EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2020:375:FULL
Official Journal of the European Union, C 375, 6 November 2020
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 375, 6 ta' Novembru 2020
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 375, 6 ta' Novembru 2020
ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 375/01 |
Avviż tal-Kummissjoni — Ġbir Separat tal-Iskart Domestiku Perikoluż |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
2020/C 375/02 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 375/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9953 — CalSTRS/Altitude Group/AI THD) ( 1 ) |
|
2020/C 375/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10003 — DWS/Vertex Bioenergy) ( 1 ) |
|
2020/C 375/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9619 — CDC/EDF/ENGIE/La Poste) ( 1 ) |
|
2020/C 375/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ Nru M.8130 — Imerys/Alteo certain assets) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 375/07 |
||
2020/C 375/08 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 375/09 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9989 — BB Holding Investment/Duferdofin-Nucor) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/1 |
Avviż tal-Kummissjoni
Ġbir Separat tal-Iskart Domestiku Perikoluż
(2020/C 375/01)
WERREJ
1. |
INTRODUZZJONI | 2 |
2. |
L-AĦJAR PRATTIKI GĦALL-ĠBIR TAL-ISKART DOMESTIKU PERIKOLUŻ | 3 |
2.1. |
Sustanzi kimiċi domestiċi | 6 |
2.1.1. |
Prodotti tat-tindif tad-dar u tal-kura personali | 7 |
2.1.2. |
Żebgħa, verniċi, linka u kolla | 7 |
2.1.3. |
Pestiċidi domestiċi u tal-ġnien | 8 |
2.1.4. |
Fotokimiki | 8 |
2.1.5. |
Imballaġġ | 9 |
2.2. |
Skart tal-kura tas-saħħa domestiku | 9 |
2.2.1. |
Prodotti farmaċewtiċi | 9 |
2.2.2. |
Oġġetti li jaqtgħu (sharps) u skart ieħor potenzjalment infettiv | 10 |
2.3. |
Skart mill-bini u t-twaqqigħ | 11 |
2.3.1. |
Skart tal-asbestos | 11 |
2.3.2. |
Injam trattat | 12 |
2.3.3. |
Qatran tal-faħam u prodotti li fihom il-qatran | 13 |
2.4. |
Skart tal-manutenzjoni tal-vetturi | 13 |
2.4.1. |
Filtri taż-żejt u materjali assorbenti kkontaminati | 13 |
2.4.2. |
Prodotti awtomotivi, lostru tal-uċuħ, fluwidi ta’ kontra l-iffriżar | 14 |
2.5. |
Skart li fih il-merkurju (minbarra WEEE) | 14 |
3. |
FATTURI TA’ SUĊĊESS GĦALL-ĠBIR SEPARAT TAL-ISKART DOMESTIKU PERIKOLUŻ | 15 |
3.1. |
Inċentivi ekonomiċi | 15 |
3.2. |
Faċilitajiet ta’ ġbir separat imfasslin apposta | 16 |
3.3. |
Is-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni | 18 |
3.4. |
Infurzar | 21 |
4. |
REFERENZI | 22 |
ANNESS - Links għall-Eżempji ta’ Komunikazzjoni dwar Prattika Tajba | 24 |
1. INTRODUZZJONI
Dawn il-linji gwida huma ppreparati fid-dawl tal-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (1) (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart”) li jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta linji gwida dwar il-ġbir separat ta’ frazzjonijiet ta’ skart perikoluż prodott mill-unitajiet domestiċi biex l-Istati Membri jiġu megħjuna u ffaċilitati fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ġbir separat stabbilit fl-Artikolu 20(1) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart.
L-għan ewlieni ta’ din il-gwida huwa li timpedixxi riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, u b’mod partikolari għall-ħaddiema li jaħdmu fl-iskart, billi tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-ġbir separat ta’ skart perikoluż iġġenerat mill-unitajiet domestiċi. L-għan tagħha huwa wkoll li ttejjeb il-kwantità u l-kwalità tal-materjali għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għall-irkupru, billi tipprevjeni milli flussi materjali oħrajn isiru kkontaminati, li jwassal għal trattament tal-iskart li jintrappola riżorsi fil-livelli aktar baxxi tal-ġerarkija tal-iskart, f’konformità mal-għanijiet tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (2). Dan id-dokument għandu l-għan li jipprovdi ħarsa ġenerali tal-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ġbir separat minn madwar l-UE, b’mod partikolari fil-livelli reġjonali u lokali. Għalkemm din il-gwida tikkonċerna l-ġestjoni effettiva tal-iskart domestiku perikoluż, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-prevenzjoni u t-tnaqqis jibqgħu l-prijorità, skont il-ġerarkija tal-iskart. Għalhekk huma essenzjali kampanji ta’ sensibilizzazzjoni biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-użu ta’ prodotti perikolużi fid-dar.
Dawn il-linji gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-livelli lokali, reġjonali u ċentrali, u lill-operaturi tal-ġestjoni tal-iskart. L-għan tagħhom huwa li jassistu u li jiffaċilitaw il-ħidma tagħhom fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ ġbir separat għall-iskart domestiku perikoluż.
.tifSors: ibbażat fuq il-Bank Dinji (2018) u fuq il-Eurostat (2008) (3)
L-iskart domestiku perikoluż (“HHW”) tipikament jirrappreżenta madwar 1 % skont il-piż tal-iskart muniċipali (minbarra l-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku - “WEEE”) (4). Dan jammonta (5) għal bejn 1 sa 6 kg għal kull abitant kull sena. Madankollu, huwa diffiċli li wieħed iqabbel data fil-livell tal-pajjiżi peress li l-pajjiżi għandhom proċessi u kategoriji ta’ rappurtar differenti (eż. inkluż WEEE jew xaħmijiet li jittieklu).
Il-biċċa l-kbira tal-iskart muniċipali, li s-sors ewlieni tiegħu huwa l-iskart domestiku, tipikament ġejja minn sitt flussi ta’ skart (ara l-Illustrazzjoni 1). Filwaqt li l-HHW, bħala frazzjoni żgħira, jinqabad taħt “oħrajn”, is-sinifikat tiegħu huwa relattivament ogħla minħabba l-potenzjal tiegħu li jimpedixxi riċiklaġġ ta’ kwalità għolja tal-frazzjonijiet l-oħrajn kollha, u minħabba tħassib dwar is-sikurezza.
Dawn il-linji gwida ma jindirizzawx speċifikament il-flussi tal-iskart koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-iskart bħall-batteriji, WEEE, żjut għar-rimi jew vetturi li ma għadhomx jintużaw, li għalihom diġà hemm fis-seħħ skemi speċifiċi ta’ ġbir u ġestjoni. It-tagħlimiet miksuba mill-operazzjoni ta’ dawn l-iskemi ta’ ġbir aktar speċifiċi, u s-sinerġiji potenzjali magħhom jistgħu madankollu jkunu rilevanti għall-ġbir separat tal-iskart domestiku perikoluż.
Dawn il-linji gwida mhumiex vinkolanti. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tibqa’ tkun l-awtorità esklussiva biex tinterpreta d-dritt tal-UE.
2. L-AĦJAR PRATTIKI GĦALL-ĠBIR TAL-ISKART DOMESTIKU PERIKOLUŻ
L-HHW jinkludi firxa wiesgħa ta’ materjali li għandhom diversi karatteristiċi perikolużi. L-iskart perikoluż huwa definit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart bħala “skart li jkollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III” tad-Direttiva. Eżempji ta’ dan it-tip ta’ skart, tipikament iġġenerat mill-unitajiet domestiċi, jinkludu: żebgħa u verniċ, pestiċidi li jintużaw fil-ġnien, prodotti tat-tindif, ċerti mediċini mhux użati, ċertu skart minn manutenzjoni DIY tad-djar u tal-vetturi.
Il-kriterji tal-klassifikazzjoni tal-iskart relatati mal-karatteristiċi li jistgħu jagħmlu l-iskart perikoluż huma deskritti f’dan l-anness u għandhom jintużaw, kif xieraq, meta l-iskart jiġi kklassifikat bħala perikoluż jew mhux perikoluż, filwaqt li jitqiesu l-oriġini u t-tip tiegħu fil-Lista Ewropea tal-Iskart (id-Deċiżjoni 2000/532/KE) (6).
Il-Lista tal-Iskart tipprovdi nomenklatura ta’ referenza għall-identifikazzjoni u għall-klassifikazzjoni tal-iskart, u hija vinkolanti fir-rigward tal-iskart li għandu jitqies bħala perikoluż. L-iskart elenkat fiha huwa ragruppat f’kapitoli u f'subkapitoli differenti skont is-sors u l-kompożizzjoni. L-iskart jista’ jiġi identifikat b’mod sħiħ b’kodiċi ta’ sitt ċifri. F’din il-lista, l-iskart perikoluż huwa mmarkat b’asterisk (*).
Il-passi li għandhom jiġu segwiti fl-għoti ta’ kodiċi ta’ skart għal kwalunkwe fluss ta’ skart partikolari, u l-ordni ta’ preċedenza li għandha tiġi applikata meta jiġu kkonsultati l-kapitoli differenti, hija deskritta fl-Anness għad-Deċiżjoni 2000/532/KE. Aktar gwida dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart u l-assenjazzjoni tal-kodiċijiet tal-iskart tista’ tinstab fl-avviż tal-Kummissjoni dwar gwida teknika rigward il-klassifikazzjoni tal-iskart (7).
Kemm il-karatteristiċi kif ukoll it-trattament tat-tipi differenti ta’ skart domestiku perikoluż huma sostanzjalment differenti minn xulxin, iżda abbażi tal-iskrinjar tal-aħjar prattiki eżistenti għall-ġbir tal-iskart domestiku perikoluż, ġew identifikati s-sistemi ta’ ġbir separati tal-iskart li ġejjin:
— |
Ġbir perjodiku f’post speċifiku (eż. punt ta’ ġbir mobbli) jew bieb bieb (perjodiċità ta’ ġimagħtejn jew akbar), |
— |
Teħid lura fil-ħanut, |
— |
Depożitu f’faċilitajiet għall-iskart goff. |
Fl-UE, madwar żewġ terzi tal-HHW li jinġabar separatament jinġabar f’faċilitajiet għall-iskart goff u t-terz li jifdal jinġabar prinċipalment permezz ta’ ġbir perjodiku, b’mod partikolari f’punti ta’ ġbir mobbli. Punti ta’ ġbir li jinsabu fi stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jeżistu għal xi flussi ta’ skart, bħal batteriji u WEEE (8).
Xi HHW jibqa' ma jintremiex kif suppost (9) u jintrema fil-kontenitur tal-iskart residwu jew, b'ammont inqas, jintrema b’modi li jistgħu joħolqu riskju sinifikanti għas-saħħa u għall-ambjent, bħal li jiġi fflaxxjat fid-drejnijiet (10).
Eżempju 1 ta’ prattika tajba (11) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu sistema integrata ta’ ġbir tal-iskart li tipprevedi faċilitajiet ta’ ġbir estensivi u bla ħlas għall-HHW: 18-il punt ta’ ġbir stazzjonarju fejn iċ-ċittadini jistgħu jġibu s-sustanzi perikolużi tagħhom (jiġifieri punt wieħed għal kull 35 000 abitant), ġbir mobbli jitwettaq 4 darbiet fis-sena u l-ġbir mid-djar isir fuq talba. Is-sistema tiġbor aktar minn 5 kg HHW għal kull abitant fis-sena (12). Kampanji ta’ komunikazzjoni bl-użu ta’ għodod diġitali u servizzi ta’ appoġġ speċifiċi huma previsti għal gruppi fokus bħal għal dawk li jgħixu fi blokok ta' appartamenti. Fl-aktar sistemi komprensivi ta’ ġbir, dawk li jgħixu f’appartamenti jistgħu jiddepożitaw sa 27 tip differenti ta’ skart b’mod separat, inkluż f’HWW. |
Eżempju 2 ta’ prattika tajba Is-Servizzi Ambjentali tar-Reġjun ta’ Ħelsinki (il-Finlandja) installaw 50 kontejner fiż-żona metropolitana biex jiġbru, mingħajr ħlas, firxa wiesgħa ta’ flussi ta’ skart inkluż HHW. Il-kontenituri jinsabu fil-pompi tal-petrol, fis-supermarkits u fi ħwienet oħrajn għall-aħjar aċċessibbiltà. Biex tkun żgurata s-sigurtà tagħhom, il-kontenituri huma aċċessibbli biss fil-ħinijiet tal-ftuħ u l-pulizija lokali hija involuta biex tappoġġa faċilitajiet mingħajr persunal. Il-kontenituri jaċċettaw l-HHW li ġej:
Hemm ukoll xi HWW li jista’ jintrema biss f’faċilitajiet għall-iskart goff: skart elettriku u elettroniku (mingħajr ħlas), injam imprenjat (mingħajr ħlas) u skart li fih l-asbestos (EUR 10 għal kull 100 litru, fl-2015). |
Eżempju 3 ta’ prattika tajba (13) F’Odense (id-Danimarka), kull unità domestika tirċievi kaxxa ħamra ta' 40 litru għall-ħżin u t-trasport tal-HHW. Il-kaxxa tista’ tinġabar b’erba’ modi:
Odense tiġbor 300 t/sena ta’ HHW li jikkorrispondu għal madwar 1,6 kg għal kull abitant fis-sena. L-akbar parti tal-HHW hija żebgħa u verniċ, li jammontaw għal 66 sa 75 % tal-HHW kollu miġbur. Il-bqija huwa taħlita ta’ aċidi, pestiċidi, laned tal-isprej, u diversi sustanzi kimiċi oħra. Peress li l-ġbir huwa ġestit minn persunal imħarreġ, il-kwalità u l-omoġeneità tal-flussi miġbura huma għoljin. Il-ġbir tal-iskart perikoluż huwa prinċipalment iffinanzjat mit-tariffa ġenerali tal-iskart imħallsa mill-unitajiet domestiċi kollha fil-muniċipalità. L-ispiża għal kull abitant hija ta’ madwar EUR 3,3 fis-sena (abbażi tal-informazzjoni rrapportata fl-2014). |
Eżempju 4 ta’ prattika tajba (14) F’Pariġi (Franza), jintużaw “Trimobiles” (punti ta’ ġbir mobbli fuq vetturi bi tliet roti), flimkien ma’ faċilitajiet għall-iskart goff u l-ġbir mid-dar fuq talba. F’inqas minn siegħa, dawn il-vetturi jistgħu jiġu ttrasformati f’punt ta’ ġbir mobbli. Fl-2012, in-network kien jikkonsisti f’6 punti ta’ ġbir mobbli li ntużaw fi 30 post differenti. Il-frekwenza tas-servizz tal-ġbir tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi lokali u tvarja minn darba sa seba’ darbiet fix-xahar. Kull unità tibqa’ fl-istess post għal nofs ġurnata. Jinġabru diversi frazzjonijiet ta’ skart inkluż l-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, WEEE u injam. F’dawn il-punti ta’ ġbir mobbli, ir-rata ta’ ġbir hija għolja: 65 % tal-HHW kollu miġbur fiż-żoni fil-mira. Fl-2017, inġabru 323 tunnellata ta’ skart perikoluż (15). Is-servizz jiġi pprovdut lill-unitajiet domestiċi biss u huwa mingħajr ħlas. Is-sistema hija prinċipalment iffinanzjata mill-awtoritajiet lokali u tammonta għal madwar EUR 2 għal kull abitant kull sena kemm għall-punti ta’ ġbir mobbli kif ukoll għall-faċilitajiet tradizzjonali għall-iskart goff. L-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi għall-WEEE tipprovdi parti żgħira mill-finanzjament globali. F’Pariġi, il-kost tal-iskart miġbur mit-Trimobiles huwa ta’ madwar EUR 300/tunnellata, filwaqt li l-ispiża ta’ faċilità tradizzjonali għall-iskart goff hija ta’ madwar EUR 75/tunnellata (abbażi tar-rapport tal-2014). |
Eżempju 5 ta’ prattika tajba (16) Tallinn (l-Estonja) tuża kontejners marittimi għat-trasport bil-baħar rikundizzjonati, mgħammra bi xkafef, bi kxaxen u b'ħażna xierqa, bħala punti ta’ ġbir tal-HHW. Ir-reċipjenti jitqiegħdu f’postijiet ċentrali biex tiġi żgurata l-prossimità maċ-ċittadini. Din il-prattika żiedet il-ġbir tal-HHW minn 12-il tunnellata (0,03 kg/capita/sena) fl-2000 għal 158 tunnellata (0,4 kg/capita/sena) fl-2013. Il-kost ta’ kontenitur għall-ġbir tal-iskart ta’ dan it-tip fl-2005 varja minn EUR 3 700 sa EUR 4 500 skont id-daqs tal-kontenitur (20-30 m3). Il-kost għall-ġestjoni ta’ punt uniku ta’ ġbir varja bejn EUR 46 fix-xahar fl-2004 u EUR 70 fix-xahar fl-2013. |
2.1. Sustanzi kimiċi domestiċi
Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, il-muniċipalitajiet diġà jiġbru s-sustanzi kimiċi domestiċi separatament. Normalment dan isir permezz ta’ ġbir perjodiku u permezz ta' faċilitajiet għall-iskart goff, u permezz ta’ mekkaniżmi supplimentari, permezz ta’ distributuri li jagħmlu dan fuq bażi volontarja.
Il-ġbir u t-trattament ta’ sustanzi kimiċi perikolużi tal-unitajiet domestiċi huma fil-biċċa l-kbira ffinanzjati mill-muniċipalitajiet. L-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-ġbir u t-trattament jistgħu jkunu wkoll is-suġġett ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, kif inhu l-każ fi Franza mill-2011. Fi Franza, għadd ta’ skemi settorjali bħal dawn ikopru sustanzi kimiċi domestiċi miġbura taħt il-kunċett ta’ “Skart speċifiku diffuż (déchets diffus spécifiques (17)), iġġenerati minn unitajiet domestiċi u li jinkludu prodotti pirotekniċi, idrokarburi, apparati tat-tifi tan-nar, adeżivi, solventi, u sustanzi kimiċi domestiċi komuni. Fil-każ ta’ apparati pirotekniċi, dawn jinġabru permezz ta’ network ta’ bejjiegħa ta’ provvisti tal-vapuri, b’kuntratt tal-iskema settorjali Aper Pyro.
Eżempju 6 ta’ prattika tajba Fi Brussell (il-Belġju), iċ-ċittadini jistgħu jarmu l-iskart ta’ sustanzi kimiċi domestiċi fit-trakk mobbli “Proxy Chimik”. It-trakk jieqaf b’mod perjodiku f’madwar 100 post fi Brussell u jdum 45 minuta f’kull punt. Il-frekwenza tas-servizz hija ta' darba fix-xahar, jew darba kull xahrejn, skont il-post. Fl-2012, l-ammont ta’ HHW miġbur permezz ta’ dan it-tip ta’ ġbir mobbli ġie stmat għal 0,4 kg per capita. L-iskart jiġi kkontrollat fuq il-post qabel ma jiġi aċċettat biex jiġu evitati l-kontaminazzjoni u l-perikli għas-saħħa u biex jiġi mmassimizzat il-potenzjal ta’ rkupru tiegħu (jiġifieri, likwidi u solidi jenħtieġ li jintremew separatament u fl-imballaġġ oriġinali tagħhom; l-isem tal-prodott għandu jinkiteb fuq l-imballaġġ). Jingħata taħriġ kimiku bażiku lill-persunal biex jiġu applikati l-kriterji ta’ aċċettazzjoni tal-iskart. Il-Komunikazzjoni tinkludi: struzzjonijiet ċari liċ-ċittadini, fuljetti, siti web u applikazzjonijiet mobbli biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar l-iskeda tal-ġbir. Il-finanzjament pubbliku huwa pprovdut biex il-ġbir tal-HHW jinżamm mingħajr ħlas għaċ-ċittadini. |
2.1.1. Prodotti tat-tindif tad-dar u tal-kura personali
Il-prodotti tat-tindif u l-prodotti għall-kura personali (kożmetiċi, żebgħa tax-xagħar, lostru tad-dwiefer, sustanzi li jneħħi l-lostru tad-dwiefer, eċċ.), meta jkunu perikolużi, huma indirizzati taħt il-kodiċijiet tal-Lista tal-Iskart rilevanti li ġejjin:
20 01 13 * |
– |
solventi; |
20 01 14 * |
– |
aċidi; |
20 01 29 * |
– |
deterġenti li fihom sustanzi perikolużi. |
Ħafna prodotti tat-tindif li jintużaw ta’ kuljum fl-unitajiet domestiċi jistgħu jsiru skart perikoluż hekk kif jintremew minħabba li ħafna drabi jkun fihom solventi, aċidi, bażijiet, materjali li joborxu, aġenti tensjoattivi, luminanti, u kostitwenti perikolużi oħra. Jistgħu jieħdu n-nar malajr jew ikunu korrużivi, fost perikli oħra.
Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: Il-prodotti domestiċi tat-tindif u tal-kura personali ġeneralment jiġu inċinerati. L-użu mill-ġdid ta’ prodotti għall-kura personali, bħall-kożmetiċi, mhuwiex prattika komuni, iżda jeżistu xi inizjattivi xprunati minn NGOs.
2.1.2. Żebgħa, verniċi, linka u kolla
Iż-żebgħa hija taħlita ta’ solventi, pigmenti, minerali, reżini, aġenti tensjoattivi u addittivi oħrajn. Frazzjoni tal-prodott tispiċċa fil-katusi tad-dranaġġ u fl-ilma tal-wiċċ wara t-tindif tal-ixkupilji u tal-kontenituri. Matul l-użu u tmiem il-ħajja tagħha, iż-żebgħa bbażata fuq solvent tipproduċi komposti organiċi volatili fl-arja.
Iż-żebgħa u s-solventi tal-iskart li jkun fihom sustanzi perikolużi jirrappreżentaw parti sostanzjali tal-HHW. Il-kodiċi applikabbli fil-Lista ta’ Skart huwa:
20 01 27 * |
– |
żebgħa, linka, adeżivi u raża li fihom sustanzi perikolużi. |
Eżempju 7 ta’ prattika tajba “RePaint” huwa network wiesa’ ta’ użu mill-ġdid taż-żebgħa mifrux mar-Renju Unit (sponsorjat minn distributur kbir taż-żebgħa biex iġib għarfien, viżibbiltà u finanzjament) li jiġbor fdalijiet ta’ żebgħa, jipproċessaha mill-ġdid f’żebgħa ġdida u jiddistribwixxiha bla ħlas jew bi prezz baxx lil individwi, lil komunitajiet u lil karitajiet. Jiġu segwiti kriterji stretti ta’ aċċettazzjoni biex tiġi evitata kontaminazzjoni (eż. iż-żebgħa tiġi aċċettata biss jekk tkun għadha fil-kontenitur oriġinali tagħha). RePaint jopera ’l fuq minn 74 punt ta’ ġbir bħal faċilitajiet għall-iskart goff jew faċilitajiet li huma mmexxija minn voluntiera, u jiddistribwixxi mill-ġdid aktar minn 300 000 litru ta’ żebgħa kull sena. L-ispiża annwali għat-tħaddim ta' punt ta’ ġbir hija qrib EUR 10 000 jiddependi mid-daqs u mill-post. |
Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: It-trattament użat b’mod komuni għal żebgħa fi tmiem il-ħajja fl-UE huwa l-inċinerazzjoni, iżda l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ iseħħu wkoll. Ir-rimi f’landfill ta’ żebgħat b’solventi (20 01 27*) mhuwiex permess f’konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (18) li jipprojbixxi r-rimi f’landfill ta’ skart likwidu u ta’ skart li huwa kklassifikat bħala li jaqbad.
2.1.3. Pestiċidi domestiċi u tal-ġnien
Il-pestiċidi huma sustanzi li huma miżmumin bħala sustanzi attivi fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u bijoċidi. Minkejja li l-pestiċidi domestiċi huma fformulati b’mod speċifiku għal użu mhux professjonali/għal użu domestiku, huma fihom ingredjenti attivi li huma tossiċi għall-pjanti u għall-annimali li mhumiex fil-mira tagħhom, speċjalment għall-pjanti (erbiċidi), l-insetti (insettiċidi) jew il-fungi (fungiċidi). Xi pestiċidi jistgħu jkunu persistenti u bijo-akkumulattivi u jistgħu jkunu tossiċi jekk jinbelgħu, kif ukoll irritanti għall-għajnejn u għall-ġilda. L-evitar ta’ riskji għas-saħħa u l-ambjent mir-rimi ta’ dawn il-prodotti jiddependi ħafna fuq il-konformità tal-konsumaturi mal-istruzzjonijiet dwar ir-rimi. Is-sistema ta’ ġbir applikata l-iktar komuni fl-Istati Membri għal dan l-iskart hija l-ġbir minn unitajiet domestiċi permezz tal-faċilità lokali għall-iskart goff.
Il-kodiċi applikabbli tal-Lista ta’ Skart għal pestiċidi ta’ skart domestiku huwa:
20 01 19* |
– |
pestiċidi. |
Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: Il-pestiċidi u l-prodotti kimiċi tal-ġonna domestiċi mormijin ma jkunux normalment adatti għar-riċiklaġġ. B’mod ġenerali, l-iskemi ta’ ġestjoni tal-iskart iffukaw fuq it-tnaqqis tal-użu tagħhom u fuq ir-rimi korrett tagħhom fit-tmiem tal-ħajja tagħhom. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-pestiċidi tal-iskart jinqerdu permezz ta’ inċinerazzjoni b’temperatura għolja.
2.1.4. Fotokimiki
Din il-kategorija ta’ skart perikoluż naqset minn meta bdiet il-fotografija diġitali iżda xi unitajiet domestiċi għadhom jiżviluppaw films fotografiċi u jipproduċu prints bl-użu ta’ ammonti kbar ta’ sustanzi kimiċi perikolużi. L-iskart likwidu mill-proċess fotografiku fih sustanzi bħall-idro-kinina, is-sulfit tas-sodju, il-fidda, il-klorur merkuriku, il-kadmju, il-ferroċjanur, l-aċidi u l-formaldeid. Dawn jinstabu fl-iskart tal-banju tal-proċess, fl-iskart tal-iżviluppatur tal-kuluri, fil-bliċ, fil-fixer u fl-iskart tal-fixer. Il-kodiċi applikabbli fil-Lista ta’ Skart huwa:
20 01 17* |
– |
fotokimiki. |
Il-Ġermanja u d-Danimarka jeħtieġu li s-sidien tal-ħwienet tal-fotografija jiġbru lura dan l-iskart minn unitajiet domestiċi mingħajr ħlas. Huma responsabbli wkoll għar-rimi tiegħu.
Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: L-iskart fotokimiku normalment jiġi riċiklat u huwa xprunat finanzjarjament bl-estrazzjoni tal-fidda. L-elettroliżi huwa metodu użat b'mod komuni, iżda metodu intensiv fil-kapital għall-irkupru tal-fidda.
2.1.5. Imballaġġ
L-iskart mill-imballaġġ li fih sustanzi u taħlitiet perikolużi (bħal dawk elenkati fit-taqsimiet ta’ hawn fuq) jitqies bħala skart perikoluż u jista’ jinġabar separatament permezz tal-faċilità għall-iskart goff jew permezz ta’ ġbir perjodiku għall-iskart domestiku perikoluż. Il-kategoriji li ġejjin fil-Lista tal-Iskart japplikaw:
15 01 10* |
– |
ippakkjar li fih ir-residwi ta' sustanzi perikolużi jew li hu kkontaminat bihom. |
Aktar gwida dwar il-klassifikazzjoni ta’ kontenituri ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, u dwar meta dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala “vojta”, tista’ tinstab fl-avviż tal-Kummissjoni dwar gwida teknika dwar il-klassifikazzjoni tal-iskart (19). L-imballaġġ vojt tal-unitajiet domestiċi jinġabar tipikament bħala parti minn skemi ta’ ġbir separat jew bħala skart muniċipali mħallat.
2.2. Skart tal-kura tas-saħħa domestiku
2.2.1. Prodotti farmaċewtiċi
Diversi farmaċewtiċi bħal analġeżiċi, antibijotiċi, mediċini ta’ sostituzzjoni ormonali, mediċini tal-kimoterapija orali u antidipressanti jinstabu f'unitajiet domestiċi b'mod komuni u, skont xi stimi, proporzjon sinifikanti minnhom isir skart (20). Id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (Artikolu 127b) (21) teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistemi xierqa ta’ ġbir għal prodotti mediċinali li ma jkunux intużaw jew li jkunu skadew. L-Istati Membri jimplimentaw dan l-obbligu billi jeħtieġu li l-ispiżeriji jew il-faċilitajiet għall-iskart goff (22) jaċċettaw skart ta’ prodotti farmaċewtiċi. Postijiet oħrajn ta’ ġbir li jintużaw fl-UE jinkludu djar tal-kura u komunitajiet ta’ rtirar. Il-perjodi ta’ ġbir ivarjaw bejn avvenimenti ta’ ġbir ta’ ġurnata, ġbir kontinwu jew ġbir perjodiku.
Il-kodiċijiet tal-Lista tal-Iskart rilevanti huma:
20 01 31* |
– |
mediċini ċitotossiċi u ċitostatiċi; |
20 01 32 |
– |
mediċini għajr għal dawk imsemmija f’20 01 31*. |
Il-ġbir separat tal-iskart farmaċewtiku huwa importanti, irrispettivament mill-klassifikazzjoni ta’ prodotti speċifiċi bħala skart perikoluż jew mhux perikoluż, peress li jista’ jilħaq l-ambjent mill-unitajiet domestiċi. Pereżempju, l-iskariku ta’ effluwent minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban (drenaġġ) fih farmaċewtiċi eliminati bħala eskrementi kif ukoll farmaċewtiċi mhux użati li jintremew fis-sinks u fit-tojlits (23). L-impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi huma mfassla primarjament biex jittrattaw eskrementi u materja organika konvenzjonali oħra, u mhux għat-tneħħija ta’ prodotti farmaċewtiċi. Konsegwentement il-farmaċewtiċi, flimkien mar-residwi tagħhom, jinsabu dejjem aktar f’ilmijiet tal-wiċċ (24) (25).
Sabiex jiffinanzjaw il-ġbir, Stati Membri bħal Franza (26) u Spanja (27) stabbilixxew skemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur għal prodotti farmaċewtiċi skaduti.
Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: mediċina skaduta miġbura normalment tiġi inċinerata f’temperatura għolja.
Eżempju 8 ta’ prattika tajba Fi Franza, skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għall-prodotti farmaċewtiċi hija implimentata permezz tal-organizzazzjoni “Cyclamed” li tikkoordina l-ġbir separat tal-prodotti farmaċewtiċi. Cyclamed torganizza kampanji ta’ sensibilizzazzjoni għall-pazjenti u għas-sħubijiet mal-atturi kollha fil-katina ta’ provvista farmaċewtika. Aktar minn 21 000 spiżjar/a, 200 distributur u 190 laboratorju jipparteċipaw fis-sistema. Cyclamed jirnexxiela tiġbor 62 % ta’ mediċini li ma ntużawx. Il-volum totali miġbur huwa ta’ 10 500 tunnellata, jew 162 g għal kull abitant kull sena. L-ispiża totali tas-sistema tal-ġbir hija ta’ madwar 10 miljun euro li ġejja minn kontribuzzjoni mill-produtturi ta’ EUR 0,0032 għal kull kaxxa tal-mediċina, bil-VAT eskluża. Madwar 50 % tal-ispiża hija relatata mar-rimi tal-iskart (EUR 250/tunnellata) inkluż il-kost tal-inċinerazzjoni (EUR 120/tunnellata), il-ħżin u t-trasport (28). L-akkwist tal-kaxxi tal-ġbir mogħtija lill-ispiżeriji jirrappreżenta madwar 25 % tal-ispejjeż totali, il-komunikazzjoni 10 % u l-ġestjoni globali 5 %. Il-kumplament ikopri studji, riċerka u spejjeż mixxellanji. |
2.2.2. Oġġetti li jaqtgħu (sharps) u skart ieħor potenzjalment infettiv
Skart infettiv huwa skart li jkun fih mikro-organiżmi vijabbli jew it-tossini tagħhom li huma magħrufin jew meqjusin b’mod affidabbli bħala li jikkawżaw mard fil-bniedem jew f’organiżmi ħajjin oħrajn (Anness III tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart). Dan it-tip ta’ skart normalment jiġi ġġenerat fi sptarijiet, f'laboratorji u f'faċilitajiet tal-kura tas-saħħa relatati. Madankollu, skart simili jista’ jirriżulta minn trattament personali u minn awto-monitoraġġ minn pazjenti fid-dar, mingħajr l-intervent tal-persunal tal-kura tas-saħħa. Dan jista’ jinkludi labar użati minn pazjenti biex jiġu ttrattati disturbi speċifiċi, inkluż id-dijabete, u skart minn apparat dijanjostiku ta’ awtottestjar għal mard infettiv li jittieħed. Informazzjoni dwar kategoriji differenti ta’ aġenti infettivi, kif ukoll dwar il-kategoriji ta’ skart tal-kura tas-saħħa huma pprovduti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (29). Regoli nazzjonali speċifiċi dwar il-ġbir u t-trattament ta’ skart bħal dan japplikaw b’mod ġenerali għall-iskart iġġenerat f’faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, bħal sptarijiet, laboratorji u kliniċi veterinarji, iżda mhux għal skart tal-kura tas-saħħa ġġenerat fid-dar, li għalihom ġeneralment ma teżisti l-ebda skema ta’ ġbir separat għajr għal prodotti farmaċewtiċi użati (kif deskritt hawn fuq).
Ma hemm l-ebda kodiċi xieraq tal-Lista tal-Iskart għal skart muniċipali infettiv miġbur b’mod separat. Bħalissa, u b’applikazzjoni tal-metodoloġija fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/532/KE, il-kodiċijiet possibbli fil-Lista ta’ Skart applikabbli għal tali skart iġġenerat fl-unitajiet domestiċi huma:
20 03 01 |
– |
skart muniċipali mħallat; |
20 03 99 |
– |
skart muniċipali li mhuwiex speċifikat mod ieħor. |
Eżempju 9 ta’ prattika tajba Franza stabbilixxiet skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għal ċerti prodotti mediċinali li huma potenzjalment infettivi, b’mod partikolari oġġetti li jaqtgħu, settijiet ta’ testijiet u apparat mediku fi tmiem il-ħajja. L-organizzazzjoni “DASTRI” ġiet stabbilita sabiex tissodisfa dan l-obbligu f’isem il-produtturi. Hija tipprovdi kontenituri apposta msejħa “Kaxex tal-Labar” li jridu jintbagħtu lura lejn l-ispiżeriji li jkunu qed jikkollaboraw ma’ DASTRI. F’6 snin, 12-il miljun kontenitur ta’ oġġetti li jaqtgħu tqassmu lill-pazjenti u fl-2018, 83 % tal-oġġetti li jaqtgħu nġabru u ġew ttrattati b’mod sikur. Bħala riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, li ġiet iddikjarata f’Marzu 2020, xi Stati Membri jew ir-reġjuni tagħhom stabbilixxew arranġamenti speċifiċi ta’ ġbir (30) għal skart imħallat minn unitajiet domestiċi b’pazjenti affettwati bil-COVID-19. Madankollu, b’mod ġenerali, kif iddikjarat fil-gwida (31) maħruġa miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u kif rifless b’mod ulterjuri fil-gwida maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni (32), skart bħal dan jinġabar flimkien mal-frazzjoni ta’ skart muniċipali mhux isseparat, mingħajr miżuri ulterjuri ta’ ġbir speċifiċi fis-seħħ. Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: L-iskart infettiv huwa ġeneralment trattat bl-inċinerazzjoni minn operaturi tal-iskart awtorizzati sabiex jaċċettaw skart infettiv. Inkella, l-iskart infettiv jista’ jiġi ttrattat permezz ta’ sterilizzazzjoni bl-istim jew permezz ta’ trattamenti kimiċi. Fl-2019, ġiet ippubblikata analiżi komprensiva (33) tat-teknoloġiji għat-trattament tal-iskart tal-kura tas-saħħa mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. |
2.3. Skart mill-bini u t-twaqqigħ
2.3.1. Skart tal-asbestos
It-terminu asbestos jiddeskrivi grupp ta’ fibri tas-silikat minerali li jseħħu b’mod naturali tas-sensiliet serpentina u amfiboli. L-asbestos huwa mineral perikoluż bi struttura fibruża, li jipproduċi effetti severi, potenzjalment fatali, fuq medda twila ta’ żmien fuq is-saħħa, inkluż il-kanċer, meta jinġibed man-nifs. Dan kien jintuża ħafna fil-passat għall-insulazzjoni u għal skopijiet oħra, minħabba r-reżistenza tiegħu għan-nar u għas-sħana.
L-asbestos huwa sustanza kklassifikata bħala karċinoġenu tal-kategorija 1 (34) u, skont l-Anness III tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, skart li fih sustanza bħal din u jaqbeż limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,1 % huwa kklassifikat bħala perikoluż. Għadd ta’ entrati fil-Lista tal-Iskart japplikaw għal skart li fih l-asbestos li jista’ jiġi ġġenerat fl-unitajiet domestiċi, jew bħala riżultat ta’ xogħlijiet ta’ twaqqigħ jew ta’ rinnovazzjoni, jew minħabba r-rimi ta’ ċertu tagħmir (qadim):
16 02 12* |
– |
tagħmir mormi li fih l-asbestos ħieles; |
16 02 15* |
– |
komponenti perikolużi mneħħija minn tagħmir mormi; |
17 06 01* |
– |
materjali iżolanti li fihom l-asbestos; |
17 06 05* |
– |
materjali tal-kostruzzjoni li fihom l-asbestos. |
Għalkemm il-produzzjoni tal-asbestos hija pprojbita fl-UE bir-restrizzjoni skont il-punt 6 tal-Anness XVII għar-REACH (35), għadha preżenti b’mod wiesgħa f’firxa ta’ materjali u prodotti b’ċikli twal tal-ħajja, eż. materjali li jinsabu f’bini bħal f’konkrit, soqfa, iżolament, pajpijiet, eċċ. Iċ-ċittadini involuti f’attivitajiet DIY iwasslu wkoll għal skart ta’ asbestos (marbut, mhux li jitfarrak malajr) f’faċilitajiet għall-iskart goff f’pajjiżi differenti. Għandu jiġi nnutat li l-Istati Membri kollha għandhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li tirregola strettament il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-esponiment għall-asbestos fuq ix-xogħol, skont id-Direttiva 2009/148/KE (36). Xogħol li jinvolvi materjali li fihom l-asbestos għandu jsir biss minn professjonisti mħarrġa u ma għandux isir bħala attività ta’ DIY.
Eżempju 10 ta’ prattika tajba London (UK) tipprovdi servizz ta’ ġbir fuq talba għal asbestos imgeżwer. Iċ-ċittadini jistgħu jitolbu ġbir wieħed fis-sena issussidjat ta’ 15 m3 ta’ asbestos (jew seba’ basktijiet tal-ġebel tal-bennejja) miġbura mid-dar mingħajr ħlas. Biex tiġi ottimizzata l-kosteffiċjenza, is-servizz jiġi esternalizzat lil kuntratturi privati magħżula b’mod kompetittiv. |
Eżempju 11 ta’ prattika tajba Ir-Reġjun ta' Flanders (il-Belġju) qed jagħmel ħiltu biex isir “ħieles mill-asbestos” sal-2040. Waħda mill-miżuri ta’ politika tippermetti lill-unitajiet domestiċi jġibu l-asbestos li ma jitfarrakx (marbut) tagħhom iġġenerat minn xogħol ta’ rinnovazzjoni DIY f’faċilità għall-iskart goff, jew jitolbu ġbir mid-dar bl-użu ta’ basktijiet reġistrati li jistgħu jinxtraw minn qabel mill-muniċipalità. Meta l-unitajiet domestiċi jġibu tali asbestos f’faċilità għall-iskart goff, dan ikun bla ħlas sa 200 kg/abitant jew 1 m3 jew 10 pjanċi tas-saqaf kull sena. Formula ta’ kofinanzjament tbaxxi t-tariffa tas-servizz għaċ-ċittadini għal EUR 30 biss għal borża waħda li għandha l-kapaċità li tiġbor madwar 20 pjanċa tas-saqaf korrugati. Ir-riżultati juru li l-ammont ta’ asbestos ikkonsenjat f’faċilitajiet għall-iskart goff jibqa’ l-istess, anke meta tingħata l-possibbiltà li l-iskart tal-asbestos jinġabar mid-dar, li jindika li ma hemm l-ebda bidla minn faċilitajiet għall-iskart goff għal ġbir bieb bieb. Dan juri li l-ġbir fid-dar huwa importanti biex titħaffef it-tneħħija tal-iskart tal-asbestos mid-djar. Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: Għalkemm jeżistu metodi ta’ trattament alternattivi (37), ir-rimi ta’ skart ta’ asbestos fil-landfill għadu l-aqwa teknika disponibbli. Qabel il-landfill, jistgħu jittieħdu miżuri ta’ stabbilizzazzjoni addizzjonali biex jitnaqqas ir-riskju tar-rilaxx ta’ fibri. |
2.3.2. Injam trattat
L-iskart tal-injam huwa ġġenerat minn xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ tiswija tal-unitajiet domestiċi li jinvolvu elementi strutturali u mhux strutturali, pereżempju, frejms tat-twieqi u tal-bibien, ħitan diviżorji u elementi tas-saqaf, injam mit-tined, ċnut tal-ġnien u strutturi oħra tal-injam fuq barra. Sabiex l-injam jiġi impedut milli jiddegrada, dan jiġi imprenjat bil-preservattivi tal-injam. Xi preservattivi użati b’mod komuni bħal arsenat tal-kromju tar-ram [CCA], il-kreożot u l-pentaklorofenol ġew limitati b’mod serju jew ġew ipprojbiti, iżda għad hemm bżonn li jintrema l-injam li ġie ttrattat bihom (38) (39). Il-kodiċi korrispondenti tal-Lista tal-Iskart għal dan l-iskart domestiku huwa:
20 01 37* |
– |
injam li fih sustanzi perikolużi. |
Tipikament, l-unitajiet domestiċi jistgħu jġibu injam trattat f’faċilità għall-iskart goff.
Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: Il-metodu preferut ta’ trattament ta’ injam trattat bis-CCA u injam trattat ieħor huwa l-inċinerazzjoni, b’kontroll tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tat-tniġġis tal-arja minħabba l-volatilità tal-arseniku fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija.
2.3.3. Qatran tal-faħam u prodotti li fihom il-qatran
Il-qatran tal-faħam kien użat b’mod komuni bħala legant fil-kostruzzjoni tat-toroq, qabel ma ġie sostitwit mill-bitum. It-traversi ferrovjarji tal-injam ġew ikkurati wkoll bil-kreożot tal-qatran tal-faħam, bħala preservattiv, għal bosta deċenni. Illum l-użu tal-kreożot biex jittratta l-injam huwa ristrett u regolat ħafna skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) (40), l-Anness XVII, l-entrata 31.
Skart li fih qatran tal-faħam jiġi kklassifikat bħala perikoluż minħabba li fih ammonti sinifikanti ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs), grupp ta’ komposti karċinoġeniċi. L-iskart tal-asfalt li fih qatran tal-faħam jitqies bħala skart perikoluż meta l-livell ta’ qatran tal-faħam ikun >0,1 %. It-terminu “qatran tal-faħam” jiddeskrivi għadd ta’ sustanzi kumplessi, li ġejjin mill-faħam, li huma kklassifikati bħala karċinoġeni tal-kategorija 1A fl-Anness VI tar-Regolament CLP (41) u li, skont l-Anness III tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, jikklassifikaw bħala skart perikoluż jekk il-konċentrazzjoni tilħaq jew taqbeż 0,1 %. Huwa magħruf li t-traversi ferrovjarji reġgħu ntużaw f’ġonna biex jistabbilizzaw il-ħitan jew l-art, u huma indirizzati fit-taqsima ta’ hawn fuq dwar l-iskart tal-injam. Il-qatran tal-faħam jista’ jinstab ukoll fi prodotti bħall-bord bil-qatran tal-faħam jew feltru li kien użat, eż. bħala parti minn soqfa fi djar fil-ġnien. Xi wħud minn dawn jistgħu jwasslu għal ammonti konsiderevoli ta’ skart perikoluż, meta jkunu qed jissewwew jew jiġu sostitwiti.
Il-kodiċijiet applikabbli fil-Lista tal-Iskart huma:
17 03 01* |
– |
taħlitiet bituminużi li fihom il-qatran tal-faħam; |
17 03 03* |
– |
qatran tal-faħam u prodotti bil-qatran; |
20 01 37* |
– |
injam li fih sustanzi perikolużi (ara t-taqsima 3.3.2. hawn fuq). |
Tipikament, l-unitajiet domestiċi jistgħu jġibu dan l-iskart f’faċilità għall-iskart goff.
Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: Skont ir-regolamenti u l-infrastruttura fil-pajjiż, din il-kategorija ta’ skart jew tiġi trattata bis-sħana (inċinerazzjoni) jew, għalkemm bi preferenza inqas skont il-ġerarkija tal-iskart, titqiegħed f’landfills.
2.4. Skart tal-manutenzjoni tal-vetturi
2.4.1. Filtri taż-żejt u materjali assorbenti kkontaminati
Il-filtri taż-żejt mill-karozzi jistgħu jsiru parti mill-iskart domestiku meta s-sewwieqa jagħtu servis lill-karozzi tagħhom huma stess. Dawn l-attivitajiet jistgħu jiġġeneraw ukoll skart ieħor imprenjat biż-żejt bħal ħwejjeġ u ingwanti. Huwa stmat li fir-Renju Unit biss, 1,100 tunnellata (42) ta’ żejt għar-rimi jintremew kull sena f’filtri użati bħal dawn, ħafna drabi bħala skart muniċipali mħallat. Il-kodiċijiet applikabbli fil-Lista tal-Iskart huma:
15 02 02* |
– |
assorbenti, materjali filtranti (inklużi l-filtri taż-żejt mhux speċifikati mod ieħor), pezez għall-imsieħ, ilbies protettiv ikkontaminat b'sustanzi perikolużi; |
16 01 07* |
– |
filtri taż-żejt. |
Skart bħal dan jista’ jinġieb fi stabbilimenti awtorizzati li jiġġeneraw tali skart bħala parti mill-attività professjonali tagħhom, bħal workshops ta’ tiswija ta’ vetturi u mħażen tal-parts (dan jista’ jinvolvi ħlas ta’ tariffa) jew f'faċilità għall-iskart goff li tuża reċipjenti speċjalizzati għall-ġbir biex tiġi evitata t-tnixxija u biex jiġi ffaċilitat trasport ulterjuri.
Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: Il-filtri taż-żejt użati huma riċiklabbli minħabba li huma magħmulin mill-azzar. Kull żejt li jibqa’ fihom jista’ jiġi rkuprat bl-użu ta’ preses tal-filtri taż-żejt.
2.4.2. Prodotti awtomotivi, lostru tal-uċuħ, fluwidi ta’ kontra l-iffriżar
Ħafna mis-sustanzi u taħlitiet użati fil-karozzi, jew għat-tindif u ż-żamma tagħhom, huma perikolużi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Pereżempju, l-ingredjent primarju fil-fluwidi għal kontra l-iffriżar huwa l-glikol tal-etilene, sustanza tossika. Il-fluwidi għal kontra l-iffriżar, bħal likwidi oħrajn fil-karozza bħalma huma l-fluwidi tal-brejkijiet jew iż-żejt lubrifikanti jeħtieġ li jinbidlu perjodikament. Il-kodiċiijiet applikabbli tal-Lista tal-Iskart huma:
16 01 13* |
– |
fluwidi tal-brejkijiet; |
16 01 14* |
– |
fluwidi kontra l-iffriżar li fihom sustanzi perikolużi; |
20 01 26* |
– |
żejt u xaħam għajr dawk imsemmija f’20 01 25. |
Ġestjoni mhux xierqa ta’ żejt użat tinkludi t-tifrigħ fi drejns, fil-ħamrija, ħruq permezz ta’ nirien jew f’burners taż-żejt, u r-rimi tiegħu flimkien ma’ filtri użati permezz tal-landa ta’ skart residwu. Skart bħal dan jista’ jinġieb fi stabbilimenti awtorizzati li jiġġeneraw dan l-iskart bħala parti mill-attività professjonali tagħhom bħal workshops ta’ tiswija ta’ vetturi, imħażen tal-parts jew pompi tal-petrol.
Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: Fluwidu għal kontra l-iffriżar użat jista’ jiġi rriċiklat u l-proprjetajiet oriġinali tiegħu jistgħu jiġu rrestawrati. Il-fluwidu għal kontra l-iffriżar riċiklat jista’ jintuża bħala fluwidu berried tal-magna jew il-glikol tal-etilene jista’ jiġi estratt u użat mill-ġdid fl-industrija tal-plastik. Iż-żejt tal-magni jista’ jiġi ttrattat u rriġenerat f’żejt bażi jew użat bħala fjuwil. Madankollu, ħafna żejt jintilef, l-aktar permezz ta’ ħruq matul il-fażi ta’ użu tiegħu.
2.5. Skart li fih il-merkurju (minbarra WEEE)
Il-merkurju huwa tossiku ħafna għall-bnedmin u għall-annimali meta jinġibed man-nifs jew meta jinbela’. Huwa tossiku ħafna wkoll għall-organiżmi akkwatiċi. L-iskart li fih il-merkurju mill-unitajiet domestiċi jinkludi batteriji qodma tal-merkurju u termometri tal-merkurju. Dawn huma koperti mill-entrati li ġejjin fil-Lista tal-Iskart:
20 01 21* |
– |
it-tubi fluworexxenti u skart ieħor li fih il-merkurju; |
20 01 33* |
– |
batteriji u akkumulaturi inklużi f'16 06 01, 16 06 02 jew 16 06 03 u batteriji u akkumulaturi mhux magħżula li fihom dawn il-batteriji. |
Il-konsum totali tal-merkurju f’tagħmir tal-kejl fl-2007 fl-EU-27 kien stmat għal bejn 7 u 17-il tunnellata. L-applikazzjonijiet ewlenin kienu sfigmomanometri, barometri tad-dar, termometri tad-deni u termometri għal applikazzjonijiet tal-laboratorju u dawk industrijali. It-tqegħid fis-suq ta’ apparati tal-kejl li fihom il-merkurju issa huwa pprojbit skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) (43) (l-Anness XVII, il-punt 18a) u l-konsum tal-merkurju għal tagħmir mibjugħ lill-pubbliku ġenerali (bħat-termometri u il-barometri tad-deni) waqaf fl-2009. (44)
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jiġbru dan it-tagħmir flimkien ma’ tipi oħra ta’ skart perikoluż u jisseparawh għar-riċiklaġġ wara. Madankollu, parti sostanzjali mill-merkurju fit-termometri u tagħmir ieħor ta’ kejl użat fl-unitajiet domestiċi għadu jintrema b’mod mhux xieraq permezz ta’ skart residwu mħallat.
Il-ġbir separat jiffaċilita t-trattament li ġej: L-iskart li fih il-merkurju għandu jiġi riċiklat jew trattat f’faċilità permessa għat-trattament ta’ skart perikoluż. Jeżistu unitajiet ta’ rkupru tal-merkurju, pereżempju, fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Awstrija u fl-Isvezja. Il-kummerċ tal-merkurju huwa regolat u kkontrollat ħafna skont ir-Regolament (UE) 2017/852 dwar il-merkurju (45). L-iskart li jkun fih il-merkurju huwa ġeneralment trattat u stabbilizzat qabel jintrema b’mod permanenti f’faċilitajiet ta’ ħżin taħt l-art bħal minjieri tal-melħ jew f’landfills iddisinjati b’mod speċjali.
3. FATTURI TA’ SUĊĊESS GĦALL-ĠBIR SEPARAT TAL-ISKART DOMESTIKU PERIKOLUŻ
L-approċċi għall-organizzazzjoni tal-ġbir separat ġew analizzati f’ħafna studji (46). Intwera li sistemi tal-ġbir separat ta’ suċċess isegwu approċċ integrat li jindirizza l-erba’ elementi li ġejjin: huma jipprovdu inċentivi ekonomiċi, jipprevedu regoli ċari dwar l-infurzar legali, jipprovdu infrastruttura separata għall-ġbir separat u jinvolvu ruħhom b’mod attiv u regolari f’komunikazzjoni mal-udjenza fil-mira (l-unitajiet domestiċi li jiġġeneraw l-iskart). Dawn l-elementi ġew osservati li huma komuni għall-iskemi kollha ta’ ġbir separat, inklużi dawk għall-iskart domestiku perikoluż .
L-analiżi tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri wasslet lill-Kummissjoni biex tidentifika l-fatturi li ġejjin bħala li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-effettività tal-iskemi ta’ ġbir separat, b’mod partikolari għall-HHW, f’termini tal-ammonti ta’ skart miġbur.
3.1. Inċentivi ekonomiċi
L-istrumenti elenkati hawn taħt huma vvalutati b’mod komuni bħala li jippromwovu b’suċċess il-ġbir separat, inkluż il-ġbir separat mis-sors miċ-ċittadini, fl-Ewropa.
Ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR) tittrasferixxi r-responsabbiltà finanzjarja u/jew operattiva tal-ġestjoni tal-iskart mingħand il-muniċipalitajiet għall-produtturi tal-merkanzija. L-EPR tikkontribwixxi għal tqassim aħjar u riċiklaġġ billi tipprovdi l-infrastruttura adegwata u l-komunikazzjoni meħtieġa, u billi tiffinanzja l-ispiża netta tat-tħaddim tas-servizz ta’ ġbir u trattament ulterjuri skont il-ġerarkija tal-iskart, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni. L-EPR uriet il-merti tagħha għar-riċiklaġġ ta’ ħafna flussi ta’ skart, bħall-imballaġġ, l-elettronika, il-batteriji u l-vetturi.
Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, riveduta fl-2018, tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu segwiti meta jiġu implimentati l-iskemi EPR fl-Artikoli 8 u 8a tagħha. Karatteristika importanti hija l-modulazzjoni tat-tariffi mħallsa mill-produtturi skont il-kriterji ta’ sostenibbiltà, filwaqt li jitqiesu pereżempju d-durabbiltà, il-possibbiltà ta’ tiswija, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklabbiltà jew il-preżenza ta’ sustanzi perikolużi tal-prodotti tagħhom. Fil-każ ta’ prodotti domestiċi perikolużi, l-“ekomodulazzjoni” tista’ tappoġġa titjib fil-livell tad-disinn tal-prodott sabiex titnaqqas il-perikolożità tiegħu (prevenzjoni kwalitattiva), biex tiżdied il-prevenzjoni (kwantitattiva) tal-iskart, ir-riċiklabbiltà tiegħu jew il-kapaċità ta’ użu mill-ġdid tiegħu.
Ħallas Waqt Li Tarmi (PAYT, Pay-As-You-Throw) teħtieġ li l-unitajiet domestiċi jħallsu meta jarmu l-iskart imħallat. Normalment, dan jiġi implimentat permezz ta’ boroż tal-iskart bit-tikketta li jkollhom jiġu akkwistati minn qabel jew permezz ta’ kontenituri fit-triq li jinfetħu biss wara l-identifikazzjoni tal-utent permezz ta’ kard personali. Huwa kruċjali li l-iskart imħallat ikun komparattivament għali, filwaqt li l-flussi riċiklabbli u magħżula oħrajn ikunu jistgħu jiġu ddepożitati (kważi) mingħajr ebda tariffa. Dan jagħti inċentiv ċar biex l-iskart jiġi magħżul fis-sors.
Minħabba s-saħħa tal-inċentivi finanzjarji, PAYT uriet li hija għodda effettiva biex ittejjeb il-ġbir separat fis-sors.
Eżempju 12 ta’ prattika tajba Il-Flanders (47) (Il-Belġju) huwa minn ta’ quddiem nett fis-separazzjoni mis-sors grazzi għas-sistema PAYT tiegħu. Il-parti varjabbli tat-taxxa muniċipali fuq l-iskart imħallsa mill-unitajiet domestiċi trid tibqa’ bejn EUR 0,1 u EUR 0,3/kg għall-iskart residwu jew bejn EUR 0,75 u EUR 2,25 għal borża ta’ 60 litru. Tipikament, il-PAYT taħdem permezz ta’ boroż reġistrati jew laned taż-żibel b’barcode. Għal bini ta’ appartamenti u għal żoni b’densità għolja ħafna tal-popolazzjoni, jistgħu jintużaw kontenituri pubbliċi (taħt l-art) li jinfetħu awtomatikament wara l-ħlas jew inkella tista' tintuża identifikazzjoni b'baġġ. It-taxxi u t-tariffi fuq il-landfills u fuq l-inċinerazzjoni ma jaffettwawx liċ-ċittadini direttament, iżda jagħtu inċentiv lill-muniċipalitajiet u lill-operaturi tal-ġestjoni tal-iskart biex itejbu l-effettività tas-separazzjoni, tal-ġbir u tar-riċiklaġġ tal-iskart fiż-żona tagħhom. Dawn it-taxxi u t-tariffi (48) jgħinu biex jinternalizzaw l-ispejjeż esterni mir-rimi (l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju u tal-metan, it-tniġġis tal-arja u tal-ilma ta’ taħt l-art) u l-benefiċċji esterni mir-riċiklaġġ (iffrankar tal-enerġija, tnaqqis tal-impatti ambjentali u fuq is-saħħa tal-estrazzjoni ta’ riżorsi verġni). F’sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu, il-konsumatur iħallas depożitu meta jixtri prodott bħal xarba fil-fliexken u jirċievi rifużjoni meta jirritorna l-kontenitur (49). Is-sistema hija normalment applikata għall-imballaġġ tax-xorb iżda teżisti wkoll għal prodotti li jistgħu jiġu ritornati, bħal ċilindri tal-propan li jintużaw għat-tisjir fil-beraħ. Minħabba l-inċentiv finanzjarju, is-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu joħolqu żieda kważi immedjata fir-rati ta’ riċiklaġġ għal livelli ogħla minn 90 %. Mill-istrumenti ta’ hawn fuq, l-ewwel tlieta (l-EPR, il-PAYT u t-taxxi fuq ir-rimi f'landfills u l-inċinerazzjoni) huma kkunsidrati bħala strumenti ekonomiċi ewlenin biex jinċentivaw l-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif rifless fl-Anness IVa tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart. Parir dwar prattika tajba:
|
3.2. Faċilitajiet ta’ ġbir separat imfasslin apposta
Hemm varjetà wiesgħa ta’ modi kif jinġabru flussi ta’ skart differenti.
(1) |
Il-ġbir bieb bieb (fluss wieħed jew fluss imħallat) huwa adattat b’mod speċjali għal reġjuni urbani b’densità ta’ popolazzjoni għolja, fejn id-distanzi tat-trasport huma żgħar. Dan jintuża b’mod komuni għal flussi differenti ta’ skart bħal għal ġbir (frekwenti) ta’ materjal riċiklat niexef u bijoskart, iżda rari ħafna għal skart domestiku perikoluż (preżumibbilment minħabba volumi baxxi, id-diversità ta’ tipi ta’ skart u riskju akbar ta’ depożitu ta’ HHW fit-triq). |
(2) |
Il-ġabriet perjodiċi tipikament japplikaw għal flussi ta’ skart bħal skart ekoloġiku, HHW u skart goff. Billi jorganizzaw ġabriet perjodiċi, il-muniċipalitajiet joffru servizz lill-unitajiet domestiċi filwaqt li jżommu l-frekwenza tal-ġbir baxxa, eż. darba fix-xahar. Il-post jista’ jkun flessibbli (eż. trakkijiet mobbli jistgħu perjodikament jiġbru HHW f’postijiet ċentrali) jew isiru fuq talba (eż. il-ġbir mid-dar ta’ asbestos marbut ippakkjat). Dawn huma fil-biċċa l-kbira organizzati jew iffaċilitati mill-muniċipalitajiet, iżda xi drabi jiġu esternalizzati lil operaturi privati tal-immaniġġjar tal-iskart. Il-muniċipalitajiet jistgħu jillimitaw l-ammont ta’ skart għal kull unità domestika li jrid jinġabar mis-servizzi muniċipali (eż. 2 m3 fis-sena ta’ skart goff), u jistgħu jintroduċu kontrolli tal-identità biex jiżguraw li l-ġbir ikun limitat għal unitajiet domestiċi privati, bl-esklużjoni ta’ attivitajiet kummerċjali jew ta’ attivitajiet oħrajn. |
(3) |
Kontenituri tat-triq jew “sistemi ta’ kollezzjoni”. Il-muniċipalitajiet, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jew operaturi tal-iskart oħrajn iqiegħdu kontejners tat-triq jew “sistemi ta’ kollezzjoni” biex jiġbru firxa ta’ flussi ta’ skart: skart residwu, ċertu skart domestiku perikoluż, skart tal-kċina, karti u kartun, plastik, metalli, imballaġġ tal-ħġieġ, tessuti. Permezz tat-tqegħid ta’ laned jew ta’ kontenituri f’postijiet pubbliċi ċentrali, l-unitajiet domestiċi jistgħu jarmu l-iskart tagħhom fi kwalunkwe ħin, filwaqt li jottimizzaw il-loġistika meta mqabbla mal-ġbir bieb bieb. |
(4) |
Faċilitajiet ta’ teħid lura - organizzazzjonijiet li jimplimentaw obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jipprovdu faċilitajiet ta’ teħid lura fil-ħanut għal firxa ta’ flussi ta’ skart: l-imballaġġ tax-xorb, WEEE, batteriji u HHW. Il-faċilitajiet ta’ teħid lura joffru soluzzjonijiet faċli għall-utent, filwaqt li jottimizzaw il-loġistika meta mqabbla mal-ġbir bieb bieb. |
(5) |
Faċilitajiet għall-Iskart Goff - jipprovdu soluzzjoni fejn l-utenti jistgħu jarmu kważi l-iskart kollu maħsub għal irkupru jew rimi, filwaqt li l-persunal preżenti fis-sit tal-ġbir jista’ jipprovdi assistenza u jikkontrolla l-kwalità tal-iskart li jkun dieħel. Peress li l-faċilità għall-iskart goff hija ffokata fuq il-ġbir ta’ skart domestiku, l-iskart prodott bħala riżultat ta’ attività professjonali għandu jiġi ddevjat mill-faċilità għall-iskart goff, pereżempju billi jiġi applikat ir-rekwiżit ta’ identifikazzjoni b’karta tal-identità u l-projbizzjoni ta’ volumi kbar.
|
3.3. Is-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni
Il-komunikazzjoni hija kritika biex tinforma u timmotiva lill-unitajiet domestiċi biex jisseparaw l-iskart fis-sors. Il-komunikazzjoni hija meħtieġa biex tinforma liċ-ċittadini dwar kif jistgħu jisseparaw l-iskart u biex tinbena bażi ta’ appoġġ, iżda rari tkun biżżejjed fiha nnifisha biex tibdel l-imġiba ta’ separazzjoni ta’ komunità. Għalhekk, il-komunikazzjoni għandha tkun akkumpanjata b’inċentivi ekonomiċi u bl-infurzar biex ikollha suċċess.
Eżempju 14 ta’ prattika tajba Ljubljana (is-Slovenja) tispikka b’rata ta’ ġbir ta’ 73 % ta’ oġġetti riċiklabbli, bis-saħħa ta’ sistema ta’ ġbir bieb bieb tal-bijoskart u skart riċiklabbli sostnuta minn faċilitajiet għall-iskart goff. L-iskart riċiklabbli niexef jinġabar aktar ta' spiss minn skart residwu sabiex tiġi inċentivata s-separazzjoni fis-sors. L-użu tal-midja soċjali u l-komunikazzjoni bl-SMS dwar id-dati tal-ġbir, adattati skont il-profil ta’ kull ċittadin, kien importanti biex tinkiseb din ir-rata għolja ta’ ġbir. Snaga, il-kumpanija ta’ ġestjoni tal-iskart pubbliku, tuża wkoll il-midja soċjali (l-internet, is-servizz tal-SMS, Facebook, Twitter) biex ittejjeb il-faċilità tal-użu tas-servizzi tal-ġbir. L-unitajiet tal-ġbir ta’ taħt l-art fiċ-ċentru tal-belt jiffaċilitaw il-ġbir mingħajr fastidju viżiv. |
L-elementi li ġejjin iridu jiġu kkunsidrati meta tiġi żviluppata komunikazzjoni li tħalli impatt. L-unitajiet domestiċi jistgħu jirċievu informazzjoni dwar is-separazzjoni tal-iskart minn varjetà ta’ sorsi, bħall-organizzazzjonijiet tal-EPR, l-awtoritajiet lokali u l-gvernijiet nazzjonali u reġjonali. Sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta’ din il-komunikazzjoni u biex jinħolqu sinerġiji huwa rrakkomandat li:
— |
jiġu allinjati fl-ambitu u fil-kontenut; |
— |
il-kampanji ta’ komunikazzjoni jseħħu b’mod simultanju permezz ta’ kanali differenti: televiżjoni, radju, midja soċjali, siti web, gazzetti, rivisti lokali, eċċ.; |
— |
il-messaġġ u l-lingwa jridu jiġu adatti għal kull grupp fil-mira u jridu jsiru sforzi speċjali biex jintlaħqu unitajiet domestiċi vulnerabbli li ħafna drabi jkollhom aċċess limitat għall-informazzjoni; |
— |
jiġu ddefiniti indikaturi u jintużaw biex perjodikament ikejlu l-livell ta’ għarfien. Dan jippermetti li l-kampanji jiġu evalwati u mirqumin u li jiġu ddeterminati l-prijoritajiet ta’ komunikazzjoni futuri; |
— |
jiġu pprovduti indikazzjonijiet ċari dwar il-basktijiet tal-ġbir tal-iskart u dwar il-punti ta’ ġbir tal-iskart biex jitnaqqas l-ammont ta’ materjali li mhumiex fil-mira. |
Eżempju 15 ta’ prattika tajba Kif indikat fl-eżempju 8, Cyclamed (52) hija l-organizzazzjoni EPR li tikkoordina u li tiffinanzja l-ġbir ta’ mediċini skaduti (jew mhux użati) fi Franza. L-istrateġija ta’ komunikazzjoni tagħha għandha l-għan li tiżgura li l-konsumaturi jagħżlu u jirritornaw il-mediċini li ma jkunux intużaw lill-ispiżeriji, u li dawn jarmu l-imballaġġ u l-fuljetti ta’ tagħrif f’landa ta’ reċiklaġġ tal-karti. Fl-2018 inkisbet rata ta’ ġbir ta’ 62 %. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni huma mmirati lejn il-konsumaturi u jinvolvu lill-ispiżeriji, lid-distributuri u lill-muniċipalitajiet. Azzjonijiet ta’ komunikazzjoni, li ttieħdu fl-2018, inkludew:
|
Parir dwar prattika tajba:
— |
L-atturi kollha involuti fil-ġestjoni tal-HHW (eż. l-awtoritajiet lokali, l-operaturi tal-iskart u l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi tal-EPR f’isem il-produtturi) għandhom jipprovdu struzzjonijiet ċari, konsistenti u dettaljati għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-għażla u r-rimi tal-HHW (inkluż permezz ta’ tikkettar imtejjeb ta’ prodotti perikolużi). Il-messaġġi għandhom ikunu sempliċi biex tiġi evitata l-konfużjoni tal-konsumaturi li jiltaqgħu ma’ firxa wiesgħa ta’ HHW. |
— |
Il-postijiet u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-faċilitajiet għall-iskart goff u punti oħrajn ta’ ġbir tal-HHW għandhom jiġu kkomunikati b’mod wiesa’ permezz ta’ mezzi differenti, inkluż il-midja soċjali, filwaqt li jiġi żgurat li l-messaġġ jasal għand is-segmenti kollha tal-popolazzjoni. |
— |
L-involviment tal-partijiet interessati lokali (eż. l-assoċjazzjonijiet tal-viċinat) u l-gruppi soċjali fil-ġbir ta’ HHW iwassal għal sensibilizzazzjoni u involviment aħjar taċ-ċittadini. |
— |
L-appoġġ ta’ programmi edukattivi b’mod partikolari mmirati lejn it-tfal, li huma ambaxxaturi tajbin għal prattiki tajba ta’ ġestjoni tal-iskart. Billi t-tfal jiġu edukati dwar l-importanza u l-prattika tal-ġbir tal-HHW (permezz ta’ korsijiet, żjarat fuq il-post, eċċ), il-ġenituri u l-anzjani tagħhom se jkunu wkoll inċentivati indirettament biex jisseparaw l-iskart. |
— |
L-għoti ta’ informazzjoni liċ-ċittadini dwar il-konsegwenzi dannużi għas-saħħa pubblika u l-ambjent tar-rimi mhux xieraq ta’ skart domestiku perikoluż jista’ jinkoraġġixxi mġiba tajba ta’ separazzjoni u rimi. |
3.4. Infurzar
Il-ġbir u s-separazzjoni mhux xieraq jiddegradaw il-kwalità ta’ skart miġbur għall-irkupru. L-iskart domestiku perikoluż, li jinġabar bħala parti minn skart domestiku mħallat jew skart mhux perikoluż ieħor, għandu impatt negattiv fuq il-potenzjal għal riċiklaġġ ta’ kwalità għolja ta’ dak l-iskart. Għalkemm il-komunikazzjoni tgħin lill-unitajiet domestiċi jsiru jafu kif jisseparaw l-iskart tagħhom b’mod xieraq, jeħtieġ li jkun hemm xi livell ta’ inċentivi, jew inkella li jkun hemm bżonn ta’ kontroll u infurzar. Fil-prattika, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu l-azzjonijiet ta’ kontroll li ġejjin:
— |
Spezzjoni viżiva tal-boroż trasparenti għall-ġbir tal-iskart: il-boroż għandhom jiġu mmarkati bħala mhux konformi u jitħallew fil-punt tal-ġbir jekk il-borża jkun fiha materjali li ma jkunux parti mis-sistema ta’ ġbir separata rilevanti. |
— |
Kontroll ibbażat fuq il-piż: il-piż mhux karatteristiku għall-fluss ta’ skart speċifiku jista’ jiskatta kontroll, eż. jekk ir-reċipjent tal-ġbir tal-iskart għall-imballaġġ tal-aluminju u tal-plastik jew il-bijoskart huwa tqil b'mod mhux karatteristiku, dan jista’ jindika l-preżenza ta’ materjali mhux fil-mira, eż. ħamrija. |
— |
Multi: Minbarra r-rifjut li jinġabru boroż jew kontenituri li jkun fihom skart mhux magħżul b’mod xieraq, il-multi amministrattivi huma strument effettiv għall-promozzjoni ta’ ġbir separat korrett fis-sors. Il-multi jgħinu wkoll biex jiġi evitat li l-boroż rifjutati jibqgħu mhux miġbura fl-ispazju pubbliku. Il-multi għandhom madankollu jissupplimentaw inċentivi ekonomiċi adegwati, il-persważjoni u l-komunikazzjoni; ma jistgħux jissostitwixxuhom. |
Din l-okkorrenza spjaċevoli ta’ abbandun mhux ikkontrollat u illegali tal-iskart (rimi illegali) tevita l-inċentivi għall-ġbir korrett u għall-prevenzjoni tal-iskart u toħloq fastidju sostanzjali u ħsara għall-ambjent u għas-saħħa pubblika. L-implimentazzjoni ta’ strateġija għall-prevenzjoni u l-infurzar ta’ abbandun mhux ikkontrollat u illegali tal-iskart hija l-qofol ta’ ġestjoni tal-iskart b’suċċess. Permezz ta’ inċentivi aħjar biex ikun jista’ jiġi ttrattat kif xieraq l-HHW, titnaqqas din il-prattika, u b’hekk l-azzjonijiet ta’ infurzar li għad fadal isiru aktar effettivi.
Il-gvernijiet nazzjonali jew reġjonali jistgħu jkomplu jtejbu l-prestazzjoni permezz ta’ parametraġġ referenzjarju tal-muniċipalitajiet u jippromwovu l-kondiviżjoni ta’ prattika tajba dwar l-infurzar. Il-parametraġġ referenzjarju jeħtieġ li jsir fir-rigward tal-muniċipalitajiet jew tar-reġjuni b’karatteristiċi simili. Pereżempju, il-Flanders (il-Belġju) ġabar flimkien il-muniċipalitajiet tiegħu f’16-il grupp li għandhom miri differenti għall-ġbir separat (53). Il-karatteristiċi tar-raggruppamenti jinkludu, inter alia, l-età tal-popolazzjoni, il-migrazzjoni, it-turiżmu u l-livell ta’ urbanizzazzjoni. Il-metodoloġiji għall-parametraġġ referenzjarju tal-prestazzjoni tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart muniċipali jistgħu jinstabu fil-letteratura (54).
Eżempju 16 ta’ prattika tajba Fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, il-liġi dwar il-ġestjoni tal-iskart tal-21 ta’ Marzu 2012 tobbliga lill-binjiet tal-appartamenti biex ikollhom faċilitajiet għall-ġbir tal-iskart separati. SuperDeccksKëscht®, is-sistema integrata ta’ ġbir tal-iskart, tipprovdi servizzi ta’ konsulenza mingħajr ħlas għall-maniġers tal-bini biex jappoġġaw l-implimentazzjoni lokali: żjarat fuq il-post għal analiżi tas-sitwazzjoni eżistenti, rakkomandazzjonijiet għall-infrastruttura tas-separazzjoni u appoġġ għall-komunikazzjoni lir-residenti. Dan l-obbligu legali appoġġat minn approċċ integrat ikkontribwixxa għal rati għolja ta’ ġbir (55). Parir dwar prattika tajba:
|
4. REFERENZI
ACR+ (2019) Deposit-refund systems in Europe
Adamcová, D. et al. Household Solid Waste Composition Focusing on Hazardous Waste. Pol. J. Environ. Stud. Vol. 25, No. 2 (2016), 487-493. http://www.pjoes.com/Household-Solid-Waste-Composition-Focusing-on-Hazardous-Waste,61011,0,2.html
Adème (2017) Les filières à responsabilité élargie du producteur. https://www.conibi.fr/uploads/pdf/comm/FILIERES-REP-EDITION2017.pdf https://www.ademe.fr/sites/default/files/assets/documents/responsabilite_elargie_du_producteur_rep_memo2017_010401.pdf
Amsterdam (2015) Afvalketen in Beeld
Andreasi Bassi, S., Christensen, T.H., Damgaard, A. (2017) Environmental performance of household waste management in Europe – an example of 7 countries, Waste Management, 69, 545-557. https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0956053X17305342
aus der Beek, T. et al. (2016), “Pharmaceuticals in the environment.Global occurrences and perspectives”, Environmental Toxicology and Chemistry, Vol. 35/4, pp. 823-835. http://dx.doi.org/10.1002/etc.3339
Bio Intelliġenza (2012). Use of economic instruments and waste management performances
Cyclamed (2019) Rapport annuel 2018
D’emweltverwaltung (2018) Plan national de gestion des déchets et ressources
Dijkgraaf, E., Vollebergh, H. (2004) Burn or bury? A social cost comparison of final waste disposal methods, Ecological economics, 5, 233-247
Dubois, M. (2013) Disparity in European taxation of combustible waste, Waste Management 7, 1575-1576
Il-Kummissjoni Ewropea (2002a), Study on hazardous household waste (HHW) with a main emphasis on hazardous household chemicals (HHC)
Il-Kummissjoni Ewropea (2002b) Costs for municipal waste management in the EU
EEA (2015) Prevention of hazardous waste in Europe
EEA (2019) Paving the way for a circular economy, Insights on status and potential. https://www.eea.europa.eu/publications/circular-economy-in-europe-insights
Eurostat (2008) Municipal solid waste composition EU 27
Giegrich J., Mampel U., Franke B., Müller F., Knappe F. (1993) Eintrag organischer und anorganischer Schadstoffe in den Abfall über Produkte (L-introduzzjoni ta’ inkwinanti organiċi u inorganiċi fi skart permezz ta’ prodotti). Ifeu-Institut für Energie- und Umweltforschung Heidelberg GmbH. F+E-Vorhaben Nr. 10310602 taħt kuntratt ma' Umweltbundesamt Berlin; Heidelberg, Diċembru 1993
Lavigne, C., De Jaeger, S., Rogge, N. (2019) identifying the most relevant peers for benchmarking waste management performance: A conditional directional distance Benefit-of-the-Doubt approach, Waste Management, 89, 418-429
Letcher, T. M., & Vallero, D. A. (Eds.) (2019), Waste: A handbook for management. Academic Press.
Nainggolan. D. et al. Ecological Economics 166 (2019) 106402. Consumers in a Circular Economy: Economic Analysis of Household Waste.Sorting Behaviour
OECD (2012) Sustainable materials management, Making better use of resources. https://www.oecd.org/env/waste/smm-makingbetteruseofresources.htm
OVAM (2010) Uitvoeringsplan milieuverantwoord beheer van huishoudelijke afvalstoffen
OVAM (2018) Huishoudelijk Afval en gelijkaardig bedrijfsafval
OVAM (2019) Planaanpassing Uitvoeringsplan huishoudelijk afval en gelijkaardig bedrijfsafval goedgekeurd door de Vlaamse Regering op 17 mei 2019
START project (2008). Management Strategies for Pharmaceuticals in Drinking Water. http://www.start-project.de. Ikkwotati fi: https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC2866706/pdf/ehp-118-a210.pdf
UNEP (2016) Guidelines for Framework legislation for Integrated Waste Management. https://stg-wedocs.unep.org/handle/20.500.11822/22098
Besluit van de Vlaamse Regering tot vaststelling van het Vlaams reglement betreffende het duurzaam beheer van materiaalkringlopen en afvalstoffen (Vlarema) bijlage 5.1.4 https://navigator.emis.vito.be/mijn-navigator?woId=44718 - https://www.ovam.be/sites/default/files/atoms/files/Minimum-%20en%20maximumtarieven%202019%20voor%20huisvuil%20en%20grofvuil.pdf
Worldbank (2018) What a waste 2.0
WRAP (2014) Waste Regulations Route Map. http://www.wrap.org.uk/sites/files/wrap/Route%20Map%20Revised%20Dec%2014.pdf
(1) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(2) Id-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109, premessa 41).
(3) Ara, pereżempju, Andreasi et al. (2017) għal ħarsa ġenerali lejn il-kompożizzjoni tal-iskart ta’ flussi ta’ skart differenti.
(4) Adamcová, D. et al. (2016).
(5) EEA (2015) u D’emwelverwaltung (2018).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta' skart skond l-Artikolu 1(a) tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).
(7) Avviż tal-Kummissjoni dwar gwida teknika rigward il-klassifikazzjoni tal-iskart (ĠU C 124, 9.4.2018, p. 1).
(8) http://ec.europa.eu/environment/waste/studies/pdf/household_report.pdf
(9) Letcher and Vallero (2019)
(10) https://ec.europa.eu/environment/waste/studies/pdf/household_report.pdf
(11) https://ec.europa.eu/environment/waste/studies/pdf/20180227_Haz_Waste_Final_RepV5_clear.pdf
(12) D’emweltverwaltung (2018).
(13) https://www.acrplus.org/images/project/R4R/Good_Practices/GP_Odense_hazardous-waste-collection.pdf
(14) https://www.acrplus.org/images/project/R4R/Good_Practices/GP_ORDIF_mobile-civic amenity site.pdf
(15) https://cdn.paris.fr/paris/2020/06/10/4beadd723295ce69dcd7acbcbe0a582f.pdf.
(16) https://www.acrplus.org/images/project/R4R/Good_Practices/GP_Tallinn_hazardous-waste-collection.pdf
(17) https://www.ecologique-solidaire.gouv.fr/dechets-diffus-specifiques-menagers
(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182, 16.07.1999, p. 1).
(19) Avviż tal-Kummissjoni dwar gwida teknika rigward il-klassifikazzjoni tal-iskart (ĠU C 124, 9.4.2018, p. 1).
(20) L-Umweltbundesamt Ġermaniż jistma li b’kollox, madwar 30 % tal-ammonti mibjugħin jibqgħu ma jintużawx u jintremew.
(21) Id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(22) Kura tas-saħħa mingħajr ħsara (HCWH). L-Ewropa pproduċiet bażi tad-data li għandha l-għan li tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi attwali u tal-passat minn NGOs lokali, reġjonali u nazzjonali, proġetti Ewropej, u mill-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali tal-Istati Membri tal-UE biex jiġu indirizzati l-farmaċewtiċi fl-ambjent u l-iskart farmaċewtiku: http://saferpharma.org/pie-initiatives-database/?_sft_area_of_interest=unused-expired-pharmaceutical-disposal-practices
(23) OECD 2019 - https://www.oecd.org/chemicalsafety/pharmaceutical-residues-in-freshwater-c936f42d-en.htm
(24) https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/29890607 and https://doi.org/10.1016/j.scitotenv.2012.04.028
(25) aus der Beek, T. et al. (2016).
(26) Ademe (2017)
(27) https://www.sigre.es/
(28) https://www.cyclamed.org/wp-content/uploads/2019/09/CYCLAMED_INFOGRAPHIE_2018-3-1024x1024.jpg
(29) WHO, 2014. Ġestjoni sikura ta’ skart minn attivitajiet ta’ kura tas-saħħa, https://www.who.int/water_sanitation_health/publications/wastemanag/en/
(30) Reviżjoni minn Stat Membru/reġjun tista’ tinstab fil-web COVID19 tal-ACR +, https://www.acrplus.org/en/municipal-waste-management-covid-19
(31) https://www.ecdc.europa.eu/en/publications-data/infection-prevention-control-household-management-covid-19
(32) Il-ġestjoni tal-iskart fil-kuntest tal-kriżi tal-coronavirus (April 2020), https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/waste_management_guidance_dg-env.pdf
(33) https://www.who.int/water_sanitation_health/publications/technologies-for-the-treatment-of-infectious-and-sharp-waste/en/
(34) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(35) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(36) Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330 16.12.2009 p. 28).
(37) State of the art: asbestos – possible treatment methods in Flanders: constraints and opportunities (2016) https://www.ovam.be/sites/default/files/atoms/files/State%20of%20the%20art%20asbestos%20waste%20treatement.pdf
(38) https://www.researchgate.net/publication/279340427_Regulations_in_the_European_Union_with_Emphasis_on_Germany_Sweden_and_Slovenia
(39) “A detailed study for the German Environmental Agency” (Giegrich et al., 1993) ikkonkluda li l-arseniku huwa l-aktar kontributur importanti għall-karċinoġeniċità tal-lissija ta' landfill.
(40) Ara n-nota 35.
(41) Pereżempju żift tal-qatran tal-faħam f’temperatura għolja [EC: 266-028-2]
(42) http://ec.europa.eu/environment/waste/studies/pdf/household_report.pdf
(43) Ara n-nota 35.
(44) http://ec.europa.eu/environment/chemicals/mercury/pdf/study_report2008.pdf
(45) Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1).
(46) Ara, fost l-oħrajn, OECD (2012), WRAP (2014), UNEP (2016) u EEA (2019).
(47) Besluit van de Vlaamse Regering tot vaststelling van het Vlaams reglement betreffende het duurzaam beheer van materiaalkringlopen en afvalstoffen (Vlarema) bijlage 5.1.4.
(48) Għal diskussjoni estensiva dwar it-tassazzjoni ekoloġika żur is-sit web https://ex-tax.com/
(49) Ara l-ACR+ (2019) għal ħarsa ġenerali lejn is-sistemi ta’ rifużjoni tad-depożitu eżistenti fl-Ewropa.
(50) Amsterdam (2015).
(51) OVAM (2010).
(52) Cyclamed (2019).
(53) OVAM (2019).
(54) Lavigne et al. (2019).
(55) Aġenzija għall-Ambjent LU 2015.
ANNESS
Links għall-Eżempji ta’ Komunikazzjoni dwar Prattika Tajba
Hemm ħafna eżempji ta’ komunikazzjoni li tqanqal disponibbli fuq l-internet:
— |
http://www.epa.ie/pubs/reports/waste/wpp/Household_%20hazardous_waste_booklet.pdf |
— |
http://www.snaga.si/en/separating-and-collecting-waste/hazardous-household-waste |
— |
https://communityrepaint.org.uk/help-support/paint-calculation/ |
— |
https://communityrepaint.org.uk/i-have-leftover-paint/give-leftover-paint-new-life/ |
— |
https://www.ademe.fr/sites/default/files/assets/documents/produits-chimiques-donnees2015-synthese_8907.pdf |
— |
https://www.aha-region.de/entsorgung/oeffnungszeiten/?L=0 |
— |
https://www.aha-region.de/entsorgung/sonderabfall/ |
— |
https://www.arp-gan.be/pdf/memo_tri.pdf |
— |
https://www.cityoflondon.gov.uk/services/waste-and-recycling/commercial-waste/hazardous-waste-collection |
— |
https://www.est-ensemble.fr/decheteries-mobiles |
— |
https://vanha.hsy.fi/en/residents/sorting/instructions/hazardouswaste/Pages/default.aspx |
— |
https://vanha.hsy.fi/en/residents/sorting/wasteguide/Pages/default.aspx |
— |
https://www.kierratys.info/ |
— |
https://www.odensewaste.com/awareness-raising/awareness-raising/ |
— |
https://www.offaly.ie/eng/Services/Environment/News-Publications/Free-drop-off-event-07th-July-2018.pdf |
— |
https://www.sdk.lu/images/SDK-EN/PDF/Infoflyer-Residenzen-en-web.pdf |
— |
https://www.sdk.lu/index.php/en/reverse-consumption/ecological-waste-management-in-the-house/stationary-collection |
— |
https://www.tallinn.ee/eng/A-Guide-to-Sorting-Waste |
— |
www.dastri.fr |
— |
www.raportaredeseuri.ro |
— |
http://geodechets.fr |
— |
www.vaarallinenjate.fi (bil-Finlandiż u bl-Iżvediż) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/25 |
EMENDA GĦALL-QAFAS TAL-ETIKA TAL -BĊE
(Dan it-test jissostitwixxi l-Parti 0 tar-Regoli għall-Persunal tal-BĊE fir-rigward tal-qafas tal-etika tat-test ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali C 204 tal-20 ta’ Ġunju 2015, p. 3)
(2020/C 375/02)
PARTI III Il-Parti 0 tar-Regoli għall-Persunal tal-BĊE fir-rigward tal-qafas tal-etika hija ssostitwita b'dan li ġej:
“III. PARTI 0 TAR-REGOLI GĦALL-PERSUNAL TAL-BĊE FIR-RIGWARD TAL-QAFAS TAL-ETIKA
0.1. Dispożizzjonijiet u prinċipji ġenerali
0.1.1. |
Il-privileġġi u l-immunitajiet li jgawdu l-membri tal-persunal taħt il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jingħataw biss fl-interessi tal-BĊE. Dawn il-privileġġi u l-immunitajiet m’għandhom bl-ebda mod jeżentaw lil membri tal-persunal mit-twettiq tal-obbligi privati tagħhom jew milli jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti tal-pulizija applikabbli. Kull meta jkun hemm tilwima dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, il-membri tal-persunal ikkonċernati għandhom jinformaw immedjatament lill-Bord Eżekuttiv. |
0.1.2. |
Fil-prinċipju, membri tal-persunal li huma sekondati lill-BĊE jew bil-liv minn organizzazzjoni jew istituzzjoni oħra sabiex jaħdmu għall-BĊE fuq bażi ta' kuntratt ta' impjieg tal-BĊE, għandhom jiġu integrati mal-persunal tal-BĊE, għandu jkollhom l-istess obbligi u drittijiet bħall-bqija tal-persunal, u għandhom iwettqu d-dmirijiet professjonali tagħhom biss għall-benefiċċju tal-BĊE. |
0.2. Indipendenza
0.2.1. Kunflitti ta’ interess
0.2.1.1. |
Il-membri tal-persunal għandhom jevitaw kunflitti ta' interess fil-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom. |
0.2.1.2. |
‘Kunflitt ta' interess’ tfisser sitwazzjoni fejn membri tal-persunal ikollhom interessi personali li jistgħu jinfluwenzaw jew jidhru li jinfluwenzaw il-qadi imparzjali u oġġettiv tad-dmirijiet professjonali tagħhom. ‘Interessi personali’ tfisser kull benefiċċju jew benefiċċju potenzjali, ta' natura finanzjarja jew mhux finanzjarja, għall-membri tal-persunal, għall-membri tal-familja tagħhom, għal qraba oħrajn tagħhom jew għaċ-ċirku ta' ħbieb u konoxxenzi qrib tagħhom. |
0.2.1.3. |
Membri tal-persunal li jsiru konxji ta' kunflitt ta' interess waqt il-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom għandhom jgħarrfu minnufih lill-maniġer dirett tagħhom dwar dan. Il-maniġer dirett jista' jniedi kull miżura xierqa biex jevita dan il-kunflitt ta' interess wara li jkun talab il-parir tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. Jekk il-kunflitt ma jkunx jista' jiġi solvut jew imtaffi permezz ta' miżuri oħra xierqa, il-maniġer dirett jista' jeħles lill-persunal mir-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti. Jekk il-kunflitt ta’ interess ikun relatat ma’ proċess ta’ akkwist, il-maniġer dirett għandu jinforma lill-Uffiċċju tal-Akkwisti Ċentrali jew lill-Kumitat tal-Akkwisti, hekk kif applikabbli, li għandu mbagħad jiddeċiedi fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu. |
0.2.1.4. |
Qabel il-ħatra ta’ kandidat, l-awtorità tal-ħatra għandha, kif iddefinit fil-punt (a) tal-Artikolu 1a.1.1, skont ir-regoli dwar is-selezzjoni u l-ħatra, tevalwa jekk jistax ikun hemm kunflitt ta’ interess li jirriżulta mill-attivitajiet professjonali ta’ qabel tal-kandidat jew mir-relazzjoni personali mill-qrib tiegħu ma’ membri tal-persunal, ma’ membri tal-Bord Eżekuttiv jew ma’ korpi interni oħra tal-BĊE. Jekk tidentifika kunflitt ta' interess, l-awtorità tal-ħatra għandha titlob il-parir tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. |
0.2.2. Rigali u ospitalità
0.2.2.1. |
Il-membri tal-persunal la jistgħu jitolbu u lanqas jaċċettaw, għalihom jew għal kwalunkwe persuna oħra, xi vantaġġ li b'xi mod ikun marbut mal-impjieg tagħhom mal-BĊE. |
0.2.2.2. |
‘Vantaġġ’ huwa kull rigal, ospitalità jew benefiċċju ieħor ta’ natura finanzjarja jew mhux finanzjarja li oġġettivament itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja, legali jew personali tar-riċevitur jew ta’ xi persuna oħra u li r-riċevitur mhuwiex intitolat għalih bil-liġi. Ospitalità minuri offruta matul laqgħa relatata max-xogħol m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala vantaġġ. ‘Vantaġġ’ huwa kkunsidrat bħala konness mal-impjieg tar-riċevitur mal-BĊE jekk ikun offrut abbażi tal-pożizzjoni tar-riċevitur mal-BĊE, aktar milli fuq bażi personali. |
0.2.2.3. |
Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 0.2.2.1, u sakemm ma jkunux frekwenti u mhux mill-istess sors, jistgħu jiġu aċċettati dawn li ġejjin:
|
0.2.2.4. |
Il-membri tal-persunal għandhom jirreġistraw mingħajr dewmien żejjed mal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza
Il-membri tal-persunal għandhom jagħtu lill-BĊE kull rigal aċċettat skont l-Artikolu 0.2.2.3(c). Dawn ir-rigali għandhom isiru proprjetà tal-BĊE. |
0.2.2.5. |
L-aċċettazzjoni ta' vantaġġ m’għandux, fl-ebda avveniment, ixekkel jew jinfluwenza l-oġġettività u l-libertà tal-azzjoni tal-persunal. |
0.2.3. Akkwisti
Il-membri tal-persunal għandhom jiżguraw il-ġestjoni tajba ta’ proċeduri ta’ akkwist billi jżommu l-objettività, in-newtralità u s-sens ta' ġustizzja, u jiżguraw it-trasparenza fl-azzjonijiet tagħhom. Il-membri tal-persunal għandhom b'mod partikolari jikkonformaw mar-regoli ġenerali u speċifiċi kollha marbutin mal-evitar u r-rapportar ta’ kunflitti ta’ interess, l-aċċettazzjoni ta’ vantaġġi u s-segretezza professjonali.
Il-membri tal-persunal għandhom jikkomunikaw biss ma’ fornituri li jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist permezz ta’ mezzi uffiċjali u għandhom, fejn possibbli, jikkomunikaw magħhom bil-miktub.
0.2.4. Premji, unuri u dekorazzjonijiet
Il-membri tal-persunal għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza qabel ma jaċċettaw premji, unuri jew dekorazzjonijiet b’konnessjoni max-xogħol tagħhom għall-BĊE.
0.2.5. Projbizzjoni ta' ħlas minn partijiet terzi għall-qadi tad-dmirijiet professjonali
Il-membri tal-persunal m'għandhom jaċċettaw l-ebda ħlas għalihom minn partijiet terzi fir-rigward tal-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom. Jekk jiġu offruti ħlasijiet minn partijiet terzi, dawn għandhom isiru lill-BĊE.
Attivitajiet li jirrelataw ma' kompiti tal-BĊE jew mar-responsabbiltajiet tal-membru tal-persunal huma preżunti li huma parti mid-dmirijiet professjonali ġenerali tal-membru tal-persunal. F'każ ta' dubju, il-maniġer dirett responsabbli għandu jevalwa u jiddeċiedi jekk attività għandhiex tiġi kkunsidrata bħala dmir professjonali.
0.2.6. Attivitajiet esterni
0.2.6.1. |
Il-membri tal-persunal għandhom jiksbu awtorizzazzjoni bil-miktub qabel ma jinvolvu ruħhom f'attività esterna li tkun ta' natura professjonali jew tmur lil hinn minn dak li jista' jkun ikkunsidrat b'mod raġonevoli bħala attività ta' divertiment.
Id-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani jew id-Deputat tiegħu, wara li jikkonsulta mal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza u l-maniġers diretti rilevanti, għandu jagħti din l-awtorizzazzjoni jekk l-attività esterna bl-ebda mod ma tagħmel ħsara lill-qadi tad-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal lejn il-BĊE u ma tikkostitwixxix sors probabbli ta' kunflitt ta' interess. Din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal massimu ta' ħames snin kull darba. |
0.2.6.2. |
Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 0.2.6.1, l-ebda awtorizzazzjoni ma hi meħtieġa għal attivitajiet esterni li huma:
|
0.2.6.3. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 0.2.6.1 u 0.2.6.2 ta’ hawn fuq, il-membri tal-persunal jistgħu jinvolvu ruħhom f'attivitajiet politiċi u tat-trade unions, iżda biex jagħmlu dan ma jistgħux jagħmlu użu mill-pożizzjoni tagħhom fil-BĊE u għandhom jgħidu b'mod espliċitu li l-fehmiet personali tagħhom mhux neċessarjament jirriflettu dawk tal-BĊE. |
0.2.6.4. |
Il-membri tal-persunal li għandhom il-ħsieb li joħorġu għal kariga pubblika jew li jiġu eletti jew maħtura għandhom jinnotifikaw lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani jew lid-Deputat tiegħu, li għandu jiddeċiedi, wara li jikkonsulta mal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza, wara li jkun qies l-interess tas-servizz, l-importanza tal-kariga, id-dmirijiet li tinvolvi u l-ħlas u r-rimborż tal-ispejjeż imġarrba fit-twettiq tad-dmirijiet tal-kariga, jekk il-membru tal-persunal ikkonċernat:
Jekk membru tal-persunal ikun meħtieġ li jieħu liv bla ħlas għal raġunijiet personali jew ikun awtorizzat jaqdi d-dmirijiet professjonali tiegħu fuq bażi part-time, il-perjodu ta’ dan il-liv bla ħlas jew l-arranġament tax-xogħol part-time għandu jikkorrispondi mat-terminu tal-kariga tal-membru tal-persunal. |
0.2.6.5. |
Il-membri tal-persunal għandhom iwettqu l-attivitajiet esterni barra l-ħinijiet tax-xogħol. Fuq bażi eċċezzjonali, id-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani jew id-Deputat tiegħu jista' jawtorizza derogi minn din ir-regola. |
0.2.6.6. |
Id-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani jew id-Deputat tiegħu jista', f'kull ħin u wara li jikkonsulta mal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza u jisma' lill-membru tal-persunal, fejn hu possibbli, jeżiġi li l-membru tal-persunal itemm l-attivitajiet esterni li jistgħu b'xi mod jimpedixxu l-qadi tad-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal lejn il-BĊE jew jikkostitwixxu sors probabbli ta' kunflitt ta' interess, anke jekk kien awtorizzat minn qabel. Jekk dan ikun meħtieġ, il-membri tal-persunal għandhom jingħataw perjodu ta' żmien raġonevoli biex itemmu l-attivitajiet esterni, sakemm ma jkunx meħtieġ waqfien immedjat ta' dawn l-attivitajiet fl-interess tas-servizz. |
0.2.7. Impjieg bi qligħ tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba rikonoxxut/a
ll-membri tal-persunal għandhom jinformaw lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza b’kull impjieg bi qligħ tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba rikonoxxut/a tagħhom li jista’ jwassal għal kunflitt ta’ interess. Jekk in-natura tal-attività professjonali twassal għal kunflitt ta' interess mad-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu l-ewwel jinforma u jagħti parir lill-maniġer dirett responsabbli fir-rigward tal-miżuri xierqa li jridu jittieħdu biex jitnaqqas il-kunflitt ta' interess, inkluż, jekk meħtieġ, il-ħelsien tal-membru tal-persunal mir-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti.
0.2.8. Restrizzjonijiet ta' wara l-impjieg
0.2.8.1. |
Il-membri tal-persunal għandhom jaġixxu b'integrità u diskrezzjoni f'kull negozjati li jikkonċernaw attivitajiet professjonali prospettivi. Huma għandhom jinformaw lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jekk in-natura tal-attività professjonali tista' twassal għal kunflitt.ta' interess mad-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal. Jekk ikun hemm kunflitt interess, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu jinforma u jagħti parir lill-maniġer dirett responsabbli fir-rigward tal-miżuri xierqa li jridu jittieħdu biex jitnaqqas il-kunflitt interess, inkluż, jekk meħtieġ, il-ħelsien tal-membru tal-persunal mir-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti. |
0.2.8.2. |
Il-membri tal-persunal u dawk li kienu membri tal-persunal għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza qabel ma jaċċettaw kwalunkwe attività professjonali matul il-perjodi tan-notifika li ġejjin:
|
0.2.8.3. |
Dawn il-membri tal-persunal li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għal perjodi ta' preklużjoni:
|
0.2.8.4. |
Jekk l-attività professjonali prevista taqa' taħt żewġ perjodi ta' preklużjoni, għandu japplika l-itwal wieħed. |
0.2.8.5. |
Għall-membri tal-persunal li l-impjieg tagħhom mal-BĊE ma jaqbiżx erba' snin, it-tul tal-obbligi tan-notifika u l-perjodi ta' preklużjoni stabbiliti fl-Artikoli 0.2.8.2 u 0.2.8.3 m’għandhomx jaqbżu nofs iż-żmien tal-impjieg tagħhom mal-BĊE. |
0.2.8.6. |
Fuq talba tal-membru tal-persunal, il-Bord Eżekuttiv jista' eċċezzjonalment ineħħi jew inaqqas il-perjodi ta' preklużjoni mniżżla fl-Artikolu 0.2.8.3, jekk ikun hemm ċirkostanzi partikolari li jeskludu kunflitti ta' interess li jirriżultaw minn attività professjonali sussegwenti. Il-membru tal-persunal għandu jissottometti talba mmotivata li tinkludi evidenza ta' sostenn lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv f'perjodu ta' żmien raġonevoli. |
0.2.8.7. |
Jekk japplika l-perjodu ta' preklużjoni stabbilit fl-Artikolu 0.2.8.3(a)(1)(i), il-Bord Eżekuttiv jista' f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fuq proposta mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza, jiddeċiedi li jżid il-perjodu ta' preklużjoni sa massimu ta' sentejn meta jippersisti l-kunflitt ta' interess. |
0.3. Standards Professjonali
0.3.1. Segretezza professjonali
Il-membri tal-persunal għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-ġestjoni u l-kunfidenzjalità tad-dokumenti, u b'mod partikolari jitolbu awtorizzazzjoni biex jiżvelaw informazzjoni fi ħdan u barra l-BĊE, fejn meħtieġ.
0.3.2. Relazzjonijiet ma' partijiet esterni
0.3.2.1. |
Il-membri tal-persunal għandhom iżommu f'moħħhom l-indipendenza u r-reputazzjoni tal-BĊE u l-ħtieġa li tinżamm is-segretezza professjonali. Fil-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom, il-membri tal-persunal la għandhom jitolbu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mill-BĊE. Il-membri tal-persunal għandhom jinformaw lill-maniġer dirett tagħhom b'kull tentattiv minn terzi sabiex jinfluwenzaw lill-BĊE fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Meta jesprimu l-fehmiet dwar kwistjonijiet li fuqhom il-BĊE ma jkunx stabbilixxa pożizzjoni, il-membri tal-persunal għandhom jgħidu b'mod espliċitu li l-fehmiet personali tagħhom mhux neċessarjament jirriflettu dawk tal-BĊE. |
0.3.2.2. |
Il-membri tal-persunal għandhom iżommu livell għoli ta' aċċessibbiltà fil-kuntatti tagħhom ma' istituzzjonijiet Ewropej, korpi, aġenziji u organizzazzjonijiet internazzjonali u jkunu kapaċi jirreaġixxu u jagħmlu lilhom infushom disponibbli għal reazzjonijiet f'waqthom.
Il-membri tal-persunal għandhom imexxu r-relazzjonijiet tagħhom mal-kollegi fil-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) fi spirtu ta' kooperazzjoni reċiproka mill-qrib, filwaqt li jżommu f'moħħhom l-obbligi tagħhom lejn il-BĊE u r-rwol imparzjali tal-BĊE fi ħdan is-SEBĊ. |
0.3.2.3. |
Il-membri tal-persunal għandhom ikunu kawti fir-relazzjonijiet tagħhom ma' gruppi ta' interess u mal-midja. Il-membri tal-persunal għandhom jirreferu t-talbiet kollha għall-informazzjoni mill-pubbliku ġenerali jew mill-midja lid-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjoni u s-Servizzi Lingwistiċi (DG/C) skont id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju. Membri tal-persunal għandhom jirreferu t-talbiet kollha mill-pubbliku ġenerali jew mill-midja għall-aċċess għal dokumenti tal-BĊE lid-Direttorat Ġenerali tas-Segretarjat skont id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju. |
0.3.2.4. |
Membri tal-persunal li għandhom il-ħsieb li jitkellmu f'xi konferenzi esterni jew seminars jew jikkonsidraw li jikkontribbwixxu f'pubblikazzjonijiet esterni għandhom jitolbu l-awtorizzazzjoni minn qabel skont il-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti. |
0.3.2.5. |
L-Artikoli 0.3.2.3 u 0.3.2.4 m’għandhomx japplikaw għar-rappreżentanti tal-persunal fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tagħhom. Rappreżentanti tal-persunal jistgħu jinformaw lid-DG/C dwar kull kuntatti mill-midja, diskorsi jew pubblikazzjonijiet esterni fi żmien raġonevoli minn qabel. Id-dmir tal-lealtà u l-obbligi tas-segretezza professjonali għandhom jibqgħu applikabbli bis-sħiħ fil-każijiet kollha. |
0.3.3. Relazzjonijiet Interni
0.3.3.1. |
Il-membri tal-persunal għandhom jikkonformaw mal-istruzzjonijiet tal-maniġers tagħhom u mal-linji ta' rapportar applikabbli. Jekk il-membri tal-persunal jikkonsidraw li struzzjoni mogħtija lilhom tkun irregolari, dawn għandhom jinformaw lill-maniġer dirett tagħhom bit-tħassib tagħhom, jew, jekk jidhrilhom li l-maniġer dirett tagħhom ma indirizzax it-tħassib tagħhom b'mod suffiċjenti, lid-Direttur Ġenerali, lid-Direttur jew lid-Deputat tagħhom. Jekk l-istruzzjoni tiġi kkonfermata mid-Direttur Ġenerali, mid-Direttur jew mid-Deputat tagħhom bil-miktub, il-membri tal-persunal għandhom jeżegwixxu din l-istruzzjoni sakemm ma tkunx manifestament illegali. |
0.3.3.2. |
Il-membri tal-persunal m’għandhomx jitolbu lil membri oħrajn tal-persunal biex iwettqu xogħol privat għalihom jew għal ħaddieħor. |
0.3.3.3. |
Il-membri tal-persunal għandhom iġibu ruħhom b'mod leali lejn il-kollegi tagħhom. B’mod partikolari, il-membri tal-persunal la għandhom iżommu minn membri oħra tal-persunal informazzjoni li tista’ taffettwa t-tmexxija tan-negozju, partikolarment sabiex jiksbu vantaġġ personali, u lanqas jagħtu informazzjoni li hija falza, mhux preċiża jew esaġerata. Barra minn hekk, m’għandhomx ixekklu jew jirrifjutaw li jikkooperaw ma’ kollegi. |
0.3.4. Rispett għall-prinċipju ta' separazzjoni bejn il-funzjonijiet superviżorji u tal-politika monetarja
Il-membri tal-persunal għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta' separazzjoni bejn il-funzjonijiet superviżorji u tal-politika monetarja kif speċifikat fir-regoli li jimplimentaw dan il-prinċipju.
0.4. Tranżazzjonijiet finanzjarji privati
0.4.1. Prinċipji ġenerali
0.4.1.1. |
Il-membri tal-persunal għandhom jużaw l-akbar kawtela u attenzjoni meta jagħmlu tranżazzjonijiet finanzjarji privati akkont tagħhom infushom jew akkont ta' parti terza sabiex iħarsu r-reputazzjoni u l-kredibbiltà tal-BĊE kif ukoll il-kunfidenza pubblika fl-integrità u l-imparzjalità tal-persunal tiegħu. It-tranżazzjonijiet finanzjarji privati tagħhom għandhom ikunu mhux spekulattivi, ristretti u fi proporzjon raġonevoli mal-ġid u d-dħul tagħhom sabiex ma jpoġġux l-indipendenza finanzjarja tagħhom f'riskju. |
0.4.1.2. |
L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista' joħroġ linji gwidi vinkolanti għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Soġġett għall-approvazzjoni mill-Bord Eżekuttiv, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista' b'mod partikolari jispeċifika iktar tranżazzjonijiet finanzjarji privati li għandhom ikunu pprojbiti jew soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 0.4.2.2 u 0.4.2.3 jekk dawn it-tranżazzjonijiet ikunu jew jistgħu jitqiesu li jkunu f'kunflitt mal-operazzjonijiet tal-BĊE. L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu jippubblika dawn il-linji gwida permezz ta' mezzi xierqa. |
0.4.1.3. |
Il-membri tal-persunal għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw jew jippruvaw jużaw informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet tal-BĊE, banek ċentrali nazzjonali, awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u li għadha ma saritx pubblika jew mhijiex aċċessibbli għall-pubbliku (minn hawn 'il quddiem "informazzjoni interna"), għall-benefiċċju tal-interessi privati tagħhom jew ta' ħaddieħor.
Il-membri tal-persunal huma speċifikament ipprojbiti milli jieħdu vantaġġ minn informazzjoni interna f’kull tranżazzjoni finanzjarja privata jew fir-rakkomandazzjoni jew fl-għoti ta’ parir kontra tranżazzjonijiet bħal dawn. |
0.4.1.4. |
F'każ ta' dubju fir-rigward tal-interpretazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-membri tal-persunal għandhom jitolbu l-parir tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza qabel jinvolvu ruħhom fi tranżazzjoni finanzjarja privata. |
0.4.2. Kategoriji ta' tranżazzjonijiet finanzjarji privati
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali mniżżla fl-Artikoli 0.4.1 u 0.4.3, il-membri tal-persunal għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli għall-kategoriji li ġejjin:
(a) |
tranżazzjonijiet finanzjarji privati eżentati; |
(b) |
tranżazzjonijiet finanzjarji privati pprojbiti; |
(c) |
tranżazzjonijiet finanzjarji privati soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel; |
(d) |
tranżazzjonijiet finanzjarji privati soġġetti għal rapportar ex-post. |
0.4.2.1.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali mniżżla fl-Artikoli 0.4.1 u 0.4.3, il-membri tal-persunal jistgħu jagħmlu dawn it-tranżazzjonijiet finanzjarji li ġejjin mingħajr ma jkunu soġġetti għal ebda restrizzjoni jew obbligu ta' notifika:
(a) |
xiri jew bejgħ ta' unitajiet fi skema ta' investiment kollettiv li fir-rigward tagħhom il-membru tal-persunal m'għandux influwenza fuq il-politika ta' investiment, ħlief għall-iskemi li l-iskop ewlieni tagħhom huwa l-investiment f'assi li jaqgħu taħt l-Artikoli 0.4.2.2(b) u 0.4.2.3(b) u (c), kif ukoll trasferimenti ta' fondi u tranżazzjonijiet ta' kambju barrani konnessi direttament ma' dan ix-xiri jew bejgħ; |
(b) |
xiri jew fidi ta' poloz tal-assigurazzjoni jew annwalitajiet; |
(c) |
xiri jew bejgħ ta' kambju barrani għall-akkwist okkażjonali ta' investimenti jew assi mhux finanzjarji, għall-finijiet ta' vvjaġġar privat, jew biex ikopru spejjeż personali preżenti jew futuri f'munita differenti minn dik li fiha jitħallas is-salajru tal-membru tal-persunal; |
(d) |
infiq, inkluż xiri jew bejgħ ta' investimenti mhux finanzjarji jew assi inkluża proprjetà immobbli; |
(e) |
arranġamenti ta' ipoteki; |
(f) |
trasferiment ta' fondi minn kont kurrenti jew ta' tfaddil tal-membru tal-persunal fi kwalunkwe munita għall-kont kurrenti jew ta' tfaddil ieħor li hu proprjetà tagħhom jew ta' parti terza; |
(g) |
tranżazzjonijiet finanzjarji privati oħra li la huma pprojbiti u lanqas soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel u li l-valur tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 10 000 fi kwalunkwe xahar kalendarju partikolari. Il-membri tal-persunal m'għandhomx jaqsmu t-tranżazzjonijiet finanzjarji privati sabiex jevitaw dan il-limitu. |
0.4.2.2.
Il-membri tal-persunal m'għandhom jagħmlu l-ebda waħda minn dawn it-tranżazzjonijiet finanzjarji privati:
(a) |
tranżazzjonijiet relatati ma’ jew flimkien ma' entità ġuridika privata jew individwi li magħhom il-membru tal-persunal jkollu relazzjoni professjonali għaddejja f'isem il-BĊE; |
(b) |
tranżazzjonijiet li jikkonċernaw (i) bonds kummerċjabbli individwali u ishma maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief banek ċentrali) stabbiliti jew li għandhom fergħa fl-Unjoni; (ii) strumenti derivattivi relatati ma' dawn il-bonds jew ishma; (iii) strumenti kkombinati jekk wieħed mill-komponenti jaqa' taħt (i) jew (ii); u (iv) unitajiet fi skemi ta' investiment kollettiv li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-investiment f'dawn il-bonds, ishma jew strumenti. |
0.4.2.3.
Il-membri tal-persunal għandhom jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza qabel ma jagħmlu t-tranżazzjonijiet finanzjarji li ġejjin:
(a) |
innegozjar għal żmien qasir, jiġifieri l-bejgħ jew xiri ta' assi bl-istess Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) li nxtraw jew inbiegħu fix-xahar preċedenti. L-ebda awtorizzazzjoni mhi meħtieġa jekk il-bejgħ sussegwenti jsir fl-eżekuzzjoni ta' ordni ta' waqfien ta' telf li l-membru tal-persunal ikun ta lis-sensar finanzjarju tiegħu; |
(b) |
tranżazzjonijiet li jaqbżu l-EUR 10 000 fi kwalunkwe xahar kalendarju partikolari f'(i) titoli tal-gvern maħruġa minn Stati Membru taż-żona tal-euro (ii) strumenti derivattivi relatati ma' dawn il-bonds jew ishma; (iii) strumenti kkombinati jekk wieħed mill-komponenti jaqa' taħt (i) jew (ii); u (iv) unitajiet fi skemi ta' investiment kollettiv li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-investiment f'dawn il-bonds, ishma jew strumenti; |
(c) |
tranżazzjonijiet li jaqbżu EUR 10 000 fi kwalunkwe xahar kalendarju partikolari fi (i) strumenti derivattivi tad-deheb jew relatati mad-deheb (inklużi titoli indiċjati bid-deheb); (ii) ishma, bonds jew strumenti derivattivi relatati maħruġa minn kumpaniji li n-negozju ewlieni tagħhom huwa l-estrazzjoni ta' minerali mill-minjieri jew il-produzzjoni tad-deheb (iii) strumenti kkombinati jekk wieħed mill-komponenti jaqa' taħt (i) jew (ii); u (iv) unitajiet fi skemi ta' investiment kollettiv li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-investiment f'dawn il-bonds, ishma jew strumenti; |
(d) |
tranżazzjonijiet ta' kambju barrani minbarra dawk elenkati fl-Artikolu 0.4.2.1(c) u li jaqbżu EUR 10 000 fi kwalunkwe xahar kalendarju partikolari. |
0.4.2.4. Tranżazzjonijiet finanzjarji privati soġġetti għal rapportar ex post
Il-membri tal-persunal għandhom jirrapportaw lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza kull tranżazzjoni finanzjarja privata li taqbeż EUR 10 000 fi kwalunkwe xahar kalendarju partikolari li ma taqax taħt waħda mit-tliet kategoriji preċedenti fi żmien 30 jum kalendarju wara l-eżekuzzjoni tagħha. L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu jiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, il-format tar-rapportar u l-proċedura.
L-obbligu tar-rapportar għandu japplika b'mod partikolari għal:
(a) |
self minbarra ipoteki (inkluż qlib minn arranġament fiss għal wieħed floating, jew viċe versa, jew l-estensjoni ta’ self eżistenti). Il-membri tal-persunal għandhom jindikaw jekk is-self huwiex użat għall-akkwist ta' strumenti finanzjarji; |
(b) |
derivattivi relatati mar-rata tal-imgħax u derivattivi bbażati fuq indiċijiet; |
(c) |
xiri jew bejgħ ta' ishma ta' korporazzjonijiet li mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 0.4.2.2(b) u bonds maħruġin minn dawn il-korporazzjonijiet. |
0.4.2.5.
Il-membri tal-persunal jistgħu jżommu assi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 0.4.2.2:
(a) |
li huma jkollhom fil-mument meta jsiru soġġetti għar-restrizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 0.4; |
(b) |
li huma jakkwistaw f'xi żmien wara mingħajr azzjoni min-naħa tagħhom, b'mod partikolari b'wirt, rigal, bidla fl-istatus tal-familja, jew bħala riżultat ta' bidla fl-istruttura kapitali jew bidla fil-kontroll tal-entità li fiha l-membru tal-persunal ikollu l-assi jew id-drittijiet; |
(c) |
li jkunu akkwistaw fi żmien meta t-tranżazzjoni kienet għadha mhijiex ipprojbita. Il-membri tal-persunal jistgħu jiddisponu minn jew jeżerċitaw kull dritt marbut ma' dawk l-assi soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. Il-membri tal-persunal għandhom jitolbu l-parir tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jekk iż-żamma ta' dawn l-assi tista' toħloq kunflitt ta' interess. F'dan il-każ, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista' jitlob lill-membru tal-persunal sabiex jiddisponi minn dawn l-assi f'perjodu ta' żmien raġonevoli, jekk tali trasferiment ikun meħtieġ biex jiġi evitat kunflitt ta' interess. |
0.4.2.6.
Kull talba għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 0.4.2.3 jew 0.4.2.5 għandha tiġi sottomessa lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel id-data tal-ordni prevista fil-format speċifikat mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu jiddeċiedi dwar it-talba fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol billi jikkunsidra b'mod partikolari u fejn relevanti: (a) id-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal u l-aċċess tiegħu għall-informazzjoni relevanti interna; (b) in-natura spekulattiva/mhux spekulattiva tat-tranżazzjoni; (c) l-ammonti involuti, jekk indikati; (d) ir-riskju għar-reputazzjoni għall-BĊE; (e) iż-żmien, b'mod partikolari l-prossimità tal-laqgħa tal-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċizjonijiet tal-BĊE. L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista' jagħmel awtorizzazzjoni soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet. Jekk l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza ma jirreaġixxix għat-talba għall-awtorizzazzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, it-tranżazzjoni għandha titqies li ġiet awtorizzata.
0.4.2.7.
It-tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu eżenti mir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 0.4.2.2 sa 0.4.2.6 sa fejn dawn ikunu magħmula minn terza persuna li għad-diskrezzjoni tagħha l-membru tal-persunal ikun fada l-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji privati tiegħu skont ftehim bil-miktub dwar il-ġestjoni tal-assi. Din l-eżenzjoni hija soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata jekk tiġi pprovduta evidenza li t-termini u l-kundizzjonijiet jiżguraw li l-membru tal-persunal ma jistax jinfluwenza direttament jew indirettament kwalunkwe deċiżjoni ta' ġestjoni li għandha tittieħed mit-terza persuna. Il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza dwar kull bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim dwar il-ġestjoni tal-assi.
0.4.3. Monitoraġġ tal-konformità
0.4.3.1. |
Il-membri tal-persunal għandhom jipprovdu lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza b'lista attwali ta':
Il-membri tal-persunal għandhom iżommu din il-lista aġġornata. |
0.4.3.2. |
Minħabba l-obbligi tar-rapportar tagħhom skont l-Artikolu 0.4.3, il-membri tal-persunal għandhom iżommu rekords tas-sena kalendarja kurrenti u tas-snin preċedenti ta' dawn kollha li ġejjin:
|
0.4.3.3. |
Soġġett għall-approvazzjoni tal-Bord Eżekuttiv, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista' jitlob fornitur tas-servizz estern biex iwettaq:
Għall-finijiet ta' dawn il-verifiki tal-konformità, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista' jitlob lill-membru tal-persunal konċernat biex jipprovdi, għall-perjodu taż-żmien li jrid jiġi speċifikat, ir-rekords elenkati fl-Artikolu 0.4.3.2 f'envelopp siġillat għat-trażmissjoni lill-fornitur tas-servizz estern. Il-membri tal-persunal għandhom jipprovdu dawn ir-rekords fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. |
0.4.3.4. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 0.4.3.5, il-fornitur tas-servizz estern għandu jittratta l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha li jirċievi b'kunfidenza stretta u għandu jużaha biss għall-finijiet li jwettaq il-verifiki tal-konformità. |
0.4.3.5. |
Jekk il-fornitur tas-servizz estern jidentifika evidenza li twassal għal suspett ta' ksur tad-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal jew ksur tad-dmirijiet kuntrattwali minn persuna esterna li taħdem għall-BĊE u soġġetta għar-restrizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 0.4 permezz tal-kuntratt tagħha, huma għandhom jirrapportaw dan il-ksur potenzjali flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu jevalwa l-ksur potenzjali u, jekk is-suspett ikun sostanzjat, jirrapportah lill-korp kompetenti jew lil qasam/oqsma ta' ħidma għal iktar investigazzjonijiet, jekk meħtieġ, jew għal segwitu dixxiplinari. Ir-rapport tal-fornitur tas-servizzi estern, inkluża d-dokumentazzjoni ta’ sostenn sottomessa skont ir-regoli ta' hawn fuq, jistgħu ikunu parti minn kull proċedura interna sussegwenti u/jew esterna. |
0.4.3.6. |
L-obbligi tal-membri tal-persunal skont l-Artikolu 0.4.3 għandhom ikomplu japplikaw sal-aħħar tas-sena kalendarja ta' wara s-sena li fiha jkun intemm l-impjieg tagħhom. Il-projbizzjoni tal-użu tal-informazzjoni interna mniżżla fl-Artikolu 0.4.1.3 għandha tkompli tapplika sakemm l-informazzjoni ma tkunx saret pubblika. |
0.4a. L-għodda għall-iżvelar ta' informazzjoni u l-protezzjoni tal-informaturi
0.4a.1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
‘ksur’ tfisser kwalunkwe attività illegali, inklużi frodi jew korruzzjoni, li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe mġiba relatata mal-qadi ta’ dmirijiet professjonali, minn kwalunkwe persuna involuta fl-attivitajiet tal-BĊE, li tikkostitwixxi nuqqas ta’ konformità mar-regoli u r-regolamenti applikabbli għaliha; |
(b) |
‘identità’ tfisser kwalunkwe informazzjoni li tidentifika jew tagħmel identifikabbli persuna fiżika jew li tista’ tirriżulta f’identifikazzjoni diretta jew indiretta ta’ persuna fiżika, b’mod partikolari b'referenza għal identifikaturi msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1); |
(c) |
“informazzjoni dwar ksur” tfisser informazzjoni, inklużi suspetti raġonevoli, dwar ksur possibbli jew dwar tentattivi biex jinħeba tali ksur; |
(d) |
‘persuna involuta fl-attivitajiet tal-BĊE’, tfisser membru tal-persunal, impjegat b’kuntratt għal żmien qasir, parteċipant fi programm għall-gradwati, trainee, jew wieħed mill-uffiċjali ta’ livell għoli tal-BĊE; |
(e) |
“uffiċjali ta’ livell għoli tal-BĊE”, tfisser l-uffiċjali msemmija fl-Artikoli 1.1, 1.2 u 1.4 tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-membri ta’ livell għoli tal-Bank Ċentrali Ewropew (*2); |
(f) |
‘informatur’ tfisser persuna involuta fl-attivitajiet tal-BĊE li tirrapporta informazzjoni dwar ksur, permezz ta’ kwalunkwe wieħed mill-mezzi ta’ rapportar provduti fl-Artikolu 0.4a.2, fl-Artikolu 0.5, fid-Deċiżjoni (UE) 2016/456 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/3) (*3), jew fiċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006 dwar l-inkjesti amministrattivi interni; |
(g) |
‘xhud’ tfisser persuna involuta fl-attivitajiet tal-BĊE, minbarra l-informatur, li tkun meħtieġa tikkoopera fil-kuntest ta’ evalwazzjoni interna ta’ ksur possibbli, inkluż billi tixhed skont iċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006; |
(h) |
‘persuna konċernata’ tfisser persuna involuta fl-attivitajiet tal-BĊE li tissemma fir-rapport bħala persuna li wettqet il-ksur jew li miegħu dik il-persuna tkun assoċjata; |
(i) |
‘ritaljazzjoni’ tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni diretta jew indiretta li sseħħ f’kuntest relatat max-xogħol, imqanqla mir-rapportar ta’ informazzjoni dwar ksur permezz ta’ kwalunkwe wieħed mill-mezzi ta’ rapportar ipprovduti fl-Artikolu 0.4a.2, fl-Artikolu 0.5, fid-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3), jew fiċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006, jew li tkun imqanqla minn kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ xhud b’rabta ma’ tali rapportar, u li tikkawża jew tista’ tikkawża detriment mhux ġustifikat lill-informatur jew lix-xhud. Dan għandu jinftiehem li jinkludi theddid ta’ ritaljazzjoni u tentattivi ta’ ritaljazzjoni; |
(j) |
‘awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità maħtura sabiex tevalwa rapporti ta’ informazzjoni dwar ksur magħmula permezz tal-mezz ta’ rapportar ipprovdut fl-Artikolu 0.4a.2 u tagħti feedback lill-informatur, u/jew maħtura sabiex tagħti segwitu għal tali rapporti. |
0.4a.2. Għodda għall-iżvelar ta' informazzjoni
0.4a.2.1. |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rapportar ta’ attivitajiet illegali possibbli fid-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3), ta’ ksur possibbli relatat mad-dinjità fuq il-post tax-xogħol fl-Artikolu 0.5 u ta’ ksur possibbli ta’ dmirijiet professjonali fiċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006, il-membri tal-persunal jistgħu jirrapportaw informazzjoni dwar ksur permezz tal-pjattaforma ta’ rapportar interna stabbilita għal dan il-għan mill-BĊE (‘l-għodda għall-iżvelar ta' informazzjoni’). |
0.4a.2.2. |
Il-membri tal-persunal jistgħu jużaw din l-għodda għall-iżvelar ta' informazzjoni bħala mezz alternattiv ta’ rapportar fit-twettiq tal-obbligu tagħhom li jirrapportaw taħt id-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3) jew li jirrapportaw taħt iċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006. |
0.4a.3. L-evalwazzjoni u s-segwitu ta’ informazzjoni dwar ksur rapportat permezz tal-għodda għall-iżvelar ta' informazzjoni
0.4a.3.1. |
Għar-rapporti ta’ informazzjoni dwar ksur li jaslu permezz tal-għodda għall-iżvelar ta' informazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tkun:
|
0.4a.3.2. |
Rapporti ta’ informazzjoni dwar ksur li jaslu permezz tal-għodda għall-iżvelar ta' informazzjoni li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3) għandhom ikunu segwiti skont dik id-Deċiżjoni. |
0.4a.3.3. |
Rapporti ta’ informazzjoni dwar ksur li jaslu permezz tal-għodda għall-iżvelar ta' informazzjoni li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2016/456 (BĊE/2016/3) għandhom ikunu segwiti skont iċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006.
Minkejja l-ewwel paragrafu, il-proċedura għall-evalwazzjoni u s-segwitu ta’ informazzjoni dwar ksur rapportat permezz tal-għodda għall-iżvelar ta' informazzjoni fejn il-persuna kkonċernata jew xi waħda mill-persuni kkonċernati tkun uffiċjal ta’ livell għoll tal-BĊE, hija stabbilita f’deċiżjoni speċifika tal-Kunsill Governattiv. |
0.4a.4 Protezzjoni tal-informatur
0.4a.4.1. |
Il-BĊE għandu jipproteġi lill-informaturi billi jipproteġi l-identità tagħhom u jipproteġihom kontra r-ritaljazzjoni. |
0.4a.4.2. |
L-informaturi għandhom jikkwalifikaw għal protezzjoni taħt dan l-Artikolu diment li jkunu meqjusa skont l-Artikolu 0.4a.7.4 li kellhom raġunijiet raġonevoli biex jaħsbu, fid-dawl taċ-ċirkostanzi u tal-informazzjoni li jkollhom fil-ħin tar-rapportar tagħhom, li l-informazzjoni dwar il-ksur irrapportata minnhom kienet vera u relatata ma’ ksur possibbli.
Fl-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu, l-informaturi, b’mod partikolari:
|
0.4a.5. Protezzjoni tal-identità
0.4a.5.1. |
L-identità tal-informaturi u tax-xhieda għandha tkun protetta skont il-prinċipji stabbiliti fil-Parti 2 tal-Business Rulebook.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(5) taċ-Ċirkolari Amministrattiva 01/2006, l-identità tal-informaturi li jkunu identifikaw lilhom infushom għandha tkun żvelata biss:
|
0.4a.5.2. |
L-informaturi jistgħu jirrapportaw b’mod anonimu permezz tal-għodda għall-iżvelar ta' informazzjoni. F'dan il-każ, l-identità tagħhom m'għandhiex tiġi żvelata jekk u sakemm ma jagħżlux li jidentifikaw lilhom infushom. |
0.4a.6. Protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni
0.4a.6.1 . |
Ir-ritaljazzjoni kontra l-informaturi u x-xhieda tikkostitwixxi ksur tad-dmirijiet professjonali u għandha tkun soġġetta għal miżuri xierqa inklużi, jekk ikun meħtieġ, miżuri dixxiplinari. |
0.4a.7. Proċedura biex tintalab protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni
0.4a.7.1. |
L-informaturi u x-xhieda jistgħu jippreżentaw talba għal protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni lill-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza flimkien ma’ kwalunkwe dokument jew informazzjoni rilevanti insostenn tat-talba tagħhom. It-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 24 xahar miż-żmien tal-okkorrenza tal-att jew tal-ommissjoni allegata li hija ritaljazzjoni. |
0.4a.7.2. |
Tali talba m’għandhiex tipproteġi lil min jagħmel it-talba mir-responsabbiltà għall-involviment tiegħu stess, fejn applikabbli, fil-ksur li jkun ġie rrapportat minnu jew li tiegħu jkun xhud. |
0.4a.7.3. |
L-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza għandu jittratta tali talbiet b’kunfidenzjalità sħiħa u l-identità ta’ min jagħmel it-talba għandha tkun protetta skont 0.4a.5.1, inkluż meta min jagħmel it-talba jkun xhud. |
0.4a.7.4. |
Meta jirċievi t-talba għal protezzjoni mir-ritaljazzjoni, l-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza għandu, mingħajr dewmien:
|
0.4a.7.5. |
Jekk l-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza jikkonkludi li:
|
0.4a.7.6. |
Jekk l-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza, wara li jkun għamel l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 0.4a.7.5(b)(ii), jikkonkludi li:
|
0.4a.7.7. |
Meta l-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza jkun tal-opinjoni li hemm kunflitt ta' interessi fir-rieżami ta’ talba għal protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni, huwa għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Uffiċjal Kap għas-Servizzi sabiex dan jaħtar lil min jagħti segwitu lit-talba skont il-proċedura msemmija hawn fuq. |
0.4a.8. Miżuri protettivi u miżuri korrettivi interim
0.4a.8.1. |
L-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza jista’ jirrakkomanda miżuri li jkunu meħtieġa u xierqa biex jipproteġu lill-informatur u lix-xhieda kontra r-ritaljazzjoni inklużi miżuri protettivi u miżuri korrettivi interim, diment li tali miżuri jkunu konformi mal-qafas legali tal-BĊE. |
0.4a.8.2. |
Fi kwalunkwe mument, l-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza jista’ jirrakkomanda, bil-kunsens tal-informatur jew tax-xhud, monitoraġġ tas-sitwazzjoni tal-post tax-xogħol tiegħu mid-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani. |
0.4a.8.3. |
L-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza jista’ jitlob lid-destinatarji tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu sabiex jirrapportaw lura dwar l-implimentazzjoni tagħhom tar-rakkomandazzjonijiet. Jekk l-Uffiċjal Kap għall-Konformità u l-Governanza ma jkunx sodisfatt bis-segwitu mogħti lir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, huwa jista’ jinforma lill-President dwar dan. |
0.4a.9. Rapportar dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni
Il-BĊE jista’ jirrapporta dwar żvelar ta' informazzjoni f’forma mqassra jew aggregata, b’tali mod li l-persuni individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
0.5. Dinjità fuq il-post tax-xogħol
0.5.1 |
Il-membri tal-persunal għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-kollegi tagħhom u joqogħdu lura minn kull imġiba ma tagħmilx ġieh lil ħaddieħor. Huma għandhom juru sensittività u rispett għal ħaddieħor. |
0.5.2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-qafas dwar l-etika, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
‘Dinjità fuq il-post tax-xogħol’ tfisser in-nuqqas ta' mġiba mhux xierqa. Imġiba mhux xierqa tfisser kull forma ta' diskriminazzjoni diretta jew indiretta, vjolenza fiżika, fastidju psikoloġiku (imsejjaħ ukoll bullying jew mobbing) u fastidju sesswali. |
2. |
‘Diskriminazzjoni diretta’ għandha titqies li sseħħ meta persuna waħda, minħabba n-nazzjonalità, il-ġeneru, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha, tkun, kienet jew tkun ser tiġi ttrattata b'mod inqas favorevoli minn persuna oħra f'sitwazzjoni komparabbli. |
3. |
‘Diskriminazzjoni indiretta’ għandha titqies li sseħħ meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentament newtrali tpoġġi lil persuna fi żvantaġġ partikolari għal raġunijiet ta' nazzjonalità, ġeneru, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali meta kkomparata ma' persuna oħra, sakemm id-dispożizzjoni, il-kriterju jew il-prattika ma tkunx iġġustifikata b'mod oġġettiv. |
4. |
‘Vjolenza fiżika’ tfisser l-użu intenzjonali ta' forza fiżika jew it-theddida ta' forza fiżika kontra persuna oħra li tirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali jew psikoloġika. |
5. |
‘Fastidju psikoloġiku’ tfisser kull aġir mhux xieraq li jseħħ fuq perjodu ta' żmien, ikun ripetittiv jew sistematiku u li jinvolvi imġiba fiżika, lingwa bil-miktub jew mitkellma, sinjali jew atti oħra intenzjonali li jistgħu ikasbru l-personalità, id-dinjità jew l-integrità psikoloġika jew fiżika ta' persuna. |
6. |
‘Fastidju sesswali’ tfisser aġir relatat mas-sess li ma jkunx mixtieq mill-persuna li lejha jkun indirizzat u li għandu l-għan jew l-effett li joffendi lil dik il-persuna jew li joħloq ambjent intimidanti, ostili, offensiv jew skomdu. |
L-inadegwatezza tal-imġiba għandha tkun eżaminata b'mod oġġettiv mill-perspettiva ta' terza persuna raġonevoli.
0.5.3. Proċeduri
0.5.3.1. |
Il-membri tal-persunal li jqisu li kienu fil-mira ta' mġiba mhux xierqa jistgħu jirrikorru kemm għal proċedura informali kif ukoll għal proċedura formali. Il-membri tal-persunal li jiftħu waħda minn dawn il-proċeduri m'għandhom isofru l-ebda konsegwenza negattiva, sakemm fil-kuntest tal-proċedura ma jinstabx li huma għamlu lmenti foloz jew malizzjużi apposta. |
0.5.3.2. |
Proċedura informali
Taħt il-proċedura informali, il-membru tal-persunal ikkonċernat jista':
|
0.5.3.3. |
Proċedura formali
Jekk il-membru tal-persunal ikkonċernat jikkunsidra li l-proċedura informali mhijiex xierqa jew jekk il-proċedura informali ma tkunx irnexxiet, il-membru tal-persunal ikkonċernat jista' jitlob lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani jew lid-Deputat tiegħu biex jieħu miżuri xierqa (interim). Id-Direttur Ġenerali jew id-Deputat tiegħu għandhom jittrattaw dawn it-talbiet malajr, b'mod serju u kunfidenzjali. Jekk meħtieġ, id-Direttur Ġenerali jew id-Deputat tiegħu jista’ jirrapporta l-kwistjoni lill-korp kompetenti sabiex jiddeċiedi jekk għandux jibda inkjesta amministrattiva interna. |
0.5.3.4. |
Maniġers li jsiru konxji ta' mġiba mhux xierqa li ma tistax tiġi indirizzata kif xieraq permezz ta' azzjoni immedjata tal-maniġment għandhom jirrapportaw tali mġiba mingħajr dewmien lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, jew lid-Deputat tiegħu li għandu jiddeċiedi dwar is-segwitu skont l-Artikolu 0.5.3. |
0.5.3.5. |
Membri oħra tal-persunal li jsiru konxji mill-imġiba mhux xierqa jistgħu jirrapportaw din l-imġiba lill-maniġer dirett jew, jekk hemm bżonn, direttament lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani jew lid-Deputat tiegħu. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-persunal li jirrapportaw ksur tad-dmirijiet professjonali għandhom japplikaw kif meħtieġ. |
0.6. Użu tar-riżorsi tal-BĊE
Il-membri tal-persunal għandhom jirrispettaw u jipproteġu l-proprjetà tal-BĊE. It-tagħmir u l-faċilitajiet kollha, hi x’inhi n-natura tagħhom, huma pprovduti mill-BĊE għall-użu uffiċjali biss, sakemm l-użu għal raġunijiet privati ma jkunx permess jew skont ir-regoli interni relevanti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju jew b’awtorizzazzjoni speċjali mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani jew mid-Deputat tiegħu. Il-membri tal-persunal għandhom jieħdu kull miżura raġjonevoli u xierqa biex jillimitaw l-ispejjeż, sabiex ir-riżorsi disponibbli jkunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod effiċjenti.
0.7. Implimentazzjoni
0.7.1. |
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 0.4.2, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza, flimkien mad-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, jew mad-Deputat tagħhom, jistgħu joħorġu linji gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas dwar l-etika. |
0.7.2. |
Il-membri tal-persunal jistgħu jitolbu lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza, jew lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani jew lid-Deputat tagħhom f'każijiet fejn huma kompetenti li jiddeċiedu, biex jipprovdu gwida fuq kull kwistjoni relatata mal-konformità tagħhom mal-qafas tal-etika. Il-kondotta tal-persunal li tikkonforma bis-sħiħ mal-parir mogħti mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jew mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani għandha tkun preżunta li tikkonforma mal-qafas tal-etika u m'għandhiex tagħti lok għal xi proċedura dixxiplinarja. Madankollu, tali parir m’għandux jeżonera lill-persunal minn xi obbligu skont id-dritt nazzjonali. |
Il-Kummissjoni Ewropea
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/42 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9953 — CalSTRS/Altitude Group/AI THD)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 375/03)
Fit 28 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9953. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/43 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10003 — DWS/Vertex Bioenergy)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 375/04)
Fit 30 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M10003. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/44 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9619 — CDC/EDF/ENGIE/La Poste)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 375/05)
Fi 11 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali. |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9619. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/45 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ Nru M.8130 — Imerys/Alteo certain assets)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 375/06)
Fi 28 ta’ Ottubru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M8130. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/46 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta' Novembru 2020
(2020/C 375/07)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1855 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
122,86 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4467 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,90450 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,2770 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0724 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
163,70 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,8500 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,766 |
HUF |
Forint Ungeriż |
357,83 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5134 |
RON |
Leu Rumen |
4,8648 |
TRY |
Lira Turka |
9,9980 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6356 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5478 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1922 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7540 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6014 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 330,68 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
18,6894 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8331 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5518 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 901,14 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9169 |
PHP |
Peso Filippin |
57,218 |
RUB |
Rouble Russu |
91,7450 |
THB |
Baht Tajlandiż |
36,525 |
BRL |
Real Brażiljan |
6,5906 |
MXN |
Peso Messikan |
24,5016 |
INR |
Rupi Indjan |
87,7405 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Lulju 2020
li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex idaħħal il-bidliet fit-tabelli ta’ allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni, għall-kwoti tal-avjazzjoni li jridu jiġu allokati bla ħlas fl-2020 mill-Istati Membri li jamministraw l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkunu wettqu titjiriet mill-UE lejn l-Iżvizzera fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
(2020/C 375/08)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 55(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/638/UE (3) stabbiliet punti ta’ referenza biex talloka l-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mingħajr ħlas lill-operaturi tal-ajruplani skont l-Artikolu 3e(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(2) |
L-Artikolu 28a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprevedi li d-deroga temporanja relatata mat-titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi għandha tapplika għal pajjiżi bi ftehim skont l-Artikolu 25 jew 25a ta’ dik id-Direttiva u li din tkun intlaħqet biss f’konformità mat-termini ta’ tali ftehim. |
(3) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-konnessjoni tal-iskemi għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom (4) (il-“Ftehim ta’ Konnessjoni”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020. |
(4) |
Il-punt B tal-Anness I tal-Ftehim ta’ Konnessjoni dwar l-ambitu tal-kopertura jistipula li t-titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE u li jaslu f’ajrudrom li jinsab fit-territorju tal-Iżvizzera huma inklużi fl-ambitu tal-EU ETS. |
(5) |
Fit-18 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni Delegata C(2020) 3107 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-esklużjoni ta’ titjiriet li jaslu mill-Iżvizzera mill-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet. Ladarba dik id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, jeħtieġ li jsiru l-bidliet korrispondenti fit-tabelli ta’ allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni. |
(6) |
Skont l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (UE) Nru 389/2013, il-Kummissjoni trid tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex itella’ t-tabelli riveduti ta’ allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
L-amministratur ċentrali tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jtella’ t-tabelli riveduti ta’ allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni għall-kwoti tal-avjazzjoni li jridu jiġu allokati bla ħlas fl-2020 mill-Istati Membri li jamministraw l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li wettqu titjiriet mill-UE lejn l-Iżvizzera fir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Dawn it-tabelli riveduti ta’ allokazzjonijiet nazzjonali għall-avjazzjoni huma stabbiliti fl-Anness.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/638/UE tas-26 ta’ Settembru 2011 dwar il-punti ta’ referenza biex jiġu allokati lill-operaturi tal-ajruplani kwoti mingħajr ħlas ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 252, 28.9.2011, p. 20).
ANNESS I
Bidliet fit-Tabella ta’ allokazzjonijiet nazzjonali għas-sena 2020 skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-konnessjoni tal-iskemi għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom, u għad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni C(2020) 3107
Nota: Il-valuri għall-2020 huma totali. Dawn jinkludu l-allokazzjoni inizjali għat-titjiriet bejn l-Ajrudromi taż-ŻEE u l-allokazzjoni addizzjonali għat-titjiriet lejn u fl-Iżvizzera. Dawn il-valuri jeħtieġ li jiddaħħlu bħala aġġornamenti fil-fajl XML tat-Tabelli ta’ Allokazzjonijiet għall-Avjazzjoni Nazzjonali.
Stat Membru: L-Awstrija
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
440 |
Austrian Airlines AG |
424 300 |
19210 |
UIA-VB |
3 289 |
30323 |
International Jet Management GmbH |
157 |
33061 |
AVCON JET AG |
83 |
28567 |
Tupack Verpackungen Gesellschaft m.b.H. |
17 |
25989 |
The Flying Bulls |
16 |
45083 |
easyJet Europe Airline GmbH |
1 823 642 |
Stat Membru: Il-Belġju
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
908 |
BRUSSELS AIRLINES |
285 422 |
27011 |
ASL Airlines Belgium |
110 688 |
2344 |
SAUDI ARABIAN AIRLINES CORPORATION |
3 031 |
32432 |
EgyptAir |
315 |
29427 |
Flying Service |
271 |
13457 |
EXCLU Flying Partners CVBA |
81 |
36269 |
EXCLU VF International SAGL |
22 |
28582 |
EXCLU Inter-Wetail c/o Jet Aviation Business Jets AG |
14 |
Stat Membru: Il-Bulgarija
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
29056 |
Bulgaria Air |
81 265 |
28445 |
BH AIR |
41 204 |
Stat Membru: Il-Kroazja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
12495 |
Croatia Airlines hrvatska zrakoplovna tvrtka d.d. |
88 551 |
Stat Membru: Ċipru
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
7132 |
Joannou & Paraskevaides (Aviation) Limited |
30 |
Stat Membru: Iċ-Ċekja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
859 |
České aerolinie a.s. |
256 608 |
24903 |
Smartwings, a.s. |
119 819 |
34430 |
CAIMITO ENTERPRISES LIMITED |
16 |
Stat Membru: Id-Danimarka
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
9918 |
Star Air A/S |
97 822 |
32158 |
Jet Time A/S |
37 762 |
4357 |
SUN-AIR of Scandinavia A/S |
6 021 |
366 |
DAT A/S |
5 855 |
142 |
P/F Atlantic Airways |
659 |
3456 |
Air Alsie A/S |
433 |
Stat Membru: Il-Finlandja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
1167 |
Finnair Oyj |
504 434 |
Stat Membru: Franza
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
227 |
AIR FRANCE |
1 354 329 |
2850 |
easyJet Switzerland SA |
168 483 |
27518 |
ASL AIRLINES FRANCE SA |
60 691 |
10326 |
NOUVELAIR TUNISIE |
3 172 |
5636 |
AIR SEYCHELLES |
2 478 |
28237 |
TWIN JET |
2 023 |
258 |
ROYAL AIR MAROC |
1 331 |
261 |
AIR MAURITIUS LIMITED |
796 |
22432 |
QATAR AMIRI FLIGHT |
276 |
159 |
TAG AVIATION SUISSE |
147 |
1855 |
MIDDLE EAST AIRLINES - AIRLIBAN S.A.L. |
40 |
19696 |
LYRECO |
33 |
5432 |
SAUDI OGER |
32 |
4790 |
AIRBY |
25 |
30067 |
BONGRAIN BENELUX |
23 |
4306 |
ACCOR SA |
15 |
1976 |
MARITIME INVESTMENT AND SHIPPING COMPANY LIMITED |
14 |
7028 |
THE DOW CHEMICAL COMPANY |
34 |
26287 |
ALTONA |
7 |
Stat Membru: Il-Ġermanja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
1776 |
Deutsche Lufthansa AG |
2 152 188 |
28944 |
Germanwings GmbH |
381 116 |
36121 |
European Air Transport Leipzig GmbH |
358 714 |
1389 |
TUIfly GmbH |
216 669 |
824 |
Condor Flugdienst GmbH i.I. |
205 740 |
1652 |
Korean Air Lines Co., Ltd |
21 582 |
8272 |
ASL Airlines (Switzerland) AG |
7 448 |
10201 |
SunExpress |
1 578 |
10690 |
PEGASUS HAVA TASIMACILIGI A.S. |
1 350 |
2840 |
Volkswagen AirService GmbH |
498 |
26466 |
DC Aviation GmbH |
454 |
1778 |
Bundesamt für Infrastruktur, Umweltschutz und Dienstleistungen der Bundeswehr |
431 |
3647 |
Adolf Würth GmbH & Co KG |
159 |
2833 |
Viessmann Werke GmbH & Co KG |
85 |
24270 |
Montenegro Airlines |
62 |
18991 |
SAP SE |
30 |
567 |
OBO JET-Charter GmbH |
24 |
14557 |
Steiner-Film Inh. Siegfried Steiner e.K. |
19 |
967 |
DAS Direct Air Service GmbH & Co. KG |
14 |
1323 |
WEKA Flugdienst GmbH |
14 |
6667 |
Bombardier Aerospace Corporation |
13 |
30605 |
Wheels Aviation Limited |
10 |
516 |
Bahag Baus Handelsgesellschaft AG Zug/Schweiz Zweigniederlassung Mannheim |
9 |
14658 |
Bayerische Motoren Werke Aktiengesellschaft |
66 |
31614 |
Bombardier Transportation GmbH |
11 |
32953 |
HeidelbergCement AG |
17 |
037070 |
Trevo Aviation Ltd. |
26 |
12648 |
Pacelli-Beteiligungs GmbH & co. KG |
4 |
6802 |
Aero Personal s.a de c.v. |
9 |
24784 |
Samsung Techwin Co., Ltd. |
2 |
16761 |
Jetflight Aviation Inc. |
1 |
33706 |
Arcas Aviation GmbH & Co. KG |
10 |
35418 |
Challenge Aero AG |
3 |
34984 |
AMC Aircraft Management Concept |
1 |
Stat Membru: Il-Greċja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
20514 |
AEGEAN AIRLINES S.A. |
396 441 |
34624 |
OLYMPIC AIR |
208 654 |
31109 |
SKY EXPRESS S.A. |
3 001 |
Stat Membru: L-Irlanda
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
132 |
Aer Lingus Limited |
583 592 |
23828 |
EMC Ireland |
98 |
29120 |
Ven Air |
13 |
32096 |
Prime Aviation JSC |
10 |
2079 |
Owens-Illinois General inc |
6 |
Stat Membru: L-Italja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
34831 |
Alitalia Società Aerea Italiana S.p.A. |
1 025 637 |
8484 |
SIRIO S.p.A. |
361 |
31311 |
MSC Aviation SA |
27 |
Stat Membru: Il-Latvja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
23085 |
A/S "AirBaltic Corporation" |
192 796 |
21470 |
Smartlynx Airlines |
9 207 |
Stat Membru: Il-Lussemburgu
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
1781 |
LUXAIR |
54 596 |
26052 |
Global Jet Luxembourg |
306 |
Stat Membru: Malta
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
256 |
Air Malta plc |
181 862 |
34461 |
Comlux Malta Ltd. |
72 |
Stat Membru: In-Netherlands
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
1640 |
Koninklijke Luchtvaart Maatschappij N.V. |
784 194 |
2723 |
Transavia Airlines B.V. |
409 478 |
1005 |
El Al Israel Airlines Ltd |
1 272 |
2440 |
Shell Aircraft Limited |
29 |
29439 |
Liberty Global Europe Management B.V. |
27 |
Stat Membru: In-Norveġja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
22212 |
Norwegian Air Shuttle ASA |
827 543 |
Stat Membru: Il-Polonja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
1763 |
POLSKIE LINIE LOTNICZE LOT SPÓŁKA AKCYJNA |
226 673 |
36143 |
Enter Air spółka z ograniczoną odpowiedzialnością |
132 870 |
Stat Membru: Il-Portugall
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
2656 |
Transportes Aéreos Portugueses, S.A. |
525 241 |
23781 |
Netjets Transportes Aereos SA |
4 460 |
32417 |
Ibis Participações e Serviços Ltda |
3 |
Stat Membru: Ir-Rumanija
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
2658 |
S.C. TAROM S.A. |
136 559 |
Stat Membru: Spanja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
1475 |
IBERIA LAE SA OPERADORA SU |
792 702 |
30190 |
Vueling Airlines, S.A. |
824 304 |
9345 |
Air Europa Líneas Aéreas, S.A.U. |
252 480 |
11309 |
Swiftair SA |
16 917 |
6101 |
Edelweiss Air AG |
15 813 |
32000 |
Privilege Style |
13 215 |
27226 |
Executive Airlines, S.L. |
321 |
4402 |
Gestair, S.A. |
251 |
28586 |
Go ahead international |
23 |
29804 |
PUNTO FA S.L. |
18 |
31936 |
SQUADRON AVIATION SERVICES, LTD |
2 |
4470 |
INDUSTRIAS TITAN, S.A. |
12 |
36637 |
Alba Star, S.A. |
26 142 |
40052 |
Evelop Airlines, S.L. |
25 785 |
Stat Membru: L-Iżvezja
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
2351 |
Scandinavian Airlines System SAS |
1 327 208 |
21450 |
Braathens Regional Aviation AB |
56 569 |
1116 |
Försvarsmakten |
93 |
Stat Membru: Ir-Renju Unit
ETSID |
Isem l-Operatur |
2020 |
00590 |
BRITISH AIRWAYS PLC |
1 349 506 |
30131 |
TUI Airways Limited |
741 335 |
07532 |
Jet2.com Limited |
303 689 |
5453 |
Flybe Limited |
223 596 |
12669 |
BA CITYFLYER LIMITED |
37 799 |
26351 |
Air Kilroe Limited (Trading as Eastern Airways) |
24 054 |
04744 |
Titan Airways Limited |
9 460 |
1673 |
Kuwait Airways Corporation |
6 307 |
17692 |
ONUR AIR TASIMACILIK A.S |
2 495 |
1801 |
MALAYSIA AIRLINES BERHAD |
1 098 |
7618 |
Gama Aviation (UK) Limited |
508 |
26684 |
TAG AVIATION UK LTD |
471 |
18224 |
Uzbekistan Airways |
149 |
29929 |
ETIHAD AIRWAYS |
232 |
201 |
Air Canada |
172 |
7521 |
Formula One Management Limited |
148 |
6064 |
Dubai Air Wing |
91 |
33204 |
INEOS Aviation Limited |
119 |
23881 |
Executive Jet Management, Inc. |
62 |
6323 |
Banline Aviation Ltd |
41 |
9962 |
ICELAND FOODS LTD |
28 |
1905 |
3M Company |
17 |
8849 |
Honeywell International, Inc. |
14 |
3991 |
Sioux Company Ltd |
14 |
31943 |
AMGEN INC. |
6 |
20894 |
KOHLER CO |
6 |
33938 |
AMAC Corporate Jet AG |
7 |
4025 |
Embraer SA |
7 |
29824 |
EIE Eagle Inc. Est. |
4 |
3751 |
The Procter & Gamble Company |
6 |
31508 |
AL SALAM 319LTD |
3 |
28494 |
SWISS INTERNATIONAL AIR LINES AG |
289 088 |
1703 |
Learjet Inc. |
4 |
27893 |
Merck & Co Inc |
3 |
36153 |
Bayham Limited |
8 |
34153 |
Cayley Aviation Ltd. |
2 |
46235 |
easyJet UK Limited |
1 165 113 |
2782 |
United Airlines, Inc. |
1 304 |
31095 |
NetJets Aviation Inc. |
44 |
29471 |
ExecuJet Europe AG |
137 |
2463 |
Singapore Airlines Limited |
23 065 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/57 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9989 — BB Holding Investment/Duferdofin-Nucor)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 375/09)
1.
Fit-28 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
BB Holding Investment S.A. (“BB Holding Investment”, il-Lussemburgu), |
— |
Duferdofin-Nucor S.r.l. (“Duferdofin-Nucor”, l-Italja), ikkontrollata bi sħab minn BB Holding Investment S.A. u Nucor European Holdings BV. |
BB Holding Investment takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Duferdofin-Nucor kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
BB Holding Investment: il-ġestjoni ta’ kumpaniji attivi fl-enerġija, it-trasport bil-baħar u l-azzar, fejn hija attiva primarjament fil-kummerċ / id-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar. |
— |
Duferdofin-Nucor: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar tal-karbonju, bħal blooms, billets u rounds, u prodotti twal lesti, b’mod partikolari sezzjonijiet tqal (travi). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9989 — BB Holding Investment/Duferdofin-Nucor
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).