Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2013:321:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 321, 7 ta' Novembru 2013


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.321.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 321

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
7 ta' Novembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 321/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2013/C 321/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 321/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Is-Segretarjat tal-EFTA

2013/C 321/04

Il-pubblikazzjoni tan-notifika tal-Kontea ta’ Oppland li ffirmat kuntratt ma’ Ringebu Bilruter AS għat-trasport pubbliku lokali f’Midt-Gudbrandsdal/in-Norveġja

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2013/C 321/05

Avviż ta' kompetizzjonijiet ġenerali

5

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 321/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7043 – GDF Suez/Balfour Beatty (UK Facilities Management)) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

6

2013/C 321/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6910 – Gazprom/Wintershall/Target Companies) ( 2 )

7

2013/C 321/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7038 – Nippon Express/Panasonic Corporation/Panasonic Logistics) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

8

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2013/C 321/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

24.9.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37247 (13/N)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

—

—

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Opatření II.2.4.1 PRV Obnova lesního potenciálu po kalamitách a zavádění preventivních opatření

Il-bażi legali

1)

Opatření č. 226 Programu rozvoje venkova České republiky na období 2007–2013 (kód podpory 226)

2)

Pravidla, kterými se stanovují podmínky pro poskytování dotace na projekty Programu rozvoje venkova ČR na období 2007–2013, Opatření II.2.4 Obnova lesního potenciálu po kalamitách a podpora společenských funkcí lesů, Podopatření II.2.4.1 Obnova lesního potenciálu po kalamitách a zavádění preventivních opatření

It-tip tal-miżura

Skema

—

L-għan

Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

—

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2014-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

—

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/2


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2013/C 321/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

25.9.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37152 (13/N)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

—

—

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Zmírnění škod způsobených povodněmi na zemědělském majetku v červnu roku 2013

Il-bażi legali

1)

Zásady, kterými se stanovují podmínky pro poskytování dotací na zmírnění škod způsobených povodněmi na zemědělském majetku v červnu roku 2013

2)

Usnesení vlády č. 548 ze dne 24. července 2013 k řešení zmírnění škod způsobených na státním vodohospodářském majetku, zemědělském a lesním majetku v důsledku povodně v červnu 2013

3)

Zákon č. 218/2000 Sb. o rozpočtových pravidlech a o změně některý souvisejících zákonů, ve znění pozdějších předpisů

4)

Zákon č. 252/1977 Sb. o zemědělství ve znění pozdějších předpisů

It-tip tal-miżura

Skema

—

L-għan

Kumpens għal ħsarat ikkaġunati minn diżastru naturali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: CZK 685 000 000

 

Baġit annwali: CZK 685 000 000

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

—

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Novembru 2013

2013/C 321/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3517

JPY

Yen Ġappuniż

133,33

DKK

Krona Daniża

7,4593

GBP

Lira Sterlina

0,84030

SEK

Krona Żvediża

8,7874

CHF

Frank Żvizzeru

1,2321

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0505

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,784

HUF

Forint Ungeriż

296,72

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7025

PLN

Zloty Pollakk

4,1677

RON

Leu Rumen

4,4346

TRY

Lira Turka

2,7428

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4186

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4112

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4778

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6079

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6791

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 433,22

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,8030

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2346

HRK

Kuna Kroata

7,6235

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 250,44

MYR

Ringgit Malażjan

4,2971

PHP

Peso Filippin

58,576

RUB

Rouble Russu

43,7520

THB

Baht Tajlandiż

42,261

BRL

Real Brażiljan

3,0716

MXN

Peso Messikan

17,7106

INR

Rupi Indjan

84,3940


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Is-Segretarjat tal-EFTA

7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/4


Il-pubblikazzjoni tan-notifika tal-Kontea ta’ Oppland li ffirmat kuntratt ma’ Ringebu Bilruter AS għat-trasport pubbliku lokali f’Midt-Gudbrandsdal/in-Norveġja

2013/C 321/04

1.

Isem u indirizz tal-awtorità kompetenti:

Oppland Fylkeskommune

Opplandstrafikk

Kirkegt. 76

Postboks 988

2626 Lillehammer

NORWAY

2.

Tip ta' kuntratt:

Għoti dirett skont l-eżenzjonijiet fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.

Servizzi u żoni koperti mill-għoti:

It-trasport lokali/reġjonali tal-passiġġieri bix-xarabank, prinċipalment fil-muniċipalitajiet ta’ Ringebu, Sør-Fron u Nord-Fron, kif ukoll il-vjaġġ Vinstra–Lillehammer, Skåbu–Lillehammer u Vinstra–Otta. Il-forniment annwali ta’ madwar 457 000 kilometru ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri.

Estensjoni ta’ kuntratt mogħti direttament li jista' jiġi eskluż mill-kompetizzjoni skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/5


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

2013/C 321/05

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

 

EPSO/AD/271/13 – Ġuristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Daniża (DA)

 

EPSO/AD/272/13 – Ġuristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Ġermaniża (DE)

 

EPSO/AD/273/13 – Ġuristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Ingliża (EN)

 

EPSO/AD/274/13 – Ġuristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Irlandiża (GA)

 

EPSO/AD/275/13 – Ġuristi lingwisti (AD 7) tal-lingwa Olandiża (NL)

L-avviż tal-kompetizzjonijiet hu ppubblikat f'24 lingwa f’Il-Ġurnal Uffiċjali C 321 A tas-7 ta' Novembru 2013.

Għal aktar tagħrif ikkonsulta l-websajt tal-EPSO http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7043 – GDF Suez/Balfour Beatty (UK Facilities Management))

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 321/06

1.

Fil-31 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha GDF Suez Energy Services International SA (GSES International, il-Belġju), propjetà ta' GDF Suez Group (Franza) tikseb, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Balfour Beatty Workplace Limited (ir-Renju Unit), Covion Holdings Limited (ir-Renju Unit) u Colledge Trundle & Hall Limited (ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

GSES International toffri, permezz tal-marka primarja tagħha Cofely, grupp ta' servizzi ta' għarfien espert, b'mod partikolari ta' faċilitajiet ta' ġestjoni inkluż servizzi ta' enerġija, soluzzjonijiet ta' tfassil u implimentazzjoni li joffru lin-negozji, awtoritajiet pubbliċi u komunitajiet il-mezzi biex jiksbu tnaqqis fl-ispejjeż, permezz ta' ġestjoni effiċjenti ta' bini u installazzjonijiet,

—

GDF Suez hija attiva fil-katina tas-settur tal-enerġija, fl-elettriku u l-gass naturali,

—

Balfour Beatty Workplace Limited, Covion Holdings Limited u Colledge Trundle u Hall Limited (u s-sussidjarji rispettivi tagħhom) primarjament jipprovdu servizzi ta' faċilitajiet ta' ġestjoni fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7043 – GDF Suez/Balfour Beatty (UK Facilities Management), fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6910 – Gazprom/Wintershall/Target Companies)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 321/07

1.

Fit-30 ta’ Ottubru 2013 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), għar-rigward tat-tpartit ta’ ċerti assi bejn JSC Gazprom (“Gazprom”) u Wintershall Holding GmbH (“Wintershall”) skont Ftehim Bażiku dwar Tpartit iddatat l-14 ta’ Novembru, 2012. B'dan il-Ftehim, bi skambju għal interessi minoritarji f’ċerti assi ta' esplorazzjoni u ta' produzzjoni ta' gass naturali u ta' kondensat tal-gass fis-Siberja tal-Punent, Gazprom se takkwista mingħand Wintershall: (1) il-kontroll waħdani ta' Wingas GmbH (“Wingas”) u ta' Wintershall Erdgas Handelshaus GmbH & Co. KG (“WIEH”), żewġ impriżi konġunti ta' fornitura u ħażna ta' gass naturali kkontrollati b'mod konġunt min Wintershall u Gazprom, kif ukoll (2) il-kontroll konġunt ta' Wintershall Noordzee BV (“WINZ”) u ta' Wintershall Services BV (“Wintershall Services”), żewġ sussidjarji għal kollox proprjetà ta' Wintershall impenjati f'attivitajiet relattivament minuri ta' esplorazzjoni u produzzjoni fil-Baħar tat-Tramuntana. L-akkwisti proposti huma interdipendenti u għalhekk jikkostitwixxu konċentrazzjoni unika fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Gazprom hi attiva fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, it-trasportazzjoni, il-provvista, il-kummerċ, id-distribuzzjoni, u l-ħażna ta’ gass naturali,

—

Wintershall, proprjetà ta' BASF SE (“BASF”), hija impenjata fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum u tal-gass naturali b’mod partikolari fl-Ewropa, l-Afrika ta' Fuq, l-Amerika t’Isfel u r-Russja, kif ukoll fl-operazzjoni ta' pajplajns ta' gass naturali, l-investiment, u l-ħażna u l-provvista tal-gass naturali,

—

Wintershall u Gazprom ukoll konġuntement huma s-sidien u jikkontrollaw negozju Ġermaniż tat-trażmizzjoni tal-gass, li jitwettaq permezz tal-operaturi tat-trażmissjoni GASCADE Gastransport GmbH, OPAL Gastransport GmbH & Co. KG, u NEL Gastransport GmbH. Dan in-negozju ta' trażmissjoni mhux inkluż fit-Tranżazzjoni u se jibqa’ kkontrollat b’mod konġunt minn Wintershall u Gazprom,

—

Wingas hija sussidjarja ta’ W&G Beteiligungs-GmbH & Co. KG (“W&G”) li hija kkontrollata konġuntament minn Wintershall u Gazprom. Wingas hija attiva fil-provvist downstream tal-gass fil-Ġermanja, l-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka u diversi f’pajjiżi oħra tal-Ewropa tal-Punent. Wingas toffri wkoll ħżin tal-gass naturali fil-Ġermanja u l-Awstrija permezz tas-sussidjarja tagħha astora GmbH & Co. KG,

—

WIEH, attwalment ikkontrollata b’mod konġunt minn Wintershall u Gazprom, tixtri l-gass minn Gazprom għall-provvista, fost oħrajn, lil Wingas fil-Ġermanja,

—

WINZ/Wintershall Services huma sussidjarji kollha kemm huma proporjetà ta' Wintershall. WINZ hija impenjata fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass fil-Baħar tat-Tramuntana, prinċipalment fis-settur Olandiż iżda wkoll fid-Danimarka u r-Renju Unit. Wintershall Services, min-naħa tagħhom, jipprovdu servizzi ta' pjattaforma fejn jidħlu persunal u materji oħra relatati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6910 – Gazprom/Wintershall/Target Companies, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


7.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7038 – Nippon Express/Panasonic Corporation/Panasonic Logistics)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 321/08

1.

Fl-30 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Ġappuniżi Nippon Express Co., Ltd (“Nippon Express”) u Panasonic Corporation (“Panasonic”), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Panasonic Logistics, Ltd. (“Panasonic Logistics”, il-Ġappun) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Nippon Express hija fornitriċi globali tal-loġistika, inklużi r-rilokazzjoni u t-trasport domestiċi u internazzjonali ta' prodotti speċjalizzat u ta' oġġetti tal-arti bil-ferrovija, bil-baħar u bl-ajru,

—

Panasonic hija primarjament attiva madwar id-dinja kollha fl-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-awdjoviżjoni u ta’ komunikazzjoni, tagħmir tad-dar, komponenti elettroniċi, prodotti industrijali u prodotti oħra,

—

Panasonic Logistics (li għandha tingħata l-isem ġdid “Nittsu Panasonic Logistics”) tipprovdi spedizzjoni tal-merkanzija bl-ajru u bil-baħar, it-trasport tal-merkanzija bl-art, servizzi ta’ magazzinaġġ u ta' ħażna.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7038 – Nippon Express/Panasonic Corporation/Panasonic Logistics, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Top