EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2023:180A:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, CA 180, 23 ta' Mejju 2023


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 180A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
23 ta' Mejju 2023


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2023/C 180 A/01

Avviż ta’ reklutaġġ PE/290/S — Direttur (grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14) — Direttorat Ġenerali għall-Presidenza — Direttorat għall-Affarijiet Interistituzzjonali u l-Koordinament Leġiżlattiv

1

2023/C 180 A/02

Avviż ta’ reklutaġġ PE/292/S — Direttur Ġenerali (grupp ta’ funzjoni AD, grad 15) — Direttorat Ġeneral għall-Persunal

8


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

23.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 180/1


AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/290/S

DIRETTUR

(grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14)

Direttorat Ġenerali għall-Presidenza — Direttorat għall-Affarijiet Interistituzzjonali u l-Koordinament Leġiżlattiv

(2023/C 180 A/01)

 

1.   Pożizzjoni vakanti

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċidiet li tniedi proċedura għall-pożizzjoni ta’ direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Presidenza, id-Direttorat għall-Affarijiet Interistituzzjonali u l-Koordinament Leġiżlattiv, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).

Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se tiżvolġi b’mod parallel mal-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta’ EUR 16 292,34 fix-xahar. Ma’ dan is-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-kandidati għandhom jieħdu nota li dan l-impjieg huwa soġġett għar-regolament dwar il-politika tal-mobilità, li ġie adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.

Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna reklutata bħala direttur se tkun mitluba twettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew u barra minnhom.

2.   Post tax-xogħol

Brussell. Dan l-impjieg jaf jiġi trasferit lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   Opportunitajiet indaqs

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, kemm jekk tkun ibbażata fuq il-ġeneru, l-etniċità, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

4.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Bħala uffiċjal ta’ livell għoli, il-persuna reklutata bħala direttur, fid-dawl tal-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-Direttur Ġenerali, tkun inkarigata minn dawn il-kompiti (3):

tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi diversi unitajiet li jkopru l-oqsma ta’ attività tad-direttorat, f’konformità mal-politiki tal-istituzzjoni,

tmexxi, tistimula, timmotiva u tikkoordina timijiet ta’ aġenti; taħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li tiżgura servizz ta’ kwalità għolja (organizzazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta’ attività tiegħu,

tippjana l-attivitajiet tad-direttorat (tfassil tal-objettivi u l-istrateġiji); tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti; tivvaluta s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiggarantixxi l-kwalità tagħhom,

tagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarjat Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oqsma ta’ attività tiegħu,

tikkoopera mad-direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, tirrappreżenta lill-istituzzjoni u tinnegozja kuntratti jew ftehimiet fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat,

tiġġestixxi u twassal fi tmiemhom proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji,

twettaq il-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega.

5.   Rekwiżiti ta’ eleġibilità

Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Rekwiżiti ġenerali

Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ b’mod partikolari li l-kandidati:

ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4),

igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom,

ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari,

joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti.

(b)

Rekwiżiti speċifiċi

(i)

Kwalifiki u diplomi meħtieġa

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ erba’ snin jew aktar,

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni flimkien ma’ esperjenza professjonali xierqa ta’ sena jew aktar (5) meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ tliet snin jew aktar.

Id-diplomi, kemm jekk maħruġa fi Stat Membru tal-Unjoni jew f’pajjiż ieħor, iridu jkunu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, bħall-ministeru tal-edukazzjoni ta’ Stat Membru.

Il-kandidati li jkollhom diplomi maħruġa f’pajjiż mhux tal-UE (6) jeħtiġilhom jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom ekwivalenza tal-UE għad-diplomi tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki mhux tal-UE fin-networks ENIC-NARIC, ara https://www.enic-naric.net/.

(ii)

Esperjenza professjonali meħtieġa

Esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija hawn fuq:

tnax-il sena, li għall-inqas parzjalment ikunu nkisbu fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat u li jkunu jinkludu minimu ta’ sitt snin f’ambjent Ewropew u/jew internazzjonali, u minimu ta’ sitt snin f’funzjonijiet ta’ ġestjoni f’dipartiment kbir.

(iii)

Għarfien lingwistiku

Il-pożizzjoni teżiġi għarfien fil-fond ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7), kif ukoll għarfien sodisfaċenti ta’ mill-inqas lingwa waħda oħra minnhom.

Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

6.   Testijiet

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jistabbilixxi l-lista ta’ kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-Kumitat jagħmel l-intervisti u jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

L-intervisti jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet, kif imsemmija fil-punt 4 ta’ dan l-avviż, kif ukoll fuq il-kapaċitajiet li ġejjin:

sens ta’ strateġija,

kapaċità maniġerjali,

kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem,

kapaċità ta’ reazzjoni għall-avvenimenti,

approċċ metikoluż,

kapaċità ta’ komunikazzjoni.

7.   Tressiq tal-applikazzjonijiet

Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija:

it-Tnejn, 5 ta’ Ġunju 2023, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, f’format pdf, ittra ta’ motivazzjoni (immarkata “Għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ reklutaġġ numru PE/290/S”) u curriculum vitae fil-format tal-Europass (8), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/290/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:

PERS-EPSeniorManagement@ep.europa.eu

u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.

Il-kandidati jeħtiġilhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista jeħtiġilhom jieħdu nota li jridu jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw fil-preżent (9) . L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.

Id-data ta’ natura personali li l-kandidati jibagħtu fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ tali data.


(1)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u reċentement mir-Regolament (UE, Εuratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

(2)  Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(3)  Għall-kompiti prinċipali, ara l-Anness.

(4)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.

(5)  Din is-sena ta’ esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.

(6)  Il-kwalifiki/diplomi Brittaniċi miksuba sal-31 ta’ Diċembru 2020 jiġu aċċettati mingħajr rikonoxximent ieħor. Għad-diplomi miksuba wara din id-data, rikonoxximent NARIC huwa meħtieġ. Fil-prattika, dan ifisser li d-diplomi Brittaniċi mogħtija mill-1 ta’ Jannar 2021 iridu jkunu akkumpanjati minn ekwivalenza mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat li jkun membru tal-UE.

(7)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.

(8)  https://europa.eu/europass/

(9)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew fid-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet. Hija r-responsabilità tal-kandidati li jiżguraw li s-servizzi tal-Parlament ikollhom il-fajl komplut li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tagħhom (fil-każ li xi dokumenti rilevanti jkunu neqsin fil-portal HRM (Streamline)).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Direttorat Ġenerali Għall-Presidenza Direttorat għall-Affarijiet Interistituzzjonali u l-Koordinament Leġiżlattiv

Dmirijiet prinċipali

(Dipartiment magħmul minn 37 aġent: 30 uffiċjal, 2 aġenti temporanji u 5 aġenti kuntrattwali)

8.5.2023

Jgħin lid-Deputat Segretarju Ġenerali fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu;

Jidderieġi, jikkoordina u jistimula l-ħames unitajiet tad-Direttorat f’konformità mad-dispożizzjonijiet regolatorji u fi spirtu ta’ servizz lill-klijenti bl-iskop li jintlaħqu l-objettivi tad-DĠ.

UNITÀ TAL-KOORDINAMENT U L-IPPJANAR LEĠIŻLATTIV

Tiżgura l-attivitajiet ta’ programmazzjoni: tippjana l-aġendi għas-sessjonijiet plenarji u l-produzzjoni tad-dokumenti marbuta magħhom (tabelli ta’ programmazzjoni, memos, fajls prijoritarji, tħejjija u implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta, analiżi u monitoraġġ tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni);

Tiżgura l-attivitajiet ta’ koordinament: timmonitorja l-ħidma tas-sessjoni plenarja (inkluż l-assistenza lill-Viċi Presidenti) u tal-kumitati parlamentari; tipproduċi n-noti dwar dawn is-suġġetti, tikkontribwixxi għat-tfassil tal-briefing dwar is-sessjonijiet plenarji għall-President; tieħu sehem fi gruppi ta’ ħidma u/jew ta’ koordinament, inkluż fi gruppi ta’ tmexxija;

Talimenta u tamministra l-applikazzjonijiet SCHED u ITER b’dibattiti, votazzjonijiet u l-proċeduri plenarji kollha; tiżgura li l-proċeduri jinfetħu fuq talba tal-kumitati parlamentari u tal-gruppi politiċi; talimenta l-applikazzjoni ITER bid-deċiżjonijiet kollha tal-Kunsill (Coreper I u II); tipproduċi u tipprovdi analiżi tal-istatistika dwar il-funzjonament tal-plenarja;

Torganizza seminars u workshops f’kollaborazzjoni ma’ DĠ oħra għall-attenzjoni ta’ uffiċjali nazzjonali għal Presidenzi futuri tal-Kunsill; tipprovdi noti u torganizza laqgħat għat-tħejjija ta’ Presidenzi futuri tal-Kunsill u tagħti informazzjoni dwar il-prijoritajiet tal-Presidenzi futuri tal-Kunsill;

Tipproduċi tabelli u noti dwar il-proċeduri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li għaddejjin bħalissa.

UNITÀ TAL-INFORMAZZJONIKLASSIFIKATA

Tiġġestixxi l-aspetti kollha relatati mar-reġistrazzjoni, il-ħżin, il-ġestjoni tal-aċċess, l-indiċjar u l-arkivjar ta’ informazzjoni klassifikata għall-konsultazzjoni; tiżgura l-applikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 2013 dwar ir-regoli applikabbli għat-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew (“id-deċiżjoni tal-Bureau”) u tal-ftehimiet interistituzzjonali dwar it-trażmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata;

Tiġġestixxi installazzjonijiet siguri, inkluż l-abbozzar tal-adattamenti meħtieġa għall-proċeduri ta’ sigurtà operazzjonali;

Tippreżenta l-miżuri ta’ sigurtà obbligatorji għal informazzjoni klassifikata f’kollaborazzjoni mal-Unità tal-Valutazzjoni tar-Riskju tad-DĠ SAFE;

Tiġbor data bil-għan li tipproduċi l-istatistika u tfassal l-abbozz ta’ rapport annwali li s-Segretarju Ġenerali tal-Parlament jippreżenta lill-Bureau dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau;

Tassisti lis-Segretarju Ġenerali fl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau u tipproponi l-aġġustamenti meħtieġa li għandhom jintbagħtu lill-Bureau għal deċiżjoni;

Tipprovdi l-appoġġ mitlub waqt in-negozjati ta’ ftehimiet interistituzzjonali u tar-regoli dwar it-trażmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata.

UNITÀ TAR-RELAZZJONIJIET INTERINSTITUZZJONALI

Tiżgura l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet l-oħra: segwitu u tixrid ta’ noti regolari dwar l-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-KESE, tal-KtR u tas-SEAE; tiġġestixxi l-kalendarju interistituzzjonali fl-intranet tal-PE;

Tissorvelja l-koordinament u d-djalogu interistituzzjonali: tiżviluppa l-Proġett “Rapportar imtejjeb dwar is-segwitu tal-Kummissjoni Ewropea għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew”; tieħu sehem fin-negozjati ta’ ftehimiet interistituzzjonali, seminars ta’ informazzjoni għall-Presidenzi tal-Kunsill; segwitu ta’ fajls ġenerali b’sustanza interistituzzjonali; toħloq u żżomm bażi ta’ data dwar il-ftehimiet interistituzzjonali;

Tappoġġja lid-Deputat Segretarju Ġenerali fl-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, b’mod partikolari l-paragrafu 10 (segwitu mill-KE għar-riżoluzzjonijiet mhux leġiżlattivi tal-PE); il-paragrafu 50 monitoraġġ (monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra; rapport annwali u laqgħa ta’ livell għoli); tikkontribwixxi għat-tħejjija u s-segwitu tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-programmazzjoni leġiżlattiva annwali u pluriennali; assistenza fin-negozjar ta’ ftehimiet interistituzzjonali skont il-Ftehim dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

Tiżgura l-organizzazzjoni, it-tħejjija u s-segwitu tal-Grupp ta’ Koordinament Interistituzzjonali: tissorvelja l-Grupp ta’ Koordinament Interistituzzjonali bħala forum għal djalogu interistituzzjonali, koordinament għas-sessjonijiet plenarji u monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet;

Tiġġestixxi l-ħidma marbuta mas-sessjoni plenarja: tħejjija ta’ briefings għall-President fil-plenarja; assistenza fl-ippjanar ta’ aġendi plenarji u djalogu regolari ma’ istituzzjonijiet oħra dwar il-ġestjoni tagħhom; monitoraġġ tal-preżenza ta’ istituzzjonijiet oħra.

UNITÀTAT-TRASPARENZA

Tirċievi u tipproċessa t-talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew fi ħdan l-iskadenzi regolatorji; tassisti lill-applikanti biex jiċċaraw il-kontenut tal-applikazzjoni tagħhom u tinnegozja magħhom meta l-applikazzjonijiet ikunu jikkonċernaw dokumenti twal u kumplessi ħafna; tikkoordina t-tweġibiet mas-servizzi responsabbli tal-Parlament u tikkonsulta ma’ partijiet terzi meta t-talbiet ikunu jikkonċernaw dokumenti ta’ partijiet terzi;

Tkompli l-implimentazzjoni fil-Parlament tal-ftehim interistituzzjonali l-ġdid bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza u tapplika d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti (Uffiċċju, Viċi President, Segretarju Ġenerali) f’dan il-qasam; tiżgura l-komunikazzjoni interna u t-taħriġ dwar ir-Reġistru ta’ Trasparenza;

Tiddiskuti mar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess, twettaq verifiki tal-eliġibbiltà u tal-kwalità fuq id-data pprovduta mir-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jixtiequ jirreġistraw fir-Reġistru ta’ Trasparenza, tittratta l-ilmenti mressqa lis-Segretarjat u tassisti fit-tħejjija tar-rapport annwali dwar il-funzjonament tar-Reġistru; torganizza attivitajiet ta’ taħriġ u komunikazzjoni biex tqajjem sensibilizzazzjoni dwar ir-Reġistru fost il-pubbliku u r-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess u tippromwovi l-użu tiegħu fost il-Membri u l-persunal;

Tirrappreżenta lill-Parlament Ewropew fis-Segretarjat Konġunt tar-Reġistru ta’ Trasparenza stabbilit skont il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ir-Reġistru ta’ Trasparenza; tħejji l-laqgħa annwali tal-Bord tat-Tmexxija tar-Reġistru ta’ Trasparenza u tiżgura l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet annwali tar-Reġistru; tassisti lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-kuntest tal-awditjar tar-Reġistru ta’ Trasparenza;

Tikkoordina mad-DĠ ITEC l-iżvilupp tal-għodda informatika tar-Reġistru;

Tħejji r-rapport annwali tal-Parlament dwar l-aċċess għad-dokumenti.

UNITÀ TAR-RIFLESSJONI INTERISTITUZZJONALI DWAR IL-FUTUR

Timmonitorja u tirrapporta dwar is-segwitu tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (CoFE); tappoġġja lis-servizzi tal-Parlament fl-integrazzjoni tal-konklużjonijiet u l-proċessi tal-CoFE fil-ħidma tal-Parlament; tirrifletti dwar żviluppi interistituzzjonali futuri possibbli; tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżitu tal-CoFE;

Tabbozza noti tekniċi u briefings, analiżi u statistika lis-servizzi u l-korpi tal-Parlament dwar l-esperjenza tal-CoFE u l-implimentazzjoni tal-eżitu tiegħu, kemm fil-Parlament kif ukoll mill-istituzzjonijiet l-oħra;

Tipprovdi informazzjoni u għarfien espert dwar żviluppi rilevanti, għal deliberazzjonijiet possibbli dwar l-attivitajiet ta’ implimentazzjoni u tappoġġja r-rwol ta’ skrutinju u l-impenji tal-Parlament;

Tkompli tiżviluppa l-koordinament leġiżlattiv intern tal-Parlament, l-ippjanar leġiżlattiv pluriennali u annwali u l-kompiti ta’ programmazzjoni;

Issegwi u tirrapporta dwar id-diskussjonijiet u l-iżviluppi relatati mal-CoFE, kemm fi ħdan il-qafas tat-trattat attwali kif ukoll dwar il-bidliet istituzzjonali;

Tikkollabora mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-koordinament tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni tal-CoFE;

Tieħu sehem f’attivitajiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet u barra minnhom, u tappoġġja t-tħejjija tal-Parlament għall-elezzjonijiet Ewropej;

Tikkollabora mas-servizzi u l-korpi politiċi rilevanti tal-Parlament, b’mod partikolari mas-segretarjati tal-kumitati.


23.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 180/8


AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/292/S

DIRETTUR ĠENERALI

(grupp ta’ funzjoni AD, grad 15)

Direttorat Ġeneral għall-Persunal

(2023/C 180 A/02)

 

1.   Pożizzjoni vakanti

Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċiediet li tniedi proċedura għall-pożizzjoni ta’ direttur ġenerali (AD, grad 15) fi ħdanid-Direttorat Ġenerali għall-Persunal, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa r-“Regolamenti tal-Persunal”).

Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se sseħħ b’mod parallel mal-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.

Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 15 (2). Is-salarju bażiku huwa ta’ EUR 18 433,77 fix-xahar. Ma’ dan is-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-kandidati għandhom jieħdu nota li dan l-impjieg huwa soġġett għar-regolament dwar il-politika tal-mobilità, li ġie adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.

Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna reklutata bħala direttur se tkun mitluba twettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew u barra minnhom.

2.   Post tax-xogħol

Il-Lussemburgu. Dan l-impjieg jaf jiġi trasferit lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.

3.   Opportunitajiet indaqs

Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, kemm jekk tkun ibbażata fuq il-ġeneru, l-etniċità, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.

4.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Bħala uffiċjal ta’ livell għoli, il-persuna reklutata bħala direttur ġenerali, fid-dawl tal-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mis-Segretarju Ġenerali, tkun inkarigata minn dawn il-kompiti (3):

l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi diversi direttorati li jkopru l-oqsma ta’ attività tad-Direttorat Ġenerali,

il-proposta ta’ żviluppi, l-iffissar tal-objettivi u tal-mezzi, il-ġestjoni ta’ tims, l-għażla tal-modi ta’ organizzazzjoni, l-użu tar-riżorsi finanzjarji,

il-ġestjoni u/jew is-superviżjoni ta’ proġetti ta’ natura orizzontali,

l-għoti ta’ pariri lis-Segretarju Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament dwar il-qasam ta’ attività tagħhom — il-kooperazzjoni mal-juriconsult u mad-diretturi ġenerali l-oħra;

ir-rappreżentanza tal-istituzzjoni, jekk ikun il-każ,

l-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’delega,

l-iżgurar, jekk ikun il-każ, tas-sostituzzjoni temporanja tas-Segretarju Ġenerali.

5.   Rekwiżiti ta’ eleġibilità

Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Rekwiżiti ġenerali

Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ b’mod partikolari li l-kandidati:

ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4),

igawdu d-drittijiet ċivili tagħhom;

ikunu ssodisfaw kull obbligu impost mil-liġijiet ta’ reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari,

joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għat-twettiq tal-funzjonijiet previsti.

(b)

Rekwiżiti speċifiċi

(i)

Kwalifiki u diplomi meħtieġa

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ erba’ snin jew aktar,

jew

livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni flimkien ma’ esperjenza professjonali xierqa ta’ sena jew aktar (5) meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ tliet snin jew aktar.

Id-diplomi, kemm jekk maħruġa fi Stat Membru tal-Unjoni jew f’pajjiż ieħor, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, bħall-ministeru tal-edukazzjoni ta’ Stat Membru.

Il-kandidati li jkollhom diplomi maħruġa f’pajjiż mhux membru (6) tal-Unjoni jeħtiġilhom jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom ekwivalenza tal-UE għad-diplomi tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki mhux tal-UE fin-networks ENIC-NARIC, ara https://www.enic-naric.net/.

(ii)

Esperjenza professjonali meħtieġa

Esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija hawn fuq:

ħmistax-il sena, eżerċitati, mill-inqas parzjalment, fl-oqsma ta’ attività tad-Direttorat Ġenerali u li jinkludu minimu ta’ disa’ snin f’ambjent Ewropew u/jew internazzjonali, u minimu ta’ disa’ snin f’funzjonijiet maniġerjali ta’ dipartiment kbir.

(iii)

Għarfien lingwistiku

Il-pożizzjoni teżiġi għarfien fil-fond ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7), kif ukoll għarfien tajjeb ħafna ta’ mill-inqas lingwa waħda oħra minnhom.

Il-Kumitat Konsultattiv iqis ukoll l-għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

6.   Testijiet

Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jistabbilixxi l-lista tal-kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-Kumitat jagħmel l-intervisti u jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.

L-intervisti jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet, kif imsemmija fil-punt 4 ta’ dan l-avviż, kif ukoll fuq il-kapaċitajiet li ġejjin:

sens ta’ strateġija,

kapaċità maniġerjali,

kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem,

kapaċità ta’ reazzjoni għall-avvenimenti,

approċċ metikoluż,

kapaċità ta’ komunikazzjoni.

7.   Tressiq tal-applikazzjonijiet

Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija:

it-Tnejn, 5 ta’ Ġunju 2023, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, fil-format pdf, ittra ta’ motivazzjoni (immarkata “Għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ reklutaġġ numru PE/292/S”) u curriculum vitae fil-format tal-Europass (8), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/292/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:

PERS-EPSeniorManagement@ep.europa.eu

u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.

Il-kandidati jeħtiġilhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.

Il-kandidati li jissejħu għal intervista għandhom jieħdu nota li jeħtiġilhom jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw fil-preżent (9) . L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.

Id-data ta’ natura personali li l-kandidati jibagħtu fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament u tal-Kunsill (10), speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ tali data.


(1)  Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u l-aħħar darba mir-Regolament (UE, Εuratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

(2)  Bħala uffiċjal, il-persuna reklutata tingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(3)  Għall-kompiti prinċipali, ara l-Anness.

(4)  L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja.

(5)  Din is-sena ta’ esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.

(6)  Il-kwalifiki/diplomi Brittaniċi miksuba sal-31/12/2020 jiġu aċċettati mingħajr rikonoxximent ieħor. Għad-diplomi miksuba wara din id-data, huwa meħtieġ rikonoxximent NARIC. Fil-prattika, dan ifisser li d-diplomi Brittaniċi mogħtija mill-1 ta’ Jannar 2021 iridu jkunu akkumpanjati minn ekwivalenza mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat li jkun membru tal-UE.

(7)  Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.

(8)  https://europa.eu/europass/

(9)  Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew fid-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet. Hija r-responsabilità tal-kandidati li jiżguraw li s-servizzi tal-Parlament ikollhom il-fajl komplut li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tagħhom (fil-każ li xi dokumenti rilevanti jkunu neqsin fil-portal HRM (Streamline)).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Direttorat Ġeneral għall-Persunal

Dmirijiet prinċipali

(Dipartiment magħmul minn 462 aġent: 294 uffiċjal, 58 aġent temporanju u 110 aġenti kuntrattwali)

8.5.2023

il-formulazzjoni tal-istrateġija tad-DĠ għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet amministrattivi u politiċi;

ir-rappreżentanza tad-DĠ fl-entitajiet tal-PE;

il-komunikazzjoni mal-persunal u mas-servizzi li jressqu talbiet għax-xogħol tal-DĠ dwar il-politiki u l-istrateġija;

l-organizzazzjoni tal-attivitajiet tad-DĠs fil-qafas tal-istrateġija fformulata u l-ġestjoni tal-proġetti;

il-faċilitazzjoni tat-titjib kontinwu tal-metodi ta’ ħidma u l-promozzjoni ta’ proċeduri ċari u li jinftiehmu;

l-istabbiliment tal-għodod li jivvalutaw il-prestazzjoni u l-kwalità tas-servizz u l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll fid-DĠ;

l-implimentazzjoni tal-politika tal-Parlament dwar id-dmir ta’ diliġenza;

l-eżerċitar tas-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra, it-twettiq tal-funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’delega u r-rappreżentanza u/jew l-żgurar tar-rappreżentanza tad-DĠ fil-kumitati konġunti jew mhux konġunti, fora interistituzzjonali, eċċ.

Servizzi marbuta mal-funzjoni tad-Direttur Ġenerali:

SERVIZZ TAL-KOMUNIKAZZJONI

SERVIZZ TAR-RELAZZJONIJIET INTERISTITUZZJONALI U D-DJALOGU SOĊJALI

DIRETTORAT A

DIRETTORAT GĦALL-IŻVILUPP TAR-RIŻORSI UMANI

l-iżgurar tad-direzzjoni u l-koordinament tal-unitajiet u tas-servizzi tad-Direttorat, kif ukoll il-politiki tar-riżorsi umani fl-oqsma ta’ responsabbiltà tagħhom;

il-ġestjoni ta’ proġetti fil-qasam tal-iżvilupp tar-riżorsi umani;

l-eżerċitar tas-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra u l-funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega;

ir-rappreżentanza tal-istituzzjoni f’diversi kumitati u f’laqgħat interistituzzjonali;

il-koordinament tal-elementi ta’ rispons tad-Direttorat u/jew l-unitajiet tiegħu fir-rigward ta’ lmenti relatati mal-oqsma ta’ responsabbiltà tad-Direttorat.

Unitajiet li jaqgħu taħt id-Direttorat A:

UNITÀ TAL-IPPJANAR STRATEĠIKU TAR-RIŻORSI UMANI

UNITÀ TAS-SELEZZJONI TAT-TALENTI

UNITÀ TAL-IŻVILUPP TAL-KARRIERA U L-ETIKA

UNITÀ TAT-TAGĦLIM U L-IŻVILUPP

+ Servizz tat-Taħriġ Professjonali tal-Membri

UNITÀ TAR-REKLUTAĠĠ TAL-PERSUNAL

DIRETTORAT B

DIRETTORAT GĦALL-AMMINISTRAZZJONI TAR-RIŻORSI UMANI

l-iżgurar tad-direzzjoni, il-koordinament u t-tmexxija tal-unitajiet u s-servizzi tad-Direttorat;

il-ġestjoni ta’ proġetti li jinvolvu d-Direttorat jew l-unitajiet tiegħu;

l-eżerċitar tas-setgħat ta’ Awtorità tal-Ħatra;

it-twettiq tal-funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega.

Unitajiet li jaqgħu taħt id-Direttorat B:

UNITÀ TAD-DRITTIJIET INDIVIDWALI

UNITÀ TAR-REMUNERAZZJONI

UNITÀ TAL- MISSJONIJIET

UNITÀ TAl-PENSJONIJIET U L-ASSIGURAZZJONI SOĊJALI

UNITÀ TAL-UFFIĊĊJU FRONT GĦALL-PERSONNEL

+ Privileġġi u immunitajiet

+ Punt ta’ Informazzjoni

UNITÀ TAL-FRONT UFFIĊĊJU GĦALL-APA

+ Kuntratti tal-APA

+ Uffiċċju tal-APA

UNITÀ TAR-REKLUTAĠĠ TAT-TRAINEES

UNITÀ TAL-ĦIN TAX-XOGĦOL U L-FAĊILITAJIET GĦALL-INDUKRAR TAT-TFAL

+ Ħin tax-xogħol

+ Faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal

DIRETTORAT C

DIRETTORAT GĦAS-SERVIZZI SOĊJALI U S-SOSTENN GĦAR-RIŻORSI UMANI

l-iżgurar tad-direzzjoni, il-koordinament u t-tmexxija tal-unitajiet u s-servizzi tad-Direttorat;

l-adattament tar-regoli rilevanti għall-ħtiġijiet tal-istituzzjoni;

il-ġestjoni tal-proġetti mogħtija lid-Direttorat fil-qafas tal-SEF;

l-eżerċitar tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra (half-time mediku, l-Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal, akkomodazzjoni raġonevoli, proċeduri għall-irtirar minħabba raġunijiet ta’ invalidità, eċċ.);

l-iżvilupp tar-relazzjonijiet mas-sħab fl-istituzzjoni fil-qasam tal-benessri u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

ir-rappreżentanza tal-istituzzjoni f’diversi kumitati u f’laqgħat interistituzzjonali; il-parteċipazzjoni fi gruppi ta’ ħidma u kumitati dwar suġġetti speċifiċi;

It-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti anzjan b’sottodelega, inkluż l-akkwist u l-kuntratti.

Unitajiet li jaqgħu taħt id-Direttorat C:

SERVIZZ TAL-ĠESTJONI TAL-LIV TAL-MARD

SERVIZZ MEDIKU, IL-LUSSEMBURGU

SERVIZZ MEDIKU, BRUSSELL

UNITÀ TAT-TĦEJJIJA U L-ĠESTJONI TAL-KRIŻIJIET SANITARJI

UNITÀ TAL-PREVENZJONI U L-BENESSERI FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

+ Benesseri fuq ix-xogħol

+ Prevenzjoni u protezzjoni fIx-xogħol

UNITÀ TAL-UGWALJANZA, L-INKLUŻJONI U D-DIVERSITÀ

DIRETTORAT D

DIRETTORAT GĦAR-RIŻORSI

L-għoti ta’ assistenza lid-Direttur Ġenerali, lid-Direttorati u lill-persunal tad-DĠ f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi umani u finanzjarji, l-informatika, il-loġistika, it-taħriġ professjonali u l-konsulenza dwar il-karrieri;

l-iżgurar tad-direzzjoni, il-koordinament u t-tmexxija tal-unitajiet u s-servizzi tad-Direttorat;

l-iżgurar tar-rappreżentanza tad-DĠ f’kumitati u laqgħat interni u esterni;

it-tmexxija ta’ proġetti speċifiċi; l-iżgurar tal-monitoraġġ tal-Programm ta’ Ħidma Annwali (AWP), ir-Rapport Annwali tal-Attività (RAA), tas-SEF u tal-proġetti PPP;

it-twettiq tal-funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega.

Unitajiet li jaqgħu taħt id-Direttorat D:

UNITÀ TAR-RIŻORSI UMANI U L-MONITORAĠĠ STRATEĠIKU

+ Riżorsi umani

+ Monitoraġġ strateġiku

UNITÀ TAR-RIŻORSI FINANZJARJI

UNITÀ TAL-INFORMATIKA


Top