Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2008_149_R_0063_01

2008/420/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ April 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

OJ L 149, 7.6.2008, p. 63–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 149/63


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ April 2008

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/420/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ġunju 2003 sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi qbil Komunitarju.

(2)

F'isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru, hawn aktar 'il quddiem imsemmi “il-Ftehim”, f'konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi qbil Komunitarju.

(3)

Il-ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat b’mod proviżorju, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru qiegħed hawn jiġi approvat f'isem il-Komunità, soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħżel il-persuna(i) bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f'isem il-Komunità soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat proviżorjament mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar il-konklużjoni tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Ftehim.

Magħmula fi Luxembourgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Awstralja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

in-naħa waħda, u

IL-GVERN TA’ L-AWSTRALJA,

min-naħa l-oħra

(minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”)

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali li bosta Stati Membri daħlu fihom ma’ pajjiżi terzi huma inkompatibbli mal-liġi Komunitarja Ewropea;

FILWAQT LI JINNUTAW li numru ta’ ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru ġew konklużi bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Awstralja li fihom dispożizzjonijiet simili u li hemm obbligu fuq l-Istati Membri li jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jeliminaw l-inkompatibbilitajiet bejn tali ftehim u t-Trattat tal-KE;

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha kompetenza esklużiva fir-rigward ta’ numru ta’ aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi;

FILWAQT LI JINNUTAW li, taħt il-liġi tal-Komunità Ewropea, kumpaniji ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess non-diskriminatorju għal rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi;

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu għall-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu bi proprjeta kumpaniji ta’ l-ajru liċenzjati f’konformità mal-liġi Komunitarja Ewropea;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-konsistenza bejn il-liġi tal-Komunità Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Awstralja ser tipprovdi bażi legali soda għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja u tħares il-kontinwità ta’ servizzi ta’ l-ajru bħal dawn;

FILWAQT LI JINNUTAW li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Awstralja, li mhumiex inkonsistenti mal-liġi tal-Komunità Ewropea, m’ għandhomx bżonn jiġu emendati jew sostitwiti;

FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex l-għan tal-Komunità Ewropea f’dan il-Ftehim li żżid il-volum totali tat-traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja, li taffettwa l-bilanċ bejn kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità u kumpaniji ta’ l-ajru ta’ l-Awstralja, jew li tegħleb l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eżistenti dwar is-servizzi ta’ l-ajru fir-rigward ta’ drittijiet tat-traffiku,

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” għandha tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. “Parti Kontraenti” għandha tfisser parti kontraenti għal dan il-Ftehim; “parti” għandha tfisser il-parti kontraenti għall-Ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru rilevanti; “kumpanija ta’ l-ajru” għandha tfisser ukoll linja ta’ l-ajru; “it-territorju tal-Komunità Ewropea” għandha tfisser it-territorji ta’ l-Istati Membri li għalihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea japplika.

2.   Referenzi f’kull wieħed mill-Ftehim elenkat fl-Anness I għal ċittadini ta’ l-Istat Membru li huwa parti għal dak il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma bħala li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3.   Referenzi f’kull wieħed mill-Ftehim elenkati fl-Anness I għal kumpaniji ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li huwa parti għal dak il-Ftehim għandhom jiġu mifhuma bħala li jirreferu għal kumpaniji ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru nominata minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Għażla, Awtorizzazzjoni u Revoka

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jegħlbu d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għażla tal-kumpaniji ta’ l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu mogħtija mill-Awstralja, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta’ l-ajru, rispettivament.

2.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jegħlbu d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għażla ta’ kumpaniji ta’ l-ajru mill-Awstralja, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tagħha mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat, u ċ-ċaħda, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta’ l-ajru, rispettivament.

3.   Mal-wasla ta’ tali għażla, jew ta’ applikazzjonijiet mill-kumpanija/i ta’ l-ajru nominata, fil-forma u l-mod preskritti għall-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim u l-permessi tekniċi, kull parti għandha, soġġetta għall-paragrafi 4 u 5 tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi adatti b’dewmien proċedurali minimu, dment li:

(a)

fil-każ ta’ kumpanija ta’ l-ajru nominata minn Stat Membru:

(i)

il-kumpanija ta’ l-ajru tkun stabbilita, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jinnomina u għandu Liċenzja Operattiva valida minn Stat Membru f’konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea; u

(ii)

jiġi eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata biċ-ċar fl-għażla; u

(iii)

il-post prinċipali tan-negozju tal-kumpanija ta’ l-ajru jkun jinsab fl-Istat Membru mingħand min tkun irċeviet il-Liċenzja Operattiva valida; u

(iv)

il-kumpanija ta’ l-ajru hija proprjetà, direttament jew permezz ta’ sehem maġġoritarju, u hija effettivament ikkontrollata mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ tali Stati oħra;

(b)

fil-każ ta’ kumpanija ta’ l-ajru nominata mill-Awstralja:

(i)

l-Awstralja għandha u żżomm kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru; u

(ii)

il-post prinċipali tan-negozju tagħha jkun fl-Awstralja.

4.   Kull waħda mill-partijiet tista’ tiċħad, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjoni ta’ l-operat jew il-permessi tekniċi ta’ kumpanija ta’ l-ajru nominata mill-parti l-oħra meta:

(a)

fil-każ ta’ kumpanija ta’ l-ajru nominata minn Stat Membru:

(i)

il-kumpanija ta’ l-ajru ma tkunx stabbilita, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel l-għażla jew ma jkollhiex Liċenzja Operattiva valida minn Stat Membru f’konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea; jew

(ii)

ma jiġix eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fl-għażla; jew

(iii)

il-post prinċipali tan-negozju tal-kumpanija ta’ l-ajru ma jkunx fit-territorju ta’ l-Istat Membru mingħand min tkun irċeviet il-Liċenzja Operattiva tagħha; jew

(iv)

il-kumpanija ta’ l-ajru ma tkunx proprjetà, direttament jew permezz ta’ sehem maġġoritarju, u mhijiex effettivament ikkontrollata mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra; jew

(v)

il-kumpanija ta’ l-ajru tkun diġà awtorizzata biex topera taħt ftehim bilaterali bejn l-Awstralja u Stat Membru ieħor u l-Awstralja tista’ turi li, meta teżerċita drittijiet tat-traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, tkun qed tevita restrizzjonijiet fuq it-tielet, ir-raba’ jew il-ħames dritt tat-traffiku ta’ libertà imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew

(vi)

il-kumpanija ta’ l-ajru jkollha Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Awstralja u l-Istat Membru, u l-Awstralja tista’ turi li d-drittijiet tat-traffiku meħtieġa biex twettaq l-operazzjoni proposta mhumiex disponibbli b’mod reċiproku lill-kumpanija/i ta’ l-ajru nominata ta’ l-Awstralja;

(b)

fil-każ ta’ kumpanija ta’ l-ajru nominata mill-Awstralja:

(i)

l-Awstralja ma tkunx qed iżżomm kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru; jew

(ii)

il-post prinċipali tan-negozju tagħha ma jkunx fl-Awstralja.

5.   Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha taħt il-paragrafu 4, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħha taħt il-paragrafu 4(a) (v) u (vi) ta’ dan l-Artikolu, l-Awstralja m’ għandhiex tiddiskrimina bejn kumpaniji ta’ l-ajru ta’ Stati Membri fuq il-bażi ta’ ċittadinanza.

Artikolu 3

Drittijiet fir-rigward ta’ kontroll regolatorju

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkumplimentaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (ċ).

2.   Fejn Stat Membru (l-ewwel Stat Membru) ikun għażel kumpanija ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha hu eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor (it-tieni wieħed), id-drittijiet ta’ l-Awstralja taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-ftehim bejn l-ewwel Stat Membru li jkun għażel il-kumpanija ta’ l-ajru u l-Awstralja għandhom japplikaw indaqs fir-rigward ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta’ standards ta’ sigurtà minn dak it-tieni Stat Membru u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operat ta’ dik il-kumpanija ta’ l-ajru.

Artikolu 4

Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkumplimentaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II (d).

2.   It-tariffi li jridu jiġu imposti mill-kumpanija/i ta’ l-ajru nominata/i mill-Awstralja taħt Ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II (d) għat-trasport li jseħħ kollu kemm hu fil-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 5

Annessi għall-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integrali minnu.

Artikolu 6

Reviżjoni jew emenda

Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, fi kwalunkwe ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu ġew mitmuma.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li japplikaw provviżorjament dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tkomplija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3.   Ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Awstralja li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim għandhu japplika għall-Ftehim u l-arranġamenti kollha ta’ dan it-tip mad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.

Artikolu 8

Tmiem

1.   Fil-każ li Ftehim elenkat fl-Anness I jintemm, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-Ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat ser jintemmu fl-istess ħin.

2.   Fil-każ li l-Ftehim kollha elenkati fl-Anness I jintemmu, dan il-Ftehim għandu jintemm fl-istess ħin.

B’HIEDA TA’ DAN, dawn hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, f’żewġ kopji, fid-disgħa u għoxrin jum ta’ April tas-sena elfejn u tmienja bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża. Fil-każ ta’ diverġenza t-test Ingliż għandu jipprevali fuq it-testi bil-lingwi l-oħra.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

За правителството на Австралия

Por el Gobierno de Australia

Za vládu Austrálie

For Australiens regering

Für die Regierung Australiens

Austraalia valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση της Αυστραλίας

For the Government of Australia

Pour le gouvernement d'Australie

Per il governo d'Australia

Austrālijas valdības vārdā

Australijos Vyriausybės vardu

Ausztrália kormánya részéről

Għall-Gvern ta' l-Awstralja

Voor de Regering van Australië

W imieniu Rządu Australii

Pelo Governo da Austrália

Pentru Guvernul Australiei

Za vládu Austrálie

Za vlado Avstralije

Australian hallituksen puolesta

För Australiens regering

Image

ANNESS I

Lista tal-Ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Commonwealth ta’ l-Awstralja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament:

Ftehim bejn il-Gvern Federali Awstrijak u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru magħmul fi Vjenna fit-22 ta’ Marzu 1967 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Awstralja-Awstrija”)

Issupplimentat bil-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat fi Vjenna fil-25 ta’ Marzu 1999;

Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern ta’ l-Awstralja inizjalat f'Kanberra fis-16 ta’ Ottubru 1998; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Danimarka”).

Issupplimentat bil-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Skandinavi fir-rigward tas-Sistema tal-Linji ta’ l-Ajru Skandinavi (SAS) inizjalat f'Kanberra fis-16 ta’ Ottubru 1998;

Issupplimentat bil-Minuti Miftehma ddatati s-16 ta’ Ottubru 1998;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja fir-rigward tas-Servizzi ta’ l-Ajru inizjalat fil-15 ta’ Ġunju 1999; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Finlandja”).

Issupplimentat bil-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat f'Ħelsinki fil-15 ta’ Ġunju 1999;

Ftehim bejn il-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja u l-Gvern tar-Repubblika Franċiża u fir-rigward tat-Trasport bl-Ajru magħmul f'Kanberra fit-13 ta’ April 1965; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Awstralja-Franza”).

Immodifikat bl-Iskambju ta’ Ittri ffirmati f'Pariġi fit-22 ta’ Diċembru 1970 u s-7 ta’ Jannar 1971;

Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Commonwealth ta’ l-Awstralja fir-rigward tat-Trasport bl-Ajru magħmul f'Bonn fit-22 ta’ Mejju 1957, (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Awstralja-Ġermanja”);

Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat f' Canberra fit-12 ta’ Ġunju 1998 u l-iskambju ta’ ittri bid-data tas-17 ta’ Settembru 1998 u tal-5 ta’ Novembru 1998.

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Greċja u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja fir-rigward tas-Servizzi ta’ l-Ajru magħmul f'Ateni fl-10 ta’ Ġunju 1971, kif emendat; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Awstralja-Greċja”);

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern ta’ l-Awstralja fir-rigward tas-Servizzi ta’ l-Ajru inizjalat f'Ateni fil-11 ta’ Novembru 1997 u mehmuż mal-Memorandum ta’ Ftehim iffirmat f'Ateni fil-11 ta’ Novembru 1997; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Abbozz tal-Ftehim Rivedut Awstralja-Greċja”);

Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Irlanda u l-Awstralja konkluż permezz ta’ skambju ta’ noti ddatati s-26 ta’ Novembru 1957 u t-30 ta’ Diċembru 1957; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Awstralja-Irlanda”);

Ftehim bejn il-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Italja fir-rigward tas-Servizzi ta’ l-Ajru magħmul f'Ruma fl-10 ta’ Novembru 1960, kif emendat, (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “ il-Ftehim Awstralja-Italja”);

Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Awstralja u l-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu dwar Servizzi ta’ l-Ajru kif anness mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul fil-Lussemburgu fit-3 ta’ Settembru 1997; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Lussemburgu”);

Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern ta’ l-Awstralja fir-rigward tas-servizzi ta’ l-Ajru, magħmul f'Kanberra fil-11 ta’ Settembru 1996; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Awstralja-Malta”);

Issupplimentat bl' iskambju ta’ ittri fl-1 ta’ Diċembru 2003;

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Olanda u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja għall-istabbiliment ta’ servizzi ta’ l-ajru, magħmul f'Kanberra fil-25 ta’ Settembru 1951; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Awstralja-Olanda”);

Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern ta’ l-Awstralja fir-rigward tas-Servizzi ta’ l-Ajru, magħmul f'Varsavja fit-28 ta’ April 2004; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Awstralja-Polonja”);

Ftehim dwar is-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Isvezja u l-Gvern ta’ l-Awstralja inizjalat f'Kanberra fis-16 ta’ Ottubru 1998; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Svezja”).

Issupplimentat bil-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Skandinavi fir-rigward tas-Sistema tal-Linji ta’ l-Ajru Skandinavi (SAS) inizjalat f'Kanberra fis-16 ta’ Ottubru 1998;

Issupplimentat bil-Minuti Miftehma ddatati s-16 ta’ Ottubru 1998.

Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tal-Commonwealth ta’ l-Awstralja għas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, magħmul f'Londra fis-7 ta’ Frar 1958 kif emendat; (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Awstralja-Renju Unit”);

(b)

Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Commonwealth ta’ l-Awstralja u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament.

ANNESS II

Lista ta’ artikoli fil-Ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Għażla:

Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja-Awstrija; (*)

Artikolu 3 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Danimarka;

Artikolu 3 tal-Ftehim Awstralja-Ġermanja; (*)

Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja-Greċja; (*)

Artikolu 4 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Greċja; (*)

Artikolu 3 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Lussemburgu; (*)

Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja-Irlanda; (*)

Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja-Italja; (*)

Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja-Malta; (*)

Artikolu 3 tal-Ftehim Awstralja-Olanda; (*)

Artikolu 2 tal-Ftehim Awstralja-Polonja;

Artikolu 3 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Svezja;

Artikolu 3 tal-Ftehim Awstralja-Renju Unit.

(b)

Ċaħda, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:

Artikolu 7 tal-Ftehim Awstralja-Awstrija; (*)

Artikolu 4 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Danimarka;

Artikolu 5 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Finlandja;

Artikolu 8 tal-Ftehim Awstralja-Franza; (*)

Artikolu 4 tal-Ftehim Awstralja-Ġermanja; (*)

Artikolu 5 tal-Ftehim Awstralja-Greċja; (*)

Artikolu 5 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Greċja; (*)

Artikolu 7 tal-Ftehim Awstralja-Irlanda; (*)

Artikolu 5 tal-Ftehim Awstralja-Italja; (*)

Artikolu 4 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Lussemburgu; (*)

Artikolu 5 tal-Ftehim Awstralja-Malta; (*)

Artikolu 6 tal-Ftehim Awstralja-Olanda; (*)

Artikolu 2 tal-Ftehim Awstralja-Polonja;

Artikolu 4 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Svezja;

Artikolu 3 tal-Ftehim Awstralja-Renju Unit.

(ċ)

Kontroll regolatorju:

Mehmuż numru 4 tal-Memorandum ta’ Ftehim bejn l-awtoritajiet ta’ l-ajronawtika tal-Gvern ta’ l-Awstralja u l-Gvern ta’ l-Awstrija, iffirmat fil-25 ta’ Marzu 1999 - kif applikat provviżorjament fil-qafas tal-Ftehim Awstralja-Awstrija;

Artikolu 17 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Danimarka;

Artikolu 8 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Finlandja;

Id-Dokument Ċ mehmuż mal-Memorandum ta’ Ftehim bejn l-awtoritajiet aeronawtiċi tal-Gvern ta’ l-Awstralja u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, iffirmat f’Kanberra fit-12 ta’ Ġunju 1998 – kif applikat provviżorjament fil-qafas tal-Ftehim Awstralja–Ġermanja;

Artikolu 8 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Greċja;

Artikolu 7 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Lussemburgu;

Artikolu 8 tal-Ftehim Awstralja-Malta;

Id-Dokument Ċ mehmuż mal-Memorandum ta’ Ftehim bejn l-awtoritajiet aeronawtiċi tal-Gvern ta’ l-Awstralja u l-Gvern tar-Renju ta’ l-Olanda, iffirmat f’The Hague fl-4 ta’ Settembru 1997 – kif applikat provviżorjament fil-qafas tal-Ftehim Awstralja – Olanda;

Artikolu 5 tal-Ftehim Awstralja-Polonja;

Artikolu 17 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Svezja;

(d)

Tariffi għat-trasport fil-Komunità Ewropea:

Artikolu 9 tal-Ftehim Awstralja-Awstrija;

Artikolu 13 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Danimarka;

Artikolu 14 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Finlandja;

Artikolu 10 tal-Ftehim Awstralja-Franza;

Mehmuż E tal-Memorandum ta’ Ftehim bejn l-awtoritajiet ta’ l-ajronawtika tal-Gvern ta’ l-Awstralja u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, iffirmat f' Canberra fil-12 ta’ Ġunju 1998 flimkien ma skambju ta’ Ittri bid-dati tas-17 ta’ Settembru 1998 u l-5 ta’ Novembru 1998 - kif applikat provviżorjament fil-qafas tal-Ftehim Awstralja-Ġermanja;

Artikolu 9 tal-Ftehim Awstralja-Greċja;

Artikolu 14 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Greċja;

Artikolu 9 tal-Ftehim Awstralja-Irlanda;

Artikolu 9 tal-Ftehim Awstralja-Italja;

Artikolu 11 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Lussemburgu;

Artikolu 14 tal-Ftehim Awstralja-Malta;

Taqsima IV ta’ l-Anness għall-Ftehim Awstralja-Olanda;

Artikolu 10 tal-Ftehim Awstralja-Polonja;

Artikolu 13 ta’ l-Abbozz tal-Ftehim Awstralja-Svezja;

Artikolu 7 tal-Ftehim Awstralja-Renju Unit.


(*)  L-Artikolu 2 (2) ta’ dan il-Ftehim ma japplikax għal dawn id-disposizzjonijiet.

ANNESS III

Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ir-Repubblika ta’ l-Islanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea).

(b)

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea).

(ċ)

Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea).

(d)

Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).


Top