Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2010:199:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 199, 31 ta' Lulju 2010


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1725-5104

    doi:10.3000/17255104.L_2010.199.mlt

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    tal-Unjoni Ewropea

    L 199

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Leġiżlazzjoni

    Volum 53
    31 ta' Lulju 2010


    Werrej

     

    II   Atti mhux leġislattivi

    Paġna

     

     

    REGOLAMENTI

     

    *

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 685/2010 tas-26 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-Inċova fil-Bajja ta’ Biskajja għall-istaġun tas-sajd 2010-2011 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010

    1

     

    *

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2010 tat-28 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tieqa Bacoma u tax-xibka tat-tkarkir T90 f’sajd li jsir fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound

    4

     

    *

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2010 tat-30 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

    12

     

     

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 688/2010 tat-30 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    19

     

     

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2010 tat-30 ta’ Lulju 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

    21

     

     

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 690/2010 tat-30 ta’ Lulju 2010 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2010

    23

     

     

    DEĊIŻJONIJIET

     

     

    2010/422/UE

     

    *

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2010 dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Bulgarija

    26

     

     

    2010/423/PESK

     

    *

    Deċiżjoni ATALANTA/4/2010 tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Lulju 2010 dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

    28

     

    *

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/424/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

    29

     

     

    2010/425/UE

     

    *

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/767/KE rigward l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ fiduċja ta’ fornituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati mill-Istati Membri (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5063)  ( 1 )

    30

     

     

    2010/426/UE

     

    *

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11xGA21 (SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9), jew li jikkonsistu minnu jew huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5135)  ( 1 )

    36

     

     

    Rettifika

     

    *

    Rettifika għad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE ( ĠU L 133, 22.5.2008 )

    40

     

    *

    Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/371/UE tas-6 ta’ Ġunju 2010 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Madagaskar taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE ( ĠU L 169, 3.7.2010 )

    43

     


     

    (1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

    MT

    L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

    It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


    II Atti mhux leġislattivi

    REGOLAMENTI

    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 685/2010

    tas-26 ta’ Lulju 2010

    li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-Inċova fil-Bajja ta’ Biskajja għall-istaġun tas-sajd 2010-2011 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qabdiet totali permessibbli (TAC) għal kull tip ta’ sajd jew grupp ta’ sajd. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu distribwiti fost l-Istati Membri b’tali mod li f’kull Stat Membru tiġi żgurata stabbiltà relattiva ta’ attivitajiet ta’ sajd għal kull stokk jew sajd u billi jitqiesu adegwatament l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 (2) stabbilixxa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2010 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut inkluż l-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja (Żona VIII tal-ICES) għall-2010.

    (3)

    It-TAC għall-istaġun tas-sajd 2010-2011 għandhom ikunu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, u billi jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjo-ekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd. Għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja, il-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomika għas-Sajd (STECF) tas-16 ta’ Lulju 2010, huwa bbażat fuq l-istaġun tas-sajd ta’ mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

    (4)

    Għall-għanijiet ta’ ġestjoni adegwata u ssimplifikata tal-istokk, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC ġdida għal dan l-istokk u li jiġu ffissati kwoti ġodda tal-Istati Membri skont id-dati msemmija fuq għall-istaġun tas-sajd 2010-2011.

    (5)

    Sabiex tipprovdi għal pjan multiannwali għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja li jkopri l-istaġun tas-sajd u jistabbilixxi r-regola tal-ħsad li tapplika biex jiġu stabbliti l-opportunitajiet tas-sajd, fid-29 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament li jistabbilixxi pjan fuq medda twila ta’ żmien għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk. Skont il-parir tal-iSTECF il-bijomassa tal-istokk ġiet stmata għal madwar 51 350 tunnellata. B’kunsiderazzjoni ta’ dik il-proposta tal-Kummissjoni u billi l-valutazzjoni tal-impatt li fuqha hija bbażata l-proposta tipprovdi għall-valutazzjoni l-iktar riċenti tal-impatt ta’ deċiżjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC għal dak l-istokk skont dan. B’riżultat ta’ dan, it-TAC għall-istaġun tas-sajd ta’ mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 għandha tiġi stabbilita għal 15 600 tunnellata.

    (6)

    Minħabba l-ambitu speċifiku u ż-żmien tal-applikazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova, huwa xieraq li jiġu stabbiliti dawk l-opportunitajiet tas-sajd permezz ta’ Regolament separat u li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 53/2010 skont dan. Is-sajd għandu, madankollu jibqa’ suġġett għad-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 53/2010 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-użu tal-kwota.

    (7)

    Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jdaħħal kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni annwali tat-TACs u l-kwoti (3), huwa meħtieġ li jiġi stabbilit sa kemm l-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja huwa suġġett għall-miżuri stabbiliti f’dak ir-Regolament.

    (8)

    Minħabba l-bidu ta’ dan l-istaġun tas-sajd u għall-finijiet tar-rappurtar annwali tal-qabdiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih u japplika mill-1 ta’ Lulju 2010. Għal dik l-istess fini, l-emenda tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 53/2010 għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja

    1.   Il-qabda totali permissibbli (TAC) u l-allokazzjoni tagħha bejn l-Istati Membri għall-istaġun tas-sajd li jdum mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 għall-istokk tal-inċova fiż-Żona VIII tal-ICES kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 għandhom ikunu kif ġej (spjegati f’tunellati ta’ piż ta’ ħut ħaj):

    Speċi

    :

    Inċova

    Engraulis encrasicolus

    Żona tal-ICES

    :

    VIII

    (ANE/08.)

    Spanja

    14 040

     

     

    Franza

    1 560

     

     

    UE

    15 600

     

     

    TAC

    15 600

     

    TAC Analitiku

    2.   L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbilita fil-paragrafu 1, u l-użu tagħha għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7, 10 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 53/2010.

    3.   L-istokk imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkunsidrat bħala suġġett għal TAC analitiku għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96. L-Artikoli 3(2) u (3) u 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    Emenda għar-Regolament (UE) Nru 53/2010

    Fl-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 53/2010, l-annotazzjoni għall-inċova fiż-żona VIII hija mibdula b’dan li ġej:

    “Speċi

    :

    Inċova

    Engraulis encrasicolus

    Żona

    :

    VIII

    (ANE/08.)

    Spanja

    6 300

     

     

    Franza

    700

     

     

    UE

    7 000

     

     

    TAC

    7 000  (4)

     

    TAC Analitiku

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 2, li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. VANACKERE


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

    (2)  ĠU L 21, 26.1.2010, p. 1.

    (3)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

    (4)  TAC applikabbli mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2010.”


    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/4


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 686/2010

    tat-28 ta’ Lulju 2010

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tieqa Bacoma u tax-xibka tat-tkarkir T90 f’sajd li jsir fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,.

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 jistabbilixxi miżuri tekniċi speċifiċi għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound. Dak ir-Regolament jipprovdi dispożizzjonijiet speċifiċi rigward id-daqs u t-tip tal-komponenti kollha tal-irkapti tas-sajd, inklużi, fost miżuri oħra, id-daqsijiet tal-malji.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1226/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2010 (2), jipprovdi għal żieda fid-daqs tal-malja u fit-tul tat-tieqa Bacoma u fid-daqs tal-malja tax-xibka tat-tkarkir T90 fis-suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32. Peress li r-Regolament (KE) Nru 1226/2009 huwa limitat għall-2010, u peress li dawk id-dispożizzjonijiet huma ta’ natura permanenti minħabba li jikkostitwixxu titjib fis-selettività, huwa xieraq li dawk iż-żidiet ikunu inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 2187/2005 minn Jannar 2011 u li jiġi emendat skont dan.

    (3)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Appendiċijiet 1 u 2 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 huma sostitwiti bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.

    (2)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 1.


    ANNESS

    Appendiċi 1

    Speċifikazzjonijiet tal-manek BACOMA

    Deskrizzjoni

    (a)   Daqs tal-manka, tal-biċċa tal-estensjoni u tat-tarf ta’ wara tax-xibka tat-tkarkir

    (i)

    Il-manka għandha tkun magħmula minn żewġ pannelli, magħquda flimkien permezz ta’ ċmus waħda fuq kull naħa ta’ tul indaqs.

    (ii)

    Id-daqs minimu tal-malji djamant għandu jkun ta’ 105 mm. Il-materjal tal-ħjut għandu jkun ta ’ ħajt tal-polyethylene bi ħxuna ta’ spaga waħda ta’ mhux aktar minn 6 mm jew bi ħxuna ta’ spaga doppja ta’ mhux aktar minn 4 mm.

    (iii)

    Għandu jkun projbit l-użu ta’ manek u ta’ biċċiet ta’ estensjoni li jkunu magħmula minn biċċa waħda biss ta’ materjal tax-xibka u li għandhom ċmusa waħda biss.

    (iv)

    L-għadd ta’ malji djamant miftuħa, esklużi dawk fiċ-ċmus, fi kwalunkwe punt fuq kwalunkwe ċirkonferenza ta’ kwalunkwe biċċa ta’ estensjoni ma għandux ikun anqas jew iżjed mill-għadd massimu ta’ malji fuq iċ-ċirkonforenza tan-naħa ta’ quddiem tal-manka (Figura 1).

    (b)   Post tat-tieqa

    (i)

    It-tieqa għandha tiddaħħal fil-pannell ta’ fuq tal-manka (Figura 2).

    (ii)

    It-tieqa għandha tispiċċa mhux aktar minn erba’ malji mill-codline, inkluża r-ringiela, immaljata bl-idejn ta’ malji li minnha tgħaddi l-codline (Figura 3 jew 4).

    (ċ)   Daqs tat-tieqa

    (i)

    Il-wisa’ tat-tieqa, espressa f’għadd ta’ fillieri (ġnub) tal-malji, għandu jkun daqs in-numru ta’ malji djamant miftuħa fil-pannell ta’ fuq diviż bi tnejn. Jekk meħtieġ, jistgħu jinżammu sa massimu ta’ 20 % tal-għadd ta’ malji djamant miftuħa fil-pannell ta’ fuq maqsuma b’mod ugwali fuq iż-żewġ naħat tal-pannell tat-tieqa (Figura 4).

    (ii)

    It-tul tat-tieqa għandu jkun tal-inqas 5.5 m.

    (iii)

    B’deroga mill-punt ii, it-tul tat-tieqa għandu jkun mill-inqas 6 m jekk senser dedikat għall-kejl tal-volum tal-qabdiet ikun imwaħħal mat-tieqa.

    (d)   L-immaljar tat-tieqa

    (i)

    Il-malji għandu jkollhom wisa’ minimu tat-toqba tal-malja ta’ 120 mm. Il-malji għandhom ikunu malji kwadri, jiġifieri l-erba’ naħat kollha tal-immaljar tat-tieqa jkunu maqtugħa fil-fillieri kollha.

    (ii)

    L-immaljar għandu jkun immuntat b’tali mod li l-fillieri jkunu paralleli u perpendikolari mat-tul tal-manka. L-immaljar għandu jkun bi spaga waħda mmaljata mingħajr għoqod jew immaljar bi proprjetajiet selettivi simili u ppruvati. Immaljar mingħajr għoqod ifisser immaljar magħmul minn malji b’erba’ naħat li jkollhom il-kantunieri tal-malji ffurmati bin-nisġa tal-ispag ta’ żewġ naħat maġenb xulxin tal-malja.

    (iii)

    Id-dijametru tal-ħajta singola għandu jkun tal-inqas 5 mm.

    (e)   Speċifikazzjonijiet oħra

    (i)

    Għandu jkun hemm ċinga ta’ wara li ma ddurx mat-tieqa tal-ħruġ BACOMA.

    (ii)

    Iż-żubrun tal-manka għandu jkun sferiku u jkollu dijametru mhux akbar minn 40 ċm. Għandu jkun marbut sew mal-codline permezz tal-ħabel taż-żubrun.

    (iii)

    Il-flapper ma għandhiex tirkeb fuq it-tieqa tal-ħruġ BACOMA

    Figura 1

    It-tagħmir tax-xibka tat-tkarkir jista’ jinqasam fi tliet sezzjonijiet differenti skont l-għamla u l-funzjoni. Il-parti prinċipali tax-xibka tat-tkarkir hija dejjem sezzjoni konika. Il-biċċa tal-estensjoni tkun sezzjoni mhux konika, normalment fabbrikata minn biċċa jew minn żewġ biċċiet ta ’ xbiek. Il-manka hija wkoll sezzjoni mhux konika, spiss magħmula minn spag doppju sabiex ikollha reżistenza aħjar kontra d-deterjorazzjoni qawwija mill-użu. Il-parti taħt iċ-ċinga tal-irfigħ tissejjaħ borża tal-irfigħ.

    Image

    Figura 2

    A

    Biċċa tal-estensjoni

    B

    Manka

    C

    Tieqa tal-ħrib, pannell ta’ malji kwadri

    1

    Pannell ta’ fuq, massimu ta’ 50 malja djamant miftuħa

    2

    Pannell t’isfel, massimu ta’ 50 malja djamant miftuħa

    3

    Ċmus

    4

    Ċirku jew ħajta tal-ġuntura

    5

    Ċinga tal-irfigħ

    6

    Ċinga ta’ wara

    7

    Codline

    8

    Distanza tat-tieqa mill-codline (Figuri 3 u 4)

    9

    Ħabel taż-żubrun

    10

    Żubrun tal-manka

    Image

    Figura 3

    IMMUNTAR TAL-PANNELL TAT-TIEQA

    A

    Pannell ta’ malji kwadri 120 mm (25 filliera)

    B

    It-tgħaqqid flimkien tal-pannell ta’ malji maċ-ċmusa

    C

    It-tgħaqqid flimkien ta’ pannell ta’ malja kwadra ma’ xibka ta’ malja djamant

    D

    Xibka ta ’ malji djamant ta’ 105 mm (massimu ta’ 50 malja miftuħa)

    E

    Id-distanza tal-pannell tat-tieqa mill-codline. It-tieqa għandha tispiċċa mhux aktar minn erba’ malji mill-codline, inkluża r-ringiela mmaljata bl-idejn, ta’ malji li minnha tgħaddi l-codline

    F

    Ringiela ta’ malji tal-codline immaljati bl-idejn

    Image

    Figura 4

    IMMUNTAR TAL-PANNELL TAT-TIEQA

    A

    Pannell ta’ malja kwadra ta’ 120 mm (20 filliera)

    B

    It-tgħaqqid flimkien tal-pannell ta’ malji maċ-ċmusa

    C

    It-tgħaqqid flimkien ta’ pannell ta’ malja kwadra ma’ xibka ta’ malja djamant

    D

    Xibka ta’ malja kwadra ta’ 105 mm (mhux aktar minn 50 malja miftuħa)

    E

    Id-distanza tal-pannell tat-tieqa mill-codline. It-tieqa għandha tispiċċa mhux aktar minn 4 malji mill-codline, inkluża r-ringiela, immaljata bl-idejn ta’ malji li minnha tgħaddi l-codline.

    F

    Ringiela ta’ malji tal-codline immaljati bl-idejn

    G

    Massimu ta’ 10 % fuq iż-żewġ naħat ta’ malji miftuħa tat-tip D

    Image

    Appendiċi 2

    SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAX-XIBKA TAT-TKARKIR T90

    (a)   Definizzjoni

    1.

    Ix-xbieki tat-tkarkir T90 huma definiti bħala x-xbieki tat-tkarkir, it-tartaruni Daniżi u rkapti simili li għandhom manka u biċċa ta’ estensjoni prodotta minn tip ta’ xbieki bl-għoqiedi forma ta’ djamant imdawra 90° biex id-direzzjoni prinċipali kif inhi għaddejja l-ispaga tax-xibka tkun parallela għad-direzzjoni tal-irmunkar.

    2.

    Id-direzzjoni ta’ kif inhi għaddejja l-ispaga tax-xibka f’xibka standard bl-għoqiedi jiffurmaw il-malji tax-xibka djamant (A) u f’xibka mdawra 90° (B) huwa muri fil-Figura 1 hawn taħt.

    Figura 1

    Image

    (b)   Id-daqs tal-malja u l-kejl

    Id-daqs tal-malja għandu jkun tal-anqas 120 mm. B’deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 517/2008 (*), id-daqs tal-malja fil-manka u fil-biċċa ta’ estensjoni għandhom jitkejlu b’mod perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-irkaptu tas-sajd.

    (ċ)   Ħxuna tal-ispaga

    Il-materjal tal-ispaga tal-manka u tal-biċċa tal-estensjoni għandu jkun magħmul minn spag tal-polyethylene bi ħxuna ta’ spaga waħda ta’ mhux aktar minn 6 mm jew bi ħxuna doppja tal-ispaga ta’ mhux aktar minn 4 mm. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għar-ringiela li tinsab fuq wara nett tal-malji jekk hemm codline iffittjata mal-manka.

    (d)   Kostruzzjoni

    1.

    Il-manka u l-estensjoni ta’ malji mdawra (T90) għandhom isiru minn żewġ pannelli ta’ dimensjonijiet indaqs, b’mill-anqas 50 malja fit-tul, u bl-orjentazzjoni tal-malja kif deskritt hawn fuq, magħquda flimkien minn żewġt iċmus laterali.

    2.

    L-għadd ta’ malji miftuħa fi kwalunkwe ċirkonferenza jrid ikun kostanti mill-parti ta’ quddiem tal-estensjoni lejn il-parti li tinsab fuq wara nett tal-manka.

    3.

    Fil-punt fejn jingħaqdu tal-manka jew tal-biċċa tal-estensjoni mal-parti konika tax-xibka tat-tkarkir, l-għadd ta’ malji fiċ-ċirkonferenza tal-manka jew tal-biċċa tal-estensjoni trid tkun ta’ 50 % tal-aħħar ringiela ta’ malji tal-parti konika tax-xibka tat-tkarkir.

    4.

    Fil-Figura 2 hawn taħt jintwerew manka u biċċa tal-estensjoni.

    (e)   Ċirkonferenza

    L-għadd ta’ malji fi kwalunkwe ċirkonferenza fil-manka u l-biċċa tal-estensjoni, esklużi dawk fil-ġuntura u ċ-ċmus għandu jkun ta’ mhux anqas minn 50.

    (f)   Ċrieki tal-ġuntura

    Ix-xifer ta’ quddiem tal-pannelli li jifforma kemm il-manka kif ukoll il-biċċa tal-estensjoni għandu jkun iffittjat b’ringiela ta’ nofs malji mmaljati. Ix-xifer ta’ wara tal-pannell tal-manka għandu jkun iffittjat b’ringiela sħiħa ta’ malji mmaljati li tkun kapaċi tiggwida l-codline.

    (g)   Żubrun tal-manka

    Iż-żubrun tal-manka għandu jkun sferiku u jkollu dijametru mhux akbar minn 40 ċm. Għandu jkun marbut sew mal-codline permezz tal-ħabel taż-żubrun.

    Figura 2

    Image


    (*)  ĠU L 151, 11.6.2008, p. 5.


    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 687/2010

    tat-30 ta’ Lulju 2010

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 103h u 127 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 103d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi biex l-għotja ta’ għajnuna finanzjarja tkun limitata għal 4.1 % jew 4.6 % tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata ta’ kull organizzazjoni tal-produtturi.

    (2)

    L-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (2) jistipula regoli dettaljati għall-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni għal organizzazzjoni tal-produtturi. Skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu, meta applikabbli, organizzazzjoni tal-produtturi għandha tiffattura l-produzzjoni kummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex fl-istadju ta’ “qabel l-ispejjeż assoċjati mal-organizzazzjoni tal-produtturi”, bħala prodott li huwa ppakkjat, ippreparat jew li jkun għadda mill-ipproċessar tal-ewwel stadju.

    (3)

    Il-punt (i) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fih definizzjoni tal-“ipproċessar tal-ewwel stadju”. Madankollu, dik id-definizzjoni ħolqot diffikultajiet ta’ interpretazzjoni. Peress li ċ-ċertezza legali titlob regoli ċari dwar il-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata, dik id-definizzjoni għandha titneħħa u d-definizzjoni ta’ “prodott sekondarju” għandha tiġi addattata kif xieraq.

    (4)

    Instab li huwa diffiċli li jiġi kkalkolat il-valur tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar. Għall-finijiet ta’ kontroll u għas-simplifikazzjoni, huwa xieraq li tiddaħħal rata fissa għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar, li tirrappreżenta l-valur tal-prodott bażiku, jiġifieri frott u ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar u l-attivitajiet li mhumiex attivitajiet proprji tal-ipproċessar. Peress li l-kwantitajiet tal-frott u l-ħxejjex meħtieġa għall-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati jvarjaw ħafna bejn il-gruppi tal-produtturi, dawn id-differenzi għandhom ikunu riflessi fir-rati fissi applikabbli.

    (5)

    Fil-każ tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar li huma ttrasformati fi ħwawar aromatiċi u trab tal-paprika, huwa wkoll xieraq li tiddaħħal rata fissa għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar, li tirrapreżanta biss il-valur tal-prodott bażiku.

    (6)

    Sabiex tkun żgurata t-tranżizzjoni għas-sistema l-ġdida tal-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar, il-programmi operazzjonali approvati fl-20 ta’ Jannar 2010 ma għandhomx jiġu affettwati mill-metodu l-ġdid tal-kalkolu, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li dawn il-programmi operazzjonali jiġu emendati skont l-Artikoli 66 u 67 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007. Għall-istess raġuni, il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għall-perjodu ta’ referenza tal-programmi operazzjonali approvati wara dik id-data għandu jiġi kkalkolat skont ir-regoli l-ġodda.

    (7)

    Sabiex tkun permessa aktar flessibiltà fl-użu tal-irtirar mis-suq, huwa xieraq li jiżdied il-marġni annwali għall-qbiż tal-limitu stipulat fl-Artikilu 80(2) tar-Regulation (KE) Nru 1580/2007.

    (8)

    Sabiex tkun iffaċilitata d-distribuzzjoni bla ħlas, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-karità jkunu permessi jitolbu kontribuzzjoni simbolika mingħand ir-riċevituri finali tal-prodotti li jkunu ġew irtirati mis-suq, f'każ li dawn il-prodotti jkunu ġew ipproċessati.

    (9)

    L-ammonti tar-rata fissa għall-ispejjeż tat-trasport, l-għażla u l-ippakkjar għad-distribuzzjoni bla ħlas tal-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq u stipulati fl-Artikolu 83(1) u l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandhom jiġu aġġornati.

    (10)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (11)

    Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007

    Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 21(1) għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (h) għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “(h)

    ‘prodott sekondarju’ tfisser prodott li jirriżulta mill-preparazzjoni ta’ prodott tal-frott jew il-ħxejjex li għandu valur ekonomiku posittiv iżda li mhuwiex ir-riżultat ewlieni intenzjonat;”

    (b)

    il-punt (i) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “(i)

    ‘preparazzjoni’ tfisser attivitajiet preparatorji bħal ħasil, it-tqattigħ, it-tqaxxir, it-tirqim u t-tnixxif tal-frott u l-ħxejjex, mingħajr ma jiġu ttrasformati fi frott u ħxejjex ipproċessati;”

    2.

    L-Artikolu 52 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

    “2a.   Il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata ma għandux jinkludi l-valur tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati jew ta’ kwalunkwe prodott ieħor li mhuwiex prodott tas-settur tal-frott u l-ħxejjex.

    Madankollu, il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar, li jkunu ġew ittrasformati f'wieħed mill-frott jew ħxejjex proċessati elenkati fil-Parti X tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew kwalunkwe prodott agrikolu msemmi f'dan l-Artikolu u deskritt aktar fl-Anness VIa għal dan ir-Regolament, minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-membri tagħhom, li jkunu produtturi jew il-kooperattivi tagħhom, jew sussidjarji kif imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, sew jekk huma stess jew permezz tal-esternalizzazzjoni, għandhom jiġu kkalkolati bħala rata fissa fil-perċentwali applikata lill-valur iffatturat ta’ dawn il-prodotti pproċessati.

    Dik ir-rata fissa għandha tkun:

    (a)

    53 % għall-meraq tal-frott;

    (b)

    73 % għall-meraq konċentrat tal-frott;

    (c)

    77 % għall-kunserva tat-tadam;

    (d)

    62 % għall-frott u l-ħxejjex friżati;

    (e)

    48 % għall-frott u l-ħxejjex tal-bott;

    (f)

    70 % għall-faqqiegħ tal-bott tal-ġenus Agaricus;

    (g)

    81 % għall-frott proviżorjament priżervat fis-salmura;

    (h)

    81 % għall-frott imnixxef;

    (i)

    27 % għal frott u ħxejjex oħra proċessati;

    (j)

    12 % għall-ħwawar aromatiċi proċessati;

    (k)

    41 % għat-trab tal-paprika.”

    (b)

    il-paragrafu 6 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    “6.   Il-produzzjoni kummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex għandha tkun iffatturata fl-istadju ta’ 'qabel l-ispejjeż assoċjati mal-organizzazzjoni tal-produtturi’ fejn applikabbli, bħala prodott elenkat fil-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li hija ppreparata u ppakkjata u bl-esklużjoni ta’:

    (a)

    il-VAT;

    (b)

    l-ispejjeż tat-trasport intern, fejn id-distanza bejn il-ġbir ċentralizzat jew punti tal-ippakkjar tal-organizzazzjoni tal-produtturi u l-punt tad-distribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi tkun sinifikanti.

    Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal tnaqqis li għandu jkun applikat għall-valur fatturat għall-prodotti fatturati fi stadji differenti tal-kunsinna jew tat-trasport.”

    3.

    fl-Artikolu 53(7), għandhom jiżdiedu dawn is-subparagrafi li ġejjin:

    “Madankollu, għall-programmi operazzjonali approvati fl-20 ta’ Jannar 2010, il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għas-sena 2007 u qabel għandu jkun ikkalkolat abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-perjodu ta’ referenza, filwaqt li l-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għas-snin 2008 u wara għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli fl-2008.

    Għall-programmi operazzjonali approvati wara l-20 ta’ Jannar 2010, il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għas-snin 2008 u wara għandu jkun ikkalkolat abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli fi żmien meta ġie approvat il-programm operazzjonali.”

    4.

    fl-Artikolu 80(2), it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    “Il-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu l-medji annwali fuq perjodu ta’ tliet snin, b'marġni annwali ta’ qbiż tal-limitu ta’ 5 punti perċentwali.”

    5.

    fl-Artikolu 81(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

    “L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-karità msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jitolbu kontribuzzjoni simbolika mingħand ir-riċevituri finali tal-prodotti li jkunu ġew irtirati mis-suq, f'każ li dawn il-prodotti jkunu ġew ipproċessati.”

    6.

    fl-Artikolu 83, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:

    “1.   L-ispejjeż tal-għażla u l-ippakkjar tal-frott u l-ħxejjex friski rtirati mis-suq għad-distribuzzjoni bla ħlas għandhom ikunu eliġibbli skont il-programmi operazzjonali fil-każ ta’ prodotti mqiegħda f'pakketti ta’ anqas minn 25 kilogramma piż nett bl-ammonti tar-rata fissa stipulata fil-Parti A tal-Anness XII.

    2.   Il-pakketti tal-prodotti għad-distribuzzjoni bla ħlas għandhom juru l-emblema tal-Ewropea, flimkien ma’ waħda jew aktar mir-referenza stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XII.”

    7.

    Għandu jiżdied l-Anness VIa, kif stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

    8.

    L-Anness XI għandu jiġi ssostitwit bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

    9.

    L-Anness XII għandu jiġi ssostitwit bit-test tal-Anness III għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


    ANNESS I

    “ANNESS VIa

    PRODOTTI PROĊESSATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 52(2a)

    Kategorija

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni

    Meraq tal-frott

    ex 2009

    Meraq tal-frott, minbarra l-meraq tal-għeneb u l-għeneb magħsur tas-subintestaturi 2009 61  u 2009 69  u l-meraq tal-banana tas-subintestatura ex 2009 80  u l-meraq konċentrat, mhux fermentat u bla spirti miżjuda, kemm jekk ikun jew ma jkunx fih zokkor jew sustanzi ta’ ħlewwa oħra miżjuda.

    Meraq tal-frott konċentrat huwa meraq tal-frott li jaqa’ taħt l-intestatura ex 2009 li jitħejja permezz tat-tneħħija fiżika ta’ mill-anqas 50 % tal-kontenut tal-ilma, f'pakketti ta’ kontenut nett ta’ mhux anqas minn 200 kg.

    Kunserva tat-tadam

    ex 2002 90 31

    ex 2002 90 91

    Kunserva tat-tadam b'kontenut ta’ piż niexef ta’ mhux anqas minn 28 % f'pakketti immedjati ta’ kontenut nett ta’ mhux anqas minn 200 kg.

    Frott u ħxejjex friżati

    ex 0710

    Ħxejjex (mhux imsajra jew imsajra bil-fwar jew mgħollija fl-ilma) friżati, minbarra l-qamħirrun tas-subintestatura 0710 40 00 , żebbuġ tas-subintestatura 0710 80 10  u frott tal-ġenus Capsicum jew tal-ġenus Pimenta tas-subintestatura 0710 80 59 .

    ex 0811

    Frott u lewż, mhux imsajra jew imsajra bil-fwar jew mgħollija fl-ilma, friżati, ma fihomx zokkor jew ħlewwiet oħra miżjuda, minbarra l-banana friżata li taqgħa taħt taħt is-subintestatura ex 0811 90 95 .

    ex 2004

    Ħxejjex oħra preparati jew preżervati b'mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżati, minbarra l-prodotti tal-intestatura 2006 , minbarra l-qamħirrun (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura ex 2004 90 10 , żebbuġ tas-sub intestatura ex 2004 90 30  u patata preparata jew preservata f'forma ta’ tqiq, mitħuna jew flejks, tas-subintestatura 2004 10 91

    Frott u ħxejjex tal-bott

    ex 2001

    Ħxejjex, frott, lewż u partijiet oħra ta’ pjanti tajbin għall-ikel, preparati jew preżervati permezz tal-ħall jew l-aċtu aċetiku, minbarra:

    frott tal-ġenus Capsicum ħlief il-bżar ħelu jew il-pimenta tas-subintestatura 2001 90 20

    qamħirrun (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura 2001 90 30

    jam, patata ħelwa u partijiet ta’ pjanti tajbin għall-ikel oħra simili li fihom 5 % jew iktar bħala piż ta’ lamtu tas-subintestatura 2001 90 40

    qlub tal-palm tas-subintestatura 2001 90 60

    żebbuġ tas-subintestatura 2001 90 65

    weraq tad-dielja, rimja tal-ħops u partijiet ta’ pjanti tajbin għall-ikel oħra simili tas-subintestatura ex 2001 90 97 .

    ex 2002

    Tadam preparat jew preżervat minbarra bil-ħall jew l-aċtu aċetiku ħlief għall-kunserva tat-tadam tas-subintestaturi ex 2002 90 31  u ex 2002 90 91 deskritti hawn fuq.

    ex 2005

    Ħxejjex oħra preparati jew preżervati minbarra bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief għall-prodotti tal-intestatura 2006 minbarra ż-żebbuġ tas-subintestatura 2005 70 , il-qamħirrun (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura 2005 80 00 , frott tal-ġenus Capsicum ħlief il-bżar ħelu jew il-pimenta tas-subintestatura 2005 99 10 , u l-patata preparata jew preżervata f'forma ta’ tqiq, mitħuna jew flejks, tas-subintestatura 2005 20 10 .

    ex 2008

    Frott, lewż jew partijiet oħra ta’ pjanti tajbin għall-ikel, preparati jew preżervati b'mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew ħlewwiet oħra jew spirtu miżjuda jew le, mhux speċifikati jew inklużi x' imkien ieħor, minbarra:

    butir tal-karawett tas-subintestatura 2008 11 10

    lewż preparat jew preżervat mod ieħor, kemm jekk biz-zokkor jew xi sustanzi oħra ta’ ħlewwa miżjuda, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor, tas-subintestatura ex 2008 19

    qlub tal-palm tas-subintestatura 2008 91 00

    qamħirrun tas-subintestatura 2008 99 85

    jam, patata ħelwa u partijiet ta’ pjanti tajbin għall-ikel oħra simili li fihom 5 % jew iktar bħala piż ta’ lamtu tas-subintestatura 2008 99 91

    weraq tad-dielja, rimja tal-ħops u partijiet ta’ pjanti tajbin għall-ikel oħra simili li jaqgħu taħt is-subintestatura ex 2008 99 99

    taħlitiet ta’ banana preparati jew preżervati b'mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 92 59 , ex 2008 92 78 , ex 2008 92 93  u ex 2008 92 98

    banana preparata jew preżervata b'mod ieħor tas-subintestaturi ex 2008 99 49 , ex 2008 99 67  u ex 2008 99 99

    Faqqiegħ tal-bott

    2003 10

    Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, preparat jew preżervat b’mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku.

    Frott proviżorjament priżervat fis-salmura

    ex 0812

    Frott u lewż preżervati proviżorjament fis-salmura, iżda li f'dak l-istat mhumiex tajbin għal konsum immedjat, minbarra l-banana preżervata proviżorjament li taqa’ taħt is-subintestatura ex 0812 90 98 .

    Frott imnixxef

    ex 0813

    Frott niexef, minbarra dak tal-intestaturi 0801 sa 0806 ;

    0804 20 90

    Tin imnixxef;

    0806 20

    Għeneb imnixxef;

    ex 2008 19

    - lewż ieħor preparat jew preżervat mod ieħor, kemm jekk biz-zokkor jew xi sustanzi oħra ta’ ħlewwa miżjuda jew le, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor, minbarra l-lewż tropikali u t-taħlitiet tiegħu.

    Frott u ħxejjex oħra proċessati

     

    Frott u ħxejjex proċessati elenkati fil-Part X tal-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, differenti mill-prodotti elenkati fil-kategoriji ta’ hawn fuq.

    Ħwawar aromatiċi proċessati

    ex 0910

    Sagħtar imnixxef

    ex 1211

    Ħabaq, melissa, nagħniegħ, l-origanum vulgare (origanu/merdqux selvaġġ), klin, salvja, kemm jekk maqtugħa, imfarrka jew mitħuna.

    Trab tal-paprika

    ex 0904

    Il-bżar tal-ġenus Piper; Frott tal-ġenus Capsicum jew tal-ġenus Pimenta mnixxef jew imfarrak jew mitħun eskluż il-bżar ħelu li jaqa’ fis-subintestatura 0904 20 10 .”


    ANNESS II

    “ANNESS XI

    SPEJJEŻ TAT-TRASPORT SKONT ID-DISTRIBUZZJONI BLA ĦLAS IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 82(1)

    Distanza bejn il-Post tal-irtirar u l-post tal-kunsinna

    Spejjeż tat-trasport

    (EUR/tunnellata)

    Inqas minn 25km

    18,2

    Minn 25km sa 200km

    41,4

    Minn 200km sa 350km

    54,3

    Minn 350km sa 500km

    72,6

    Minn 500km sa 750km

    95,3

    750km jew aktar

    108,3

    Suppliment għat-trasport refriġerat: EUR 8,5/t.”


    ANNESS III

    “ANNESS XII

    PARTI A

    SPEJJEŻ TAL-GĦAŻLA U L-IPPAKKJAR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83(1)

    Prodott

    Spejjeż tal-għażla u l-ippakkjar

    (EUR/tunnellata)

    Tuffieħ

    187,7

    Lanġas

    159,6

    Larinġ

    240,8

    Klementin

    296,6

    Ħawħ

    175,1

    Nuċiprisk

    205,8

    Dulliegħ

    167,0

    Pastard

    169,1

    Prodotti oħra

    201,1

    PARTI B

    DIKJARAZZJONI GĦALL-IPAKKJAR TAL-PRODOTTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83(2)

    Продукт, предназначен за безплатна дистрибуция (Регламент (ЕO) № 1580/2007)

    Producto destinado a su distribución gratuita [Reglamento (CE) no 1580/2007]

    Produkt určený k bezplatné distribuci [nařízení (ES) č. 1580/2007]

    Produkt til gratis uddeling (forordning (EF) nr. 1580/2007)

    Zur kostenlosen Verteilung bestimmtes Erzeugnis (Verordnung (EG) Nr. 1580/2007)

    Tasuta jagamiseks mõeldud tooted [määrus (EÜ) nr 1580/2007]

    Προϊόν προοριζόμενο για δωρεάν διανομή [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1580/2007]

    Product for free distribution (Regulation (EC) No 1580/2007)

    Produit destiné à la distribution gratuite [règlement (CE) no 1580/2007]

    Prodotto destinato alla distribuzione gratuita [regolamento (CE) n. 1580/2007]

    Produkts paredzēts bezmaksas izplatīšanai [Regula (EK) Nr. 1580/2007]

    Produktas skirtas nemokamai distribucijai [Reglamentas (EB) Nr. 1580/2007]

    Ingyenes szétosztásra szánt termék (1580/2007/EK rendelet)

    Prodott destinat għad-distribuzzjoni bla ħlas [Regolament (KE) Nru. 1580/2007]

    Voor gratis uitreiking bestemd product (Verordening (EG) nr. 1580/2007)

    Produkt przeznaczony do bezpłatnej dystrybucji [Rozporządzenie (WE) nr 1580/2007]

    Produto destinado a distribuição gratuita [Regulamento (CE) n.o 1580/2007]

    Produs destinat distribuției gratuite [Regulamentul (CE) nr. 1580/2007]

    Výrobok určený na bezplatnú distribúciu [nariadenie (ES) č. 1580/2007]

    Proizvod, namenjen za prosto razdelitev [Uredba (ES) št. 1580/2007]

    Ilmaisjakeluun tarkoitettu tuote (asetus (EY) N:o 1580/2007)

    Produkt för gratisutdelning (förordning (EG) nr 1580/2007)”


    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/19


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 688/2010

    tat-30 ta’ Lulju 2010

    li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

    Billi:

    Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Lulju 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


    ANNESS

    il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    (EUR/100 kg)

    Kodiċi NM

    Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

    Valur fiss tal-importazzjoni

    0702 00 00

    MK

    36,4

    TR

    50,2

    ZZ

    43,3

    0707 00 05

    TR

    105,8

    ZZ

    105,8

    0709 90 70

    TR

    117,1

    ZZ

    117,1

    0805 50 10

    AR

    103,9

    UY

    82,0

    ZA

    92,5

    ZZ

    92,8

    0806 10 10

    AR

    137,6

    CL

    134,6

    EG

    134,2

    IL

    126,4

    MA

    162,9

    TR

    144,4

    ZA

    93,9

    ZZ

    133,4

    0808 10 80

    AR

    100,7

    BR

    75,4

    CL

    103,7

    CN

    86,7

    NZ

    109,5

    US

    112,2

    UY

    111,6

    ZA

    104,8

    ZZ

    100,6

    0808 20 50

    AR

    72,1

    CL

    150,6

    ZA

    98,1

    ZZ

    106,9

    0809 10 00

    TR

    185,0

    ZZ

    185,0

    0809 20 95

    TR

    224,7

    ZZ

    224,7

    0809 30

    TR

    161,5

    ZZ

    161,5

    0809 40 05

    BA

    62,1

    IL

    162,3

    TR

    126,3

    XS

    70,3

    ZZ

    105,3


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/21


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 689/2010

    tat-30 ta’ Lulju 2010

    li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 666/2010 (4).

    (2)

    L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Lulju 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

    (3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

    (4)  ĠU L 193, 24.7.2010, p. 14.


    ANNESS

    L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-31 ta’ Lulju 2010

    (EUR)

    Kodiċi NM

    Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

    1701 11 10  (1)

    44,37

    0,00

    1701 11 90  (1)

    44,37

    1,59

    1701 12 10  (1)

    44,37

    0,00

    1701 12 90  (1)

    44,37

    1,30

    1701 91 00  (2)

    43,70

    4,36

    1701 99 10  (2)

    43,70

    1,23

    1701 99 90  (2)

    43,70

    1,23

    1702 90 95  (3)

    0,44

    0,25


    (1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/23


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 690/2010

    tat-30 ta’ Lulju 2010

    li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2010

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

    (2)

    L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

    (3)

    Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament imsemmi.

    (4)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2010, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Mill-1 ta’ Awwissu 2010, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


    ANNESS I

    Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2010

    Kodiċi NK

    Isem tal-merkanziji

    Dazju tal-importazzjoni (1)

    (EUR/t)

    1001 10 00

    QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

    0,00

    ta' kwalità medja

    0,00

    ta' kwalità baxxa

    0,00

    1001 90 91

    QAMĦ għaż-żrigħ

    0,00

    ex 1001 90 99

    QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

    0,00

    1002 00 00

    SEGALA

    27,63

    1005 10 90

    QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

    9,14

    1005 90 00

    QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

    9,14

    1007 00 90

    SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

    27,63


    (1)  Għall-prodotti li jaslu fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

    EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt jinsab fil-Baħar Mediterran jew fil-Baħar l-Iswed,

    EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Isvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

    (2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 huma sodisfatti.


    ANNESS II

    Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

    15.7.2010-29.7.2010

    (1)

    Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

    (EUR/t)

     

    Qamħ (1)

    Qamħirrum

    Qamħ iebes kwalità għolja

    Qamħ iebes, kwalità medja (2)

    Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

    Xgħir

    Borża

    Minneapolis

    Chicago

    Kwotazzjoni

    191,23

    114,99

    Prezz FOB USA

    139,55

    129,55

    109,55

    79,25

    Tariffa fuq il-Golf

    12,23

    Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

    15,25

    (2)

    Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

    Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

    20,68  EUR/t

    Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

    50,15  EUR/t


    (1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

    (2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].

    (3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010].


    DEĊIŻJONIJIET

    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/26


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-13 ta’ Lulju 2010

    dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Bulgarija

    (2010/422/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(6) flimkien mal-Artikolu 126(13) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet magħmula mill-Bulgarija,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 126(1) tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits pubbliċi eċċessivi.

    (2)

    Il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir huwa msejjes fuq l-għan ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz ta’ tisħiħ tal-kundizzjonijiet għall-istabbiltà tal-prezzijiet u għal tkabbir qawwi sostenibbli li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi.

    (3)

    Il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv (PŻE) skont l-Artikolu 126 tat-Trattat, kif iċċarata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (1) (li jagħmel parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir), tipprovdi għal deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv. Il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat jistipula dispożizzjonijiet oħra relatati mal-implimentazzjoni tal-PŻE. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 (2) jistipula definizzjonijiet u regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ dan il-Protokoll.

    (4)

    Ir-riforma tal-2005 tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fittxet li ssaħħaħ l-effikaċja u l-bażi ekonomika kif ukoll li tissalvagwardja s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fit-tul. Din immirat li tiżgura li b’mod partikolari, l-isfond ekonomiku u baġitarju jiġi kkunsidrat bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-PŻE. B’dan il-mod, il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir jipprovdi l-qafas li jsostni l-politiki tal-gvern għal ritorn ta’ malajr lejn pożizzjonijiet baġitarji mingħajr problemi billi titqies il-qagħda ekonomika.

    (5)

    L-Artikolu 126(5) tat-Trattat jitlob li l-Kummissjoni tindirizza opinjoni lill-Kunsill jekk il-Kummissjoni tqis li jeżisti jew li jista’ jkun hemm defiċit eċċessiv fi Stat Membru. Wara li qieset ir-rapport tagħha skont l-Artikolu 126(3) u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju skont l-Artikolu 126(4), il-Kummissjoni kkonkludiet li jeżisti defiċit eċċessiv fil-Bulgarija. Il-Kummissjoni għalhekk indirizzat tali opinjoni lill-Kunsill fir-rigward tal-Bulgarija fis-6 ta’ Lulju 2010 (3).

    (6)

    L-Artikolu 126(6) tat-Trattat jiddikjara li l-Kunsill għandu jikkunsidra kull osservazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat ikun jixtieq jagħmel qabel ma jiddeċiedi, wara valutazzjoni ġenerali, jekk jeżistix defiċit eċċessiv. Fil-każ tal-Bulgarija, din il-valutazzjoni ġenerali twassal għall-konklużjonijiet li ġejjin.

    (7)

    Skont id-data nnotifikata mill-awtoritajiet Bulgari f’April 2010, id-defiċit pubbliku fil-Bulgarija laħaq it-3,9 % tal-PGD fl-2009, b’hekk qabeż il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD. Id-defiċit ma kienx qrib il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PGD iżda l-eċċess fuq il-valur ta’ referenza ma jistax jiġi kwalifikat bħala eċċezzjonali skont it-tifsira tat-Trattat u l-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. B’mod partikolari, dan irriżulta mit-tnaqqis qawwi fir-ritmu ekonomiku fis-sens tat-Trattat u l-Patt ta’ Stabbiltà’ u Tkabbir, hekk kif il-kriżi globali ekonomika u finanzjarja laqtet sew l-ekonomija tal-Bulgarija u l-volum tat-tkabbir negattiv annwali tal-PGD laħaq il-5 % fl-2009. Skont it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2010, diġa’ fl-2010 id-defiċit pubbliku se jinżel taħt il-valur ta’ referenza flimkien mal-istabbilizzazjoni tal-ekonomija u bħala riżultat tal-miżuri tal-konsolidament fiskali li saru mill-gvern. Madankollu, abbażi tal-mira riveduta ta’ defiċit għall-2010 (3,8 % tal-PGD skont in-notifika tat-22 ta’ Ġunju 2010 mill-awtoritajiet Bulgari), ogħla sew mit-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa ta’ 2,8 % tal-PGD, il-ksur tal-valur ta’ referenza jista’ ma jibqax wieħed temporanju. Il-kriterju tad-defiċit fit-Trattat mhuwiex sodisfatt.

    (8)

    Skont id-data notifikata mill-awtoritajiet Bulgari f’April 2010, id-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika ġenerali jibqa’ taħt sew il-valur tar-referenza ta’ 60 % tal-PGD u kien ta’ 14,8 % tal-PGD fl-2009. It-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa 2010 jipprevedi li l-proporzjon ta’ dejn se jiżdied matul il-perjodu 2010-2011, imma jibqa’ taħt id-19 % tal-PGD. F’notifika sottomessa fit-22 ta’ Ġunju 2010, l-awtoritajiet Bulgari komplew jirrevedu d-dejn ippjanat għall-2010 għal 15,3 % tal-PGD. Il-kriterju tad-dejn fit-Trattat huwa sodisfatt.

    (9)

    Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, “fatturi rilevanti” jistgħu jitqiesu biss fl-istadji li jwasslu għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv b’konformità mal-Artikolu 126(6) jekk il-kundizzjoni doppja - li d-defiċit jibqa’ qrib il-valur ta’ referenza u li l-eċċess tiegħu fuq il-valur ta’ referenza jkun temporanju - tiġi ssodisfata għal kollox. Fil-każ tal-Bulgarija, din il-kundizzjoni doppja mhix sodisfatta. Għalhekk, fatturi rilevanti ma jitqisux fl-istadji li jwasslu għal din id-Deċiżjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Minn valutazzjoni ġenerali jirriżulta li jeżisti defiċit eċċessiv fil-Bulgarija.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    S. VANACKERE


    (1)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

    (2)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

    (3)  Id-dokumenti kollha marbuta mal-PŻE għall-Bulgarija jinsabu fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/sgp/deficit/countries/index_en.htm


    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/28


    DEĊIŻJONI ATALANTA/4/2010 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ

    tad-19 ta’ Lulju 2010

    dwar il-ħatra ta’ Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

    (2010/423/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.

    (2)

    Fit-23 ta’ Marzu 2010, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/2/2010 (2) dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Jan THÖRNQVIST bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

    (3)

    Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar il-Viċi Ammirall Philippe COINDREAU bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.

    (4)

    Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

    (5)

    Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Viċi Ammirall Philippe COINDREAU huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bt tas-Somalja.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Awwissu 2010.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    W. STEVENS


    (1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

    (2)  ĠU L 83, 30.3.2010, p. 22.


    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/29


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/424/PESK

    tas-26 ta’ Lulju 2010

    li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1).

    (2)

    L-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK kienet estiża l-aħħar bl-Azzjoni Konġunta 2009/572/PESK (2) sal-14 ta’ Settembru 2010. L-ammont finanzjarju ta’ referenza previst biex tkun koperta n-nefqa relatata mal-EUMM Georgia sa dik id-data ġie stabbilit għal EUR 49 600 000. L-ammont finanzjarju ta’ referenza għandu jiżdied b’ EUR 2 500 000 sabiex jippermetti għall-ħtiġiet operattivi addizzjonali tal-Missjoni.

    (3)

    L-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 14(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK huwa hawnhekk sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza intenzjonat sabiex tkun koperta n-nefqa relatata mal-Missjoni għandu jkun ta’ EUR 52 100 000 .”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.

    (2)  ĠU L 197, 29.7.2009, p. 110.


    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-28 ta’ Lulju 2010

    li temenda d-Deċiżjoni 2009/767/KE rigward l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ fiduċja ta’ fornituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati mill-Istati Membri

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5063)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/425/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-użu transkonfinali ta’ firem elettroniċi avvanzati appoġġjati minn ċertifikat ikkwalifikat u maħluq kemm bl-użu ta’ tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri kif ukoll mingħajru kien iffaċilitat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal-“punti ta’ kuntatt waħdieni” skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (2) li tobbliga lill-Istati Membri jagħmlu disponibbli l-informazzjoni neċessarja għall-validazzjoni ta’ dawn il-firem elettroniċi. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-hekk magħrufa informazzjoni dwar “listi ta’ fiduċja” tagħhom dwar fornituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati kkwalifikati lill-pubbliku skont id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (3) u kkontrollati/akkreditati minnhom u dwar is-servizzi li joffru,

    (2)

    Kienu organizzati għadd ta’ testijiet prattiċi mal-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI) li jippermettu lill-Istati Membri biex jiċċekkjaw il-konformità tal-listi ta’ fiduċja tagħhom mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2009/767/KE. Dawn it-testijiet urew li kienu meħtieġa xi tibdiliet tekniċi fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2009/767/KE, biex jiżguraw l-iffunzjonar u l-interoperabbiltà tal-listi ta’ fiduċja,

    (3)

    Dawn it-testijiet ikkonfermaw il-bżonn għall-Istati Membri li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku mhux biss il-verżjonijiet leġibbli mill-bniedem tal-listi ta’ fiduċja kif tesiġi d-Deċiżjoni 2009/767/KE iżda wkoll il-forom proċessabbli bil-magni tagħhom. L-użu manwali tal-forom leġġibbli mill-bniedem tal-listi ta’ fiduċja jista’ jkun relattivament kumpless u wieħed li jieħu ħafna ħin meta l-Istati Membri jkollhom ħafna fornituri tas-servizz ta’ ċertifikazzjoni. Il-pubblikazzjoni ta’ forom proċessabbli bil-magni tal-listi ta’ fiduċja se tiffaċilita l-użu tagħhom billi tippermetti l-ipproċessar awtomatizzat tagħhom u b’hekk jissaħħaħ l-użu tagħhom fis-servizzi elettroniċi pubbliċi,

    (4)

    Sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għal-listi ta’ fiduċja nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni informazzjoni relatata mal-post u l-protezzjoni tal-listi ta’ fiduċja tagħhom. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli b’mod sikur mill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħra,

    (5)

    Għandhom ikunu kkunsidrati r-riżultati ta’ dawn it-testijiet prattiċi fuq il-listi ta’ fiduċja tal-Istati Membri sabiex ikun possibbli użu awtomatizzat tal-listi u biex ikun iffaċilitat l-aċċess għalihom,

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2009/767/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

    (7)

    Sabiex ikun possibbli li l-Istati Membri jwettqu t-tibdiliet tekniċi meħtieġa għal-listi ta’ fiduċja kurrenti tagħhom, ikun xieraq li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2010,

    (8)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Direttiva tas-Servizzi,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emendi għad-Deċiżjoni 2009/767/KE

    Id-Deċiżjoni 2009/767/KE hija emendata kif ġej:

    1

    L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw, kemm forma tal-lista ta’ fiduċja leġibbli mill-bniedem kif ukoll forma proċessabbli bil-magni, skont l-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness.”

    (b)

    Għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

    “2a.   L-Istati Membri għandhom jiffirmaw elettronikament il-forma proċessabbli bil-magni tal-listi ta’ fiduċja tagħhom, u bħala minimu għandhom jippubblikaw il-forma li tista’ tinqara mill-bniedem tal-lista ta’ fiduċja permezz ta’ kanal sikur sabiex tkun żgurata l-awtentiċità u l-integrità tagħha.”

    (c)

    Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    l-entità jew l-entitajiet responsabbli għall-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-pubblikazzjoni kemm tal-forom leġibbli mill-bniedem mill-bniedem kif ukoll dawk li huma proċessabbli bil-magni tal-lista ta’ fiduċja;

    (b)

    il-postijiet fejn huma ppubblikati kemm il-forom leġibbli mill-bniedem kif ukoll dawk li huma proċessabbli bil-magni tal-lista ta’ fiduċja;

    (c)

    iċ-ċertifikat ta’ ċavetta pubblika użat għallimplimentazzjoni tal-kanal sikur li permezz tiegħu tkun ippubblikata l-lista ta’ fiduċja leġibbli mill-bniedem jew, jekk il-lista leġibbli mill-bniedem tkun iffirmata elettronikament, iċ-ċertifikat ta’ ċavetta pubblika użat biex tkun iffirmata;

    (d)

    iċ-ċertifikat ta’ ċavetta pubblika użat biex tkun iffirmata elettronikament il-forma proċessabbli bil-magni tal-lista ta’ fiduċja;

    (e)

    kwalunkwe tibdil tal-informazzjoni fil-punti (a) sa (d).”

    (d)

    Għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

    “4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri kollha, permezz ta’ kanal sikur għal server ta’ web awtentikat, l-informazzjoni msemmija filparagrafu 3, kif innotifikata mill-Istati Membri, kemm fil-forma leġibbli mill-bniedem kif ukoll f’forma ffirmata proċessabbli b’magna.”

    2

    L-Anness huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Applikazzjoni

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2010.

    Artikolu 3

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Michel BARNIER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

    (2)  ĠU L 274, 20.10.2009, p. 36.

    (3)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.


    ANNESS

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2009/767/KE huwa emendat kif ġej:

    1.

    Il-Kapitolu I jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    L-ewwel u t-tieni sentenzi tat-tieni paragrafu jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “L-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin jissejsu fuq l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti mogħtija f’ETSI TS 102231 v.3.1.2. Fejn ma jingħata l-ebda rekwiżit speċifiku f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ir-rekwiżiti minn ETS TS 102231 v.3.1.2 GĦANDHOM japplikaw bis-sħiħ.”

    (b)

    It-tieni paragrafu tat-taqsima “TSL tag (il-klawsola 5.2.1)” jitħassar.

    (ċ)

    Il-paragrafu li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “TSL sequence number (il-klawsola 5.3.2)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ. GĦANDU jispeċifika n-numru ta’ sekwenza tat-TSL. B’bidu mill-‘1’ mal-ewwel verżjoni tat-TSL, dan il-valur intier GĦANDU jiżdied ma’ kull verżjoni sussegwenti tat-TSL. MA GĦANDUX jiġi rriċiklat għal ‘1’ meta jiżdied il-valur ‘TSL version identifier’ ta’ hawn fuq.”

    (d)

    L-ewwel paragrafu li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “TSL type (il-klawsola 5.3.3)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ, u jispeċifika t-tip ta’ TSL. Il-valur tiegħu GĦANDU jkun http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/TSLType/generic (Generic).”

    (e)

    It-tielet paragrafu li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “TSL type (il-klawsola 5.3.3)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “URI: (Generic) http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/TSLType/generic”

    (f)

    It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “Scheme operator name (il-klawsola 5.3.4)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Huwa f’idejn kull Stat Membru biex jaħtar l-operatur tal-Iskema għall-implimentazzjoni TSL tal-Lista’ ta’ Fiduċja tal-Istat Membru li jkun.”

    (g)

    Ir-raba’ paragrafu li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “Scheme operator name (il-klawsola 5.3.4)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “L-Operatur tal-Iskema msemmi (il-klawsola 5.3.4) huwa l-entità li se tiffirma t-TSL.”

    (h)

    Ir-raba’ inċiż li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “Scheme name (il-klawsola 5.3.6)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    ‘“EN_name_value”= Supervision/Accreditation Status List of certification services from Certification Service Providers, which are supervised/accredited by the referenced Member State for compliance with the relevant provisions laid down in Directive 1999/93/EC and its implementation in the referenced Member State’s laws.’

    (i)

    L-ewwel paragrafu li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “Service type identifier” (il-klawsola 5.5.1) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika l-identifikatur tat-tip ta’ servizz skont it-tip tal-ispeċifikazzjonijiet TSL attwali (jiġifieri ‘/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/TSLtype/generic’)”.

    (j)

    Il-ħames inċiż li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “Service current status (il-klawsola 5.5.4)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “—

    Accredited http://uri.etsi.org/TrstSvc/eSigDir-1999-93-EC-TrustedList/Svcstatus/accredited);”

    (k)

    Id-disa’ inċiż li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “Service current status (il-klawsola 5.5.4)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “—   Sorveljanza ta’ servizz fil-proċess li jitwaqqaf: Is-servizz identifikat fis-‘Service digital identity’ (il-klawsola 5.5.3) ipprovdut mis-CSP identifikat f‘TSP name’ (il-klawsola 5.4.1) jinsab fil-proċess li jitwaqqaf iżda għadu ssorveljat, sakemm is-sorveljanza titwaqqaf jew tiġi rrevokata. Filkaż li persuna legali differenti minn dik identifikata fi ‘TSP name’ tkun ħadet ir-responsabbiltà li tiżgura din il-fażi ta’ waqfien, l-identifikazzjoni ta’ din il-persuna legali ġdida jew ta’ sigurtà (fallback CSP) GĦANDHA tkun ipprovduta fl-‘Scheme service definition URI’ (il-klawsola 5.5.6) u fl-estensjoni ‘TakenOverBy’ (il-klawsola L.3.2) tal-entrata ta’ servizz.”

    (l)

    Il-ħames paragrafu li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “Service information extensions (il-klawsola 5.5.9)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Fil-kuntest ta’ implimentazzjoni XML, il-kontenut speċifiku ta’ tali tagħrif addizzjonali għandu jiġi kkodifikat bl-użu tal-fajls xsd kif ipprovdut fl-Anness C tal-ETSI TS 102231.”

    (m)

    It-taqsima bit-titlu “Service digital identity (il-klawsola 5.6.3) tiġi sostitwita b”dan li ġej:

    Service digital identity (il-klawsola 5.6.3)

    Dan l-ispazju huwa MEĦTIEĠ u GĦANDU jispeċifika mill-anqas rappreżentazzjoni waħda tal-identifikatur diġitali (jiġifieri ċ-ċertifikat X.509v3 użat fi ‘TSP Service Information – Service digital identity’ (il-klawsola 5.5.3) bl-istess format u tifsira kif definit fl-ETSI TS 102231, il-klawsola 5.5.3.

    Nota: Għal valur ta’ ċertifikat X.509v3 użat fil-klawsola 5.5.3 ‘Sdi’ ta’ servizz, għandu jkun hemm entrata ta’ servizz waħda biss f’Lista ta’ Fiduċja għal kull valur ‘Sti:Sie/additionalServiceInformation’. L-informazzjoni ‘Sdi’ (il-klawsola 5.6.3) użata fl-informazzjoni storika tal-approvazzjoni tas-servizz assoċjata ma’ entrata ta’ servizz u l-informazzjoni ‘Sdi’ (il-klawsola 5.5.3) użata fl-entrata ta’ servizz GĦANDHOM ikunu relatati mal-istess valur ta’ ċertifikat X.509v3. Meta servizz elenkat ikun qed jibdel l-‘Sdi’ tiegħu (jiġifieri tiġdid jew tfassil mill-ġdid ta’ ċertifikat X.509v3 għal pereżempju CA/PKC jew CA/QC) jew il-ħolqien ta’ servizz ‘Sdi’ ġdid bħal dan, anke b’valuri identiċi għal ‘Sti’, “Sn” u (‘Sie’], dan ifisser li l-Operatur tal-Iskema GĦANDU joħloq entrata ta’ servizz differenti minn dik preċedenti.”

    (n)

    It-taqsima bit-titolu ta’ “Signed TSL” tiġi sostitwita b’dan li ġej:

    Signed TSL

    L-implimentazzjoni tat-TSL leġibbli mill-bniedem tal-Lista ta’ Fiduċja, stabbilita b’dawn l-ispeċifikazzjonijiet, u b’mod partikolari l-Kapitolu IV GĦANDU jiġi ffirmat minn ‘Scheme operator name’ (il-klawsola 5.3.4) biex jiġu żgurati l-awtentiċità u l-integrità tiegħu (*). Il-format tal-firma GĦANDU jkun PadES parti 3 (ETSI TS 102 778-3) (**) iżda JISTA’ jkun PadES parti 2 (ETSI TS 102 778-2 (***)) fil-kuntest tal-mudell ta’ fiduċja speċifiku stabbilit permezz tal-pubblikazzjoni taċ-ċertifikati użati biex jiġu ffirmati l-Listi ta’ Fiduċja.

    L-implimentazzjoni tat-TSL proċessabbli bil-magnital-Lista ta’ Fiduċja, stabbilita b’dawn l-ispeċifikazzjonijiet, GĦANDHOM jiġi ffirmati minn ‘Scheme operator name’ (il-klawsola 5.3.4) biex jiġu żgurati l-awtentiċità u l-integrità tagħha. Il-format tal-implimentazzjoni TSL proċessabbli bil-magni tal-Lista ta’ Fiduċja, stabbilit skont dawn l-ispeċifikazzjonijiet, GĦANDHOM ikunu XML u GĦANDHOM jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Annessi B u C tal-ETSI TS 102231.

    Il-format tal-firma GĦANDU jkun XadES BES jew EPES kif stipulat fl-ispeċifikazjonijiet ETSI TS 101 903 għall-implimentazzjonijiet XML. Implimentazzjoni bħal din tal-firma elettronika GĦANDHA taqdi r-rekwiżiti kif stipulat fl-Anness B tal-ETSI TS 102 231 (****). Rekwiżiti ġenerali addizzjonali rigward din il-firma jingħataw fit-taqsimiet li ġejjin.

    (*)  Fil-każ li l-implimentazzjoni TLS leġibbli mill-bniedem tal-Lista ta’ Fiduċja ma tiġix iffirmata, l-awtentiċità u l-integrità tagħha GĦANDHA tkun iggarantita b’kanal ta’ komunikazzjoni xieraq b’livell ta’ sigurtà ekwivalenti. Użu ta’ TLS (IETF RFC 5246: ‘The Transport Layer Security (TLS) Protocol Version 1.2’) huwa rrakkomandat għal dan l-iskop u l-marka tas-swaba taċ-ċertifikat tal-kanal TLS GĦANDHA tkun disponibbli barra mill-frekwenza għall-utenti TSL mill-Istat Membru."

    (**)  ETSI TS 102 778-3 – Electronic Signatures and Infrastructures (ESI): PDF Advanced Electronic Signature Profiles; Parti 3: PAdES Enhanced - PAdES-BES and PAdES-EPES Profiles."

    (***)  ETSI TS 102 778-2 – Electronic Signatures and Infrastructures (ESI): PDF Advanced Electronic Signature Profiles; Parti 2: PAdES Basic – Profil ibbażat fuq ISO 32000-1."

    (****)  Huwa obbligatorju li jitħares iċ-ċertifikat ta’ ffirmar tal-Operatur tal-Iskema, bil-firma b’wieħed mill-modi speċifikati minn ETSI TS 101 903 u d-ds:keyInfo għandha tinkludi l-katina taċ-ċertifikat rilevanti fejn applikabbli.;”"

    (o)

    It-tieni paragrafu li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “Scheme identification (il-klawsola 5.7.2)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Fil-kuntest ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, ir-referenza assenjata GĦANDHA tinkludi t-‘TSL type’ (il-klawsola 5.3.3), l-‘Scheme name’ (il-klawsola 5.3.6) u l-valur tal-estensjoni SubjectKeyIdentifier taċ-ċertifikat użat mill-operatur tal-Iskema għall-iffirmar elettroniku tat-TSL.”

    (p)

    It-tieni paragrafu li jiġi wara t-titlu tat-taqsima “additionalServiceInformation Extension (il-klawsola 5.8.2)” jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Id-dereferenzjar tal-URI GĦANDU jwassal għal informazzjoni leġibbli mill-bniedem (għallinqas bl-EN u potenzjalment f’lingwa nazzjonali waħda jew iktar) li hija meqjusa xierqa u suffiċjenti għal parti utenti biex tinftiehem l-estensjoni u b’mod partikolari għandu jispjega t-tifsira tal-URIs imsemmija billi jispeċifika l-valuri possibbli għal serviceInformation u t-tifsira għal kull valur.”

    (q)

    It-taqsima bit-titlu “Qualifications Extension (il-klawsola L.3.1)” tiġi sostitwita b dan li ġej

    Qualifications Extension (il-klawsola L.3.1.)

    Deskrizzjoni: Dan l-ispazju huwa FAKULTATTIV u GĦANDU jkun preżenti fejn l-użu tiegħu huwa MEĦTIEĠ, eż. għal servizzi RootCA/QC jew CA/QC, kif ukoll fejn

    it-tagħrif mogħti fi ‘Service digital identity’ mhuwiex biżżejjed biex jidentifika mingħajr ambigwità ċ-ċertifikati kwalifikati maħruġa minn dan is-servizz

    l-informazzjoni preżenti fiċ-ċertifikati kwalifikati relatati ma tippermettix l-identifikazzjoni li tista’ tiġi pproċessat minn magna, tal-fatti dwar jekk il-QC hux sostnut jew le minn SSCD.

    Meta użat din l-estensjoni tal-livell tas-servizz GĦANDHA tintuża biss fil-qasam iddefinit fis-‘Service information extension’ (il-klawsola 5.5.9) u GĦANDHA tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness L.3.1 tal-ETSI TS 102 231.”

    (r)

    Wara t-taqsima Qualifications Extension (il-klawsola L.3.1), għandha tiżdied it-taqsima TakenOverBy Extension (il-klawsola L 3.2) kif ġej:

    TakenOverBy Extension (il-klawsola L.3.2)

    Deskrizzjoni: Din l-estensjoni hija FAKULTATTIVA iżda GĦANDHA tkun preżenti meta servizz li qabel kien taħt ir-responsabbiltà legali ta’ CSP isir responsabbiltàta’ TSP oħra u għandha l-għan li tiddikjara formalment ir-responsabbiltà legali ta’ servizz u li tippermetti s-software ta’ verifikazzjoni biex juri lill-utent xi dettalji legali. L-informazzjoni provduta f’din l-estensjoni GĦANDHA tkun konsistenti mal-użu relatat tal-klawsola 5.5.6 u GĦANDHA tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness L.3.2 tal-ETSI TS 102 231.”

    2.

    Il-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “KAPITOLU II

    Meta jistabbilixxu l-Listi ta’ Fiduċja tagħhom, l-Istati Membri se jużaw:

     

    Kodiċijiet tal-lingwi b’ittri żgħar u kodiċijiet tal-pajjiż b’ittri kbar;

     

    Kodiċijiet tal-lingwi u tal-pajjiż skont it-Tabella li tidher hawn taħt;

    Meta jkun preżenti l-iskritt Latin (bil-kodiċi tal-lingwa propju tiegħu) tiżdied transliterazzjoni fl-iskritt Latin bil-kodiċijiet tal-lingwa relatati kif speċifikat fit-Tabella li tidher hawn taħt.

    Short name

    (source language)

    Short name

    (English)

    CountryCode

    LanguageCode

    Notes

    Transliteration in Latin script

    Belgique/België

    Belgium

    BE

    nl, fr, de

     

     

    България (*****)

    Bulgaria

    BG

    bg

     

    bg-Latn

    Česká republika

    Czech Republic

    CZ

    cs

     

     

    Danmark

    Denmark

    DK

    da

     

     

    Deutschland

    Germany

    DE

    de

     

     

    Eesti

    Estonia

    EE

    et

     

     

    Éire/Ireland

    Ireland

    IE

    ga, en

     

     

    Ελλάδα (*****)

    Greece

    EL

    el

    Country code recommended by EU

    el-Latn

    España

    Spain

    ES

    es

    also Catalan (ca), Basque (eu), Galician (gl)

     

    France

    France

    FR

    fr

     

     

    Italia

    Italy

    IT

    it

     

     

    Κύπρος/Kıbrıs (*****)

    Cyprus

    CY

    el, tr

     

    el-Latn

    Latvija

    Latvia

    LV

    lv

     

     

    Lietuva

    Lithuania

    LT

    lt

     

     

    Luxembourg

    Luxembourg

    LU

    fr, de, lb

     

     

    Magyarország

    Hungary

    HU

    hu

     

     

    Malta

    Malta

    MT

    mt, en

     

     

    Nederland

    Netherlands

    NL

    nl

     

     

    Österreich

    Austria

    AT

    de

     

     

    Polska

    Poland

    PL

    pl

     

     

    Portugal

    Portugal

    PT

    pt

     

     

    România

    Romania

    RO

    ro

     

     

    Slovenija

    Slovenia

    SI

    sl

     

     

    Slovensko

    Slovakia

    SK

    sk

     

     

    Suomi/Finland

    Finland

    FI

    fi, sv

     

     

    Sverige

    Sweden

    SE

    sv

     

     

    United Kingdom

    United Kingdom

    UK

    en

    Country code recommended by EU

     

    Ísland

    Iceland

    IS

    is

     

     

    Liechtenstein

    Liechtenstein

    LI

    de

     

     

    Norge/Noreg

    Norway

    NO

    no, nb, nn

     

     

    (3)

    Il-Kapitolu III jitħassar.

    (4)

    Fil-Kapitolu IV, jiżdied l-inċiż li ġej wara s-sentenza introduttorja Il-kontenut tal-forma HR imsejsa fuq PDF/A tal-implimentazzjoni TSL tal-Lista ta’ Fiduċja GĦANDU jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    “—

    It-titolu tal-Listi ta’ Fiduċja leġibbli mill-bniedem għandu jkun mibni fuq il-konkatenazzjoni tal-elementi li ġejjin

    Stampa fakultattiva tal-bandiera nazzjonali tal-Istat Membru;

    Spazju vojt;

    Isem fil-Qasir tal-Pajjiż fil-lingwa/i sors (kif stipulat fl-ewwel kolonna tat-Tabella fil-Kapitolu II);

    Spazju vojt;

    ‘(’;

    Isem fil-Qasir tal-Pajjiż bl-Ingliż (kif stipulat fit-tieni kolonna tat-Tabella fil-Kapitolu II) fil-parentesi;

    ‘):’ bħala parentesi tal-għeluq u separatur;

    Spazju vojt;

    ‘Lista ta’ Fiduċja’;

    Stampa fakultattiva tal-Operatur tal-Iskema tal-Istat Membru.”


    (*****)  Transliterazzjoni bil-Latin: България = Bulgaria; Ελλάδα = Elláda; Κύπρος = Kýpros.”


    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-28 ta’ Lulju 2010

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum modifikat ġenetikament Bt11xGA21 (SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9), jew li jikkonsistu minnu jew huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5135)

    (It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/426/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Ottubru 2007, Syngenta Seeds S.A.S., f’isem Syngenta Crop Protection AG, ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel, ingredjenti tal-ikel, u għalf li fihom il-qamħirrum Bt11xGA21, jew li jikkonsistu minn, jew prodotti minnu (“l-applikazzjoni”).

    (2)

    L-applikazzjoni tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti oħra għajr l-ikel u l-għalf li fihom il-qamħirrum Bt11xGA21 jew li jikkonsistu minnu għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni. Għalhekk, skont l-Artikoli 5(5) u 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, din tinkludi d-dejta u t-tagħrif meħtieġa mill-Annessi III u IV tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) u tagħrif u konklużjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont il-prinċipji stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE. Din tinkludi wkoll pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

    (3)

    Fit-22 ta’ Settembru 2009, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”) tat opinjoni favorevoli skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Din qieset li, fir-rigward tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent, il-qamħirrum Bt11xGA21 huwa sikur daqs il-kontroparti tiegħu mhux modifikata ġenetikament. Għaldaqstant, ikkonkludiet li mhux probabbli li t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jkun fihom il-qamħirrum Bt11xGA21, li jikkonsistu minnu jew li jiġu prodotti minnu, kif deskritti fl-applikazzjoni (“il-prodotti”), ikollu xi effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew l-ambjent fil-kuntest tal-użu maħsub tagħhom (3). Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA qieset il-mistoqsijiet speċifiċi kollha u t-tħassib li tqajjem mill-Istati Membri fil-kuntest tal-konsultazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 6(4) u 18(4) ta’ dak ir-Regolament.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-pjan ta’ monitoraġġ ambjentali, li jikkonsisti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, imressaq mill-applikant huwa konformi mal-użu maħsub tal-prodotti.

    (5)

    Wara li tqiesu dawk il-kunsiderazzjonijiet, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni lill-prodotti.

    (6)

    Għandu jiġi assenjat identifikatur uniku għal kull OMĠ kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 tal-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (4).

    (7)

    Fuq il-bażi tal-opinjoni mogħtija mill-EFSA, l-ebda rekwiżiti tal-ittikkettjar speċifiċi għajr dawk stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma jidhru meħtieġa għal ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom il-qamħirrum Bt11xGA21, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu. Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-użu tal-prodotti fi ħdan il-limiti tal-awtorizzazzjoni stipulata minn din id-Deċiżjoni, l-ittikkettjar tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn OMĠ u prodotti oħrajn għajr l-ikel jew l-għalf li jkun fihom jew li jikkonsistu minn OMĠ li ntalbet l-awtorizzazzjoni għalihom, għandhom jindikaw b’mod ċar li l-prodotti kkonċernati m’għandhomx jintużaw għall-kultivazzjoni.

    (8)

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali. Dawk ir-riżultati għandhom jiġu ppreżentati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/770/KE tat-13 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi formati standard tar-rappurtar għall-preżentazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament, bħala jew fi prodotti, bl-għan tat-tqegħid fis-suq, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

    (9)

    L-opinjoni tal-EFSA ma tiġġustifikax l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq u/jew kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi għall-użu u l-ġarr, inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel jew l-għalf, jew kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħarsien ta’ ekosistemi/ambjent u/jew żoni ġeografiċi partikolari, kif stipulat fil-punt (e) tal-Artikoli 6(5) u 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (10)

    L-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    (11)

    L-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta’ prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (6), jistipula l-ħtiġijiet tal-ittikkettjar għal prodotti li jikkonsistu minn, jew li fihom l-OMĠ.

    (12)

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi mgħarrfa permezz tal-Clearing House dwar il-Bijosigurtà għall-Partijiet fil-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà mal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, skont l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 15(2)(c), tar-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (7).

    (13)

    L-applikant ġie kkonsultat dwar il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni.

    (14)

    Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu.

    (15)

    Fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill ma setax jilħaq deċiżjoni b’maġġoranza kwalifikata kemm favur kif ukoll kontra l-proposta. Il-Kunsill indika li l-proċedimenti dwar dan il-fajl kienu konklużi. Għaldaqstant, hija l-Kummissjoni li trid tadotta l-miżuri,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-organiżmu modifikat ġenetikament u l-identifikatur uniku

    Il-qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L.) Bt11xGA21, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, hu assenjat l-identifikatur uniku SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

    Artikolu 2

    L-Awtorizzazzjoni

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni:

    (a)

    ikel u ingredjenti tal-ikel li li jkun fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9, jew li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu;

    (b)

    għalf li jkun fih il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9, jew li jkun jikkonsisti minnu jew li hu prodott minnu;

    (c)

    prodotti oħra għajr l-ikel u l-għalf li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9, jew li jikkonsistu minnu, għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    Artikolu 3

    L-Ittikkettjar

    1.   Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

    2.   Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c) jew li jikkonsistu minnu, kif ukoll fid-dokumenti li jakkumpanjaw dawn il-prodotti.

    Artikolu 4

    Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali

    1.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ għall-effetti ambjentali, kif speċifikat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

    2.   Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta’ monitoraġġ skont id-Deċiżjoni 2009/770/KE.

    Artikolu 5

    Ir-reġistru Komunitarju

    L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament, kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    Artikolu 6

    Detentur tal-awtorizzazzjoni

    Id-detentur tal-awtorizzazzjoni se jkun Syngenta Seeds S.A.S., Franza, li jirrappreżenta lil Syngenta Crop Protection AG, l-Isvizzera.

    Artikolu 7

    Il-validità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta’ 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

    Artikolu 8

    Id-destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lil Syngenta Seeds S.A.S., Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur - Franza.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

    (3)  http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question = EFSA-Q-2006-020

    (4)  ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5.

    (5)  ĠU L 275, 21.10.2009, p. 9.

    (6)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24.

    (7)  ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1.


    ANNESS

    (a)   L-Applikant u d-Detentur tal-awtorizzazzjoni:

    Isem

    :

    Syngenta Seeds SAS

    Indirizz

    :

    Chemin de l’Hobit 12, BP 27 – F-31790 Saint-Sauveur – Franza

    F’isem Syngenta Crop Protection AG - Schwarzwaldallee 215 - CH 4058 Basle – l-Isvizzera

    (b)   L-isem u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

    1

    ikel u ingredjenti tal-ikel li li jkun fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9, jew li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu;

    2

    għalf li jkun fih il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9, jew li jkun jikkonsisti minnu jew li hu prodott minnu;

    3

    prodotti oħra għajr l-ikel u l-għalf li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9, jew li jikkonsistu minnu, għall-istess użi bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    Il-qamħirrum modifikat ġenetikament SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9, kif deskritt fl-applikazzjoni, hu prodott minn taħlit bejn il-qamħirrum li fih avvenimenti ta’ SYN-BTØ11-1 u MON-ØØØ21-9 u jesprimi l-proteina Cry1Ab li tilqa’ kontra ċerti organiżmi ta’ ħsara lepidotterani, il-proteina mEPSPS li twassal għat-tolleranza tal-erbiċidi tal-glyphosate u l-proteina PAT li twassal għat-tolleranza tal-erbiċidi tal-ammonju tal-glufosinat.

    (c)   L-ittikkettjar:

    1

    Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi tal-ittikkettjar stipulati fl-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”;

    2

    Il-kelmiet “mhux għall-kultivazzjoni” għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-prodotti li fihom il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9 li jissemma fl-Artikolu 2(b) u (c) ta’ din id-Deċiżjoni, jew li jikkonsistu minnu, kif ukoll fid-dokumenti li jakkumpanjaw dawn il-prodotti.

    (d)   Metodu għall-iżvelar:

    Metodi bbażati fuq il-PCR kwantitattiva fil-ħin reali għal avveniment speċifiku għall-qamħirrum ġenetikament modifikat SYN-BTØ11-1 u MON-ØØØ21-9 ivvalidat fuq il-qamħirrum SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9;

    Ivvalidat fuq żrieragħ mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdoss.htm

    Il-Materjal ta’ Referenza: ERM®-BF412 (għas-SYN-BTØ11-1) aċċessibbli miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, L-Istitut għal Materjal u Kejl ta’ Referenza (IRMM) f’https://irmm.jrc.ec.europa.eu/rmcatalogue u l-AOCS 0407 (for MON-ØØØ21-9) aċċessibbli mill-American Oil Chemists Society f’http://www.aocs.org/tech/crm

    (e)   L-identifikatur uniku:

    SYN-BTØ11-1xMON-ØØØ21-9

    (f)   L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta’ Cartagena dwar il-Bijosigurtà tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

    Clearing House tal-Bijosigurtà, in-numru tar-reġistru: ara [to be completed when notified].

    (g)   Kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward it-tqegħid fis-suq, l-użu jew il-maniġġ tal-prodotti:

    Mhux meħtieġa.

    (h)   Il-pjan ta’ monitoraġġ

    Il-pjan ta’ superviżjoni għall-effetti ambjentali li jikkonforma mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

    [Link: pjan ippubblikat fuq l-Internet]

    (i)   Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum tal-bniedem

    Mhux meħtieġa.

    Nota: il-links għal dokumenti rilevanti jista’ jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki jkunu disponibbli għall-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf modifikati ġenetikament.


    Rettifika

    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/40


    Rettifika għad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 133, tat-22 ta' Mejju 2008 )

    F’paġna 82, fl-Artikolu 26:

    minflok:

    “Fejn Stat Membru juża kwalunkwe mill-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5), 2(6), l-Artikolu 4(1), punt (c) ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikoli 6(2), 10(1), punt (g) ta' l-Artikolu 10(2),l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16 (4), huwa għandu …”;

    aqra:

    “Fejn Stat Membru juża kwalunkwe mill-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5), 2(6), l-Artikolu 4(1), il-punt (c) tal-Artikolu 4(2), l-Artikoli 6(2), 10(1), il-punt (f) tal-Artikolu 10(5),l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16 (4), huwa għandu …”.

    F’paġna 82, fl-Artikolu 27(2), it-tieni sentenza:

    minflok:

    “Il-Kummissjoni għandha tissorvelja wkoll l-effet ta' l-eżistenza ta' l-għażliet regolatorji semmijin fl-Artikolu 2 (5) u (6), l-Artikolu 4(1), punt (c) ta' l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 10(1), punt (g) ta' l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 14(2) u Artikolu 16(4), dwar is-suq intern u l-konsumaturi.”;

    aqra:

    “Il-Kummissjoni għandha tissorvelja wkoll l-effett tal-eżistenza tal-għażliet regolatorji msemmijin fl-Artikolu 2(5) u (6), l-Artikolu 4(1), il-punt (c) tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 6(2), il-punt (f) tal-Artikolu 10(5), l-Artikolu 14(2) u Artikolu 16(4) dwar is-suq intern u l-konsumaturi.”.

    F’paġna 87, fl-Anness II, l-Intestatura 3:

    minflok:

    “3.   Spejjeż tal-kreditu

    Ir-rata ta' self jew jekk applikabbli rati ta' self differenti li japplikaw għall-ftehim ta' kreditu

    [%

    fissa jew

    varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta' referenza applikabbli għar-rata ta' self inizjali)

    perijodi]

    Rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR)

    Din hija l-ispiża totali espressa bħala perċentwali annwali ta' lammont totali tal-kreditu.

    L-APR qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

    [% Eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata li għandha tiġi indikata hawn]

    Huwa obbligatorju biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu fuq it-termini jew il-kondizzjonijiet ikkumerċjalizzati, li tieħu

    kuntratt ta' assigurazzjoni li tassigura l-kreditu jew

    kuntratt ta' servizz anċillari ieħor?

    Jekk l-ispiża ta' dawn is-servizzi m'hijiex magħrufa mill-kreditur huma m'humiex inklużi fl-APR.

    Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' assigurazzjoni

    Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' servizz anċillari:

    Spejjeż relatati

     

    Jekk applikabbli

    Iż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet hija meħtieġa biex jiġu reġistrati kemm transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll ta' ġbid

     

    Jekk applikabbli

    Ammont ta' spejjeż għall-użu ta' mezz ta' ħlas speċifiku (per eżempju, karta ta' kreditu)

     

    Jekk applikabbli

    Kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu

     

    Jekk applikabbli

    Kondizzjonijiet taħt liema jistgħu jinbidlu l-ispejjeż imsemmija hawn fuq relatati mal-ftehim ta' kreditu

     

    Jekk applikabbli

    Obbligu tal-ħlas ta' onorarji notarili

     

    Spejjeż fil-każ ta' ħlas tard

    Ħlasijiet nieqsa jista' jkollhom konsegwenzi gravi għalik (per eżempju, bejgħ sfurzat) u jagħmlu l-kisba ta' kreditu aktardiffiċli.

    Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustar tar-rrata applikabbli u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet nieqsa.”;

    aqra:

    “3.   Spejjeż tal-kreditu

    Ir-rata ta' self jew, jekk applikabbli, rati ta' self differenti li japplikaw għall-ftehim ta' kreditu

    [%

    fissa jew

    varjabbli (bl-indiċi jew ir-rata ta' referenza applikabbli għar-rata ta' self inizjali)

    perijodi]

    Rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR)

    Din hija l-ispiża totali espressa bħala perċentwali annwali tal-ammont totali tal-kreditu.

    L-APR qiegħda hemmhekk biex tgħinek tqabbel offerti differenti.

    [% Eżempju rappreżentattiv li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkolu tar-rata li għandha tiġi indikata hawn]

    Huwa obbligatorju biex jinkiseb il-kreditu jew biex jinkiseb il-kreditu fuq it-termini jew il-kondizzjonijiet ikkumerċjalizzati, li tieħu

    kuntratt ta' assigurazzjoni li tassigura l-kreditu jew

    kuntratt ta' servizz anċillari ieħor?

    Jekk l-ispiża ta' dawn is-servizzi m'hijiex magħrufa mill-kreditur huma m'humiex inklużi fl-APR.

    Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' assigurazzjoni

    Iva/le; jekk iva, indika t-tip ta' servizz anċillari:

    Spejjeż relatati

     

    Jekk applikabbli

    Iż-żamma ta' kont wieħed jew ta' diversi kontijiet hija meħtieġa biex jiġu reġistrati kemm transazzjonijiet ta' ħlas kif ukoll ta' ġbid

     

    Jekk applikabbli

    Ammont ta' spejjeż għall-użu ta' mezz ta' ħlas speċifiku (per eżempju, karta ta' kreditu)

     

    Jekk applikabbli

    Kwalunkwe imposta oħra li tirriżulta mill-ftehim ta' kreditu

     

    Jekk applikabbli

    Kondizzjonijiet taħt liema jistgħu jinbidlu l-ispejjeż imsemmija hawn fuq relatati mal-ftehim ta' kreditu

     

    Jekk applikabbli

    Obbligu tal-ħlas ta' onorarji notarili

     

    Spejjeż fil-każ ta' ħlas tard

    Ħlasijiet nieqsa jista' jkollhom konsegwenzi gravi għalik (per eżempju, bejgħ sfurzat) u jagħmlu l-kisba ta' kreditu aktar diffiċli.

    Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustar tar-rata applikabbli u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet tard.”.

    F’paġna 91, fl-Anness III, fl-Intestatura 3, il-kolonna tal-lemin, l-aħħar entrata:

    minflok:

    “Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustament tar-rata u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet nieqsa.”;

    aqra:

    “Inti ser tkun impost [… (rati ta' interessi u arranġamenti għall-aġġustament tar-rata u, fejn applikabbli, imposti minħabba nuqqas ta' ħlas)] għal ħlasijiet tard.”.


    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 199/43


    Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/371/UE tas-6 ta’ Ġunju 2010 dwar il-konklużjoni tal-proċedura ta’ konsultazzjoni mar-Repubblika tal-Madagaskar taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 169, tat-3 ta’ Lulju 2010 )

    Fit-titolu tad-Deċiżjoni kemm fil-paġna tal-qoxra u kemm f’paġna 13, u wkoll fil-formula tal-għeluq f’paġna 14:

    għal:

    “6 ta’ Ġunju 2010”

    aqra:

    “7 ta’ Ġunju 2010”.

    F’paġna 15, fl-Anness, fit-titolu tal-Anness

    Ħassar “Abbozz ta’ ittra”.


    Top