mejju 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħawaħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005

(2010/648/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Frar 2009 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tagħti bidu għan-negozjati mal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku bil-ħsieb li jiġi emendat, għat-tieni darba, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Cotonou”).

(2)

In-negozjati ġew konklużi fid-19 ta’ Marzu 2010 permezz tal-inizjalar, f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Ministri ACP-UE, tat-testi li jiffurmaw il-bażi tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba il-Ftehim ta’ Cotonou (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

(3)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussembrugu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), flimkien mad-dikjarazzjonijiet konġunti u d-dikjarazzjoni mill-Unjoni, mehmuża mal-Att Finali, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

It-testi tal-Ftehim u tal-Att Finali huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni soġġett għall-konklużjoni tiegħu u li jagħmel id-dikjarazzjoni, li hija mehmuża mal-Att Finali tal-Ftehim:

“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għall-‘Unjoni Ewropea’.

L-Unjoni Ewropea ser tipproponi lill-Istati ACP skambju ta’ ittri bil-għan li l-Ftehim isir konformi mat-tibdil istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.


FTEHIM

li jemenda għat-tieni darba l-ftehim ta' sħubija bejn il-Membri tal-grupp ta' stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

IL-PRESIDENT TA’ MALTA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IL-GVERN TAR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”,

u

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni” jew “l-UE”,

minn naħa waħda, u

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ANGOLA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-BARBADOS,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-BELIŻE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BENIN,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA,

IL-PRESIDENT TAL- BURKINA FASO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BURUNDI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAP VERDE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,

IL-PRESIDENT TAL-UNJONI TAL-KOMOROS,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,

IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-CÔTE D'IVOIRE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI,

IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMINIKANA,

IL-PRESIDENT TAL-ISTAT TAL-ERITREA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TAL-ETJOPJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER FIĠI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,

IL-PRESIDENT U L-KAP TAL-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GANA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ GRENADA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA BISSAW,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA KOOPERATTIVA TAL-GUJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,

IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TAL-LESOTO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MALAWI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-MAWRITANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,

IL-GVERN TAL-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONEŻJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MOŻAMBIK,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NAMIBJA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAURU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,

IL-GVERN TA’ NJU,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-PALAW,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-ISTAT INDEPENDENTI TAL-PAPWA GINEA ĠDIDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAR-RWANDA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENADINI,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SJERRA LEONE,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-AFRIKA T’ISFEL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM,

IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TAS-SWAŻILAND,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊAD,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAT-TIMOR-LESTE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAT-TONGA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ TUVALU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UGANDA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻAMBJA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻIMBABWE,

liema Stati minn hawn il-quddiem huma msejħa “l-Istati ACP”,

min-naħa l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Ftehim ta’ Georgetown li jistabbilixxi l-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (ACP), min-naħa l-oħra;

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Cotonou”);

BILLI l-Artikolu 95(1) tal-Ftehim ta' Cotonou jistabbilixxi li t-tul tal-Ftehim għandu jkun ta' 20 sena, li jibda mill-1 ta' Marzu 2000;

BILLI l-Ftehim li jemenda għall-ewwel darba l-Ftehim ta' Cotonou ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2008;

GĦALL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

GĦALL-PRESIDENT TAL-IRLANDA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

GĦALL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

GĦALL-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

GĦALL-PRESIDENT TA’ MALTA,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

GĦALL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

GĦALL-GVERN TAR-RENJU TAL-ISVEZJA,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

GĦALL-UNJONI EWROPEA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ANGOLA,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,

GĦALL-KAP TAL-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,

GĦALL-KAP TAL-ISTAT TAL-BARBADOS,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-BELIŻ,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BENIN,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA,

GĦALL-PRESIDENT TAL-BURKINA FASO,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BURUNDI,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAP VERDE,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,

GĦALL-PRESIDENT TAL-UNJONI TAL-KOMOROS,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,

GĦALL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-CÔTE D'IVOIRE,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI,

GĦALL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMINIKANA,

GĦALL-PRESIDENT TAL-ISTAT TAL-ERITREA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TAL-ETJOPJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER FIĠI,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,

GĦALL-PRESIDENT U L-KAP TAL-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GANA,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ GRENADA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA,

GĦALLPRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA-BISSAU,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA KOOPERATTIVA TAL-GUJANA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,

GĦALL-KAP TAL-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,

GĦALL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TAL-LESOTO,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MALAWI,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-MAWRITANJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,

GĦALL-GVERN TAL-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONESJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MOŻAMBIK,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NAMIBJA,

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAWRU,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,

GĦALL-GVERN TA’ NJU,

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-PALAW,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-ISTAT INDEPENDENTI TAL-PAPWA GINEA ĠDIDA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAR-RWANDA,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENEDINI,

GĦALL-KAP TAL-ISTAT TAL-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SJERRA LEONE,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-AFRIKA T’ISFEL,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM,

GĦALL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TAS-SWAŻILAND,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊAD,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAT-TIMOR-LESTE,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,

GĦALL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAT-TONGA,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,

GĦALL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ TUVALU,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UGANDA,

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,

GĦALL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻAMBJA,

GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻIMBABWE,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

F'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 95 tiegħu, il-Ftehim ta' Cotonou huwa emendat kif ġej:

A.   PREAMBOLU

1.

Il-ħdax-il premessa li tibda “IFAKKRU d-dikjrazzjonijiet ta' Libreville u Santo Domingo …”, hija sostitwita b'dan li ġej:

“IFAKKRU d-dikjarazzjonijiet tas-Summits suċċessivi tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-Istati ACP;”.

2.

Fit-tnax-il premessa, li tibda “JIKKONSIDRAW li l-Miri ta' Żvilupp …”, hija sostitwita b'dan li ġej:

“JIKKUNSIDRAW li l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju li joħorġu mid-Dikjarazzjoni tal-Millenju adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2000, b’mod partikolari l-eradikazzjoni tal-faqar estrem u tal-ġuħ, kif ukoll il-miri ta’ żvilupp u l-prinċipji li dwarhom kien hemm qbil fil-Konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti, jipprovdu viżjoni ċara u għandhom isejsu l- koperazzjoni ACP-UE fi ħdan dan il-Ftehim;jirrikonoxxu li l-UE u l-Istati ACP jeħtieġ li jagħmlu sforz koordinat biex jiġi aċċellerat il-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;”.

3.

Wara t-tnax-il premessa, li tibda “JIKKUNSIDRAW li l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju …”, tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“FILWAQT LI JISSOTTOSKRIVU għall-aġenda tal-effettività tal-għajnuna mibdija f'Ruma, u segwita f'Pariġi u żviluppata ulterjorment fl-Aġenda għall-Azzjoni ta' Accra;”.

4.

It-tlettax-il premessa, li tibda “TIĠI MOGĦTIJA attenzjoni lil wegħdiet …”, hija sostitwita b'dan li ġej:

“TIĠI MOGĦTIJA attenzjoni partikolari għall-wegħdiet magħmula u l-għanijiet maqbula fil-Konferenzi prinċipali tan-Nazzjonijiet Uniti u oħrajn internazzjonli u tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li tittieħed aktar azzjoni biex jiġu milħuqa l-għanijiet u implementati l-programmi ta' azzjoni magħmula f'dawk il-fora;”.

5.

Wara t-tlettax-il premessa, li tibda “TIĠI MOGĦTIJA attenzjoni partikolari għall-wegħdiet …”, tiddaħħal il-premessa li ġejja:

“KONXJI mill-isfida ambjentali globali serja offruta mit-tibdil fil-klima, u profondament imħassba dwar il-fatt li l-iktar popolazzjonijiet vulnerabbli jgħixu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u l-Gżejjer Żgħar tal-Istati ACP, fejn fenomeni relatati mal-klima bħalma huma ż-żieda fil-livell tal-baħar, l-erożjoni tal-kosta, l-għargħar, is-siċċità u d-deżertifikazzjoni qed jheddu l-għajxien u l-iżvilupp sostenibbli tagħhom;”.

B.   IT-TEST TAL-ARTIKOLI TAL-FTEHIM TA' COTONOU

1.

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dawn l-għanijiet u l-impenji internazzjonali tal-Partijiet, inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, għandhom ikunu l-bażi ta' kull strateġija ta' żvilupp u għandhom jitwettqu b'approċċ integrat u jieħdu f'kunsiderazzjoni fl-istess waqt l-aspetti politiċi, ekonomiċi, soċjali, kulturali u ambjentali tal-iżvilupp. Is-sħubija għandha tagħti kwadru ta' appoġġ koerenti għall-istrategiji ta’ żvilupp addottati min kull stat tal-ACP.”;

(b)

ir-raba' paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, l-iżviluppar tas-settur privat, iż-żieda fl-impiegi u t-titjib fl-aċċess għar-riżorsi produttivi għandhom kollha jkunu parti minn dan il-kwadru. Is-sostenn għandu jingħata lir-rispett tad-drittijiet tal-individwu u li jintlaqgħu l-bżonnijiet bażiċi, il-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u l-kondizzjonijiet għat-tqassim ġust tal-frott tat-tkabbir. Il-proċessi ta’ integrazzjoni reġjonali u sub-reġjonali li jkabbru l-integrazzjoni tal-istati tal-ACP fl-ekonomija dinjija skont il-kummerċ u l-investiment privat għandhom jiġu inkorraġġiti u sostnuti. Il-ħolqien tal-kapaċità tal-imsieħba fl-iżvilupp u t-titjib tal-kwadru istituzzjonarju meħtieġ għal ftehim soċjali, għat-tħaddim ta’ soċjetà demokratika u suq ekonomiku, u biex tiffunzjona soċjetà demokratika u ekonomija tas-suq, u l-ħolqien ta’ soċjetà ċivili attiva u organizzata għandha tkun parti integrali minn dan l-approċċ. Għandhom jiġu kkunsidrati sistematikament is-sitwazzjoni tan-nisa u materji ta’ ġeneru f’kull qasam – politiku, ekonomiku u soċjali. Il-prinċipji ta' ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-ambjent, inklużi t-tibdil fil-klima, għandhom jiġu applikati u integrati f'kull livell tas-sħubija.”.

2.

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Prinċipji fundamentali

Il-koperazzjoni ACP-KE, imsejsa fuq sistema legalment vinkolanti u fuq l-eżistenza ta' istituzzjonijiet konġunti, għandha timxi skont l-aġenda maqbula internazzjonalment dwar l-effettività tal-għajnuna dwar l-appartenenza, l-allinjament, il-ġestjoni tal-għajnuna li hija orjentata lejn ir-riżultati u r-responsabbiltà reċiproka, eżerċitata abbażi tal-prinċipji fundamentali li ġejjin:

l-ugwaljanza tal-imsieħba u l-appartenenza tal-istrateġiji tal-iżvilupp: għall-finijiet li jiġu mwettqa l-għanijiet ta' din is-sħubija, l-Istati ACP għandhom jistabbilixxu strateġiji ta' żvilupp għall-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom fis-sovranità kollha u b'konsiderazzjoni debita mogħtija lill-elementi essenzjali u fundamentali deskritti fl-Artikolu 9; is-sħubija għandha tinkoraġġixxi l-appartenenza ta' strategiji ta' żvilupp mill-pajjiżi u l-popolazzjonijiet ikkonċernati; l-imsieħba tal-iżvilupp tal-UE għandhom jallinejaw l-programmi tagħhom ma' dawn l-istrateġiji;

il-parteċipazzjoni: minbarra l-gvern ċentrali bħala sieħeb ewlieni, is-sħubija għandha tkun miftuħa għall-parlamenti tal-ACP, u għall-awtoritajiet lokali tal-Istati ACP u għal kull tip ta' imsieħba oħra biex tiġi inkoraġġita l-għaqda kull qasam tas-soċjetà, inklużi s-settur privat u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fil-qafas tal-ħajja politika, ekonomika u soċjali;

ir-rwol ewlieni tad-djalogu u l-milja tal-obbligi reċiproċi u tar-responsabbiltà: l-obbligi assunti mill-Partijiet fil-qafas tad-djalogu tagħhom għandu jkun ċentrali għar-relazzjonijiet tas-sħubija u l-koperazzjoni; Il-Partijiet għandhom jaħdmu mill-qrib ma' xulxin fid-determinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċessi neċessarji tal-allinjament u l-armonizzazzjoni tad-donaturi, bl-għan li jiżguraw rwol ewlieni għall-Istati ACP f'dawn il-proċessi;

id-differenzjazzjoni u r-reġjonalizzazzjoni: l-arrangamenti ta' koperazzjoni u prioritajiet għandhom ivarjaw skont il-livell ta' żvilupp tal-imsieħeb, il-bżonnijiet tiegħu, il-prestazzjoni u l-istrateġija ta' żvilupp fit-tul tiegħu. It-trattament speċjali għandu jingħata lill-pajjiżi li huma inqas żviluppati. Il-vulnerabbiltà ta' pajjiżi li huma mdawra bl-art u tal-gżejjer għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni. Enfażi partikolari għandha ssir fuq l-integrazzjoni reġjonali, inkluż fil-livell kontinentali.”.

3.

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Approċċ ġenerali

L-Istati ACP għandhom jistabbilixxu l-principji, l-istrategiji u l-mudelli ta' żvilupp tal-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom fis-sovranità kollha. Huma għandhom jistabbilixxu, mal-Komunità, il-programmi ta’ koperazzjoni previsti f'dan il-Ftehim. Madankollu, il-Partijiet jirrikonoxxu r-rwol komplementari u l-potenzjal ta' kontribut minn partijiet mhux Statali, tal-parlamenti nazzjonali tal-ACP u ta' awtoritajiet deċentralizzati lokali kif ukoll għall-proċess tal-iżvilupp, partikolarment fil-livelli nazzjonali u reġjonali. Għal dan il-għan, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim, il-partijiet mhux Statali, il-parlamenti nazzjonali tal-ACP u l-awtoritajiet deċentralizzati lokali għandhom, fejn ikun opportun:

jiġu informati u involuti f'konsultazzjoni dwar linji politiċi u strateġiji ta' koperazzjoni, dwar il-prijoritajiet għall-koperazzjoni l-aktar f'oqsma li jikkonċernawhom jew jaffettwawhom direttament, u dwar id-djalogu politiku;

jiġu pprovduti bis-sostenn għall-bini tal-kapaċità f'oqsma kritiċi sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' dawn l-imsieħba, partikolarment fir-rigward ta' organizzazzjoni u rappreżentanza, u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni fosthom mezzi ta' kommunikazzjoni u djalogu, u biex jiġu promossi alleanzi strateġiċi.

L-atturi mhux statali u l-awtoritajiet lokali deċentralizzati għandhom, fejn hu xieraq:

ikunu provduti b'riżorsi finanzjarji, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim biex jiġu sostnuti proċessi ta' żvilupp lokali;

jiġu involuti fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' koperazzjoni u programmi f'oqsma li jikkonċernawhom jew fejn dawn l-atturi għandhom vantaġġ komparattiv.”.

4.

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-atturi tal-koperazzjoni ser jinkludu:

(a)

l-Istati (lokali, reġjonali u nazzjonali), inklużi l-parlamenti nazzjonali tal-ACP;

(b)

l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ACP u l-Unjoni Afrikana. Għall-fini ta' dan il-Ftehim il-kunċett ta' organizzazzjonijiet jew livelli reġjonali għandhom jinkludu wkoll organizzazzjonijiet jew livelli subreġjonali;

(c)

mhux Statali:

settur privat;

imsieħba ekonomici u soċjali, inklużi organizzazzjonijiet tat-trade unions;

is-soċjetà ċivili f'kull forma tagħha skont il-karatteristiċi nazzjonali.”;

(b)

il-paragrafu 2 il-kliem “msieħba li ma jiffurmax parti mill-gvern”“huma sostitwiti bi”“atturi mhux statali”.

5.

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Djalogu politiku

1.   Il-Partjiet għandhom regolarment jaħdmu fi djalogu komprensiv, bilanċjat u ta’ natura politika profonda li jwassal għal rabtiet miż-żewg naħat.

2.   L-għan ta’ dan id-djalogu għandu jkun l-iskambju tal-informazzjoni, it-tkattir tal-komprensjoni reċiproka u l-aġevolazzjoni tat-twaqqif ta’ prijoritajiet miftiehma u ta' aġendi kondiviżi, partikolarment billi jiġu rikonoxxuti r-rabtiet eżistenti bejn l-aspetti differenti tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet u d-diversi oqsma ta’ koperazzjoni kif stabbiliti f’dan il-Ftehim. Id-djalogu għandu jiffaċilita l-konsultazzjonijiet u jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-fora internazzjonali kif ukoll jippromwovi u jsostni sistema ta' multilaterliżmu effettiv. L-għanijiet ta’ dan id-djalogu għandhom ukoll jinkludu l-prevenzjoni tal-kreazzjoni ta' sitwazzjonijiet fejn xi Parti tista' ssib il-bżonn li tirrikorri għall-proċeduri ta’ konsultazzjoni previsti fl-Artikoli 96 u 97.

3.   Id-djalogu għandu jkopri l-miri u l-għanijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim kif ukoll mistoqsijiet ta' interess komuni, ġenerali, jew reġjonali, inklużi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-integrazzjoni reġjonali u kontinentali. B'dan il-djalogu, il-Partijiet għandhom jikkontribwixxu għal paċi, siġurtà u stabbilita u promozzjoni ta' ambjent politiku stabbli u demokratiku. Għandu jinkludi fih strateġiji ta' koperazzjoni, inkluża l-aġenda dwar l-effettività tal-għajnuna, kif ukoll politika globali u settorjali inkluż l-ambjent, it-tibdil tal-klima, is-sess, il-migrazzjoni u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-wirt kulturali. Għandu wkoll jindirizza l-politiki globali u settorjali taż-żewġ Partijiet li jistgħu jaffetwaw il-kisba tal-għanijiet tal-koperazzjoni dwar l-iżvilupp.

4.   Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi speċifiċi ta' tħassib reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, bħall-kummerċ tal-armi, infiq militari żejjed, id-drogi u l-kriminalità organizzata, jew xogħol minorili, jew diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip, bħal dik ibbażata fuq ir-razza, il-kulur, is-sess, il-lingwa, ir-reliġjon, il-politika jew opinjoni oħra, l-oriġini nazzjonali jew soċjali, il-proprjetà, it-twelid jew status ieħor. Id-djalogu għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni regolari tal-iżviluppi li jikkonċernaw ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba.

5.   Il-politki wiesgħa mwaqfa biex ikabbru l-paċi u biex ma jħallux, jamminstraw u jsolvu konflitti vjolenti, għandhom parti importanti f’dan id-djalogu, kif ukoll il-bżonn li jiġi mħares l-għan tal-paċi u stabbilità demokratika fid-definizzjoni ta’ koperazzjoni f’oqsma ta’ priorità. Id-djalogu f'dan il-kuntest għandu jinvolvi kompletament lill-organizzazzjonijiet relevanti reġjonali tal-ACP u l-Unjoni Afrikana, fejn hu xieraq.

6.   Id-djalogu għandu jiġi mmexxi 'l quddiem b’mod flessibbli. Id-djalogu għandu jkun formali jew informali skond il-bżonn, u jiġi mmexxi 'l quddiem kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-ambitu tal-qafas istituzzjonali, inkluż il-Grupp tal-ACP, l-Assemblea Parlamentari Konġunta, fil-formazzjoni adatt u fil-livell adattat inkluż fil-livell nazzjonali, reġjonali, kontinentali jew tal-ACP kollu.

7.   L-organizzazzjonijiet reġjonali u r-rappreżentanti tal-roganizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu assoċjati f'dan id-djalogu, kif ukoll il-parlamenti nazzjonali tal-ACP, fejn xieraq.

8.   Fejn ikun xieraq, u sabiex jiġu prevenuti sitwazzjonijiet li fihom xi Parti tista' ssib il-bżonn li tirrikorri għall-proċedura ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikolu 96, id-djalogu li jkopri l-elementi essenzjali għandu jkun sistematiku u formalizzat skont il-modalitajiet stabbiliti fl-Anness VII.”.

6.

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“Il-governanza tajba, li fuqha tissejjes is-Sħubija ACP-UE, għandha tkun is-sies ukoll tal-politiki domestiċi u internazzjonali tal-Partijiet, u għandha tikkostitwixxi element fundamentali ta' dan il-Ftehim. Il-partijiet jaqblu li każijiet serji ta' korruzzjoni, inklużi atti ta' tixħim li jwasslu għall-korruzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 97 jikkostitwixxu ksur ta' dak l-element.”;

(b)

fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-prinċipji li fuqhom huma msejsa l-elementi essenzjali u fundamentali kif definiti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw bl-istess mod għall-Istati ACP minn naħa waħda, u għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri l-oħra, min-naħa l-oħra.”.

7.

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tieni inċiż għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

involviment akbar tal-parlamenti nazzjonali tal-ACP, tal-awtoritajiet lokali deċentralizzati, fejn hu xieraq, u ta' soċjetà ċivili attiva u organizzata u s-settur privat.”;

(b)

fil-paragrafu 2, il-kliem “ekonomija tas-suq” għandhom jiġu sostitwiti bi “ekonomija tas-suq soċjali”.

8.

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-politiki li joħolqu l-paċi, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, rispons għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li mingħajr l-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar mhux se jkun hemm paċi u sigurtà sostenibbli, u li mingħajr il-paċi u s-sigurtà ma jistax ikun hemm żvilupp sostenibbli. Il-Partijiet għandhom isegwu politika attiva, komprensiva u integrata ta' ħolqien tal-paċi u tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u sigurtà umana, u għandhom jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' fraġilità fil-qafas tas-Sħubija. Din il-politika għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' appartenenza u għandha partikolarment tiffoka fuq il-ħolqien tal-kapaċitajiet nazzjonali, reġjonali u kontinentali, u fuq il-prevenzjoni fi stadju bikri ta' kunflitti vjolenti billi tindirizza l-għeruq tal-kawża, inkluż il-faqar, b'manjiera mirata, u b'taħlita adekwat tal-istrumenti kollha disponibbli.

Il-Partijiet jirrikonoxxu li għandu jiġi indirizzat it-theddid, ġdid jew li qed jespandi għas-sigurtà, bħall-kriminalità organizzata, il-piraterija, it-traffikar ta', notevolment, persuni, drogi u armi. L-impatti ta' sfidi globali bħalma huma l-iskossi tas-swieq finanzjarji internazzjonali, it-tibdil fil-klima u l-pandemiji għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni wkoll.

Il-Partijiet jenfasizzaw ir-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet reġjonali fil-ħolqien tal-paċi u fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u fl-immanġjar ta' theddidiet għas-sigurtà ġodda jew li qed jespandu li, fl-Afrika, huma responsabbiltà ewlenija tal-Unjoni Afrikana.

2.   L-interdipendenza bejn is-sigurtà u l-iżvilupp għandhom joħolqu l-bażi għall-attivitajiet fil-qasam tal-ħolqien tal-paċi, tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti li għandhom jikkombinaw strateġiji f'termini ta' żmien qosra u twal, li jinkludu l-ġestjoni tal-kriżijiet u jmorru lil hinn minnha. L-attivitajiet biex jiġu indirizzati theddidiet għas-sigurtà ġodda jew li qed jespandu, għandhom, fost l-oħrajn, isostnu l-infurzar tal-liġi, inklużi l-koperazzjoni fil-kontrolli tal-konfini, it-tkattir tas-sigurtà fil-katina tad-distribuzzjoni internazzjonali, u t-titjieb tas-salvagwardji fit-trasport bl-ajru, bil-baħar u bl-art.

L-attivitajiet fil-qasam tal-ħolqien tal-paċi, u tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti, għandha b'mod partikolari tinkludi sostenn għall-ibbilanċjar ta' opportunitajiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali f'kull qasam tas-soċjetà, biex jissaħħu l-leġittimità demokratika u l-effettività tal-governabbiltà, biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi għal konċiljazzjoni paċifika tal-interessi tal-gruppi, għall-involviment attiv tan-nisa, biex jingħelbu l-firdiet bejn diversi oqsma tas-soċjetà kif ukoll tigi sostnuta soċjetà ċivili attiva u organizzata. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu żviluppati sistemi ta' twissija bikrija u mekkaniżmi tal-ħolqien tal-paċi li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-kunflitti.

3.   L-attivitajiet relevanti għandhom jinkludu wkoll, fost l-oħrajn, sostenn għall-medjazzjoni, għall-isforzi għan-negozjar u għar-rikonċiljazzjoni, għall-ġestjoni reġjunali effettiva ta' riżorsi naturali skarsi li huma kondiviżi, għad-demobilitazzjoni u r-rijintegrazzjoni fis-soċjetà ta' nies li kienu kombattenti, għall-indirizzar tal-problemi tas-suldati tfal u tal-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal. Għandha tittieħed azzjoni xierqa biex tpoġġi limiti responsabbli għall-ispiża militari u għall-kummerċ tal-armi, inkluż permezz ta' sostenn għall-promozzjoni u l-applikazzjoni ta' standards u kodiċijiet ta' kondotta maqbula, kif ukoll biex jikkombattu l-attivitajiet li jinstigaw il-kunflitt.

3a.   Għandha ssir enfasi partikolari għall-ġlieda kontra l-mini ta' kontra l-bnedmin u l-fdalijiet splussivi tal-gwerra kif ukoll fuq li tiġi indirizzata l-produzzjoni illeċita, it-trasferiment, iċ-ċirkolazzjoni u l-ħażna ta' armi żgħar u armi ħfief u l-munizzjon tagħhom, inklużi l-iskorti u l-ħażniet mhux adegwatament protetti u ġestiti ħażin u d-disseminazzjoni tagħhom mingħajr kontroll.

Il-Partijiet jaqblu li jikkordinaw, josservaw u jimplimentaw bis-sħiħ l-obbligi rispettivi tagħhom taħt il-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali relevanti u, għal dan il-għan, jimpenjaw ruħhom li jikkoperaw fuq livelli nazzjonali, reġjonali u kontinentali.

3b.   Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom ukoll li jikkoperaw fil-prevenzjoni ta’ attivitajiet merċenarji skont l-obbligi tagħhom taħt il-konvenzjonijiet u l-istrumenti internazzjonali kollha relevanti, u skont il-leġislazzjoni u r-regolamenti rispettivi tagħhom.

4.   Sabiex jindirizzaw sitwazzjonijiet ta' fraġilità b'mod effettiv u strateġiku, il-Partijiet għandhom jikkondividu l-informazzjoni u jiffaċilitaw reazzjonijiet preventivi billi jikkombinaw strumenti tad-diplomazija, tas-sigurtà u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp b'mod koerenti. Għandhom jaqblu dwar l-aħjar mod biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati li jissodisfaw il-funzjonijiet ċentrali u biex jistimulaw il-volontà politika għar-riforma filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta' appartenenza. F'sitwazzjonijiet ta' fraġilità, id-djalogu politiku huwa partikolarment importanti u għandu jiġi żviluppat u rinforzat.

5.   F’sitwazzjonijiet ta’ konflitti vjolenti l-Partijiet għandhom jieħdu kull azzjoni adattata biex ma jħallux li tikber il-vjolenza, jillimitaw it-tixrid tagħha territorarjalment u biex iħaffu soluzzjoni paċifika tat-tilwim eżistenti. Attenzjoni partikolari għandha tingħata biex jiġi żgurat li riżorsi finanzjarji għall-koperazzjoni jintużaw skont il-prinċipji u l-għanijiet tas-Sħubija, u biex ma jħallux it-tagħwiġ ta’ flus lejn skopijiet ta’ gwerer.

6.   F'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, il-Partijiet għandhom jieħdu kull azzjoni adegwata biex jistabilizzaw is-sitwazzjoni waqt it-tranżizzjoni sabiex jiffaċilitaw li s-sitwazzjoni terġa' ssir mhux vjolenti, stabbli u demokratika. Il-Partijiet għandhom jassiguraw li jinħolqu r-rabtiet bżonnjużi bejn miżuri ta’ emergenza, riabilitazzjoni u koperazzjoni għall-iżvilupp.

7.   Fil-promozzjoni tat-tisħiħ tal-paċi u tal-ġustizzja internazzjonali, il-Partijiet jerġgħu jaffermaw id-determinazzjoni tagħhom sabiex:

jaqsmu l-esperjenza tagħhom dwar l-adozzjoni tal-aġġustamenti legali meħtieġa sabiex jippermettu r-ratifika u l-implementazzjoni tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; u

jiġġieldu kontra l-kriminalità internazzjonali skont il-liġi internazzjonali, filwaqt li jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta lill-Istatut ta’ Ruma.

Il-partijiet għandhom ifittxu li jieħdu passi lejn ir-ratifika u l-implementazzjoni tal-Istatut ta' Ruma u l-istrumenti relatati.”

9.

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Il-koerenza tal-politki tal-Komunità u l-impatt tagħhom fuq l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim

Il-Partijiet huma impenjati li jindirizzaw il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp b'mod mirat, strateġiku u orjentat lejn is-sħubija, inklużi billi jisaħħaħ id-djalogu dwar il-kwistjonijiet ta' politika ta' koerenza għall-iżvilupp. L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi li l-politiki tal-Unjoni, barra mill-politika ta' żvilupp, jistgħu jsostnu l-prijoritajiet ta' żvilupp tal-Istati tal-ACP f'konformità mal-għanijiet ta' dan il-Ftehim. Fuq din il-bażi l-Unjoni Ewropea għandha tkattar il-koerenza ta' dawk il-politiki bil-għan li tilħaq l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 96, meta l-Komunità jkollha l-ħsieb, fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, li tieħu miżura li tolqot l-interessi tal-Istati tal-ACP, safejn jikkonċerna l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, hija għandha tinforma lill-Grupp ACP bl-intenzjonijiet tagħħa fi żmien adegwat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha regolarment tinforma lis-Segretarjat tal-Istati tal-Grupp ACP bil-proposti pjanati u tikkomunika fl-istess waqt il-proposti tagħha għal tali miżuri. Meta jkun neċessarju, tista' ssir talba għal informazzjoni fuq l-inizjattiva tal-Istati tal-ACP.

Fuq talba tagħhom, għandhom fil-pront isiru konsultazzjonijet sabiex jiġi kkonsidrat it-tħassib dwar l-impatt ta' dawk il-miżuri qabel ma' tittieħed kwalunkwe deċiżjoni finali.

Wara li jkunu saru tali konsultazzjonijiet, l-Istati tal-ACP u l-Grupp ACP jistgħu, ukoll, jibagħtu t-tħassib tagħhom bil-miktub lill-Komunità mill-aktar fis possibbli u jagħtu suġġerimenti għall-emendi li jiddeskrivu l-mod kif it-tħassib tagħhom jista' jiġi indirizzat.

Fil-każ li l-Komunità ma' taċċettax is-sottomissjoniet tal-Istati tal-ACP, hija għandha tinfurmahom mill-aktar fis possibbli u tagħti r-raġunijiet.

Il-Grupp ACP għandu wkoll jingħata informazzjoni biżżejjed fuq id-dhul fis-seħħ ta' deċiżjonijiet bħal dawn, bil-quddiem fejn possibbli.”.

10.

L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

L-istituzzjonijiet konġunti

1.   L-istituzzjonijiet ta’ dan il-Ftehim huma l-Kunsill tal-Ministri, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi u l-Assemblea Parlamentari Konġunta.

2.   L-istituzzjonijiet konġunti u l-istituzzjonijiet stabbiliti taħt il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika eżistenti u dawk tal-ġejjieni, għandhom jaħdmu biex jiżguraw kordinazzjoni, koerenza u komplimentarjetà, kif ukoll fluss effettiv u reċiproku ta' informazzjoni.”.

11.

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 14a

Laqgħat tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern

Il-Partijiet għandhom jiltaqgħu fil-livell tal-Kapijiet tal-Istat jew Gvern, bi qbil konġunt, f'format xieraq.”.

12.

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kunsill tal-Ministri għandu jiltaqa' bħala regola darba fis-sena fuq l-inizjattiva tal-President u kull meta tinħass il-ħtieġa, fil-forma u l-għamla ġeografika xierqa skont il-kwistjonijiet li jkunu ser jiġu diskussi. Tali laqgħat jipprovdu konsultazzjonijiet f'livell għoli dwar materji li huma ta' tħassib speċifiku għall-Partijiet, b'mod li jikkomplimenta x-xogħol li qed isir fil-Kumitat Ministerjali Konġunt tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 38, u fil-Kumitat ta' Koperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp ACP-KE, kif stabbilit fl-Artikolu 83, li jgħaddu l-proposti fil-laqgħat annwali regolari tal-Kunsill tal-Ministri.”;

(b)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jista' jieħu deċiżjonijiet li huma vinkolanti fuq il-Partijiet u jfassal riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonjiet u opinjonijiet, matul il-laqgħa annwali regolari, jew bi proċedura bil-miktub. Għandu jirraporta annwalment lill-Assemblea Parlamentari Konġunta dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għandu jeżamina u jieħu inkonsiderazzjoni r-riżoluzzjoniet u rakkomandazzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari Konġunta.”.

13.

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

it-tielet u r-raba' inċiżi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“—

tiddiskuti kwistjonijiet li jappartjenu lill-iżvilupp u lis-Sħubija ACP-UE, inklużi l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, akkordji kummerċjali oħra, il-Fond ta' Żvilupp Ewropew u l-Istudji dwar l-Istrateġija Nazzjonali u Reġjonali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha titrasmetti tali Studji Strateġiċi għall-informazzjoni lill-Assemblea Parlamentari Konġunta;

tiddiskuti r-rapport annwali tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, u tadotta riżoluzzjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill tal-Ministri bil-għan li tikseb l-għanijiet ta' dan il-Ftehim;”;

(ii)

l-inċiż li ġej huwa miżjud:

“—

tirsisti għall-iżvilupp istituzzjonali u l-ħolqien tal-kapaċità tal-parlamenti nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 33(1) ta' dan il-Ftehim.”

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-Assemblea Parlamentari Konġunta għandha tiltaqa' darbtejn fis-sena f'sessjoni plenarja, darba fl-Unjoni Ewropea u darba oħra fi Stat tal-ACP. Bil-għan li ssaħħah l-integrazzjoni reġjonali u tħeġġeġ il-koperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali, l-arranġamenti għal-laqgħat bejn il-membri tal-parlament tal-KE u l-ACP għandhom isiru f'livell reġjonali.

Tali laqgħat fuq livell reġjonali ser jiġu organizzati f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(2) ta' dan il-Ftehim.”.

14.

L-Artikolu 19(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-koperazzjoni għandha tirreferi għall-konklużjonijiet tal-Konferenzi tan-Nazzjonijiet Uniti u għall-għanijiet, miri u programmi ta' azzjoni miftiehma fuq livell internazzjonali u għas-segwitu tagħhom bħala bażi għall-prinċipji ta’ żvilupp. Il-koperazzjoni għandha tirreferi wkoll għall-miri internazzjonali tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u tagħti attenzjoni partikolari li tistabbilixxi indikaturi kwalitattivi u kwantitativi tal-progress. Il-Partijiet ser jagħmlu sforzi koordinati biex jgħaġġlu l-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju.”.

15.

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa emendat6 kif ġej:

(i)

il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   L-għanijiet tal-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-ACP-KE għandhom jitwettqu permezz ta’ strateġiji integrati li jħaddnu fihom elementi ekonomiċi, soċjali, kulturali, ambjentali u istituzzjonali li jridu jkunu mħaddna lokalment. Il-koperazzjoni għandha għaldaqstant tipprovdi qafas koerenti għall-iffaċilitar tas-sostenn għall-istrateġiji għall-iżvilupp proprji tal-ACP, u b'hekk tiżgura komplimentarjetà u interazzjoni bejn l-elementi varji, b'mod partikolari fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bejniethom. F'dan il-kuntest u fi ħdan il-qafas tal-politiki tal-iżvilupp u riformi segwiti mill-Istati tal-ACP, l-istrateġiji ta' koperazzjoni tal-ACP-UE fuq livell nazzjonali u fejn hu xieraq fuq livell reġjonali għandhom jimmiraw biex:”;

(ii)

il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

jilħqu tkabbir ekonomiku mgħaġġel u sostenibbli ta’ ħolqien tax-xogħol, l-iżvilupp tas-settur privat, iż-żieda fl-impjiegi, u l-aċċess aħjar għall-attivitajiet u r-riżorsi ekonomiċi ta’ produzzjoni;”;

(iii)

il-punt li ġej huwa mdaħħal:

“(aa)

it-tħeġġiġ tal-koperazzjoni reġjonali u tal-integrazzjoni;”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għandha tittieħed f'konsiderazzjoni kontinwa li jiġu aċċettati f'kull qasam ta' koperazzjoni dawn it-temi u temi mifruxa li ġejjin: id-drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet ta' sess, id-demokrazija, il-governanza tajba, is-sostennibbiltà ambjentali, it-tibdil fil-klima, il-mard kontaġjuż u mhux kontaġjuż u l-iżvilupp istituzzjonali u l-ħolqien tal-kapaċità. Dawn l-oqsma għandhom ukoll ikunu eliġibbli għas-sostenn tal-Komunità.”.

16.

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti introduttiva tal-paragrafu 1, il-kliem “investiment privat” huma sostitwiti bi “investiment”;

(b)

fil-pragarafu 3, il-punt (c), il-kelma “isaħħu” hija sostitwita bi “itejbu”;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Is-sostenn għall-investiment u l-iżvilupp tas-settur privat għandu jintegra azzjonijiet u inizzjattivi fil-livelli ekonomiċi makro, meso u mikro u jippromwovi t-tiftix għal mekkaniżmi ta' ffinanzjar innovattivi, inkluż it-taħlit u l-istimolu tas-sorsi privati u pubbliċi għall-fondi għall-iżvilupp.”;

(d)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“6.   Il-koperazzjoni għandha ssostni l-investimenti fl-infrastruttura bażika mis-settur pubbliku mmirat lejn l-iżvilupp tas-settur privat, it-tkabbir ekonomiku u l-eradikazzjoni tal-faqar.”.

17.

Fl-Artikolu 22(1), il-punt (b), il-formulazzjoni introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:

“(b)

politiki strutturali maħsuba biex isaħħu r-rwol tal-atturi differenti, speċjalment is-settur privat u biex itejbu l-ambjent sabiex ikun hemm tkattir fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi u żieda fin-negozju, investiment u impjiegi, kif ukoll li:”.

18.

L-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 23

Żvilupp fis-settur ekonomiku

Il-koperazzjoni għandha tagħti sostenn lill-politika sostenibbli u r-riformi istituzzjonali u l-investimenti meħtieġa biex ikun hemm aċċess ekwu għall-attivitajiet ekonomiċi u r-riżorsi produttivi, partikolarment:

(a)

l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ taħriġ li jgħinu jżidu l-produttività fis-setturi kemm formali kif ukoll informali;

(b)

kapital, kreditu, art, speċjalment rigward drittijiet ta’ proprjetà u użu;

(ċ)

l-iżvilupp ta’ strateġiji rurali bil-għan li jistabbilixxu qafas għal ippjanar parteċipatorju diċentralizzat, allokazzjoni ta’ riżorsi u amministrazzjoni;

(d)

l-iżvilupp ta' strateġiji bil-għan li jitkattru l-produzzjoni u l-produttività agrikola fl-Istati tal-ACP billi jiġi provdut b'mod partikolari l-iffinanzjar neċessarju għar-riċerka agrikola, l-inputs u s-servizzi agrikoli, infrastruttura rurali ta' sostenn, u t-tnaqqis u l-ġestjoni tar-riskju. Is-sostenn għandu jinkludi investimenti pubbliċi u privati fl-agrikoltura, l-inkoraġġiment għall-iżvilupp ta' politiki u strateġiji agrikoli, it-tisħiħ tal-organizzazjonijiet tal-bdiewa u tas-settur privat, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, u l-iżvilupp u l-funzjonament tas-swieq agrikoli. L-istrateġiji tal-produzzjoni agrikola għandhom jirrinfurzaw il-politiki nazzjonali tas-sigurtà tal-ikel u l-integrazzjoni reġjonali. F'dan il-kuntest, il-koperazzjoni għandha ssostni l-isforzi tal-ACP biex titkattar il-kompetittività tal-esportazzjonijiet tal-prodotti bażiċi u biex tiġi adattati l-istrateġiji tal-esportazzjoni tal-prodotti bażiċi fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kummerċ dejjem jevolvu;

(e)

l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma, bbażat fuq il-prinċipji tal-ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma, li tiżgura d-ditribuzzjoni ekwa u sostenibli tar-riżorsi kondiviżi tal-ilma bejn l-użi differenti tagħhom;

(f)

l-iżvilupp sostenibbli tal-akwakultura u s-sajd li jinkludi kemm is-sajd intern kif ukoll ir-riżorsi marittimi fi ħdan iż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-Istati tal-ACP;

(g)

infrastuttura u servizzi ekonomiċi u teknoloġiċi, inkluż it-trasport, sistemi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi ta’ komunikazzjoni u l-iżvilupp ta’ soċjetà tal-informazzjoni;

(h)

l-iżvilupp ta' oqsma industrijali kompetittivi, tal-minjieri u tal-enerġija, waqt li jiġi nkoraġġit involviment u żvilupp fis-settur privat;

(i)

l-iżvilupp fil-kummerċ, inkluż il-promozzjoni ta’ kummerċ ġust;

(j)

l-iżvilupp tan-negozju, finanzi u ħidma bankarja; u setturi ta’servizz oħra;

(k)

l-iżvilupp fit-turiżmu;

(l)

l-iżvilupp fl-infrastruttura u servizzi xjentifiċi, teknoloġiċi u tar-riċerka; inkluż it-tisħiħ, it-trasferiment u l-assimilazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda;

(m)

it-tisħiħ ta’ kapaċitajiet f’oqsma produttivi, speċjalment fis-setturi pubbliċi u privati;

(n)

il-promozzjoni ta' għarfien tradizzjonali; u

(o)

l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji speċifiċi ta' adattament li jindirizzaw l-impatt tal-erożjoni tal-preferenza, li possibilment ikunu jinkludu attivitajiet imsemmijin fil-punti (a) sa (n) hawn fuq.”.

19.

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 23a

Is-Sajd

Filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol ewlieni li għandhom is-sajd u l-akwakultura fil-pajjiżi tal-ACP permezz tal-kontribut pożittiv tagħhom għall-ħolqien tax-xogħol, il-ġenerazzjoni tad-dħul, is-sigurtà tal-ikel, u l-għajxien tal-komunitajiet rurali u ta' mal-kosta, u għaldaqstant it-tnaqqis tal-faqar, il-koperazzjoni għandha timmira għall-iżvilupp ulterjuri tas-setturi tal-akwakultura u s-sajd tal-pajjiżi tal-ACP sabiex jiżdiedu l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi b'mod sostenibbli.

Il-programmi u l-attivitajiet ta' koperazzjoni għandhom isostnu, fost l-oħrajn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp u tal-pjanijiet ta' ġestjoni tal-akwakultura u s-sajd sostenibbli fil-pajjiżi u r-raġjuni tal-ACP; l-inklużjoni tal-akwakultura u s-sajd fl-istrateġiji tal-iżvilupp nazzjonali u reġjonali; l-iżvilupp tal-infrastruttura u l-konoxxenza teknika neċessarja biex tippermetti lill-pajjiżi tal-ACP jieħdu l-ikbar valur sostenibbli mis-sajd u l-akwakultura tagħhom; il-ħolqien ta' kapaċità tal-pajjiżi tal-ACP biex jegħlbu l-isfidi esterni li jtellfuhom milli jieħdu l-vantaġġi kollha tar-riżorsi tas-sajd tagħhom; u l-promozzjoni u l-iżvilupp ta' impriża bi sħab għall-investiment fis-setturi tas-sajd u l-akwakultura tal-pajjiżi tal-ACP. Kwalunkwe ftehim tas-sajd li jista' jiġi negozjat bejn il-Komunità u l-Istati tal-ACP għandu jagħti konsiderazzjoni xierqa li jkun konsistenti mal-istrateġiji ta' żvilupp f'dan il-qasam.

Il-konsultazzjonijiet ta' livell għoli, inkluż fil-livell ministerjali, jistgħu jinżammu bi ftehim konġunt bil-għan li tiġi żviluppata, imtejba u/jew imsaħħa l-koperazzjoni dwar l-iżvilupp fl-akwakultura u s-sajd sostenibbli tal-ACP-UE.”.

20.

Fl-Artikolu 25(1), il-punti (a) u (b) għandhom jiġi sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

jitjiebu l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha, isir xogħol fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-edukazzjoni terzjarja, li jiġu stabbiliti sistemi ta' assikurazzjoni ta' kwalità għall-edukazzjoni, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ mogħti onlajn jew permezz ta' mezzi mhux konvenzjonali, u jinħolqu kapaċitajiet u snajja' tekniċi;

(b)

jitjiebu s-sistemi tas-saħħa, b'mod partikolari l-aċċess ekwu għal servizzi tas-saħħa komprensivi ta' kwalità, u għan-nutrizzjoni, l-eliminazzjoni tal-ġuħ u l-malnutrizzjoni, l-iżgurar tal-provvista u s-sigurtà adegwati ta' ikel, inkluż permezz ta' sostenn għal skemi tas-sigurtà;”.

21.

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kultura u l-iżvilupp”

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

jiġi rikonoxxut, ippriservat u promoss il-valur tal-wirt kulturali; jiġi sostnut l-iżvilupp tal-kapaċità f’dan is-settur;”;

(c)

il-punti li ġejjin huma miżjuda:

“(e)

jiġi rikonoxxut u sostnut ir-rwol tal-partijiet kulturali u tan-netwerks kulturali, u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli; u

(f)

tiġi promossa d-dimensjoni kulturali fl-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet kulturali.”.

22.

L-Artikoli 28, 29 u 30 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 28

Approċċ ġenerali

1.   Il-koperazzjoni ACP-UE għandha tipprovdi assistenza effettiva biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet li ffissaw għalihom infushom l-Istati tal-ACP fil-kuntest tal-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali.

2.   F'konformità mal-għanijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikoli 1 u 20, il-koperazzjoni ACP-UE għandha timmira biex:

(a)

tippromwovi l-paċi u l-istabilità, kif ukoll il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitti;

(b)

1ittejjeb l-iżvilupp ekonomiku u l-koperazzjoni ekonomika permezz tal-ħolqien ta' swieq ikbar, tal-moviment ħieles tal-persuni, tal-oġġetti, servizzi, kapital, xogħol u teknoloġija fost il-pajjiżi tal-ACP, tad-diversifikazzjoni aċċellerata tal-ekonomiji tal-Istati tal-ACP, tal-promozzjoni u l-espansjoni tal-kummerċ fost il-pajjiżi tal-ACP u ma' pajjiżi terzi u tal-integrazzjoni gradwali tal-Istati tal-ACP fl-ekonomija dinjija;

(c)

tippromwovi l-ġestjoni tal-isfidi tal-żvilupp sostenibbli b'dimensjoni transnazzjonali permezz, fost l-oħrajn, tal-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-politiki ta' koperazzjoni reġjonali.

3.   Taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 58, il-koperazzjoni għandha wkoll issostni l-koperazzjoni interreġjonali u intra-ACP, bħal dik li tinvolvi:

(a)

waħda jew diversi mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ACP, inkluż fil-livell kontinentali;

(b)

il-Pajjiżi u Territorji Barranin (OCTs) u reġjuni l-aktar imbiegħda.;

(c)

pajjiżi li qed jiżviluppaw li mhumiex fl-ACP.

Artikolu 29

Il-koperazzjoni ACP-UE b'sostenn tal-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali

1.   Fil-qasam tal-istabilità, il-paċi u l-prevenzjoni tal-konflitt, il-koperazzjoni għandha ssostni:

(a)

il-promozzjoni u l-iżvilupp tad-djalogu politiku reġjonali fl-oqsma tal-prevenzjoni u riżoluzzjoni tal-konflitti; id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni; l-iskambju, in-netwerkjar, u l-promozzjoni tal-mobilità bejn il-partijiet involuti differenti fl-iżvilupp, b'mod partikolari fis-soċjetà ċivili;

(b)

il-promozzjoni ta' inizjattivi u politiki reġjonali dwar kwistjonjiet relatati mas-sigurtà inkluż il-kontroll tal-armi, l-azzjoni kontra d-droga, il-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus, it-tixħim u l-korruzzjoni.

2.   Il-koperazzjoni għandha, fil-qasam tal-integrazzjoni ekonomika reġjonali, issostni:

(a)

il-parteċipazzjoni tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDC) fost l-Istati tal-ACP biex jistabbilixxu swieq reġjonali u jikkondividu l-benefiċċji minnhom;

(b)

l-implimentazzjoni ta' politiki ta' riforma ekonomika settorjali f'livell reġjonali;

(c)

il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-pagamenti;

(d)

il-promozzjoni ta' investimenti transkonfinali, kemm barranin kif ukoll domestiċi, u inizjattivi oħra reġjonali u subreġjonali ta' integrazzjoni ekonomika;

(e)

il-mitigazzjoni tal-effetti ta' spejjeż tranżitorji ta' integrazzjoni reġjonali fuq id-dħul tan-nefqa pubblika u l-bilanċ tal-pagamenti; u

(f)

l-infrastruttura, partikolarment it-trasport u l-komunikazzjonijiet u s-sigurtà tagħhom, u s-servizzi, inklużi l-iżvilupp ta' opportunitajiet reġjonali fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT).

3.   Fil-qasam ta' politiki reġjonali għal żvilupp sostenibbli, il-Koperazzjoni għandha ssostni l-prijoritajiet tar-reġjuni tal-ACP u, b'mod partikolari:

(a)

l-ambjent u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, inklużi l-ilma u l-enerġija, u jiġi indirizzat it-tibdil tal-klima;

(b)

is-sigurtà tal-ikel u tal-agrikultura;

(c)

is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ;

(d)

ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku; u

(e)

inizjattivi reġjonali għall-preparazzjoni u l-mitigazzjoni tad-diżastri kif ukoll għar-rikostruzzjoni ta' wara d-diżastri.

Artikolu 30

Il-bini tal-kapaċità b'sostenn tal-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali tal-ACP

Bl-għan li tiġi realizzata l-effettività u l-effiċjenza tal-politiki reġjonali, il-koperazzjoni għandha tiżviluppa u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta':

(a)

istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni reġjonali stabbiliti mill-Istati tal-ACP u dawk li fihom jipparteċipaw Stati tal-ACP li jippromwovu l-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali;

(b)

gvernijiet u parlamenti nazzjonali fi kwistjonijiet ta' integrazzjoni nazzjonali; u

(c)

partijiet involuti mhux governattivi, inkluż is-settur privat.”.

23.

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 31a

HIV/AIDS

Il-koperazzjoni għandha ssostni l-isforzi tal-Istati tal-ACP biex jiżviluppaw u jsaħħu fis-setturi kollha l-politiki u l-programmi mmirati biex jindirizzaw il-pandemija tal-HIV/AIDS u biex jipprevjenu milli din ittellef l-iżvilupp. Hija għandha ssostni lill-Istati tal-ACP biex itejbu u jżommu l-aċċess universali għall-prevenzjoni, it-trattament, u l-kura u s-sostenn għall-HIV/AIDS u għandha b'mod partikolari timmira biex:

(a)

issostni l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji multisettorjali u pjani komprensivi għall-HIV/AIDS bħala prijorità fil-pjani ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali;

(b)

tinvolvi, fir-reazzjonijiet nazzjonali għall-HIV/AIDS, is-setturi tal-iżvilupp kollha xierqa u tiżgura mobilitazzjoni wiesa' tal-partijiet involuti fil-livelli kollha;

(c)

issaħħaħ is-sistemi tas-saħħa nazzjonali u tindirizza n-nuqqasijiet fir-riżorsi umani għas-saħħa bħala l-bażi biex jiġi żgurat l-aċċess universali għall-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-HIV/AIDS u servizzi oħra tas-saħħa, u l-integrazzjoni effettiva tagħhom;

(d)

tindirizza l-inugwaljanza bejn is-sessi, il-vjolenza u l-abbuż ibbażati fuq liema sess wieħed jappartjenti, bħala promoturi tal-pandemija tal-HIV/AIDS, u tintensifika l-isforzi sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, jiġu żviluppati programmi dwar l-HIV/AIDS b'sensibilità effettiva għas-sess ta' appartenenza u servizzi għan-nisa u l-bniet, inklużi dawk relatati mas-saħħa u mad-drittijiet sesswali u riproduttivi, u jiġi sostnut l-involviment sħiħ tan-nisa fl-ippjanar u fit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward l-istrateġiji u l-programmi tal-HIV/AIDS;

(e)

tiżviluppa oqfsa legali u ta' politika ta' sostenn u tneħħi l-liġijiet, il-politiki punittivi, il-prattiki, l-istigma u d-diskriminazzjoni li jimminaw id-drittijiet tal-bniedem, iżiedu l-vulnerabiltà għall-HIV/AIDS u jxekklu l-aċċess għal trattament, kura u sostenn effettivi, inklużi mediċini, prodotti u servizzi għan-nies li jgħixu bl-HIV/AIDS u għall-popolazzjonijiet li huma l-aktar fir-riskju;

(f)

ittejjeb l-aċċess għall-prevenzjoni tal-HIV/AIDS li hija komprensiva u bbażata fuq l-evidenza, li tindirizza l-fatturi lokali li jmexxu l-epidemija u l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa, taż-żgħażagħ u tal-popolazzjonijiet li qegħdin l-iktar fir-riskju; u

(g)

tiżgura aċċess universali u affidabbli għal mediċini sikuri, ta' kwalità għolja u bi prezz aċċessbbli, u għal prodotti tas-saħħa, inklużi prodotti tas-saħħa sesswali u riproduttiva.”.

24.

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 32a

It-tibdil fil-klima

Il-Partijiet jirrikonoxxu li t-tibdil fil-klima huwa sfida ambjentali globali u theddida għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju li tiħtieġ sostenn finanzjarju adegwat, prevedibbli u tempestiv. Għal dawn ir-raġunijiet u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32, u b'mod partikolari tal-punt (a) tal-paragrafu 2 tiegħu, il-koperazzjoni għandha:

(a)

tirrikonoxxi l-vulnerabbiltà tal-Istati tal-ACP u b'mod partikolari ta' gżejjer żgħar u ta' Stati tal-ACP li qegħdin fil-baxx għall-fenomeni relatati mal-klima bħalma huma l-erożjoni tal-kosta, iċ-ċikluni, l-għargħar u l-ispostamenti indotti mill-ambjent, u b'mod partikolari tal-Istati tal-ACP li huma l-inqas żviluppati u li huma mdawrin bl-art għal għargħar, nixfa, deforestazzjoni u deżertifikazzjoni li qed jiżdiedu;

(b)

issaħħaħ u ssostni politiki u programmi biex jimmitigaw u jadattaw għall-konsegwenzi tat-tibdil tal-klima u għat-theddida offruta minnu, inkluż minħabba l-iżvilupp istituzzjonali u l-ħolqien tal-kapaċità;

(c)

ittejjeb il-kapaċità tal-istati tal-ACP fl-iżvilupp tas-suq globali tal-faħam, u s-sehem fih; u

(d)

tiffoka fuq l-attivitajiet li ġejjin:

(i)

l-integrazzjoni tat-tibdil tal-klima fi strateġiji ta' żvilupp u l-isforzi għat-tnaqqis tal-faqar;

(ii)

it-tkabbir tal-profil politiku tat-tibdil fil-klima fil-koperazzjoni tal-iżvilupp, inkluż permezz ta' djalogu xieraq dwar il-politiki;

(iii)

tassisti lill-istati tal-ACP biex jadattaw ruħhom għat-tibdil fil-klima f'setturi relevanti bħalma huma l-agrikultura, il-ġestjoni tal-ilma u l-infrastruttura inkluż permezz tat-trasferiment u l-adozzjoni ta' teknoloġiji relevanti u li huma ekoloġikament tajbin;

(iv)

tippromwovi tnaqqis tar-riskju ta' diżastru, filwaqt li ssir riflessjoni li proporzjon dejjem tiżdied ta' diżastri hija relatat mat-tibdil fil-klima;

(v)

tipprovdi sostenn finanzjarju u tekniku għal azzjoni mitiganti tal-istati tal-ACP f'konformità mat-tnaqqis tal-faqar u tal-iżvilupp sostenibbli tagħhom, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-agrikultura;

(vi)

ittejjeb l-informazzjoni u l-previżjoni dwar it-temp u l-klima u s-sistemi ta' twissija bikrija; u

(vii)

tippromwovi sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u teknoloġiji b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju li jkattru l-iżvilupp sostenibbli.”.

25.

Fl-Artikolu 33(, il-punt (c) tal-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

it-titjib u t-tisħiħ tal-finanzi pubbliċi u ġestjoni fiskali bil-għan li jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fil-pajjiżi tal-ACP u biex jiżdied id-dħul mit-taxxa tagħhom, filwaqt li tiġi rrispettata s-sovranità tal-Istati tal-ACP f'dan il-qasam.

Il-miżuri jistgħu jinkludu:

(i)

it-titjib tal-kapaċitajiet ta' ġestjoni tad-dħul domestiku, inkluż il-ħolqien ta' sistemi effettivi, effiċjenti u sostenibbli tat- taxxi;

(ii)

il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fl-istrutturi internazzjonali tal-koperazzjoni dwar it-taxxa u fil-proċessi li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-iżvilupp ulterjuri ta' konformità, effettiva, mal-istandards internazzjonali;

(iii)

is-sostenn tal-implimentazzjoni tal-aqwa prattiki internazzjonali fi kwistjonijiet ta' taxxa, inkluż il-prinċipju tat-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni, f'dawk il-pajjiżi tal-ACP li impenjaw ruħhom għalihom;”

26.

L-Artikolu 34(2) sa (4) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“2.   L-għan aħħari tal-koperazzjoni ekonomika u soċjali huwa li tippermetti lill-Istati tal-ACP jieħdu sehem bis-sħiħ fil-kummerċ internazzjonali. F’dan il-kuntest, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari għall-ħtieġa tal-Istati tal-ACP biex jieħdu sehem b’mod attiv fin-negozjati tal-kummerċ multilaterali. Bil-livell preżenti ta’ żvilupp tal-pajjiżi tal-ACP, il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun immirata biex tippermetti lill-Istati tal-ACP biexi jamministraw l-isfidi tal-globalizzazzjoni u biex jadottaw progressivament il-kondizzjonijiet ġodda tal-kummerċ internazzjonali li permezz tagħhom jiffaċilitaw it-tranżizzjoni tagħhom għall-ekonomija globali liberalizzata. F'dan il-kuntest, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-vulnerabbiltà ta' ħafna pajjiżi tal-ACP li tirriżulta mid-dependenza tagħhom fuq prodotti jew fuq xi ftit prodotti ewlenin, inkluż prodotti agro-industrijali bil-valur miżjud, u r-riskju ta' erożjoni tal-preferenza.

3.   Għal dan il-għan, il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha timmira, permezz tal-istrateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I, biex issaħħaħ il-produzzjoni, il-provvista u l-kapaċità kummerċjali tal-pajjiżi tal-ACP kif ukoll il-kapaċità tagħhom biex jattiraw l-investiment. B'żieda ma' dan għandha timmira biex toħloq dinamika kummerċjali ġdida bejn il-Partijiet, biex issaħħaħ il-politika tal-pajjiżi tal-ACP dwar il-kummerċ u l-investiment, biex tnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq il-prodotti essenzjali, biex tippromwovi ekonomiji iktar diversifikati, u biex ittejjeb il-kapaċità tal-pajjiżi tal-ACP biex jittrattaw il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kummerċ.

4.   Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun implimentata b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), inkluż trattament speċjali u differenzjali, b'konsiderazzjoni għall-interessi reċiproċi tal-Partijiet u l-livelli rispettivi tagħhom ta’ żvilupp. Għandha tindirizza wkoll l-effetti tal-erożjoni tal-preferenza f'konformità sħiħa mal-impenji multilaterali.”.

27.

L-Artikolu 35(1) u (2) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tkun ibbażata fuq sħubija vera, imsaħħa u strateġika. B’żieda ma’ dan għandha tkun ibbażata wkoll fuq approċċ komprensiv li jibni fuq il-fatturi sodi u l-kisbiet tal-Konvenzjonijiet ACP-KE preċedentiACPACP.

2.   Il-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandha tibni fuq inizjattivi ta' integrazzjoni reġjonali tal-Istati ACP. Il-koperazzjoni ta' sostenn għall-koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali kif definita fit-Titolu I u l-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali għandhom ikunu reċiprokament rinforzanti. Fl-isfond tal-għanijiet u l-prinċipji msemmija hawn fuq, il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konklużjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika ġodda kompatibbli mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li jneħħu gradwalment il-barrieri għall-kummerċ bejniethom u li jsaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma kollha relevanti għall-kummerċ. Għaldaqstant għandha tingħata importanza adegwata għall-miżuri korrispondenti fl-Istati ACP u għall-istrateġiji ta' żvilupp tar-reġjunijiet, li għandhom jiġu sostnuti mill-Komunità, b'mod partikolari permezz tal-għoti ta' għajnuna għall-kummerċ.”.

28.

L-Artikoli 36 u 37 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 36

Modalitajiet

1.   Fl-isfond tal-għanijiet u prinċipji msemmija hawn fuq, il-Partijiet jaqblu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konklużjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika ġodda kompatibbli mad-WTO, ineħħu gradwalment il-barrieri għall-kummerċ bejniethom u li jsaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma kollha relevanti għall-kummerċ.

2.   Il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, bħala strumenti ta' żvilupp, jimmiraw biex inisslu integrazzjoni mingħajr skossi u gradwali tal-Istati tal-ACP fl-ekonomija dinjija, speċjalment billi jiġi użat il-potenzjal sħiħ tal-integrazzjoni reġjonali u l-kummerċ bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar.

3.   Il-Partijiet jaqblu li dawn l-arranġamenti kummerċjali ġodda għandhom jiġu introdotti gradwalment.

Artikolu 37

Proċeduri

1.   Matul in-negozjati tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, il-ħolqien tal-kapaċità għandu jiġi fornit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu I u tal-Artikolu 35 għas-setturi pubbliċi u privati tal-pajjiżi ACP, inklużi miżuri biex isaħħu l-kompetittività, isaħħu l-organizzazzjonijiet reġjonali u għas-sostenn ta' inizjattivi għall-integrazzjoni tal-kummerċ reġjonali, fejn ikun xieraq mal-għajnuna għall-aġġustament fl-ispiża pubblika u riforma fiskali, kif ukoll għat-titjib tal-infrastruttura u żvilupp, u għall-promozzjoni ta' investiment.

2.   Il-Partijiet ser jirrevedu regolarment il-progress tan-negozzjati kif previst fl-Artikolu 38.

3.   In-negozjati tal-Ftehimiet dwar Sħubija Ekonomika għandhom isiru mal-pajjiżi tal-ACP li jikkunsidraw irwieħhom f'qagħda li jagħmlu dan, fil-livell li jikkunsidraw xieraq u skont il-proċeduri miftiehma mill-Grupp ACP u bil-għan li jsostnu l-proċess ta' integrazzjoni reġjonali ġewwa l-ACP.

4.   In-negozjati tal-Ftehimiet dwar Sħubija Ekonomika għandhom jimmiraw notevolment biex jistabbilixxu skaletta għat-tneħħija gradwali tal-barrieri għall-kummerċ bejn il-Partijiet, skont ir-regoli relevanti tal-WTO. Min-naħa tal-Komunità l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għandha tibni fuq l-acquis u għandha timmira biex ittejjeb l-aċċess preżenti tas-suq għall-pajjiżi tal-ACP permezz, fost l-oħrajn, ta' reviżjoni tar-regoli ta' oriġini. In-negozjati għandhom jikkunsidraw il-livell ta' żvilupp u l-impatt soċjo-ekonomiku tal-miżuri tal-kummerċ fuq il-pajjiżi tal-ACP, u l-kapaċità tagħhom biex jadottaw u jaġġustaw l-ekonomiji tagħhom għall-proċess ta' liberalizzazzjoni. In-negozjati għandhom għalhekk ikunu flessibbli kemm jista' jkun meta jistabbilixxu t-tul ta' żmien ta' perjodu tranżitorju suffiċjenti, u t-trattament finali tal-prodott, waqt li jikkonsidraw setturi sensittivi, u kemm hemm assimetrija skont l-iskaletta għat-tneħħija tat-tariffi, waqt li jibqgħu konformi mar-regoli tal-WTO li jkunu prevalenti f'dak il-waqt.

5.   Il-Partijiet għandhom jikkoperaw mill-qrib u jikkollaboraw mal-WTO bil-għan li jiddefendu l-arranġamenti milħuqa, partikolarment rigward il-grad ta' flessibilità disponibbli.

6.   Il-Partijiet għandhom jiddiskutu ulterjorment kif jistgħu jissemplifikaw u jirrevedu r-regoli tal-oriġini inklużi d-dispożizzjonijiet kumulattivi, biex japplikawhom għall-esportazzjoni tagħhom.

7.   Ladarba l-Istati ACP ikunu kkonkludew Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, dawk l-Istati ACP li ma jkunux Partijiet għal tali Ftehim jistgħu jidħlu fih fi kwalunkwe mument.

8.   Fil-kuntest tal-koperazzjoni ACP-UE b'sostenn għall-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali tal-ACP kif stabbilit fit-Titolu I, u f'konformità mal-Artikolu 35, il-Partijiet għandhom jagħtu każ b'mod partikolari tal-ħtiġijiet li ġejjin mill-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika. Il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 1 tal-Anness IV ta' dan il-Ftehim għanhom japplikaw. Għaldaqstant, il-Partijiet jaqblu dwar l-użu tal-mekkaniżmu l-ġdid tal-iffinanzjar reġjonali li permezz tiegħu r-riżorsi mill-qafas finanzjarju multiannwali ta' koperazzjoni u riżorsi addizzjonali oħra jistgħu jiġu forniti.”.

29.

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 37a

Arranġamenti kummerċjali oħra

1.   Fil-kuntest tat-tendenzi tal-politika kummerċjali preżenti li jimmiraw għal liberazzjoni ikbar tal-kummerċ, l-UE u l-Istati ACP jistgħu jieħdu sehem fin-negozjati u fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet li jwasslu għal aktar liberalizzazzjoni multilaterali u bilaterali tal-kummerċ. Tali liberalizzazzjoni tista' twassal għall-erożjoni tal-preferenzi konċessi lill-Istati tal-ACP u taffettwa l-pożizzjoni kompetittivà tagħhom fis-suq tal-UE, kif ukoll lill-isforzi tagħhom għall-iżvilupp, li l-UE hija interessata li ssostni.

2.   F'konformità mal-finijiet tal-koperazzjoni ekonomika u kummerċjali, l-UE għandha taħdem biex tieħu miżuri sabiex tegħleb l-impatti negattivi possibbli tal-liberalizzazzjoni, bil-għan li żżomm aċċess preferenzjali sinifikattiv fi ħdan is-sistema kummerċjali multilaterali għall-Istati ACP għall-itwal perjodu ta' żmien li hu vijabbli u li jiżgura li kwalunkwe tnaqqis li ma jistax jiġi evitat fi preferenza jiġi introdott gradwalment fuq l-itwal perjodu ta' żmien possibbli.”.

30.

L-Artikolu 38(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kumitat Ministerjali dwar il-Kummerċ għandu jiddiskuti kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kummerċ li tinteressa lill-Istati ACP kollhaACP u, b'mod partikolari, jimmonitorja regolarment in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika. Huwa għandu jagħti attenzjoni speċjali lin-negozjati kummerċjali multilaterali li qed isiru bħalissa u għandu jeżamina l-impatt tal-inizzjattivi ta' liberalizzazzjoni iktar wesgħin, fuq il-kummerċ ACP-KE u fuq l-iżvilupp tal-ekonomiji tal-ACP. Huwa għandu jirraporta u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kunsill tal-Ministri, inkluż dwar kwalunkwe miżuri ta' sostenn, bl-għan li jkattar il-benefiċċji tal-ftehimiet kummerċjali ACP-UE.”

31.

L-Artikolu li ġej huwa miżjud:

“Artikolu 38a

Konsultazzjonijiet

1.   Fejn miżuri ġodda jew miżuri stipulati fil-programmi adottati mill-Komunità dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti sabiex tiffaċilita l-kummerċ x'aktarx li jaffettwaw l-interessi ta' Stat ACP wieħed jew aktar, il-Komunità għandha, qabel l-adozzjoni ta' tali miżuri, tinforma lis-Segretarjat tal-Grupp ACP u lill-Istati ACP ikkonċernati.

2.   Sabiex tippermetti lill-Komunità biex tieħu f'konsiderazzjoni l-interessi tal-Grupp ACP, għandhom isiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' dawn tal-aħħar f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, bl-għan li jilħqu soluzzjoni sodisfaċenti.

3.   Meta r-regoli u r-regolamenti eżistenti tal-Komunità adottati sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ jaffettwaw l-interessi ta' wieħed jew aktar mill-Istati ACP jew meta l-interessi jiġu affetwati mill-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew l-amministrazzjoni ta' tali regoli jew regolamenti, għandhom isiru konsultazzjonijiet fuq talba tal-Istati ACP ikkonċernati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 bl-għan li tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti.

4.   Bil-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti, il-Partijiet jistgħu wkoll isemmu fi ħdan il-Kumitat Ministerjali Konġunt tal-Kummerċ kwalunkwe problemi oħra li jirrelataw mal-kummerċ li jistgħu jirriżultaw mill-miżuri meħuda jew previsti mill-Istati Membri.

5.   Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar tali miżuri sabiex jiżguraw konsultazzjonijiet effettivi.

6.   Il-Partijiet jaqblu li ż-żamma ta' konsultazzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, u l-għoti ta' informazzjoni permezz tagħhom, dwar kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' tali ftehimiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim, bil-kondizzjoni li l-Istati ACP li x'aktarx jiġu affettwati jkunu kollha kemm huma firmatarji tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika li fi ħdanu jkunu saru l-konsultazzjonijiet jew tkun ingħatat l-informazzjoni.”.

32.

L-Artikolu 41(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-Komunità għandha tappoġġja, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, l-isforzi tal-Istati ACP biex isaħħu l-kapaċità tagħhom biex jipprovdu servizzi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-servizzi relatati max-xogħol, in-negozju, id-distribuzzjoni, il-finanzi, it-turiżmu, il-kultura u l-kostruzzjoni u servizzi relatati mal-inġinerija bil-għan li jitjiebu l-kompetittività tagħhom u b’hekk iżidu l-valur tal-kummerċ tagħhom fil-merkanzija u servizzi.”.

33.

L-Artikolu 42(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Komunità għandha tappoġġa, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, l-isforzi tal-Istati ACP biex jiżviluppaw u jippromwovu servizzi tat-trasport marittimu ta' nfiq effettiv u effiċjenti fl-Istati ACP bil-għan li jkattru s-sehem tal-operaturi ACP f’servizzi ta’ trasport internazzjonali bil-baħar.”.

34.

L-Artikolu 43(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-Partijiet jaqblu wkoll li jżiedu l-koperazzjoni bejniethom fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u tas-Soċjetà tal-Informazzjoni. Din il-koperazzjoni għandha, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, tkun b'mod partikolari diretta lejn komplimentarjetà u armonizzazzjoni ikbar tas-sistemi ta' komunikazzjoni, fuq livell nazzjonali, reġjonali u internazzjonali u lejn l-adattament tagħhom għat-teknoloġiji l-ġodda.”.

35.

L-Artikolu 44(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Komunità għandha tappoġġja l-isforzi tal-Istati ACP, permezz ta strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, biex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw l-oqsma kollha relatati mal-kummerċ, inkluż, fejn neċessarju, it-titjib u l-appoġġ tal-qafas istituzzjonali.”.

36.

L-Artikolu 45(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Partijiet jaqblu wkoll li jsaħħu l-koperazzjoni f’dan il-qasam bl-iskop li jifformulaw u jappoġġjaw politiki tal-kompetizzjoni effettivi mal-aġenziji tal-kompetizzjoni nazzjonali xierqa li gradwalment jiżguraw l-infurzar effiċjenti tar-regoli tal-kompetizzjoni sew minn intrapriżi privati kif ukoll statali. Il-koperazzjoni f’dan il-qasam għandha, b'mod partikolari, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, tinkludi għajnuna fl-abbozzar ta’ qafas legali xieraq u l-infurzar amministrattiv tiegħu b’referenza partikolari għall-qagħda speċjali tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati.”.

37.

L-Artikolu 46(6) għandu jiġi sostitwit bis-segwenti:

“6.   Il-Partijiet jaqblu wkoll li jsaħħu l-koperazzjoni tagħhom f'dan il-qasam. Fuq talba, skont termini u kundizzjonaijiet maqbula reċiprokament, u permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, il-koperazzjoni għandha, fost l-oħrajn, tiġi estiża għal dawn l-oqsma: it-tħejjija ta' liġijiet u regolamenti għall-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, il-prevenzjoni tal-abbuż ta' tali drittijiet mid-detenturi tad-drittijiet u l-ksur ta' tali drittijiet mill-kompetituri, l-istabbiliment u t-tisħiħ tal-uffiċċji domestiċi u reġjonali u aġenziji oħra inklużi organizzazzjonijiet reġjonali għall-appoġġ tad-drittijiet intellettwali involuti fl-infurzar u l-protezzjoni, inkluż it-taħriġ tal-persunal.”.

38.

Fl-Artikolu 47(2), il-formulazzjoni introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:

“2.   Il-Koperazzjoni fl-istandardizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, għandha timmira biex tippromwovi sistemi kompatibbli bejn il-Partijiet u b’mod partikolari tinkludi:”.

39.

L-Artikolu 48(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Partijiet jiftehmu li jsaħħu l-koperazzjoni bejniethom, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, bl-iskop li jsaħħu mill-ġdid il-kapaċità tagħhom fis-settur pubbliku u privat tal-pajjiżi ACP f’dan il-qasam.”.

40.

L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Partijiet jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali b’mod li jiżguraw amministrazzjoni sostenibbli u soda tal-ambjent, skont il-konvenzjonijiet u l-impenji internazzjonali f’dan il-qasam u b’kunsiderazzjoni xierqa għal-livell ta’ żvilupp rispettiv tagħhom. Huma jaqblu li l-ħtiġiet u r-rekwiżiti speċjali tal-Istati ACP għandhom jiġu kkunsidrati fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri ambjentali, inkluż fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32a.”;

(b)

il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“3.   Il-Partijiet jaqblu li l-miżuri ambjentali m'għandhomx jiġu użati għal finijiet protezzjonistiċi.”.

41.

L-Artikolu 50(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Partijiet jaqblu li l-istandards tax-xogħol m’għandhomx jintużaw għal skopijiet protezzjonistiċi.”.

42.

L-Artikolu 51(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-koperazzjoni għandha, b’mod partikolari, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fit-Titolu I u f'konformità mal-Artikolu 35, timmira biex ittejjeb il-kapaċità istituzzjonali u teknika f’dan il-qasam, li tistabbilixxi sistemi ta’ allarm rapidu ta’ informazzjoni reċiproka fuq prodotti perikolużi, bl-iskambju ta’ informazzjoni u esperjenzi dwar it-twaqqif u l-użu ta’ sorveljanza ta' wara tqegħid fis-suq ta’ prodotti u sikurezza tal-prodotti, li ttejjeb l-informazzjoni offruta lill-konsumaturi dwar prezzijiet, karatteristiċi ta’ prodotti u servizzi offruti, waqt li tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet indipendenti tal-konsumaturi u kuntatti bejn ir-rappreżentanti tal-interess tal-konsumtur, itejbu l-kompatibilità tal-politki u s-sistemi tal-konsumatur, tgħarraf bl-infurzar tal-leġislazzjoni u tippromwovi l-koperazzjoni fl-investigazzjoni ta’ prassi ta’ negozju ta’ ħsara jew inġusti u jimplimentaw projbizzjonijiet ta’ esportazzjoni fil-kummerċ bejn il-Partijiet ta’ merkanzija u servizzi li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom tkun ġiet ipprojbita fil-pajjiż ta’ fejn ikunu ġew manifatturati.”.

43.

L-Artikolu 56(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-iżvilupp tal-koperazzjoni finanzjarja għandu jkun implimentat fuq il-bażi tal-għanijiet, l-istrateġiji u l-prijoritajiet ta' żvilupp stabbiliti mill-Istati ACP, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dawk reġjonali u intra-ACP, u jkun konsistenti magħhom. Il-karatteristiċi ġeografiċi, soċjali u kulturali rispettivi tagħhom, kif ukoll il-potenzjal speċifiku tagħhom, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni. Il-koperazzjoni għandha tkun immexxija minn aġenda maqbula internazzjonalment dwar l-effettività tal-għajnuna, u tkun ibbażata fuq l-appartenenza, l-allinjament, il-kordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tad-donaturi, il-ġestjoni għar-riżultati tal-iżvilupp u l-affidabbiltà reċiproka. B'mod partikolari, il-koperazzjoni għandha:. B'mod partikolari, il-koperazzjoni għandha:

a)

tippromwovi appartenenza lokali fil-livelli kollha tal-proċess tal-iżvilupp;

b)

tirrifletti sħubija bbażata fuq drittijiet u obbligi reċiproċi;

c)

tenfasizza l-importanza tal-prevedibbiltà u s-sigurtà fil-flussi tar-riżorsi, mogħtija f'termini tassew konċessjonali u fuq bażi kontinwa;

d)

tkun flessibbli u tadegwa ruħha għas-sitwazzjoni f'kull Stat tal-ACP kif ukoll tadatta ruħha għan-natura speċifika tal-proġett jew il-programm ikkonċernat; u

e)

tiżgura l-effiċjenza, il-kordinazzjoni u l-konsistenza.”.

44.

L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

korpi reġjonali jew interstatali li għalihom jappartjenu wieħed jew aktar mill-Istati ACP, inklużi l-Unjoni Afrikana jew korpi oħrajn li għandhom membri li mhumiex Stati ACP, li huma awtorizzati minn dawk l-Istati ACP; u”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

l-intermedjarji finanzjarji tal-ACP jew tal-Komunità li jipprovdu, jippromwovu u jiffinanzjaw investimenti privati fl-Istati ACP;”;

(ii)

il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(f)

pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li mhumiex parti mill-Grupp ACP fejn jipparteċipaw f’inizjattiva konġunta jew f'organizzazzjoni reġjonali mal-Istati ACP f'konformità mal-Artikolu 6 tal-Anness IV għal dan il-Ftehim.”.

45.

L-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

il-mitigazzjoni tal-effetti negattivi b'terminu qasir ta' xokkijiet eżoġeni, inklużi instabilità fid-dħul mill-esportazzjonijiet fuq ir-riformi u l-politiki soċjo-ekonomiċi;”;

(b)

il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(g)

l-assistenza umanitarja u ta' emerġenza inklużi l-assistenza lir-refuġjati u lil persuni spostati, l-interventi li jgħaqqdu l-għajnuna u r-rijabilitazzjoni għal terminu qasir mal-iżvilupp għal terminu twil f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' wara l-kriżi, u l-istat ta' preparazzjoni għad-diżastri.”.

46.

L-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għandha tingħata assistenza baġitarja diretta b'sostenn għal riformi makroekonomiċi u settorjali fil-każijiet fejn:

(a)

ikun hemm jew ikunu qed jiġu implimentati strateġiji nazzjonali jew settorjali ta' żvilupp iffukati fuq il-faqar, li jkunu definiti tajjeb;

(b)

ikun hemm jew tkun qed tiġi implimentata politika makroekonomika orjentata lejn l-istabilità li tkun definita sew u li tkun stabbilita mill-pajjiż innifsu u li tkun evalwata pożittivament mid-donaturi ewlenin tagħha inklużi, fejn ikun rilevanti, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali; u

(c)

ġestjoni finannzjarja pubblika li tkun suffiċjentement trasparenti, responsabbli u effettiva.

Il-Komunità għandha tallinja dwar is-sistemi u l-proċeduri speċifiċi għal kull pajjiż ACP, timmoniterja s-sostenn baġitarju tagħha mal-pajjiż sieħeb u ssostni lill-pajjiżi sħab biex isaħħu r-responsabbiltà domestika, l-iskrutinju parlamentari, il-kapaċitajiet ta' awditjar u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni.”;

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Fil-qafas tal-Ftehim, il-fondi allokati taħt il-qafas finanzjarju multiannwali ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim, ir-riżorsi proprji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Bank) u fejn riżorsi oħra adegwati jkunu meħudin mill-baġit tal-Komunità Ewropea, għandhom ikunu użati biex jiffinanzjaw proġetti, programmi u forom oħrajn ta' operazzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.”.

47.

L-Artikolu 66(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Sabiex jitnaqqsu l-piż tad-dejn tal-Istati ACP u l-problemi tal-bilanċ tal-pagamenti li għandhom, il-Partijiet jaqblu li jużaw ir-riżorsi provduti taħt il-qafas finanzjarju multinannwali ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim li jikkontribwixxu għal inizjattivi ta' ħelsien mid-dejn approvati f'livell internazzjonali għall-benefiċċju tal-pajjiżi ACP. Barra dan, il-Komunità timpenja ruħha li teżamina kif tista' f'terminu itwal ta' żmien timmobilizza iktar riżorsi tal-Komunità biex isostni l-inizjattivi ta' ħelsien mid-dejn maqbulin internazzjonalment.”.

48.

L-Artikolu 67(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-qafas ta' kooperazzjoni finanzjarju multi-annwali taħt dan il-Ftehim għandu jipprovdi appoġġ għal riformi makroekonomiċi u settorjali implimentati mill-Istati ACP. F’dan il-qasam, il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-aġġustament ikun ekonomikament vijabbli u li jkun jista’ jiġi tollerat soċjalment u politikament. Għandu jingħata appoġġ fil-kuntest ta’ valutazzjoni konġunta bejn il-Komunità u l-Istat ACP konċernat dwar il-miżuri ta’ riforma li jkunu se jitwettqu jew kontemplati f’livell jew makroekonomiku jew settorjali, u li jippermetti evalwazzjoni ġenerali fuq l-isforzi ta’ riforma. Sa fejn hu possibbli l-evalwazzjoni konġunta għandha tiġi allineata ma' arranġamenti speċifiċi għall-pajjiż u l-appoġġ jiġi moniterjat fuq il-bażi tar-riżultati miksuba. Ħlas malajr għandu jkun fattur importanti għal programmi ta’ appoġġ.”.

49.

It-titolu tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti 4, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“KAPITOLU 3

Sostenn f'każ ta' xokkijiet eżoġeni”.

50.

L-Artikolu 68 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 68

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu li l-instabilità makro-ekonomika li tirriżulta mix-xokkijiet eżoġeni tista' taffettwa ħażin l-iżvilupp tal-Istati ACP u tista' tippreġudika l-issodisfar tal-obbligi ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant qed tiġi stabbilita sistema ta' sostenn addizzjonali sabiex timmitiga l-effetti negattivi ta' terminu qasir, li jirriżultaw mix-xokkijiet eżoġeni, inklużi l-effetti fuq id-dħul mill-esportazzjoni, u dan fil-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multiannwali taħt dan il-Ftehim.

2.   L-għan ta' dan is-sostenn huwa li jissalvagwardja r-riformi u l-politiki soċjoekonomiċi li jistgħu jiġu affettwati negattivament bħala riżultat tat-tnaqqis fid-dħul u biex jiġu rimedjati l-effetti negattivi f'terminu ta' żmien qasir ta' tali xokkijiet.

3.   Id-dipendenza estrema tal-ekonomiji tal-Istati ACP fuq l-esportazzjonijiet, b'mod partikolari mis-setturi agrikoli u tal-minjieri, għandha tiġi kkunsidrata fl-allokazzjoni tar-riżorsi. F'dan il-kuntest, l-Istati ACP li huma l-inqas żviluppati, li m'għandhomx żbokk għall-baħar u li huma gżejjer, li ġarrbu kunflitt jew diżastru naturali, għandhom jirċievu trattament aktar favorevoli.

4.   Ir-riżorsi addizzjonali għandhom jiġu provduti skont il-modalitajiet speċifiċi tal-makkaniżmu ta' sostenn kif stabbilit fl-Anness II dwar Termini u Kondizzjonijiet tal-Finanzjament.

5.   Il-Komunità għandha wkoll tipprovdi sostenn għal skemi ta' assikurazzjoni bbażati fuq is-suq li huma maħluqa għall-Istati ACP li qed jippruvaw jipproteġu ruħhom kontra l-effetti fuq terminu qasir ta' żmien tax-xokkijiet eżoġeni.”.

51.

It-titolu tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“KAPITOLU 6

Assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza”.

52.

L-Artikolu 72 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 72

Prinċipju ġenerali

1.   L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tiġi provduta f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. L-assistenza umanitarja u tal-emerġenza għandha timmira biex issalva u tippreserva l-ħajja u biex tipprevjeni t-tbatija u teħles lill-bnedmin minnha kull fejn hemm ħtieġa. L-assistenza ta' wara l-emerġenza għandha l-għan li tirrijabilita u li tikkolega l-għajnuna ta' terminu qasir mal-programmi ta' żvilupp maħsuba għal perjodi itwal.

2.   Is-sitwazzjonijiet ta' kriżi, jinkludu instabilità jew fraġilità strutturali fit-tul bħal sitwazzjonijiet li joħolqu theddida għall-ordni legali jew għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, li jistgħu jeskalaw f'kunflitt armat jew f'destabilizzazzjoni tal-pajjiż. Is-sitwazzjonijiet ta' kriżi jistgħu wkoll jirriżultaw minn diżastri naturali, kriżijiet maħluqa mill-bniedem bħalma huma l-gwerer jew kunflitti oħra jew ċirkostanzi straordinarji li għandhom effetti ekwivalenti li jirrigwardaw fost l-oħrajn it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, l-aċċess għall-enerġija u għar-riżorsi naturali, jew faqar estrem.

3.   L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tinżamm għat-tul ta' żmien meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jiġu ttrattati l-bżonnijiet tal-vittmi li jirriżultaw minn dawn is-sitwazzjonijiet, biex b'hekk jiġu kollegati l-għajnuna, ir-rijabilitazzjoni u l-iżvilupp.

4.   L-assistenza umanitarja għandha tiġi mogħtija esklussivament skont il-ħtiġijiet u l-interessi tal-vittmi tas-sitwazzjoni ta' kriżi u f'konformità mal-prinċipji tad-dritt umanitarju internazzjonali u fir-rigward tar-rispett għall-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza. B'mod partikolari, ma għandux ikun diskriminazzjoni bejn il-vittmi fuq bażi ta' razza, oriġini etnika, reliġjon, sess, età, nazzjonalità jew affiljazzjoni politika. Għandhom jiġu garantiti l-aċċess liberu għall-protezzjoni tal-vittmi u l-protezzjoni tagħhom kif ukoll is-sigurtà tal-persunal u t-tagħmir umanitarju.

5.   L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tiġi finanzjata mill-qafas finanazjarju ta' koperazzjoni multiannwali taħt dan il-Ftehim, meta tali assistenza ma tkunx tista' tiġi ffinanzjata mill-Baġit tal-Unjoni. L-assistenza umanitarja, tal-emerġenza u ta' wara l-emerġenza għandha tiġi implimentata b'kumplimentarjetà u kordinazzjoni mal-isforzi tal-Istati Membri u f'konformità mal-aħjar prassi fl-effettività tal-għajnuna.”.

53.

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 72a

Għan

1.   L-assistenza umanitarja u tal-emerġenza għandha timmira li:

(a)

tissalvagwardja l-ħajjiet ta' bnedmin li qegħdin fi kriżi u li qegħdin f'sitwazzjonijiet ta' wara l-kriżi;

(b)

tikkontribwixxi għall-iffinanzjar u l-għoti tal-għajnuna umanitarja u għall-aċċess dirett għaliha minn min għandu jibbenefika minnhapermezz tal-mezzi loġistiċi kollha disponibbli;

(c)

twettaq rijabilitazzjoni u rikostruzzjoni fuq terminu ta' żmien qasir sabiex tippermetti lill-vittmi jibbenefikaw minn integrazzjoni soċjo-ekonomika minima u, mill-aktar fis possibbli, toħloq il-kundizzjonijiet sabiex jerġa' jibda l-iżvilupp fuq il-bażi tal-għanijiet ta' terminu ta' żmien fit-tul stabbiliti mill-pajjiżi u r-reġjuni tal-ACP ikkonċernati;

(d)

tindirizza l-ħtiġijiet li jinħolqu mill-ispostament tal-persuni (ir-refuġjati, il-persuni spustati u dawk li jerġgħu lura) wara diżastri naturali jew maħluqin mill-bniedem sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet kollha, għat-tul ta' żmien neċessarju, tar-refuġjati u tal-persuni spustati (ikunu fejn ikunu) u jiffaċilitaw l-azzjoni għar-rimpatrijazzjoni volontarja u r-rijintegrazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini; u

(e)

tassisti lill-Istat jew r-reġjun ACP biex jistabilixxu mekkaniżmi għall-prevenzjoni tad-diżastri u għall-istat ta' preparazzjoni għalihom għal tul ta' żmien qasir, inkluż għal previżjoni u twissija bikrija, bl-iskop li jitnaqqsu l-konsegwenzi tad-diżastri.

2.   L-assistenza tista' tingħata lill-Istati u lir-reġjunijiet ACP li jieħdu refuġjati jew nies li jiġu lura biex jilqgħu għall–ħtiġijiet akuti li mhumiex koperti bl-assistenza tal-emerġenza.

3.   L-azzjoni ta' wara l-emerġenza għandha timmira għar-rijabilitazzjoni fiżika u soċjali b'riżultat tal-kriżi kkonċernata u tista' tittieħed biex tikkolega l-għajnuna u r-rijabilitazzjoni għal terminu qasir ta' żmien mal-programmi relevanti ta' żvilupp għal żmien itwal li huma ffinanzjati minn programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali jew inkella l-programmi intra-ACP. Tali azzjonijiet għandhom ikunu neċessarji għat-tranżizzjoni mill-fażi tal-emerġenza għall-fażi tal-iżvilupp, b'mod li jippromwovu r-rijintegrazzjoni soċjoekonomika tal-partijiet tal-popolazzjoni affettwata, sa fejn hu possibbli ineħħu l-kawżi tal-kriżi, u jsaħħu l-istituzzjonijiet u l-appartenenza mill-partijiet interessati lokali u nazzjonali għar-rwol tagħhom fil-formulazzjoni ta' politika ta' żvilupp sostenibbli għall-pajjiż ACP ikkonċernat.

4.   Fejn ikun xieraq, ser jiġu kordinati mekkaniżmi ta' prevenzjoni tad-diżastri u għall-istat ta' preparazzjoni għalihom, għal terminu ta' żmien qasir, kif imsemmi fil-paragrafu 1(e) ma' mekkaniżmi oħra ta' dan it-tip li huma diġà stabbiliti.

L-iżvilupp u t-tisħiħ tal-mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u tal-ACP kollu għat-tnaqqis u l-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri għandu jgħin lill-Istati tal-ACP biex jibnu r-reżistenza tagħhom għall-impatt tad-diżastri. L-attivitajiet kollha relatati jistgħu jsiru f'koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u l-programmi reġjonali u internazzjonali li għandhom evidenza tal-esperjenza fit-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri.”.

54.

L-Artikolu 73 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 73

Implimentazzjoni

1.   L-operazzjonijiet ta' assistenza għandhom isiru permezz ta' talba mill-pajjiż jew mir-reġjun ACP affettwati mis-sitwazzjoni ta' kriżi, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq parir ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew organizzazzjonijiet lokali jew internazzjonali li mhumiex organizzazzjonijiet tal-Istat.

2.   Il-Komunità għandha tieħu passi adegwati biex tiffaċilita azzjoni rapida, li hija meħtieġa biex tissodisfa l-bżonnijiet immedjati li għalihom hija meħtieġa l-għajnuna. L-għajnuna għandha tiġi amministrata u implimentata skont il-proċeduri li jippermetu lill-operazzjonijiet ikunu rapidi, flessibbli u effettivi.

3.   Filwaqt li jiġi sottolinjat li l-għajnuna mogħtija f'konformità ma' dan il-Kapitolu hija għall-iżvilupp, l-assistenza tista' tiġi użata eċċezzjonalment mal-programm indikattiv fuq talba tal-Istat jew reġjun ikkonċernat.”.

55.

Fl-Artikolu 76(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

self mir-riżorsi proprji tal-Bank u mill-Faċilità ta' Investiment, li għandhom it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stabbiliti fl-Anness II għal dan il-Ftehim. Tali self jista' wkoll jiġi użat biex jiġi ffinanzjat l-investiment pubbliku f'infrastruttura bażika.”.

56.

Fl-Artikolu 95(3), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Komunità u l-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-Istati ACP, min-naħa l-oħra, għandhom jgħarrfu lill-Parti l-oħra mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel l-iskadenza ta’ kull perjodu ta’ ħames snin b'kull evalwazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jixtiequ jagħmlu bil-għan ta’ emenda li tista’ ssir għall-Ftehim. Minkejja dan il-limitu ta’ żmien, jekk Parti waħda titlob reviżjoni ta’ xi dispożizzjoni tal-Ftehim, il-Parti l-oħra għandu jkollha perjodu ta’ xahrejn li fihom titlob l-estensjoni tar-reviżjoni għal dispożizzjonijiet oħra relatati ma' dawk li kienu s-suġġett tat-talba tal-bidu.”.

57.

Fl-Artikolu 100, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Dan il-Ftehim, imfassal f’kopja duplikata bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, b'kull test ugwalment awtentiku, għandu jiġi depositat fl-arkiviji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-Istati ACP, li għandhom it-tnejn li huma jitrasmettu kopja ċertifikata lill-Gvern ta' kull wieħed mill-Istati Firmatarji.”.

C.   ANNESSI

1.

L-Anness II, kifmendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tad-29 ta' Mejju 2009 (1), għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   It-termini u l-kondizzjonijiet tal-finanzjament b’relazzjoni mal-operazzjonijiet tal-Faċilità tal-Investiment (il-Faċilità), is-self mir-riżorsi tiegħu tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (il-Bank) u operazzjonijiet speċjali għandhom ikunu kif stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Dawn ir-riżorsi jistgħu jkunu mgħoddija lejn impriżi eliġibbli, jew direttament jew inderettament, permezz tal-fondi għall-investiment eliġibbli u/jew l-intermedjarji finanzjari.

2.   Il-fondi għas-sussidji tar-rati tal-imgħax, kif stabbilit f'dan l-Anness, ser ikunu disponibbli mill-allokazzjoni tas-sussidju tal-imgħax speċifikat fl-Anness Ib, paragrafu 2(c), għal dan il-Ftehim.

3.   Is-sussidji tal-imgħax jistgħu jiġu kapitalizzati jew jistgħu jiġu użati fil-forma ta' għotjiet. L-ammont tas-sussidju tar-rata tal-imgħax, ikkalkulata f'termini tal-valur tiegħu fil-mument tat-teħid tas-self, għandu jiġi impost fil-konfront tal-allokazzjoni tas-sussidju fuq l-imgħax speċifikat fl-Anness Ib, paragrafu 2(c), u għandu jitħallas direttament lill-Bank. Sa 10 % ta' din l-allokazzjoni għas-sussidji għar-rati tal-imgħax tista' wkoll tiġi użata biex issostni proġett relatat mal-assistenza teknika fil-pajjiżi ACP.

4.   Dawn it-termini u l-kondizzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għat-termini u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fuq pajjiżi ACP li huma suġġetti għal kondizzjonijiet ta' self restrittivi taħt il-Pajjiżi Foqra bi Djun Kbar (‘HIPC’) jew oqfsa ta' sostenibbiltà tad-dejn aċċettati internazzjonalment. Għalhekk, meta tali oqfsa jkunu jeħtieġu tnaqqis fir-rata tal-interessi tas-self b'iktar minn 3 %, kif inhu permess skont l-Artikoli 2 u 4 ta' dan il-Kapitolu, il-Bank għandu jipprova jnaqqas in-nefqa medja tal-fondi permezz ta' kofinanzjar b'donaturi oħra. Jekk dan ma jkunx ikkunsidrat li huwa possibbli, ir-rata ta' imgħax tas-self tista' titnaqqas b'tali ammont kif meħtieġ biex tkun konformi mal-livell li joħroġ mill-inizjattiva HIPC jew minn qafas ieħor ta' sostenibbiltà tad-dejn maqbul fuq livell internazzjonali.”;

(b)

L-Artikolu 2(7) u (8) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“7.   Self ordinarju f'pajjiżi li mhumiex suġġetti għal kondizzjonjiet ta' self ristrettivi taħt il-HIPC jew minn xi oqfsa oħrajn ta' sostenibbilta tad-dejn maqbula fuq livell internazzjonali jista' jiġi estiż fuq termini u kundizzjonjiet konċessjonali fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għal proġetti ta' infrastruttura, li huma prerekwiżit għall-iżvilupp tas-settur privat fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati, f'pajjiżi li għadhom kemm ħarġu minn kunflitt u f'pajjiżi li għadhom kemm ġarrbu diżastru naturali. F'każijiet bħal dawn, ir-rata ta' imgħax tas-self se titnaqqas b'sa 3 %;

(b)

għal proġetti li jinvolvu operazzjonijiet ta' ristrutturazzjoni mill-ġdid fil-qafas tal-privatizzazzjoni jew għal proġetti b'benefiċċji soċjali jew ambjentali li huma sostanzjali u deċiżament dimostrabbli. F'dawn il-każijiet, is-self jista' jiġi estiż b'sussidju tar-rata ta' imgħax li l-ammont u l-għamla tiegħu se jiġi deċiż skont il-karatteristiċi partikolari tal-proġett. B'danakollu, is-sussidju tar-rata tal-interess ma għandux ikunu aktar minn 3 %.

Ir-rata finali ta' self li jaqa' taħt il-punt (a) jew (b) m'għandha qatt, fi kwalunkwe każ, tkun inqas minn 50 % tar-rata ta' referenza.

8.   Il-fondi li għandhom jiġu provduti għal dawn il-finijiet konċessjonali ser ikunu disponibbli mill-allokazzjoni tas-sussidju tal-imgħax imsemmija fil-paragrafu 2(c) tal-Anness Ib għal dan il-Ftehim.”

(c)

L-Artikolu 4(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Self mir-riżorsi proprji tal-Bank għandu jingħata skont it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-rata tal-imgħax ta' referenza għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank għal self bl-istess kondizzjonijiet rigward il-munita, u l-perjodu tal-pagament lura fid-data tal-firma tal-kuntratt jew fid-data tal-forniment tal-finanzi;

(b)

madanakollu, għal pajjiżi li mhumiex suġġetti għall-koundizzjonjiet ta' self ristrettivi taħt il-HIPC jew minn xi oqfsa oħrajn ta' dejn sostenibbli maqbula fuq livell internazzjonali:

(i)

fil-prinċipju, il-proġetti tas-settur pubbliku għandhom ikunu eliġibbli għal sussidju ta' rata ta' imgħax ta' 3 %;

(ii)

il-proġetti tas-settur privat li jidħlu fil-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 2(7)(b) għandhom ikunu eliġibbli għal sussidji ta' rati tal-imgħax bl-istess termini bħal dawk speċifikati f'dik id-dispożizzjoni.

Ir-rata ta' imgħax finali m'għandhiex, fi kwalunkwe każ bħal dan, tkun anqas minn 50 % tar-rata ta' referenza;

(c)

il-perjodu tal-ħlas lura tas-self mogħti mill-Bank mir-riżorsi proprji tiegħu għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-karatteristiċi ekonomiċi u finanzjarji tal-proġett. Dan is-self għandu normalment jikkomprendi perjodu ta' grazzja stabbilit permezz ta' referenza għall-perjodu ta' kostruzzjoni tal-proġett.”.

2.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 1, il-punti (a) u (b) huwa sostitwiti b'dan li ġej:

“(a)

isaħħaħ u tkabbar ir-rwol taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Impriża (CDE) biex b'hekk ikun jista' jipprovdi lis-settur privat bl-appoġġ meħtieġ fil-promozzjoni tal-attivitajiet tal-iżvilupp tas-settur privat fil-pajjiżi u r-reġjuni tal-pajjiżi ACP; u

(b)

issaħħaħ u tkabbar ir-rwol taċ-Ċentru Tekniku għall-Koperazzjoni Agrikola u Rurali (CTA) fl-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-ACP, partikolarment l-amministrazzjoni tal-informazzjoni, sabiex ittejjeb l-aċċess għal teknoloġiji għaż-żieda fil-produttività agrikola, il-kummerċjalizzazzjoni, is-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp rurali.”;

(b)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

CDE

1.   Is-CDE għandu jippromwovi ambjent ta' negozju li jwassal għall-iżvilupp tas-settur privat u jkun ta' appoġġ għall-implementazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp tas-settur privat fil-pajjiżi ACP billi jipprovdi servizzi mhux-finanzjarji, inklużi servizzi ta' konsulenza, lejn il-kumpaniji u n-negozji ACP u jkun ta' appoġġ għal inizjattivi konġunti stabbiliti mill-operaturi ekonomiċi tal-Komunità u tal-Istati ACP. F'dan ir-rigward, għandha tingħata konsiderazzjoni għall-bżonnijiet emerġenti mill-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika.

2.   Is-CDE għandu jkollha l-għan li tgħin lill-impriżi privati tal-ACP sabiex isiru aktar kompetittivi fis-setturi kollha tal-ekonomija. B’mod partikolari, għandu:

(a)

jiffaċilita u jħeġġeġ il-koperazzjoni bejn in-negozji u s-shubiji bejn l-impriżi tal-ACP u tal-UE;

(b)

jassisti fl-iżvilupp tas-servizzi ta' appoġġ għan-negozji permezz tal-għajnuna għall-ħolqien tal-kapaċità fl-organizzazzjonijiet li jappartjeni għas-settur privat jew bħala appoġġ għal dawk li jipprovdu servizzi ta' appoġġ fl-aspetti tekniċi, professjonali, amministrattivi, kummerċjali u ta' taħriġ;

(c)

jipprovdi għajnuna għal attivitajiet ta' promozzjoni tal-investimenti, bħal ma huma l-organizzazzjonijiet għal promozzjoni tal-investiment, l-organizzazzjoni ta' konferenzi għall-investiment, programmi ta' taħriġ, laqgħat ta' ħidma dwar l-istrateġija u missjonijiet bħala segwitu tal-promozzjoni tal-investimenti;

(d)

jappoġġja inizjattivi li jikkontribwixxu għat-tħeġġiġ tal-innovazzjoni u t-trasferiment ta' teknoloġiji, u tal-konoxxenza u tal-aħjar prassi fl-aspetti kollha tal-ġestjoni tan-negozju;

(e)

jinforma lis-settur privat tal-ACP dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim; u

(f)

jipprovdi informazzjoni lill-kumpaniji Ewropej u lill-organizzazzjonijiet tas-settur privat dwar l-opportunitajiet tan-negozju u l-modalitajiet fil-pajjiżi ACP.

3.   Is-CDE għandu jikkontribwixxi wkoll għat-titjib tal-ambjent tan-negozju fuq livell nazzjonali u reġjonali biex b'hekk jagħti l-appoġġ lill-impriżi ħalli jieħdu vantaġġ tal-progress fil-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali u l-ftuħ tal-kummerċ. Dan għandu jinkludi:

(a)

assistenza lill-impriżi biex jikkonformaw mal-istandards ta' kwalità u oħrajn eżistenti u ġodda mdaħħlin bil-progress fl-integrazzjoni reġjonali u bl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika;

(b)

it-tixrid tal-informazzjoni fi ħdan is-settur privat lokali tal-ACP dwar il-kwalità tal-prodotti u l-istandards meħtieġa fis-swieq esterni;

(c)

il-promozzjoni ta' riformi fl-ambjent tan-negozju reġjonali u nazzjonali, inkluż billi jiġi ffaċilitat id-djalogu bejn is-settur privat u l-istituzzjonijiet pubbliċi; u

(d)

it-tkabbir tar-rwol u tal-funzjoni ta' intermedjarji nazzjonali u/jew reġjonali li jipprovdu servizzi.

4.   L-attivitajiet tas-CDE għandhom ikunu bbażati fuq il-kunċett ta' kordinazzjoni, komplimentarjetà u valur miżjud fir-rigward ta' kwalunkwe inizjattiva għall-iżvilupp tas-settur privat meħuda minn entitajiet pubbliċi jew privati. B'mod partikolari, l-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji ta' żvilupp nazzjonali u reġjonali kif definiti fil-Parti 3 ta' dan il-Ftehim. Is-CDE għandu jkun selettiv u jiżgura s-sostenibilità finanzjarja fit-twettieq tal-inkarigi tiegħu. Huwa għandu jiżgura tqassim xieraq tal-inkarigi bejn il-Kwartieri Ġenerali tiegħu u l-uffiċċji reġjonali.

5.   Għandhom isiru evalwazzjonijiet perjodiċi tal-attivitajiet magħmula mis-CDE.

6.   Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi għandu jkun l-awtorità superviżorja taċ-Ċentru. Huwa għandu, wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim:

a)

jistabbilixxi l-istatuti taċ-Ċentru;

(b)

jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv;

(c)

jaħtar l-amministrazzjoni taċ-Ċentru fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv; u

(d)

jimmoniterja l-istrateġija kumplessiva taċ-Ċentru u jissorvelja x-xogħol tal-Bord Eżekuttiv.

7.   Il-Bord Eżekuttiv għandu, skont l-istatuti taċ-Ċentru:

(a)

jistabbilixxi r-regolamenti finanzjarji u tal-persunal u r-regoli tal-ħidma;

(b)

jissorvelja x-xogħol tiegħu;

(c)

jadotta l-programm u l-baġit taċ-Ċentru;

(d)

jippreżenta rapporti u evalwazzjonijiet perjodiċi lill-Awtorità Superviżorja; u

(e)

iwettaq kwalunkwe inkarigu ieħor allokat lilu mill-istatuti taċ-Ċentru.

8.   Il-baġit taċ-Ċentru għandu jkun iffinanzjat bi qbil mar-regoli stabbiliti f'dan il-Ftehim fir-rigward tal-koperazzjoni għal żvilupp finanzjarju.”;

(c)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

CTA

1.   Il-missjoni tas-CTA għandha tkun li ssaħħaħ l-istrateġija u l-kapaċità għall-iżvilupp istituzzjonali u tal-politika u l-kapaċitajiet ta’ amministrazzjoni tal-komunikazzjoni tal-organizzazzjonijiet għall-iżvilupp agrikolu u rurali tal-ACP. Għandha tassisti lil tali organizzazzjonijiet fil-formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-programmi sabiex inaqqsu l-faqar, isaħħu s-sigurtà sostenibbli tal-ikel, jippreservaw il-bażi tar-riżorsi naturali, u b’hekk jikkontribwixxu għall-bini tal-fiduċja minnhom infushom fl-iżvilupp rurali u agrikoli tal-ACP.

2.   Is-CTA għandu:

(a)

jiżviluppa u jipprovdi servizzi tal-informazzjoni u jassigura aċċess aħjar għal riċerka, taħriġ u innovazzjonijiet fl-isferi tal-iżvilupp u l-estenzjoni agrikoli u rurali, sabiex iħeġġeġ l-iżvilupp agrikolu u rurali; u

(b)

jiżviluppa u jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-ACP sabiex:

(i)

titjieb l-formulazzjoni u l-amministrazzjoni tal-politika u l-istrateġiji agrikoli u rurali fil-livelli nazzjonali u reġjonali inkluża l-kapaċità imtejba għall-ġbir ta’ data, l-istrateġija tar-riċerka, l-analiżi u l-formulazzjoni;

(ii)

titjieb l-amministrazzjoni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, partikolarment fi ħdan l-Istrateġija Agrikola Nazzjonali;

(iii)

tiġi promossa Amministrazzjoni tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICM) intra-istituzzjonali għall-monitoraġġ tal-imġieba, kif ukoll consortia ma’ msieħba reġjonali u internazzjonali;

(iv)

tiġi promossa ICM deċentralizzata fil-livelli lokali u nazzjonali;

(v)

jiġu msaħħa inizjattivi permezz tal-koperazzjoni reġjonali; u

(vi)

jiġu żviluppati approċċi għall-valutazzjoni tal-impatt tal-politika dwar l-iżvilupp agrikolu u rurali.

3.   Iċ-Ċentru għandu jkun ta’ appoġġ għall-inizjattivi u oqfsa reġjonali u għandu progressivament jaqsam il-programmi tal-kapaċità tal-iżvilupp mal-organizzazzjonijiet tal-ACP xierqa. Għal dan il-għan, iċ-Ċentru għandu joffri appoġġ għan-netwerks reġjonali deċentralizzati tal-informazzjoni. Tali netwerks għandhom ikunu mibnija gradwalment u b’effiċċjenza.

4.   Għandhom isiru evalwazzjonijiet perjodiċi tal-attivitajiet magħmula mis-CTA.

5.   Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi għandu jkun l-awtorità superviżorja taċ-Ċentru. Huwa għandu, wara l-iffirmar ta' dan il-Ftehim:

(a)

jistabbilixxi l-istatuti taċ-Ċentru;

(b)

jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv;

(c)

jaħtar l-amministrazzjoni taċ-Ċentru fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv; u

(d)

jimmonitorja l-istrateġija kumplessiva taċ-Ċentru u jissorvelja x-xogħol tal-Bord Eżekuttiv.

6.   Il-Bord Eżekuttiv għandu, skont l-istatuti taċ-Ċentru:

(a)

jistabbilixxi r-regolamenti finanzjarji u tal-persunal u r-regoli tal-ħidma;

(b)

jissorvelja x-xogħol tiegħu;

(c)

jadotta l-programm u l-baġit taċ-Ċentru;

(d)

jippreżenta rapporti u evalwazzjonijiet perjodiċi lill-Awtorità ta' Superviżjoni; u

(e)

iwettaq kwalunkwe inkarigu ieħor allokat lilu mill-istatuti taċ-Ċentru.

7.   Il-baġit taċ-Ċentru għandu jkun iffinanzjat skont ir-regoli stabbiliti f’dan il-Ftehim fir-rigward tal-koperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp.”.

3.

L-Anness IV, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tal-15 ta' Diċembru 2008 (2), huwa emendat kif ġej:

(a)

L-Artikoli 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 1

L-operazzjonijiet finanzjati minn għotjiet fil-qafas ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu programmati fil-bidu tal-perijodu kopert mill-qafas ta' koperazzjoni finanzjarja multiannwali.

Il-programmazzjoni ser tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' appartenenza, allinjament, kordinazzjoni u armonizzazzjoni tad-donaturi, ġestjoni għar-riżultati tal-iżvilupp u responsabbiltà reċiproka.

Il-programazzjoni għal dan l-iskop għandha tfisser:

(a)

il-preparazzjoni u l-iżvilupp ta' studju strateġiċi (SP) rigward pajjiż, reġjun jew intra-ACP ibbażati fuq l-għanijiet u l-istrateġiji tagħhom ta' żvilupp għal terminu medju, u meta jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-prinċipji ta' programmazzjoni u tqassim tax-xogħol konġunt fost id-donaturi, li għandu, sa fejn hu possibbli, ikun proċess immexxi minn pajjiż jew reġjun imsieħeb;

(b)

indikazzjoni ċara mill-Komunità tal-allokazzjoni finanzjarja programmabbli indikattiva li minnha l-koperazzjoni tal-pajjiż, reġjun jew intra-ACP tista' tibbenefika matul il-perjodu kopert mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multiannwali taħt dan il-Ftehim, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra, inkluż possibilment riżerva għal ħtiġijiet imprevisti;

(c)

il-preparazzjoni u l-adozzjoni ta' programm indikattiv għall-implimentazzjoni tal-SP, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-impenji ta' donaturi oħrajn, u b'mod partikolari tal-Istati membri tal-UE; u

(d)

proċess ta' reviżjoni li jkopri l-SP, il-programm indikattiv u l-volum tar-riżorsi allokati għalih.

Artikolu 2

Studju strateġiku tal-pajjiż

L-istudju strateġiku tal-pajjiż (CSP) għandu jiġi preparat mill-Istat ACP ikkonċernat u l-UE. Għandu jissawwar mill-konsultazzjonijiet preċedenti b'parteċipazzjoni wiesgħa ta' partijiet involuti inklużi partijiet involuti li mhumiex tal-Stat, awtoritajiet lokali u, fejn ikun relevanti, il-Parlamenti tal-ACP, u għandu jinħadem fuq it-tagħlimiet tal-imgħoddi u l-aħjar prattiki. Kull Is-CSP għandha tkun adattata għall-ħtiġijiet u twieġeb għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull Stat ACP. Is-CSP għandha tkun strument sabiex tagħti priorità għall-attivitajiet u tibni fuq l-appartenenza lokali talprogrammi ta’ koperazzjoni. Kwalunkwe diverġenza bejn l-analiżi tal-pajjiż innifsu u dik tal-Komunità għandhom ikunu innotati. Is-CSP għandha tinkludi dawn l-elementi standard li ġejjin:

(a)

analiżi tal-kuntest, tal-limitazzjonijiet, tal-kapaċitajiet u tal-prospetti politiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-pajjiż, inkluża valutazzjoni tal-ħtiġijiet bażiċi, bħal ma huwa d-dħul per capita, id-daqs tal-popolazzjoni u l-indikaturi soċjali, u l-vulnerabbilità;

(b)

abbozz dettaljat tal-istrateġija tal-iżvilupp fuq termini medji tal-pajjiż, prijoritajiet definiti b'mod ċar u rekwiżiti ta' finanzjament mistenni;

(c)

abbozz tal-pjanijiet u l-azzjonijiet rilevanti ta' donaturi oħrajn preżenti fil-pajjiż, partikolarment dawk tal-Istati Membri tal-UE fil-kapaċità tagħhom bħala donaturi bilaterali;

(d)

strateġiji ta’ reazzjoni, li jagħtu dettalji tal-kontribuzzjoni speċifika li il-UE tista’ tipprovdi. Dawn għandhom, sal-limitu possibbli, jiffaċċilitaw il-kumplimentarjetà mal-operazzjonijiet finanzjati mill-Istat ACP innifsu u minn donaturi oħrajn preżenti fil-pajjiż; u

(e)

indikazzjoni tal-mekkaniżmi l-aktar adegwati ta' sostenn u ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu applikati fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji hawn fuq imsemmija.

Artikolu 3

Allokazzjoni tar-riżorsi

1.   L-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi fost il-pajjiżi ACP għandha tiġi msejsa fuq kriterji standard, oġġettivi u trasparenti rigward il-ħtiġijiet u l-prestazzjoni. F’dan il-kuntest:

(a)

il-ħtiġijiet għandhom jiġu evalwati fuq il-bażi tal-kriterji li għandhom x'jaqsmu mad-dħul ras imb ras, id-daqs tal-popolazzjoni, l-indikaturi soċjali u l-livell ta' kemm ikunu mdejnin u l-vulnerabbiltà għax-xokkijiet eżoġeni. Għandhom jingħataw trattament speċjali l-Istati ACP l-anqas żviluppati u għandhom jiġu debitament meqjusal-vulnerabbiltà tal-istati li huma gżejjer u li m'għandhomx żbokk għall-baħar. Barra minn hekk, għandu jingħata kas tad-diffikultajiet partikolari ta’ pajjiżi li jkunu ħerġin minn konflitti jew diżastri naturali; u

(b)

il-prestazzjoni għandha tkun evalwata fuq il-bażi ta' kriterji li għandhom x'jaqsmu mal-governanza, mal-progress fl-implementazzjoni tar-riformi istituzzjonali, mal-prestazzjoni tal-pajjiż fl-użu tar-riżorsi, mal-implementazzjoni effettiva tal-operazzjonijiet kurrenti, mal-ħelsien jew it-tnaqqis tal-faqar, mal-progress lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, mal-miżuri ta' żvilupp sostenibbli u mal-prestazzjoni makroekonomika u tal-politika settorjali.

2.   Ir-riżorsi allokati għandhom jinkludu:

(a)

allokazzjoni programmabbli li tkopri l-appoġġ makroekonomiku, il-politiki settorjali, il-programmi u l-proġetti b'sostenn tal-oqsma fokali u mhux fokali tal-għajnuna tal-Komunità. L-allokazzjoni programmabbli għandha tiffaċilita l-programmazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità lejn il-pajjiż ikkonċernat għal perjodu fit-tul. Flimkien ma' riżorsi possibbli oħra tal-Komunità, dawn l-allokazzjonijiet għandhom ikunu il-bażi għall-preparazzjoni tal-programm indikattiv għall-pajjiż konċernat; u

(b)

allokazzjoni biex tkopri ħtiġijiet mhux previsti bħal ma huma dawk definiti fl-Artikoli 66 u 68 u l-Artikoli 72, 72a u 73 ta' dan il-Ftehim, aċċessibbli taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk l-Artikoli, meta tali sostenn ma jistax jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni.

3.   Għandu jsir provvediment fuq il-bażi tar-riżerva tal-ħtiġijiet mhux previsti għal dawk il-pajjiżi li, minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tagħhom, ma jistgħux ikollhom aċċess għal riżorsi normali programmabbli.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(7) ta' dan l-Anness fir-rigward tar-reviżjonijiet, il-Komunità tista’, sabiex tieħu kont ta' ħtiġijiet ġodda jew ta' prestazzjonijiet eċċezzjonali, iżżid l-allokazzjoni programmabbli ta' pajjiż jew l-allokazzjoni tagħha għal ħtiġijiet imprevisti:

(a)

jistgħu jirriżultaw ħtiġijiet ġodda minn ċirkostanzi eċċezzjonali bħalma huma sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi jew minn ħtiġijiet mhux previsti kif imsemmi fil-paragrafu 2(b);

(b)

prestazzjoni eċċezzjonali hija sitwazzjoni li fiha, barra r-reviżjonijiet ta' nofs it-terminu u l-aħħar tat-terminu, l-allokazzjoni programmabbli ta' pajjiż jiġi kompletament impenjat u finanzjament addizzjonali mill-programm indikattiv nazzjonali li jista' jiġi assorbit fi sfond ta' politiki effettivi ta' tnaqqis tal-faqar u ta' ammonistrazzjoni finanzjarja tajba.”;

(b)

L-Artikolu 4(1) sa (4) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Hekk kif jirċievi t-tagħrif imsemmi hawn fuq, kull Stat ACP għandu jfassal u jippreżenta lill-Komunità abbozz ta’ programm indikattiv li jkun ibbażat u konsistenti mal-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu ta’ żvilupp kif espressi fis-CSP. L-abbozz ta’ programm indikattiv għandu jkollu fih:

(a)

sostenn baġitarju ġenerali u/jew numru limitat ta' setturi fokali jew oqsma li fuqhom għandu jkun ikkonċentrat is-sostenn;

(b)

il-miżuri u l-operazzjonijiet l-aktar xierqa biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri fis-settur(i) jew qasam/oqsma fokali;

(c)

ir-riżorsi possibbilment riżervati għal numru limitat ta' programmi u proġetti 'l barra mis-settur(i) jew qasam/oqsma fokali u/jew il-parametri ġenerali ta' tali attivitajiet, kif ukoll indikazzjoni tar-riżorsi li għandhom ikunu utilizzati għal kull wieħed minn dawn l-elementi;

(d)

it-tipi ta' partijiet involuti mhux Statali eliġibbli għal finanzjament, skont il-kriterji stabbiliti mill-Kunsill tal-Ministri, ir-riżorsi allokati lill-partijiet involuti mhux Statali u t-tipi ta’ attivitajiet li għandhom ikunu sostnuti, li m'għandhomx ikunu għall-profitt;

(e)

proposti għal parteċipazzjoni possibbli f'programmi u proġetti reġjonali; u

(f)

riserva possibbli għal assigurazzjoni kontra talbiet possibbli u biex jiġu koperti ż-żidiet fl-ispejjeż u għal kontinġenzi.

2.   L-abbozz tal-programm indikattiv għandu, skont kif xieraq, ikun fih ir-riżorsi riservati għat-tisħiħ tal-kapaċità umana, materjali u istituzzjonali tal-ACP għat-tħejjija u l-implementazzjoni tal-programmi indikattivi nazzjonali u parteċipazzjonijiet possibbli fi programmi u proġetti finanzjati mill-programmi indikattivi reġjonali u għat-titjib tal-ġestjoni taċ-ċiklu tal-proġetti tal-investiment pubbliku tal-Istati ACP.

3.   L-abbozz ta’ programm indikattiv għandu jiġi diskuss bejn l-Istat ACP konċernat u l-Komunità. Il-programm indikattiv għandu jiġi adottat bi ftehim komuni bejn il-Kummissjoni f'isem il-Komunità u lil dak l-Istat ACP. Meta jiġi adottat, għandu jorbot kemm lill-Komunità kif ukoll dak l-Istat. Dan il-programm indikattiv għandu jkun anness mas-CSP u għandu addizzjonaliment jinkludi:

(a)

indikazzjoni ta' operazzjonijiet speċifiċi u kjarament identifikabbli, speċjalment dawk li jistgħu jiġu impenjati qabel ir-reviżjoni li tkun tmiss;

(b)

skeda indikattiva għall-implementazzjoni u r-reviżjoni tal-programm indikattiv, inklużi l-impenji u l-pagamenti tar-riżorsi; u

(c)

kriterji orjentati lejn ir-riżultati għar-reviżjonijiet.

4.   Il-Komunità u l-Istat ACP ikkonċernat għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-proċess tal-programmazzjoni jkun komplut fl-iqsar żmien possibbli u, apparti f'ċirkostanzi eċċezzjonali, fi żmien tnax-il xahar mill-adozzjoni tal-qafas ta' koperazzjoni finanzjarju multiannwali. F'dan il-kuntest, il-preparazzjoni tas-CSP u tal-programm indikattiv għandha tkun parti minn proċess kontinwu li jwassal għall-adozzjoni ta' dokument uniku.”;

(c)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 3(4), u sabiex jittieħdu f'kunsiderazzzjoni ħtiġijiet ġodda jew prestazzjoni eċċezzjonali, għandha ssir reviżjoni ad hoc fuq talba ta' Parti jew oħra.”;

(ii)

fil-paragrafu 4, il-formulazzjoni introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:

“4.   Ir-reviżjonijiet operazzjonali annwali ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu tal-programm indikattiv għandha tikkonsisti minn valutazzjoni konġunta tal-implimentazzjoni tal-programm u tqis ir-riżultati tal-attivitajiet rilevanti tal-monotoraġġ u l-evalwazzjoni. Dawn ir-reviżjonijiet għandhom isiru lokalment u għandhom ikunu finalizzati bejn l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali u l-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati xierqa, inklużi partijiet involuti li mhumiex Stati, awtoritajiet lokali u fejn hu rilevanti, il-parlamenti tal-ACP. Huma għandhom partikolarment ikopru studju ta':”;

(iii)

il-paragrafi 5, 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“5.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' sintesi darba fis-sena dwar il-konklużjoni tar-reviżjoni operazzjonali annwali lill-Kumitat tal-Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp. Il-Kumitat għandu jeżamina r-rapport b’konformità mar-responsabbilitajiet u tal-poteri tiegħu taħt dan il-Ftehim.

6.   Fid-dawl tar-reviżjonijiet operazzjonali annwali, l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu fir-reviżjonijiet ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu, jagħmlu r-reviżjoni u jadottaw is-CSP:

(a)

fejn r-reviżjonijiet operazzjonali jindikaw problemi speċifiċi; u/jew

(b)

fid-dawl ta' ċirkostanzi li jkunu inbidlu fi Stat ACP.

Bidla fis-CSP tista' wkoll tiġi deċiża bħala riżultat ta' proċess ta' reviżjoni ad hoc prevista taħt il-paragrafu 2.

Ir-reviżjoni tat-tmiem tal-perjodu tista' tinkludi wkoll adattament għall-qafas ta' koperazzjoni finanzjarju multiannwali l-ġdid fit-termini kemm tal-allokazzjoni tar-riżorsi kif ukoll fil-preparazzjoni tal-programm li jkun imiss.

7.   Wara t-tlestija tar-reviżjonijiet ta' nofs il-perojdu u tat-tmiem tal-perjodu, il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, tista’ żżid jew tnaqqas l-allokazzjoni ta' riżorsi tal-pajjiż fid-dawl tal-ħtiġijiet attwali u ta' prestazzjoni tal-Istat ACP konċernat.

Wara reviżjoni ad hoc kif previst fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', f'isem il-Komunità, iżżid l-allokazzjoni tar-riżorsi fid-dawl ta' ħtiġijiet ġodda jew prestazzjoni eċċezzjonali tal-Istat ACP ikkonċernat, kif definit fl-Artikolu 3(4).”;

(d)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Kamp ta' applikazzjoni”;

(ii)

Il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“3.   Talbiet għall-finanzjament tal-programmi reġjonali għandhom ikunu ippreżentanti minn:

(a)

korp jew organizzazzjoni reġjonali debitament awtorizzati; jew

(b)

korp subreġjonali debitament awtorizzat, organizzazzjoni jew Stat ACP fir-reġjun ikkonċernat waqt l-istadju tal-programmazzjoni, bil-kondizzjoni li l-operazzjoni tkun ġiet identifikata fil-programm indikattiv reġjonali (RIP).

4.   Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u li mhumiex ACP fi programmi reġjonali ser tiġi kkunsidrata biss sal-punt li:

(a)

l-attività ewlenija tal-proġetti u tal-programmi finanzjati taħt il-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multiannwali tibqa' f'pajjiż ACP;

(b)

ikunu jeżistu dispożizzjonijiet ekwivalenti fil-qafas tal-istrumenti finanzjarji tal-Komunità; u

(c)

jiġi rispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità.”;

(e)

L-Artikoli 7, 8 u 9 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Programmi reġjonali

L-Istati ACP ikkonċernati għandhom jiddeċiedu dwar id-definizzjoni tar-reġjuni ġeografiċi. Sal-medda massima possibbli, il-programmi ta’ integrazzjoni reġjonali għandhom ikunu korrespondenti mal-programmi tal-organizzazzjonijiet reġjonali eżistenti. Bħala prinċipju, fil-każ ta’ tirkib fis-sħubija f’diversi organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti, il-programm ta’ integrazzjoni reġjonali għandu jkun korrespondenti għas-sħubija kollha flimkien ta’ dawn l-ogranizzazzjonijiet.

Artikolu 8

Programmazzjoni reġjonali

1.   Il-programmazzjoni għandha sseħħ fil-livell ta’ kull reġjun. Il-programmazzjoni għandha tkun ir-riżultat ta' skambju ta’ fehmiet bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjoni(jiet) reġjonali debitament awtorizzati, u fin-nuqqas ta’ tali awtorizzazzjoni, mill-Uffiċjali Awtorizzanti Nazzjonali tal-pajjiżi f’dak ir-reġjun. Fejn ikun xieraq, il-programmazzjoni tista' tinkludi konsultazzjoni ma' aturi li mhumiex Stati rrapreżentati fuq livell reġjonali u, meta jkun rilevanti, il-parlamenti reġjonali.

2.   L-istudju strateġiku reġjonali (RSP) għandu jiġi preparat mill-Kummissjoni u mill-organizzazzjoni(jiet) debitament awtorizzata/i f'kollaborazzjoni mal-Istati ACP fir-reġjun ikkonċernat, abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-kumplimentarjetà, b'kont meħud tal-programmazzjoni tas-CSP.

3.   L-RSP għandu jkun strument sabiex jagħti priorità għall-attivitajiet u jibni fuq l-appartenenza lokali tal-programmi ta’ koperazzjoni. L-RSP għandu jinkludi dawn l-elementi standard li ġejjin:

(a)

analiżi tal-kuntest politiku, ekonomiku, soċjali u ambjentali tar-reġjun;

(b)

valutazzjoni tal-proċess u l-prospetti ta' integrazzjoni ekonomika reġjonali u l-integrazzjoni fl-ekonomija dinjija;

(c)

abbozz tal-istrateġiji reġjonali u l-prijoritajiet segwiti u r-rekwiżiti ta' finanzjament mistennija;

(d)

abozz tal-attivitajiet rilevanti ta' msieħba esterni oħrajn fil-koperazzjoni reġjonali;

(e)

abbozz tal-kontribuzzjoni speċifika tal-UE lejn l-ilħuq tal-miri għall-integrazzjoni reġjonali, komplimentarja sakemm ikun possibbli għall-operazzjonijiet finanzjati mill-Istati ACP innfushom u minn msieħba esterni oħrajn, partikolarment l-Istati Membri tal-UE; u

(f)

indikazzjoni tal-aktar mekkaniżmi adegwati ta' sostenn u implimentazzjoni li għandhom jiġu applikati fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji hawn fuq imsemmija.

Artikolu 9

Allokazzjoni tar-riżorsi

1.   L-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi fost ir-reġjuni ACP għandha tkun ibbażata fuq stimi standard, oġġettivi u trasparenti tal-ħtiġijiet u fuq il-progress u l-prospettivi fil-proċess ta' koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali.

2.   Ir-riżorsi allokati għandhom jinkludu:

(a)

allokazzjoni programmabbli li tkopri l-appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali, il-politiki settorjali, il-programmi u l-proġetti b'sostenn tal-oqsma fokali u mhux fokali tal-għajnuna tal-Komunità; u

(b)

allokazzjoni għal kull reġjun ACP biex tkopri ħtiġijiet mhux previsti bħal dawk definiti fl-Artikoli 72, 72a u 73 ta' dan il-Ftehim, li minħabba n-natura transkonfinali u/jew il-portata tal-ħtieġa mhux prevista, tali sostenn jista' iktar jingħata effettivament f'livell reġjonali. Dawn il-fondi għandhom ikunu aċċessibbli taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 72, 72a u 73 ta' dan il-Ftehim, meta tali sostenn ma jkunx jista' jiġi finanzjat mill-baġit tal-Unjoni. Għandha tiġi garantita l-kumplimentarjetà bejn l-intervenzjonijiet provduta taħt din l-allokazzjoni u intervenzzjonijiet possibbli fuq livell ta' pajjiż.

3.   L-allokazzjoni programmabbli għandha tiffaċilita l-programmazzjoni għal perjodu fit-tul tal-għajnuna tal-Komunità għar-reġjun ikkonċernat. Sabiex tinkiseb skala adegwata u titkabbar l-effiċjenza, il-fondi reġjonali u nazzjonali jistgħu jiġu kombinati għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet reġjonali li jkollhom komponent nazzjonali distint.

L-allokazzjoni reġjonali ta' ħtiġijiet mhux previsti tista' tiġi mobilizzata għall-benefiċċju tar-reġjun ikkonċernata u tal-pajjiżi ACP barra mir-reġjun meta n-natura tal-ħtieġa mhux prevista titlob l-involviment tagħhom u l-attività ewlenija tal-proġetti u l-programmi previsti tibqa' fir-reġjun.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 fir-rigward ta' reviżjonijiet, il-Komunità tista’, sabiex tieħu kont ta' ħtiġijiet ġodda jew ta' prestazzjonijiet eċċezzjonali, iżżid l-allokazzjoni programmabbli ta' pajjiż jew l-allokazzjoni tagħha għal ħtiġijiet imprevisti:

(a)

ħtiġijiet ġodda huma ħtiġijiet li jirriżultaw minn ċirkostanzi eċċezzjonali bħalma huma sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi jew minn ħtiġijiet mhux previsti kif imsemmi fil-paragrafu 2(b);

(b)

prestazzjoni eċċezzjonali hija sitwazzjoni li fiha, barra r-reviżjonijiet ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu, l-allokazzjoni ta' reġjun tiġi kompletament impenjata u finanzjament addizzjonali mill-programm indikattiv nazzjonali jkun jista' jiġi assorbit fi sfond ta' politiki effettivi ta' tnaqqis tal-faqar u ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba.”

(f)

L-Artikolu 10(2) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Programmi Indikattivi Reġjonali għandhom jiġu adottati bi qbil komuni bejn il-Komunità u l-organizzazzjoni(jiet) reġjonali debitament awtorizzati jew, fin-nuqqas ta' tali awtorizzazzjoni, mill-Istati ACP ikkonċernati.”

(g)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu eżistenti huwa nnumerat u l-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“2.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 9(4), sabiex jittieħdu f'kunsiderazzzjoni ħtiġijiet ġodda jew prestazzjoni eċċezzjonali, ir-reviżjoni tista' ssir fuq talba ta' Parti jew oħra. Bħala riżultat ta' reviżjoni ad hoc, jista' jiġi deċiż tibdil fl-RSP miż-żewġ Partijiet u/jew tista' tiġi miżjuda l-allokazzjoni tar-riżorsi mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità.

Ir-reviżjoni tat-tmiem tal-perjodu għandha wkoll tinkludi adattament għall-qafas ta' koperazzjoni finanzjarju multiannwali l-ġdid fit-termini kemm tal-allokazzjoni tar-riżorsi kif ukoll tal-preparazzjoni tal-programm indikattiv reġjonali li jkun imiss.”

(h)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Koperazzjoni intra-ACP

1.   Il-koperazzjoni intra-ACP għandha, bħala strument tal-iżvilupp, tikkontribwixxi għall-għan tas-Sħubija ACP-KE. Il-koperazzjoni intra-ACP hija koperazzjoni supra-reġjonali. Hija għandha l-għan li tindirizza l-isfidi kondiviżi li jiffaċċjaw l-Istati ACP permezz ta' operazzjonijiet li jitraxxendu l-kunċett ta' post ġeografiku u jkunu ta' benefiċċju għal ħafna jekk mhux għal kull wieħed mill-Istati ACP.

2.   Biex jiġu rispettati l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-kumplimentarjetà, qed jiġi previst intervent intra-ACP meta azzjoni nazzjonali u/jew reġjonali tkun impossibbli jew inqas effettiva, sabiex jiġi pprovdut valur miżjud b'paragun mal-operazzjonijiet li jsiru bi strumenti oħra ta' koperazzjoni.

3.   Meta l-Grupp ACP jiddeċiedi li jikkontribwixxi għal inizjattiva internazzjonali jew inter-reġjonali mill-fond intra-ACP, għandha tiġi garantita viżibbiltà xierqa.”;

(i)

l-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla:

“Artikolu 12a

Studju dwar l-istrateġija intra-ACP

1.   Il-programmazzjoni tal-koperazzjoni intra-ACP għandha tkun ir-riżultat ta' skambju ta' opinjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP, u għandha tiġi preparata konġuntament mis-servizzi tal-Kummissjoni u s-Segretarjat tal-ACP, wara konsultazzjonijiet mal-atturi u mal-partijiet interessati rilevanti.

2.   L-istudju strateġiku intra-ACP jiddefinixxi l-azzjonijiet ta' prijorità tal-koperazzjoni fi ħdan l-ACP u l-azzjonijiet neċessarji biex tinħoloq l-appartenenza tal-programmi sostnuti. Għandu jinkludi dawn l-elementi standard li ġejjin:

(a)

analiżi tal-kuntest politiku, ekonomiku u soċjali u ambjentali tal-Grupp ta' Stati ACP;

(b)

valutazzjoni tal-koperazzjoni intra-ACP u tal-kontribut tagħha għall-kisba tal-għanijiet ta' dan il-Ftehim u t-tagħlimiet li ttieħdu;

(c)

preżentazzjoni ġenerali tal-istrateġija u tal-għanijiet Intra-ACP segwiti u tar-rekwiżiti finanzjarji mistennijaACP;

(d)

preżentazzjoni ġenerali tal-attivitajiet rilevanti ta' msieħba esterni oħrajn fil-koperazzjoni;

(e)

indikazzjoni tal-kontribut tal-UE lejn il-kisba tal-għanijiet ta' koperazzjoni intra-ACP u l-komplimentarjetà tagħha għall-operazzjonijiet finanzjati fuq il-livelli nazzjonali u reġjonali u minn msieħba esterni, partikolarment l-Istati Membri tal-UE.

Artikolu 12b

Talbiet għall-finanzjament

It-talbiet għall-finanzjament ta' programmi intra-ACP għandhom jiġu preżentati:

(a)

direttament mill-Kunsill tal-Ministri tal-ACP, jew mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP; jew

(b)

indirettament:

(i)

minn mill-anqas tliet korpi jew organizzazzjonijiet reġjonali debitament awtorizzati minn reġjuni ġeografiċi differenti, jew minn mill-anqas żewġ Stati ACP minn kull wieħed mit-tliet reġjuni;

(ii)

minn organizzazzjonijiet internazzjonali, bħalma hi l-Unjoni Afrikana, li jwettqu operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-koperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali, suġġetti għal approvazzjoni bil-quddiem mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP; jew

(iii)

mir-reġjuni tal-Karibew jew tal-Paċifiku, minħabba s-sitwazzjoni ġeografika partikolari tagħhom, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-Kunsill tal-Ministri tal-ACP jew mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP.

Artikolu 12c

Allokazzjoni tar-riżorsi

L-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi għandha tkun ibbażata fuq stima tal-ħtiġijiet u fuq il-progress u l-prospettivi tul il-proċess ta' koperazzjoni Intra-ACP. Għandha tinkludi riserva ta' fondi mhux programmati.”;

(j)

L-Artikoli 13 u 14 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Programm indikattiv intra-ACP

1.   Il-programm indikattiv Intra-ACP jinkludi l-elementi standard ewlenin li ġejjin:

(a)

is-setturi fokali u t-temi tal-għajnuna mill-Komunità;

(b)

il-miżuri u l-azzjonijiet l-aktar adegwati sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti għal dawk is-setturi u t-temi; u

(c)

il-programmi u l-proġetti neċessarji biex jinkisbu l-għanijiet identifikati, sakemm ikunu ġew identifikati ċarament, kif ukoll indikazzjoni tar-riżorsi li għandhom jiġu allokati lil kull wieħed minnhom u skeda ta' implimentazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni u s-Segretarjat tal-ACP għandhom jidentifikaw u jevalwaw l-azzjonijiet korrispondenti. Fuq din il-bażi, il-programm indikattiv intra-ACP għandu jiġi preparat konġuntament mis-servizzi tal-Kummissjoni u mis-Segretarjat tal-ACP u jiġi ppreżentat lill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP-KE. Għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità u mill-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-punt (iii) tal-Artikolu 12b(b), il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP għandu jippreżenta kull sena lista konsolidata ta' talbiet għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta' prijorità previsti fil-programm indikattiv Intra-ACP. Il-Kummissjoni għandha tidentifika u tipprepara l-azzjonijiet korrispondenti mas-Segretarjat tal-ACP kif ukoll programm ta' azzjoni annwali. Sa fejn hu possibbli u b'kunsiderazzjoni tar-riżorsi allokati, it-talbiet għall-finanzjament ta' azzjonijiet li mhumiex previsti fil-programm indikattiv Intra-ACP għandhom jiġu inklużi fil-programm ta' azzjoni annwali. F'każijiet eċċezzjonali, dawn it-talbiet għandhom jiġu adottati permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar finanzjament speċjali.

Artikolu 14

Proċess ta' reviżjoni

1.   Il-koperazzjoni Intra-ACP għandha tkun suffiċjentement flessibbli u reattiva biex tiżgura li l-azzjonijiet jibqgħu konsistenti mal-għanijiet ta' dan il-FtehimACP u li tikkonsidra kwalunkwe tibdil fil-prijoritajiet u l-għanijiet tal-Grupp ta' Stati ACP.

2.   Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu reviżjoni ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perojdu tal-istrateġija ta' koperazzjoni intra-ACP u tal-programm indikattiv biex jadattawha għaċ-ċirkostanzi preżenti u biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tagħha. Jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu dan, jistgħu jsiru reviżjonijiet ad hoc li jikkonsidraw il-ħtiġijiet ġodda li jistgħu jinqalgħu minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew imprevisti, bħalma huma dawk li jiġu minn sfidi ġodda li huma komuni fil-pajjiżi ACP.

3.   Il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP u l-Kummissjoni jistgħu, fir-reviżjoni ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perojdu, jew wara reviżjoni ad hoc, jirrevedu u jadattaw l-istudju strateġiku dwar il-koperazzjoni Intra-ACP.

4.   Wara l-eżerċizzji ta' reviżjoni ta' nofs il-perjodu u tat-tmiem tal-perjodu, jew reviżjonijiet ad hoc, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP u l-Kummissjoni jistgħu jaġġustaw l-allokazzjonijiet fi ħdan il-programm indikattiv intra-ACP u jimmobilizzaw ir-riserva mhux programmata Intra-ACP.”;

(k)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-programmi u l-proġetti li jkunu ġew preżentati mill-Istat ACP konċernat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fuq livell reġjonali jew livell intra-ACP għandhom jiġu soġġetti għall-valutazzjoni konġunta. Il-Kumitat għall-Koperazzjoni fil-Finanzjamant tal-Iżvilupp ACP-KE għandu jfassal il-linji gwida ġenerali u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-programmi u l-proġetti. Dawn il-programmi u l-proġetti huma ġeneralment multi-annwali u jistgħu jinkorporaw firxa sħiħa ta’ azzjonijiet ta’ ambitu limitat f’xi qasam partikolari.”;

(ii)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-valutazzjoni tal-programmi u l-proġetti għandha tieħu kont, kif dovut, tal-limitazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tar-riżorsi umani u għandha tiżgura strateġija favorevoli għall-promozzjoni ta’ dawn ir-riżorsi. Għandha tieħu kont ukoll tal-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet speċifiċi ta’ kull Stat jew reġjun ACP.”;

(iii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali” huma sostitwiti bi “l-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti”;

(l)

fl-Artikolu 16 il-kliem “l-Istat ACP ikkonċernat” huma sostitwiti bi “l-Istat ACP ikkonċernat jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP”;

(m)

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Ftehim tal-Finanzjament

1.   Bħala regola, il-programmi u l-proġetti finanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multiannwali huma suġġetti għal ftehim ta' finanzjament imfassal mill-Kummissjoni u l-Istat ACP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP.

2.   Il-ftehim ta' finanzjament għandu jitfassal sa 60 jum wara l-kommunikazzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu:

(a)

jispeċifika, b’mod partikolari, id-dettalji tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, l-arranġamenti u t-termini tal-finanzjament kif ukoll id-dispożizzjonijiet ġenerali u speċifiċi relatati mal-programm jew proġett konċernat inklużi l-eżiti u r-riżultati mistennija; u

(b)

jagħmel provvediment adekwat għall-approprjazzjonijiet sabiex ikopru ż-żidiet fl-ispiża, il-kontinġenzi, l-awditjar u l-evalwazzjonijiet.

3.   Kwalunkwe bilanċ mhux minfuq li jkun tħalla mal-għeluq tal-kontabilità tal-programmi u proġetti fil-limiti tat-termini ta' żmien għall-impenji tal-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali li minnu jkunu ġew finanzjati l-programmi u l-proġetti għandhom ikunu dovuti lill-Istat jew organizzazzjoni jew korp rilevanti tal-ACP fil-livell reġjonali jew intra-ACP.”;

(n)

fl-Artikolu 18 il-kliem “l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali” huma sostitwiti bi “l-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti”;

(o)

L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “l-Istati tal-ACP” huma sostitwiti bi “l-Istati ACP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP”;

(ii)

fil-paragrafu 3, il-kliem “l-Istat tal-ACP” huma sostitwiti bi “l-Istat ACP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP”;

(p)

l-Artikolu 19a(1) huwa emendat kif ġej:

(i)

il-formulazzjoni introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   L-implementazzjoni ta' programmi u proġetti finanzjati mill-qafas ta' kooperazzjoni finanzjarju multi-annwali taħt dan il-Ftehim għandha tikkonsisti prinċipalment f'dan li ġej:”

(ii)

il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

ħlasijiet diretti bħala sostenn baġitarju, sostenn għall-programmi settorjali, ħelsien tad-dejn u sostenn sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi minn xokkijiet eżoġeni ta' terminu qasir inklużi l-flutwazzjonijiet tad-dħul mill-esportazzjonijiet.”;

(q)

fl-Artikolu 19b il-kliem “l-Istati tal-ACP” huma sostitwiti bi “l-Istati ACP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP”;

(r)

L-Artikoli 19c u 20 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 19c

It-tqassim ta' kuntratti, il-konċessjoni ta' għotjiet u l-kuntratti ta' prestazzjoni

1.   Ħlief kif inhu previst fl-Artikolu 26, kuntratti u għotjiet għandhom jiġu attribwiti u jkunu implimentati skont ir-regoli tal-Komunità u, ħlief fil-każijiet speċifiċi previsti f'dawn ir-regoli, skont il-proċeduri standard u d-dokumentazzjoni stipulata u ppubblikata mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u li kienu fis-seħħ fiż-żmien meta l-proċedura msemmija tnediet.

2.   F'ġestjoni deċentralizzata, fejn evalwazzjoni konġunta turi li l-proċeduri użati għat-tqassim tal-kuntratti u għotjiet fl-Istat ACP jew fir-reġjun li jirċievi jew il-proċeduri approvati mill-fornituri tal-fondi huma skont il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tat-trattament ugwali u ta' kontra d-diskriminazzjoni u li jipprekludu kwalunkwe tip ta' konflitt ta' interess, il-Kummissjoni għandha tuża dawn il-proċeduri, b'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi u bla ħsara għall-Artikolu 26, b'rispett sħiħ lejn ir-regoli li jirregolaw l-awtorità tagħha f'dan il-qasam.

3.   L-Istat ACP jew l-organizzazzjoni jew korp rilevanti ACPfil-livell reġjonali jew intra-ACP għandhom jobbligaw ruħhom li jivverifikaw regolarment li l-operazzjonijiet finanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim ġew implimentati kif suppost, li jieħdu l-miżuri adegwati biex jipprevjenu irregolaritajiet u frodi, u, jekk neċessarju, li tittieħed azzjoni legali biex jinġabru fondi li sar ħlas mhux dovut tagħhom.

4.   F'ġestjoni deċentralizzata, il-kuntratti jiġu negozjati, stabbiliti, iffirmati u mwettqa mill-Istati ACP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP. Dawn l-Istati jew l-organizzazzjonijiet jew il-korpi rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP jistgħu, madanakollu, jitolbu lill-Kummissjoni biex tinneggozzja, tistabbilixxi, tiffirma u twettaq kuntratti f'isimhom.

5.   B'konformità mal-impenn imsemmi fl-Artikolu 50 ta' dan il-Ftehim, il-kuntratti u l-għotjiet iffinanzjati minn riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multiannwali mal-ACP għandhom jitwettqu skont standards bażiċi internazzjonali fil-qasam tal-liġi dwar ix-xogħol.

6.   Grupp ta' esperti ta' rappreżentanti tas-Segretarjat tal-Grupp tal-Istati ACP u l-Kummissjoni għandu jiġi stabbilit biex jidentifika, fuq it-talba ta' wieħed jew aktar mill-partijiet, kwalunkwe tibdil li huwa adatt u biex jissuġġerixxi emendi u titjib fir-regoli u l-proċeduri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2.

Dan il-grupp ta' esperti għandu wkoll iressaq rapport perjodiku lill-Kumitat ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Finanzjaru ACP-KE biex jassistih fil-kompitu teigħu li jeżamina l-problemi marbutin mal-implimentazzjoni tal-iżvilupp ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni u jipproponi miżuri xierqa.

Artikolu 20

Eliġibilità

Ħlief f’każ li tingħata deroga skont l-Artikolu 22, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26:

1.

Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-konċessjoni ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku jew ta' għotjiet iffinanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim għandha tkun miftuħa għal:

(a)

kull persuna fiżiċa li hija ċittadina ta', jew persuna ġuridika li hija stabbilita fi, Stat ACP, Stat Membru tal-Komunità Ewropea, pajjiż uffiċjalment kandidat biex jingħaqad mal-Komunità Ewropea jew Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)

kull persuna fiżika li hija ċittadina ta', jew persuna ġuridika li hija stabbilita fi, Pajjiż l-Anqas Żviluppat kif definit min-Nazzjonijiet Uniti.

1a.

Il-parteċipazzjoni fi proċeduri għall-konċessjoni ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim għandha tkun miftuħa wkoll għal kull persuna fiżika li tkun ċittadina ta', jew persuna ġuridika stabbilita fi, kwalunkwe pajjiż ieħor barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, meta jkun ġie stabbilit l-aċċess reċiproku għall-assistenza esterna. L-aċċess reċiproku fil-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati kif definiti min-Nazzjonijiet Uniti għandu jingħata awtomatikament lill-membri tal-OECD/DAC.

L-aċċess reċiproku għandu jiġi stabbilit permezz ta’ deċiżjoni speċifika tal-Kummissjoni li tikkonċerna pajjiż partikolari jew grupp reġjonali ta’ pajjiżi partikolari. Id-deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni bi qbil mal-Istati ACP u għandha tidħol fis-seħħ għal perjodu minimu ta' sena.

2.

Is-servizzi taħt kuntratt iffinanzjat mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim jista' jiġi provdut minn esperti ta' kwalunkwe nazzjonalità, mingħajr preġudizzju għall-kwalità u l-obbligi finanzjarji stabbiliti fir-regoli ta' akkwist pubbliku tal-Komunità.

3.

Il-fornimenti u l-materjali akkwistati taħt kuntratt finanzjat mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim iridu joriġinaw minn Stat li huwa eliġibbli taħt il-paragrafi 1 jew 1a. F’dan il-kuntest, id-definizzjoni tal-kunċett ta' ‘prodotti li joriġinaw’ għandha tkun kunsidrata fid-dawl tal-konvenzjonijiet internazzjonali pertinenti, u l-fornimenti li joriġinaw mill-Komunità għandhom jinkludu fornimenti li joriġinaw mill-Pajjiżi u t-Territorji Barranin.

4.

Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew tal-għoti ta' għotjiet finanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim għandha tkun miftuħa għall-organizzazzjonijiet internazzjonali.

5.

Kull meta l-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni implementata permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fi proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-paragrafi 1 jew 1a, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli skont ir-regoli tal-organizzazzjoni, waqt li jiġi żgurat trattament ugwali għad-donaturi kollha. L-istess regoli japplikaw għall-fornimenti u l-materjali;

6.

Kull meta l-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni implementata bħala parti minn inizjattiva reġjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta’ għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-paragrafi 1 jew 1a, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha ta’ Stat parteċipanti fl-inizjattiva pertinenti. L-istess regoli japplikaw għall-fornimenti u l-materjali.

7.

Kull meta l-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim jiffinanzja operazzjoni ko-finanzjata ma’ xi Stat terz, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotjiet għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli taħt il-paragrafi 1 jew 1a, kif ukoll għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha eliġibbli skont ir-regoli tal-Istat terz imsemmi hawn fuq. L-istess regoli japplikaw għall-fornimenti u l-materjali.”;

(s)

L-Artikolu 21 huwa mħassar (3);

(t)

L-Artikolu 22(1) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali li jkunu debitament sostanzjati, persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn pajjiżi terzi li mhumiex eliġibbli taħt l-Artikolu 20 jistgħu jkunu awtorizzati jipparteċipaw fi proċeduri għall-konċessjoni ta' kuntratti ta' akkwist jew għotjiet iffinanzjati mill-Komunità mill-qafas finanzjarju multi-annwali ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim fuq it-talba ġustifikata tal-Istat ACP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti ACPfil-livell reġjonali jew intra-ACP. L-Istat ACP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevantiACP fil-livell reġjonali jew intra-ACP għandhom, f'kull okkażjoni, jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif meħtieġ sabiex tieħu deċiżjoni dwar tali derogi, b'attenzjoni partikolari mogħtija:

(a)

lil-lokalità ġeografika tal-Istat jew reġjun ACP ikkonċernat;

(b)

lill-kompetittività tal-kuntratturi, fornituri u konsulenti mill-Istati Membri u mill-Istati ACP;

(c)

lill-ħtieġa li jkunu evitati żiedet żejda fl-ispiża tat-twettieq tal-kuntratt;

(d)

lid-diffikultajiet tat-trasport jew dewmien żejjed fit-tul tal-fornimenti jew problemi oħrajn simili;

(e)

lit-teknoloġija li tkun l-aktar adegwata u l-aktar adatta għall-kondizzjonijiet lokali;

(f)

lill-każijiet ta’ urġenza estrema;

(g)

lid-disponibbiltà ta' prodotti u servizzi fis-swieq rilevanti.”

(u)

L-Artikoli 23 u 25 huma mħassra (4);

(v)

fl-Artikolu 26(1), il-formulazzjoni introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Għandhom jittieħdu miżuri li jiffavorixxu l-parteċipazzjoni l-aktar wiesgħa possibbli ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi tal-Istati ACP fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti finanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi fiżiċi u umani ta’ dawk l-Istati. Għal dan il-għan:”;

(w)

L-Artikoli 27, 28 u 29 huma mħassra (5);

(x)

fl-Artikolu 30, il-formulazzjoni introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:

“Kwalunkwe tilwima li tqum bejn l-awtoritajiet ta' Stat ACP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti ACPfil-livell reġjonali jew intra-ACP u kuntrattur, fornitur jew fornitur ta' servizzi matul it-twettiq ta' kuntratt iffinanzjat mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim għandu:”;

(y)

L-Artikoli 33 u 34 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 33

Modalitajiet

1.   Mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjonijiet imwettqa mill-Istati ACP jew mill-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP jew mill-Kummissjoni, tali xogħol ser jitwettaq b’mod konġunt mill-Istat(i) ACP jew mill-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP u mill-Komunità. Il-Kumitat ta’ Koperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp ACP-KE għandu jassigura l-karattru konġunt tal-monitoraġġ konġunt u tal-operazzjonijiet tal-evalwazzjoni. Sabiex ikun mgħejjun il-Kumitat ta’ Koperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżviluppp ACP-KE, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-ACP għandhom jippreparaw u jimplimentaw il-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet konġunti u jwasslu rapport lill-Kumitat. Il-Kumitat għandu, fl-ewwel laqgħa tiegħu wara l-iffirmar tal-Ftehim, jistabbilixxi l-modalitajiet operazzjonali mmirati li jassiguraw il-karattru konġunt tal-operazzjonijiet u għandu, fuq bażi annwali, japprova il-programm ta' ħidma.

2.   L-attivitajiet tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni għandhom b'mod partikolari:

(a)

jipprovdu valutazzjonijiet regolari u independenti tal-operazzjonijiet u l-attivitajiet iffinanzjati mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim billi jiġu mqabbla r-riżultati mal-għanijiet; u b’hekk

(b)

jiffaċilitaw lill-Istati ACP jew l-orgnizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP u lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet konġunti, li jutilizzaw il-lezzjonijiet mill-esperjenza lura fit-tfassil u l-eżekuzzjoni tal-politika u l-operazzjonijiet tal-ġejjieni.

Artikolu 34

Il-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-operazzjonijiet imwettqa bir-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim, ħlief għall-Faċilità ta’ Investiment u s-sussidji tar-rata tal-imgħax, bl-użu tal-metodi amministrattivi prinċipali li ġejjin:

(a)

amministrazzjoni ċentralizzata;

(b)

amministrazzjoni deċentralizzata.

2.   Bħala regola ġenerali, l-eżekuzzjoni finanzjarja tar-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim mill-Kummissjoni għandha tkun deċentralizzata.

F’dan il-klaż, id-dmirijiet ta’ eżekuzzjoni għandhom jitwettqu mill-Istati ACP skont l-Artikolu 35.

3.   Sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni finanzjarja tar-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tiddelega l-poteri ta' eżekuzzjoni tagħha fi ħdan id-dipartimenti tagħha stess. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati ACP u lill-Kumitat dwar il-Koperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp ACP-KE b'din id-delega tal-kompiti.”;

(z)

L-Artikolu 35 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttiva hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.   Il-Gvern ta’ kull Stat ACP għandu jaħtar Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali sabiex jirrappreżentah fl-operazzjonijiet kollha finanzjati mir-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali taħt dan il-Ftehim amministrat mill-Kummissjoni u l-Bank. l-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jaħtar viċi-Uffiċjal jew viċi-Uffiċjali Awtorizzanti Nazzjonali sabiex jaġixxu minfloku f’każ li huwa ma jkunx jista’ jaqdi dmirijietu u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar din il-ħatra. L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali jista’, fejn il-kondizzjonijiet dwar il-kapaċità istituzzjonali u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba jkunu sodisfatti, jiddelega l-funzjonijiet tiegħu fl-implementazzjoni tal-programmi u l-proġetti konċernati lill-korp responsabbli fi ħdan l-amministrazzjoni nazzjonali. L-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali għandu jinforma lill-Kummissjoni b'kull delega bħal din.

Fil-każ ta' programmi u proġetti reġjonali, l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti għandhom jinnominaw Uffiċjal Awtorizzanti Reġjonali li d-dmirijiet tiegħu jkunu jikkorrispondu, mutatis mutandis, ma’ dawk tal-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali;

Fil-każ ta' programmi u proġetti Intra-ACP, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-ACP għandu jinnomina Uffiċjal Awtorizzanti Reġjonali, li d-dmirijiet tiegħu jkunu jikkorrispondu, mutatis mutandis, ma’ dawk tal-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali. Fl-eventwalità li s-Segretarjat tal-ACP ma jkunx l-Uffiċjal Awtorizzanti, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi għandu jiġi informat f'konformità mal-ftehim tal-finanzjament tal-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti.

Meta l-Kummissjoni ssir taf b’xi problemi fit-twettiq tal-proċeduri rigward l-amministrazzjoni tar-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali, hija għandha, flimkien mal-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali, tagħmel il-kuntatti kollha biex tirrimedja s-sitwazzjoni u tieħu passi opportuni.

L-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti għandu jerfa’ r-responsabbiltà finanzjarja biss għall-kompiti ta’ eżekuzzjoni li jkunu fdati lilu.

Fejn ir-riżorsi mill-qafas finanzjarju ta' koperazzjoni multi-annwali jkunu aministrati b'mod deċentralizzat u suġġett għal kull poter supplimentari li jista' jingħata mill-Kummissjoni, l-Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti għandu:”;

(ii)

Fil-paragrafu 2, il-kliem “Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali” huma sostitwiti bi “Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti”;

(za)

L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 2, il-kliem “Stat tal-ACP” huma sostitwiti bi “Stati ACP jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP”;

(ii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali” huma sostitwiti bi “Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti”;

(iii)

fil-paragrafu 6, il-kliem “Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali” huma sostitwiti bi “Uffiċjal Awtorizzanti rilevanti”;

(iv)

fil-paragrafu 7, il-kliem “l-Istati jew l-Istati tal-ACP ikkonċernati” huma sostitwiti bi “l-Istat ACP ikkonċernat jew l-organizzazzjoni jew il-korp rilevanti fil-livell reġjonali jew intra-ACP”.

4.

L-Anness V, inklużi l-Protokolli tiegħu, huwa mħassar.

5.

Fl-Anness VII, l-Artikolu 3(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-partijiet jirrikonoxxu r-rwol tal-Grupp ACP fid-djalogu politiku bbażat fuq il-modalitajiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Grupp ACP u kkomunikati lill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Is-Segretarjat tal-ACP u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-proċess tad-djalogu politiku mwettaq qabel, matul u wara l-konsultazzjonijiet li saru taħt l-Artikolu 96 u 97 ta' dan il-Ftehim.”.

D.   PROTOKOLLI

Protokoll 3 dwar l-Afrika t'Isfel, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 4/2007 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tal-20 ta' Diċembru 2007 (6), huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1(2), il-kliem “iffirmat fi Pretorja fil-11 ta' Ottubru 1999” għandha tiġi sostitwita bir-referenza “kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-11 ta' Settembru 2009”.

2.

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Madanakollu, b'deroga minn dan il-prinċipju, l-Afrika t'Isfel għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fil-koperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp ACP-KE elenkata fl-Artikolu 8 ta' dan il-Protokoll, fuq il-bażi tal-prinċipji tar-reċiproċità u l-proporzjonalità, bil-fehma li l-parteċipazzjoni tal-Afrika t'Isfel ser tkun finanzjata mir-riżorsi previsti fit-Titolu VII tat-TDCA. Fejn r-riżorsi mit-TDCA jiġu użati għall-parteċipazzjoni fl-operazzjonijiet fil-qafas tal-koperazzjoni finanzjarja ACP-KE, l-Afrika t'Isfel ser tibbenefika mid-dritt li tipparteċipa bis-sħiħ fil-proċeduri deċiżjonali li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' tali għajnuna.”;

(b)

l-Artikolu li ġej huwa miżjud:

“4.   Għall-fini tal-finanzjament tal-investiment previst fl-Anness II, il-Kapitolu 1, ta' dan il-Ftehim, il-fondi ta' investiment u l-intermedjarji finanzjarji u mhux finanzjarji stabbiliti fl-Afrika t'Isfel jistgħu jkunu eliġibbli.”.

3.

L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Dan il-Protokoll m'għandux jimpedixxi lill-Afrika t'Isfel milli tinnegozja u tiffirma wieħed mill-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE) previsti fil-Parti 3, it-Titolu II ta' dan il-Ftehim jekk il-partijiet l-oħra ta' dak l-FSE hekk jaqblu.”.

B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw fi tmiem dan il-Protokoll.

Настоящото споразумение е открито за подписване в Ouagadougou на 22 юни 2010 г. и след това от 1 юли 2010 г. до 31 октомври 2010 г. в Генералния секретариат на Съвета на Европейския съюз в Брюксел.

El presente Acuerdo quedará abierto a la firma en Uagadugu el 22 de junio de 2010 y, a continuación, del 1 de julio de 2010 al 31 de octubre de 2010 en la Secretaría General del Consejo de la Unión Europea, en Bruselas.

Tato dohoda je otevřena k podpisu dne 22. června v Ouagadougou a poté od 1. července 2010 do 31. října 2010 v generálním sekretariátu Rady Evropské unie v Bruselu.

Denne aftale er åben for undertegnelse den 22. juni 2010 i Ouagadougou og derefter fra den 1. juli 2010 til den 31. oktober 2010 i Generalsekretariatet for Rådet for Den Europæiske Union i Bruxelles

Dieses Abkommen liegt am 22. Juni 2010 in Ouagadougou und danach vom 1. Juli bis 31. Oktober 2010 beim Generalsekretariat des Rates der Europäischen Union in Brüssel zur Unterzeichnung auf.

Käesolev leping on allakirjutamiseks avatud 22. juunil 2010 Ouagadougous ning seejärel 1. juulist 2010 kuni 31. oktoobrini 2010 Euroopa Liidu Nõukogu peasekretariaadis Brüsselis.

Η παρούσα συμφωνία κατατίθεται προς υπογραφή στο Ουαγκαντούγκου, στις 22 Ιουνίου 2010 και στη συνέχεια, από την 1η Ιουλίου 2010 έως τις 31 Οκτωβρίου 2010, στη Γενική Γραμματεία του Συμβουλίου της Ευρωπαϊκής Ένωσης, στις Βρυξέλλες.

This Agreement shall be open for signature in Ouagadougou on 22 June 2010 and thereafter from 1 July 2010 to 31 October 2010 at the General Secretariat of the Council of the European Union in Brussels.

Le présent accord est ouvert à la signature à Ouagadougou le 22 juin 2010 et ensuite du 1er juillet 2010 au 31 octobre 2010 au Secrétariat général du Conseil de l’Union européenne, à Bruxelles.

Il presente accordo è aperto alla firma a Ouagadougou il 22 giugno 2010 e successivamente a Bruxelles presso il Segretariato generale del Consiglio dell’Unione europea, dal 1o luglio 2010 al 31 ottobre 2010.

Šo nolīgumu dara pieejamu parakstīšanai 2010. gada 22. jūnijā Vagadugu (Ouagadougou) un pēc tam no 2010. gada 1. jūlija līdz 2010. gada 31. oktobrim Briselē, Eiropas Savienības Padomes Ģenerālsekretariātā.

Šis susitarimas pateiktas pasirašyti 2010 m. birželio 22 d. Uagadugu, o paskui, 2010 m. liepos 1 d.- 2010 m. spalio 31 d., Europos Sąjungos Tarybos generaliniame sekretoriate Briuselyje.

Ez a megállapodás 2010. június 22-én Ouagadougouban, majd 2010. július 1. és 2010. október 31. között Brüsszelben, az Európai Unió Tanácsának Főtitkárságán aláírásra nyitva áll.

Dan il-Ftehim huwa miftuħ għall-iffirmar f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 u wara dan mill-1 ta’ Lulju 2010 sal-31 ta’ Ottubru 2010, fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fi Brussell.

Deze overeenkomst staat open voor ondertekening op 22 juni 2010 te Ouagadougou en vervolgens met ingang van 1 juli tot en met 31 oktober 2010 bij het secretariaat-generaal van de Raad van de Europese Unie in Brussel.

Niniejsza Umowa będzie otwarta do podpisu w Wagadugu w dniu 22 czerwca 2010 r., a następnie od 1 lipca 2010 r. do 31 października 2010 r. w Sekretariacie Generalnym Rady Unii Europejskiej w Brukseli.

O presente Acordo está aberto para assinatura em Uagadugu, em 22 de Junho de 2010 e, posteriormente, de 1 de Julho a 31 de Outubro de 2010, no Secretariado-Geral do Conselho da União Europeia, em Bruxelas.

Acest acord va fi deschis pentru semnare în Ouagadougou, la 22 iunie 2010, iar ulterior, începând cu 1 iulie 2010 până la 31 octombrie 2010, la Secretariatul General al Consiliului Uniunii Europene din Bruxelles.

Táto dohoda je otvorená na podpis 22. júna 2010 v Ouagadougou a potom od 1. júla 2010 do 31. októbra 2010 na Generálnom sekretariáte Rady Európskej únie v Bruseli.

Ta sporazum bo na voljo za podpis 22. junija 2010 v Ouagadougouju in nato od 1. julija 2010 do 31. oktobra 2010 v generalnem sekretariatu Sveta Evropske unije v Bruslju.

Tämä sopimus on avoinna allekirjoittamista varten Ouagadougoussa 22 päivänä kesäkuuta 2010 ja sen jälkeen 1 päivästä heinäkuuta 201031 päivään lokakuuta 2010 Euroopan unionin neuvoston pääsihteeristössä Brysselissä.

Detta avtal är öppet för undertecknande i Ouagadougou den 22 juni 2010 och sedan från och med den 1 juli till och med den 31 oktober 2010 vid generalsekretariatet för Europeiska unionens råd i Bryssel.


(1)  ĠU L 168, 30.6.2009, p. 48.

(2)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 59.

(3)  L-Artikolu 21 tħassar bid-Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE.

(4)  L-Artikoli 23 u 25 tħassru bid-Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-KUnsill tal-Ministri AKP-KE.

(5)  L-Artikoli 27, 28 u 29 tħassru bid-Deċiżjoni Nru 3/2008 tal-KUnsill tal-Ministri AKP-KE.

(6)  ĠU EU L 25, 30.1.2008, p. 11.

ATT FINALI

Il-Plenipotenzjarji ta’:

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

IL-PRESIDENT TA’ MALTA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IL-GVERN TAR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”,

U tal-UNJONI EWROPEA, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Unjoni” jew “l-UE”,

minn naħa waħda, u

il-Plenipotenzjarji ta’:

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ANGOLA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ ANTIGWA U BARBUDA,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-BARBADOS,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-BELIŻE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BENIN,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BOTSWANA,

IL-PRESIDENT TAL- BURKINA FASO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BURUNDI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAMERUN,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KAP VERDE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊENTRALI AFRIKANA,

IL-PRESIDENT TAL-UNJONI TAL-KOMOROS,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KONGO,

IL-GVERN TAL-GŻEJJER COOK,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-CÔTE D’IVOIRE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI,

IL-GVERN TAL-COMMONWEALTH TA’ DOMINIKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DOMINIKANA,

IL-PRESIDENT TAL-ISTAT TAL-ERITREA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA FEDERALI TAL-ETJOPJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER FIĠI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA GABONIŻA,

IL-PRESIDENT U L-KAP TAL-ISTAT TAR-REPUBBLIKA TAL-GAMBJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-GANA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ GRENADA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ GINEA BISSAW,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA KOOPERATTIVA TAL-GUJANA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĦAITI,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-ĠAMAJKA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KENJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ KIRIBATI,

IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TAL-LESOTO,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LIBERJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MALAWI,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALI,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-GŻEJJER MARSHALL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA IŻLAMIKA TAL-MAWRITANJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU,

IL-GVERN TAL-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONEŻJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-MOŻAMBIK,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NAMIBJA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ NAURU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAN-NIĠER,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAN-NIĠERJA,

IL-GVERN TA’ NJU,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-PALAW,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-ISTAT INDEPENDENTI TAL-PAPWA GINEA ĠDIDA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAR-RWANDA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT KITTS U NEVIS,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SANTA LUĊIJA,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ SAINT VINCENT U L-GRENADINI,

IL-KAP TAL-ISTAT TAL-ISTAT INDEPENDENTI TA’ SAMOA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TA’ SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SENEGAL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ SJERRA LEONE,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GŻEJJER SOLOMON,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-AFRIKA T’ISFEL,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM,

IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAR-RENJU TAS-SWAŻILAND,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA UNITA TAT-TANŻANIJA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊAD,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAT-TIMOR-LESTE,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TOGOLIŻA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAT-TONGA,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ TRINIDAD U TOBAGO,

IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ TUVALU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-UGANDA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ VANWATU,

IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻAMBJA,

IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻIMBABWE,

liema Stati minn hawn il-quddiem huma msejħa “l-Istati ACP”,

min-naħa l-oħra,

mlaqqgħin f’Ouagadougou fit-tnejn u għoxrin jum ta’ Ġunju fis-sena elfejn u għaxra għall-iffirmar tal-Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005,

fil-ħin tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim adottaw dawn id-dikjarazzjonijiet mehmuża ma’ dan l-Att Finali:

Dikjarazzjoni I

Dikjarazzjoni Konġunta dwar Is-Sostenn Għall-Aċċess għas-Suq fis-Sħubija ACP-KE

Dikjarazzjoni II

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp (Artiklolu 13)

Dikjarazzjoni III

Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar it-tibdil Istituzzjonali li Jirriżulta mid-Dħul fis-Seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona

u, barra minn hekk, qablu li d-dikjarazzjonijiet eżistenti li ġejjin, bħala konsegwenza tat-tħassir tal-Anness V, saru obsoleti:

Dikjarazzjoni XXII

Dikjarazzjoni Konġunta dwar prodotti agrikoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Anness V

Dikjarazzjoni XXIII:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-aċċess tas-suq fis-Sħubija ACP-KE

Dikjarazzjoni XXIV:

Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-ross;

Dikjarazzjoni XXV:

Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-rum;

Dikjarazzjoni XXVI:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar iċ-ċanga u l-vitella;

Dikjarazzjoni XXVII:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-arranġamenti li jiregolaw l-aċċess għas-swieq taddipartimenti Franċiżi mbegħda għal prodotti li joriġinaw fl-Istati ACP referuti fl-Artikolu 1(2) tal-Anness V;

Dikjarazzjoni XXIX:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar prodotti koperti bl-istrateġija agrikola komuni;

Dikjarazzjoni XXX:

Dikjarazzjoni ACP dwar l-Artikolu 1 tal-Anness V;

Dikjarazzjoni XXXI:

Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 5(2)(a) tal-Anness V;

Dikjarazzjoni XXXII:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar nuqqas ta’ diskriminazzjoni;

Dikjarazzjoni XXXIII:

Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 8(3) tal-Anness V;

Dikjarazzjoni XXXIV:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 12 tal-Anness V;

Dikjarazzjoni XXXV:

Dikjarazzjoni Konġunta li tirigwardja l-Protokoll 1 tal-Anness V;

Dikjarazzjoni XXXVI:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Protokoll 1 tal-Anness V;

Dikjarazzjoni XXXVII:

Dikjarazzjoni Konġunta li tirigwardja l-Protokoll 1 tal-Anness V dwar l-oriġini tal-prodotti tas-sajd;

Dikjarazzjoni XXXVIII:

Dikjarazzjoni tal-Komunità li tirigwardja l-Protokoll 1 tal-Anness V dwar il-limiti tal-ibħra territorjali;

Dikjarazzjoni XXXIX:

Dikjarazzjoni ACP li tirigwardja l-Protokoll 1 tal-Anness V dwar l-oriġini tal-prodotti tas-sajd;

Dikjarazzjoni XL:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-applikazzjoni tar-regola tat- tolleranza tal-valur fis-settur tat-tonn;

Dikjarazzjoni XLI:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 6(11) tal-Protokoll 1 tal-Anness V;

Dikjarazzjoni XLII:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-regoli tal-oriġini: kumulazzjoni mal-Afrika t’Isfel

Dikjarazzjoni XLIII:

Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Anness 2 tal-Protokoll 1 tal-Anness V.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw fi tmiem dawn id-Dikjarazzjonijiet.

DIKJARAZZJONI I

Dikjarazzjoni konġunta dwar is-sostenn għall-aċċess għas-suq fis-sħubija ACP-KE

Il-Partijiet jirrikonoxxu t-tifsira tal-valur ta’ kundizzjonijiet ta’ aċċess preferenzjali għas-suq għall-ekonomiji tal-ACP, speċifikament għas-setturi tal-prodotti essenzjali u tal-agroindustrija li huma ta’ importanza kritika għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Istati ACP u jagħtu kontribut kbir għall-impjiegi, għad-dħul mill-esportazzjoni u għadd-dħul tal-Gvern.

Il-Partijiet jirrikonoxxu li xi setturi għaddejjin, bl-għajnuna tal-UE, minn proċess ta’ trasformazzjoni mmirat biex ikun possibbli li l-esportaturi tal-ACP ikkonċernati jikkompetu fl-UE u fis-swieq internazzjonali, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ prodotti li huma tal-marka u oħrajn li għandhom valur miżjud.

Huma jirrikonoxxu wkoll li s-sostenn addizzjonali jista’ jkun neċessarju meta l-liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ tista’ twassal għal alterazzjoni iktar profonda tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-suq għall-produtturi tal-ACP. Għal dak il-għan, huma jaqblu li jeżaminaw il-miżuri neċessarji kollha sabiex iżommu l-pożizzjoni kompetittiva tal-Istati ACP fis-suq tal-UE. Dan l-eżami jista’ jimkludi r-regoli tal-oriġini, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u l-implementazzjoni ta’ miżuri speċifiċi li jindirizzaw il-limitazzjonijiet tan-naħa tal-forniment fil-pajjiżi ACP. L-għan ikun li joffri lill-pajjiżi ACP il-possibbiltajiet li jisfruttaw il-vantaġġ kompetittiv eżistenti u potenzali tagħhom fis-suq tal-UE.

Meta jiġu żviluppati programmi ta’ assistenza u jiġu provduti riżorsi, il-Partijiet jaqblu li jagħmlu evalwazzjonijiet perjodiċi biex jivvalutaw il-progress u r-riżultati miksuba u jiddeċiedu dwar liema miżuri addizzjonali xierqa għandhom jiġu implimentati.

Il-Kumitat Ministerjali Konġunt tal-Kummerċ għandu jissorvelja l-implementazzjoni ta’ din id-Dikjarazzjoni u jagħmel rapporti u rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kunsill tal-Ministri.

DIKJARAZZJONI II

Dikjarazzjoni konġunta dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp (artikolu 13)

Il-Partijiet jaqblu li jsaħħu u japprofondixxu d-djalogu u l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-migrazzjoni, billi jibnu fuq it-tliet pilastri li ġejjin ta’ approċċ komprensiv u bilanċjat għall-migrazzjoni:

1.

Il-Migrazzjoni u l-Iżvilupp, inklużi kwistjonijiet li jirrelataw mad-dijaspori, mat-telfien ta’ mħuħ u r-rimissjonijiet;

2.

Il-migrazzjoni legali inkluża d-dħul, il-mobilità u l-moviment ta’ ħiliet u servizzi; u

3.

Il-migrazzjoni illegali, inklużi d-dħul klandestin u l-ittraffikar tal-bnedmin u l-ġestjoni tal-konfini, kif ukoll ir-rijammissjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 attwali, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jaħdmu fuq id-dettalji ta’ din il-koperazzjoni mtejba fil-qasam tal-migrazzjoni.

Huma jaqblu ulterjorment li jaħdmu lejn it-tlestija tempestiva ta’ dan id-djalogu u li jirraportaw dwar il-progress li jkun sar lill-Kunsill Konġunt ACP-KE li jmiss.

DIKJARAZZJONI III

Dikjarazzjoni tal-unjoni ewropea dwar it-tibdil istituzzjonali li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-trattat ta’ lisbona

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea issostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-Komunità Ewropea fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Unjoni Ewropea.

L-Unjoni Ewropea ser tipproponi lill-Istati ACP skambju ta’ ittri bil-għan li l-Ftehim isir konformi mat-tibdil istituzzjonali fl-Unjoni Ewropea li jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.


Top