This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2014:194:FULL
Official Journal of the European Union, L 194, 2 July 2014
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 194, 2 ta' Lulju 2014
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 194, 2 ta' Lulju 2014
|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2014/85/UE tal-1 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
2.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 729/2014
tal-24 ta' Ġunju 2014
dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(Riformulazzjoni)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (1) ġie emendat bosta drabi b'mod sostantiv (2). Ladarba jridu jsiru aktar emendi, għandu jiġi riformulat għal aktar ċarezza. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 128(2) tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu joħorġu muniti tal-euro bl-approvazzjoni tal-Bank Ċentrali Europew (BĊE) dwar il-volum tal-ħruġ. Il-Kunsill, wara proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-BĊE, jista' jadotta miżuri biex jiġu armonizzati d-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti kollha maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni safejn dawn ikunu meħtieġa biex tkun possibbli ċ-ċirkolazzjoni bla xkiel tagħhom fl-Unjoni. |
|
(3) |
Il-karti ta' flus euro għandhom firxa minn 5 sa 500 euro. Jeħtieġ li d-denominazzjonijiet tal-karti ta' flus u tal-muniti jippermettu li ħlasijiet bi flus kontanti ta' ammonti espressi f'euro u f'ċenteżmi tiegħu jkunu ffaċilitati. |
|
(4) |
Is-sistema ta' munita unika tal-Unjoni għandha tinkoraġġixxi l-fiduċja pubblika u tinvolvi innovazzjonijiet teknoloġiċi li jiżguraw li tkun sistema fiż-żgur, affidabbli u effiċjenti. |
|
(5) |
Wieħed mill-għanijiet ewlenin tas-sistema tal-muniti tal-Unjoni hija li l-pubbliku jaċċetta s-sistema. Il-fiduċja pubblika fis-sistema tiddependi mill-karatteristiċi fiżiċi tal-muniti tal-euro, li għandhom ikunu kemm jista' jkun faċli għal min jużahom. |
|
(6) |
Saru konsultazzjonijiet ma' għaqdiet tal-konsumaturi, mal-Unjoni tal-Għomja Ewropej u ma' rappreżentanti tal-industrija tal-magni awtomatiċi tal-bejgħ biex jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' kategoriji importanti ta' utenti tal-muniti. Sabiex jiġi żgurat li l-bidla għall-euro ssir bla tfixkil u sabiex l-utenti jaċċettaw is-sistema tal-muniti b'iktar faċilità, kien meħtieġ li tingħata garanzija li jkun hemm distinzjoni bejn il-muniti permezz ta' karatteristiċi viżwali u tas sens tal-mess. |
|
(7) |
Il-muniti tal-euro jintgħarfu waħda mill-oħra iktar faċilment u huma eħfef biex jindraw minħabba r-rabta bejn id-dijametru u l-valur nominali tagħhom. |
|
(8) |
Huma meħtieġa ċerti karatteristiċi speċjali ta' sigurtà sabiex titnaqqas il-possibilità ta' frodi tal-muniti tal-euro u taż-żewġ euro minħabba l-valur għoli tagħhom. Muniti magħmula fi tliet saffi u t-taħlita ta' żewġ kuluri differenti f'munita huma meqjusa bħala l-karatteristiċi ta' sigurtà l-iktar effiċjenti li jeżistu. |
|
(9) |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/27/KE (3) tillimita l-użu tan-nijkil f'ċerti prodotti peress li tagħraf li n-nijkil jista' jkun il-kawża ta' allerġiji taħt ċerti kondizzjonijiet. Il-muniti mhumiex koperti b'dik id-Direttiva. Madankollu, jidher li huwa mixtieq li jitnaqqas il-kontenut ta' nijkil fil-muniti għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. |
|
(10) |
Il-fatt li l-muniti għandhom naħa Ewropea komuni u naħa nazzjonali li tiddistingwihom huwa espressjoni xierqa tal-idea tal-unjoni monetarja Ewropea bejn l-Istati Membri. Fuq in-naħat Ewropej komuni tal-muniti tal-euro hemm l-isem tal-munita unika kif ukoll id-denominazzjoni tal-munita. In-naħa nazzjonali m'għandhiex la tirrepeti l-isem tal-munita unika u lanqas id-denominazzjoni tal-munita. |
|
(11) |
Fuq in-naħa nazzjonali tal-munita għandu jkun hemm indikazzjoni ċara tal-isem tal-Istat Membru emittenti, sabiex min juża l-muniti u jkun interessat, ikun jista' faċilment jidentifika l-Istat Membru emittenti. |
|
(12) |
L-ittri fit-truf tal-muniti tal-euro għandhom jitqiesu parti min-naħa nazzjonali u għaldaqstant m'għandhomx jirrepetu kwalunkwe indikazzjoni tad-denominazzjoni, ħlief fil-każ tal-munita taż-żewġ euro, u sakemm jintużaw biss iċ-ċifra “2” jew il-kelma “euro” bl-alfabett rilevanti, jew jintużaw it-tnejn. |
|
(13) |
Id-deċiżjoni dwar id-disinji fuq in-naħa nazzjonali tal-muniti tal-euro tittieħed minn kull Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro, u f'din id-deċiżjoni għandu jitqies il-fatt li l-muniti tal-euro jiċċirkolaw fiż-żona kollha tal-euro u mhux biss fl-Istat Membru emittenti. Sabiex jiġi żgurat li l-muniti jintgħarfu immedjatament bħala muniti tal-euro, anki min-naħa nazzjonali tagħhom, id-disinn għandu jkun imdawwar kompletament mit-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni. |
|
(14) |
Sabiex il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni jkunu jistgħu jintgħarfu faċilment u sabiex ikun żgurat li jkun hemm kontinwità fiz-zekka, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-permess li jibdlu d-disinji użati fuq in-naħa nazzjonali tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni regolari darba kull 15-il sena biss, ħlief jekk jinbidel il-Kap tal-Istat li jidher fuq il-muniti. Madankollu, dan għandu jkun bla preġudizzju għat-tibdil li jkun meħtieġ biex jiġi evitat l-iffalsifikar tal-munita. It-tibdil fid-disinn tan-naħa Ewropea komuni tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandu jiġi deċiż mill-Kunsill u d-drittijiet tal-vot għandhom ikunu limitati għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. |
|
(15) |
L-Istati Membri individwali għandu jkollhom il-permess li joħorġu muniti kommemorattivi biex jiċċelebraw suġġetti ta' rilevanza nazzjonali jew Ewropea ewlenija, filwaqt li muniti kommemorattivi maħruġa kollettivament mill-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro għandhom ikunu riservati għal suġġetti li jkollhom l-ogħla rilevanza Ewropea. Il-munita taż-żewġ euro hija d-denominazzjoni l-iktar xierqa għal dan il-għan, prinċipalment minħabba li għandha dijametru kbir u minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħha, li joffru protezzjoni xierqa kontra l-iffalsifikar. |
|
(16) |
Meta jitqies li l-muniti tal-euro jiċċirkolaw fiż-żona kollha tal-euro, biex jiġi evitat l-użu ta' disinji mhux xierqa, l-Istati Membri emittenti għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' disinji għan-naħa nazzjonali tal-muniti tal-euro qabel id-data tal-ħruġ prevista. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li d-disinji jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament. L-abbozz tad-disinji għandu jitressaq quddiem il-Kummissjoni f'biżżejjed żmien minn qabel li jippermetti lill-Istati Membri jimmodifikaw id-disinn jekk ikun meħtieġ. |
|
(17) |
Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tad-disinji tan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro biex jiġi evitat li jintagħżlu disinji li jistgħu jitqiesu mhux xierqa f'uħud mill-Istati Membri. Fid-dawl tal-fatt li huma l-Istati Membri li għandhom il-kompetenza fi kwistjoni daqstant sensittiva daqs id-disinn fuq in-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kunsill. Kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni li l-Kunsill jieħu fuq din il-bażi għandha tkun marbuta mill-qrib mal-atti adottati mill-Kunsill skont l-Artikolu 128(2) tat-Trattat. Għaldaqstant, fl-adozzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet mill-Kunsill għandha tapplika s-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, kif stabbilit fl-Artikolu 139(4) tat-Trattat. Il-proċedura għandha tippermetti lill-Istat Membru emittenti jimmodifika d-disinn meta u jekk ikun meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-serje ta' muniti euro tinkludi tmien denominazzjonijiet b'firxa minn ċenteżmu sa żewġ euro li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“muniti għaċ-ċirkolazzjoni” tfisser muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, li d-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom huma msemmija fl-Artikolu 1; |
|
(2) |
“muniti regolari” tfisser muniti għaċ-ċirkolazzjoni esklużi l-muniti kommemorattivi; |
|
(3) |
“muniti kommemorattivi” tfisser muniti għaċ-ċirkolazzjoni li huma maħsuba biex jikkommemoraw suġġett speċifiku kif speċifikat fl-Artikolu 9. |
Artikolu 3
Il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandu jkollhom naħa Ewropea komuni u naħa nazzjonali li tiddistingwihom.
Artikolu 4
1. In-naħa nazzjonali tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni ma għandha tirrepeti l-ebda indikazzjoni tad-denominazzjoni tal-munita jew xi partijiet minnha. Hija m'għandhiex tirrepeti l-isem tal-munita unika jew xi sottodiviżjoni tagħha, sakemm din l-indikazzjoni ma tirriżultax minħabba l-użu ta' alfabett differenti.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-ittri fit-truf tal-munita taż-żewġ euro jistgħu jinkludu indikazzjoni tad-denominazzjoni, sakemm tintuża biss iċ-ċifra “2” jew il-kelma “euro” fl-alfabett rilevanti, jew jintużaw it-tnejn.
Artikolu 5
Fuq in-naħa nazzjonali tad-denominazzjonijiet kollha tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandu jkun hemm indikazzjoni tal-Istat Membru emittenti permezz tal-isem tal-Istat Membru, jew ta' abbrevjazzjoni tiegħu.
Artikolu 6
1. Fuq in-naħa nazzjonali tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandu jkun hemm ċirku ta' 12-il stilla li jdawwar kompletament id-disinn nazzjonali, inkluża l-marka tas-sena u l-indikazzjoni tal-isem tal-Istat Membru emittenti. Dan ma jżommx milli xi elementi tad-disinn jestendu lejn iċ-ċirku tal-istilel, sakemm l-istilel kollha jkunu ċari u kompletament viżibbli. It-12-il stilla għandhom jiġu stampati kif jidhru fuq il-bandiera tal-Unjoni.
2. Id-disinji għan-naħa nazzjonali tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jintgħażlu billi jitqies il-fatt li l-muniti tal-euro jiċċirkolaw fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.
Artikolu 7
1. Tibdil fid-disinji użati għan-naħat nazzjonali tal-muniti regolari jista' jsir biss darba kull ħmistax-il sena, mingħajr preġudizzju għat-tibdill li jkun meħtieġ biex jiġi evitat l-iffalsifikar tal-munita.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, jista' jsir tibdil fid-disinji użati għan-naħat nazzjonali tal-muniti regolari meta jinbidel il-Kap ta' Stat li jkun jidher fuq il-munita. Madankollu, kariga temporanjament vakanti jew okkupazzjoni provviżorja tal-funzjoni tal-Kap ta' Stat ma jagħtu l-ebda dritt addizzjonali għal tibdil bħal dan.
Artikolu 8
L-Istati Membri emittenti għandhom jaġġornaw in-naħat nazzjonali tal-muniti regolari tagħhom sabiex jikkonformaw bis-sħiħ ma' dan ir-Regolament sal-20 ta' Ġunju 2062.
Artikolu 9
1. Il-muniti kommemorattivi jkollhom disinn nazzjonali differenti minn dak li jidher fuq il-muniti regolari u jikkommemoraw biss suġġetti ta' rilevanza nazzjonali jew Ewropea ewlenija. Il-muniti kommemorattivi maħruġa kollettivament mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro, jikkomemoraw biss suġġetti tal-ogħla rilevanza Ewropea u d-disinn tagħhom għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti kostituzzjonali possibbli ta' dawk l-Istati Membri.
2. L-ittri fit-truf tal-muniti kommemorattivi jkunu l-istess bħal dawk fuq il-muniti regolari.
3. Il-muniti kommemorattivi jista' jkollhom valur nominali ta' żewġ euro biss.
Artikolu 10
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar l-abbozz tad-disinji tan-naħat nazzjonali ġodda tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni, inklużi l-ittri fit-truf, u, fil-każ tal-muniti kommemorattivi, dwar l-istima ta' volum ta' ħruġ, qabel l-approvazzjoni formali ta' dawk id-disinji.
2. Is-setgħa biex jiġu approvati d-disinji, ġodda jew modifikati, għan-naħat nazzjonali tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni hija mogħtija lill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 sa 7.
Fit-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu jiġu sospiżi d-drittijiet tal-vot tal-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro.
3. Għall-iskop tal-paragrafu 1, l-abbozzi tad-disinji tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu ppreżentati mill-Istat Membru emittenti lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li l-munita tagħhom tkun l-euro, bħala prinċipju mill-inqas tliet xhur qabel id-data ta' ħruġ ippjanata.
4. Fi żmien sebat ijiem wara l-preżentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, kwalunkwe Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro jista', f'opinjoni motivata indirizzata lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, iqajjem oġġezzjoni għall-abbozz ta' disinn propost mill-Istat Membru emittenti jekk dak id-disinn tal-abbozz x'aktarx li joħloq reazzjonijiet negattivi fost iċ-ċittadini.
5. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-abbozz ta' disinn ma jirrispettax ir-rekwiżiti tekniċi stipulati minn dan ir-Regolament, fi żmien sebat ijiem wara l-preżentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, hija tippreżenta valutazzjoni negattiva lill-Kunsill.
6. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda opinjoni motivata jew valutazzjoni negattiva lill-Kunsill fl-iskadenza msemmija fil-paragrafi 4 u 5 rispettivament, jitqies li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tad-disinn tkun ġiet adottata mill-Kunsill fil-jum ta' wara d-data tal-iskadenza tal-perijodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 5.
7. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-Kunsill jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar l-approvazzjoni tal-abbozz ta' disinn, sakemm, fi żmien sebat ijiem wara l-preżentazzjoni ta' opinjoni motivata jew ta' valutazzjoni negattiva, l-Istat Membru emittenti ma jirtirax l-abbozz tad-disinn li jkun ippreżenta u jinforma lill-Kunsill dwar l-intenzjoni tiegħu li jippreżenta abbozz ġdid tad-disinn.
8. L-informazzjoni rilevanti kollha dwar disinji ġodda tal-muniti nazzjonali għaċ-ċirkolazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
L-Artikoli 4, 5 u 6 u l-Artikolu 9(2):
|
(a) |
ma japplikawx għall-muniti għaċ-ċirkolazzjoni li jkunu nħarġu jew ikunu ġew prodotti qabel id-19 ta' Ġunju 2012; |
|
(b) |
ma japplikawx, matul perijodu tranżizzjonali li jintemm fl-20 ta' Ġunju 2062, għad-disinji li diġà kienu qed jintużaw b'mod legali fuq il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni fid-19 ta' Ġunju 2012. |
Il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni li jkunu nħarġu jew li jkunu ġew prodotti matul il-perijodu tranżizzjonali jistgħu jibqgħu valuta legali mingħajr limitu ta' żmien.
Artikolu 12
Ir-Regolament (KE) Nru 975/98 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 13
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri, skont it-Trattati.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
E. VENIZELOS
(1) ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6.
(2) Ara l-Anness II.
(3) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/27/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 li temenda, għat-12-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (ĠU L 188, 22.7.1994, p. 1).
ANNESS I
Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 1
|
Valur nominali (euro) |
Dijametru f'mm |
Ħxuna f'mm |
Piż fi grammi |
Għamla |
Lewn |
Kompożizzjoni |
Tarf |
|
2 |
25,75 |
2,20 |
8,5 |
Tonda |
Il-parti ta' barra: bajda |
Ram u nikil (Cu75Ni25) |
Bl-ittri fit-truf u ssingjata fin |
|
Il-parti ta' ġewwa: safra |
Tliet saffi: nikil-ram isfar/nikil/nikilram isfar (CuZn20Ni5/Ni12/CuZn20Ni5) |
||||||
|
1 |
23,25 |
2,33 |
7,5 |
Tonda |
Il-parti ta' barra: safra |
Nikil-ram isfar (CuZn20Ni5) |
B'issingjar interrott |
|
Il-parti ta' ġewwa: bajda |
Tliet saffi: Cu75Ni25/Ni7/Cu75Ni25 |
||||||
|
0,50 |
24,25 |
2,38 |
7,8 |
Tonda |
Isfar |
“Nordic Gold” Cu89Al5Zn5Sn1 |
tarf iddisinjat bil-forma ta' arzell fin |
|
0,20 |
22,25 |
2,14 |
5,7 |
Għamla ta' “Fjura Spanjola” |
Isfar |
“Nordic Gold” Cu89Al5Zn5Sn1 |
Lixx |
|
0,10 |
19,75 |
1,93 |
4,1 |
Tonda |
Isfar |
“Nordic Gold” Cu89Al5Zn5Sn1 |
tarf iddisinjat bil-forma ta' arzell fin |
|
0,05 |
21,25 |
1,67 |
3,9 |
Tonda |
Aħmar |
Azzar miksi bir-ram |
Lixx |
|
0,02 |
18,75 |
1,67 |
3 |
Tonda |
Aħmar |
Azzar miksi bir-ram |
Lixx b'sing |
|
0,01 |
16,25 |
1,67 |
2,3 |
Tonda |
Aħmar |
Azzar miksi bir-ram |
Lixx |
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 |
|
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/1999 |
|
|
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 566/2012 |
ANNESS III
Tabella ta' korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 975/98 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1, il-kliem introduttorju |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1a |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 1b |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 1c |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 1d |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 1e |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 1f |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 1g |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 1h |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 1i |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 1j, il-kliem introduttorju, punt (a) u l-ewwel sentenza tal-punt (b) |
Artikolu 11, l-ewwel paragrafu |
|
Artikolu 1j, it-tieni sentenza tal-punt (b) |
Artikolu 11, it-tieni paragrafu |
|
— |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 1, tabella |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
2.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 730/2014
tal-1 ta’ Lulju 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 KG) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
66,3 |
|
TR |
88,4 |
|
|
XS |
59,1 |
|
|
ZZ |
71,3 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
32,3 |
|
TR |
78,2 |
|
|
ZZ |
55,3 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
109,2 |
|
ZZ |
109,2 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
109,4 |
|
BO |
136,6 |
|
|
TR |
107,6 |
|
|
UY |
127,1 |
|
|
ZA |
119,1 |
|
|
ZZ |
120,0 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
115,4 |
|
BR |
78,2 |
|
|
CL |
103,5 |
|
|
NZ |
130,2 |
|
|
US |
144,9 |
|
|
ZA |
132,3 |
|
|
ZZ |
117,4 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
215,6 |
|
ZZ |
215,6 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
307,8 |
|
ZZ |
307,8 |
|
|
0809 30 |
TR |
149,8 |
|
XS |
54,4 |
|
|
ZZ |
102,1 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
|
2.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/10 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/85/UE
tal-1 ta' Lulju 2014
li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-Unjoni sar titjib sinifikanti fis-sikurezza fil-mini, inkluż permezz tad-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' dan it-titjib, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li s-sewwieqa jkunu jafu u jifhmu l-prinċipji ta' sewqan sigur fil-mini u jistgħu japplikawhom bl-imġiba tagħhom fit-traffiku. Ir-rekwiżiti teoretiċi u prattiċi tat-test fid-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE (3) għalhekk ġew emendati skont dan mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/65/KE (4) u l-istess dawk fid-Direttiva 2006/126/KE imfassla mill-ġdid. |
|
(2) |
Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 2006/126/KE, sar progress fl-għarfien xjentifiku dwar il-kundizzjonijiet mediċi li jaffettwaw kemm wieħed ikun f'qagħda tajba biex isuq, partikolarment fir-rigward tal-estimi kemm tar-riskji assoċjati għas-sikurezza fit-toroq u kemm tal-effettività ta' x'inhu jsir biex jiġu evitati dawn ir-riskji. Reċentement ħareġ għadd ġmielu ta' studji u riċerki li lkoll jikkonfermaw li s-sindrome ta' apnea ostruttiva waqt l-irqad huwa wieħed mill-ogħla fatturi ta' riskju ta' inċidenti ta' vetturi bil-mutur. Għalhekk din il-kundizzjoni ma għandhiex tibqa' tiġi injorata fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-Unjoni. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2006/126/KE għalhekk għandha tiġi emendata sabiex tadatta l-Anness III għall-progress xjentifiku u tekniku. |
|
(4) |
Wara li ġie emendat bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE, l-Anness II tad-Direttiva 2006/126/KE instabu xi żbalji editorjali. (5) Dawn għandhom jiġu kkorreġuti. |
|
(5) |
B'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (6), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li, f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-liċenzji tas-sewqan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi II u III tad-Direttiva Nru 2006/126/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f'konformità ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-31 ta' Diċembru 2015.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President
Siim KALLAS
Il-Viċi President
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.
(2) Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħtiġiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1);
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/65/KE tas-27 ta' Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 36).
(5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad-19 ta' Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 321, 20.11.2012, p. 54).
ANNESS
1.
L-Anness II tad-Direttiva 2006/126/KE huwa emendat kif ġej:|
(a) |
il-punt 2.1.3 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(b) |
il-punt 5.1.3 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(c) |
il-punt 6.3.8 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(d) |
il-punt 7.4.8 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(e) |
il-punt 8.3.8 jinbidel b'dan li ġej:
|
2.
Fl-Anness III tad-Direttiva 2006/126/KE, it-Taqsima 11 (IL-MARD NEWROLOĠIKU) għandha tinbidel b'dan li ġej:“IL-MARD NEWROLOĠIKU U S-SINDROME TA' APNEA OSTRUTTIVA TAL-IRQAD
IL-MARD NEWROLOĠIKU
|
11.1. |
Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa li jbatu minn mard serju newroloġiku, għajr jekk l-applikalizzjoni tkun appoġġjata minn opinjoni medika awtorizzata.
Id-disturbi newroloġiċi assoċjati ma' mard jew interventi kirurġiċi li jaffettwaw is-sistema nervuża ċentrali jew periferali, li jwasslu għal defiċjenzi sensorji jew motorili u li jaffettwaw il-bilanċ u l-koordinazzjoni, iridu jitqiesu kif jixraq fejn ikollhom x'jaqsmu mal-effetti funzjonali tagħhom u r-riskji tal-progressjoni. F'dawn il-każi, il-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzja jistgħu jkunu soġġetti għal evalwazzjoni perjodika fil-każ tar-riskju ta' deterjorazzjoni. |
IS-SINDROME TA' APNEA OSTRUTTIVA TAL-IRQAD
|
11.2. |
Fil-paragrafi li ġejjin, sindrome moderat ta' apnea ostruttiva tal-irqad jikkorrispondi għal għadd ta' apnea u ipopnea fis-siegħa (l-Indiċi Apnea-Ipopnea) bejn il-15 u d-29 u sindrome sever ta' apnea ostruttiva tal-irqad jikkorrispondi għal Indiċi Apnea-Ipopnea ta' 30 jew aktar, it-tnejn assoċjati ma' ngħas eċċessiv binhar. |
|
11.3. |
Applikanti jew sewwieqa suspettati li għandhom sindrome moderat jew sever ta' apnea ostruttiva tal-irqad għandhom jingħataw parir mediku awtorizzat ulterjuri qabel mal-Liċenzja tas-Sewqan tinħareġ jew tiġġedded. Dawn jista' jingħataw il-parir biex ma jsuqux qabel il-konferma tad-dijanjożi. |
|
11.4. |
Il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu lill-applikanti jew lis-sewwieqa b'sindrome moderat jew sever ta' apnea ostruttiva tal-irqad li juri kontroll adegwat tal-kundizzjoni tagħhom u l-konformità ma' trattament xieraq u titjib fin-ngħas, jekk ikun hemm, ikkonfermat mill-opinjoni medika awtorizzata. |
|
11.5. |
Applikanti jew sewwieqa b'sindrome moderat jew sever ta' apnea ostruttiva tal-irqad taħt trattament għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni medika perjodika, f'intervalli li ma jaqbżux it-tliet snin għas-sewwieqa tal-Grupp 1 u sena għas-sewwieqa tal-Grupp 2, bil-għan li li jiġi stabbilit il-livell ta' konformità mat-trattament, il-ħtieġa li trattament jitkompla u viġilanza tajba fuq bażi kontinwa.”. |