Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2007:187:FULL

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 187, 19 ta' Lulju 2007


    Display all documents published in this Official Journal
     

    ISSN 1725-5104

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 187

    European flag  

    Edizzjoni bil-Malti

    Leġiżlazzjoni

    Volum 50
    19 ta' Lulju 2007


    Werrej

     

    I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

    Paġna

     

     

    REGOLAMENTI

     

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 845/2007 tat-18 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    1

     

    *

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 846/2007 tat-18 ta’ Lulju 2007 li jiffissa l-koeffiċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2007/08

    3

     

    *

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2007 tat-18 ta’ Lulju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni ( 1 )

    5

     

     

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 848/2007 tat-18 ta’ Lulju 2007 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Lulju 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

    20

     

     

    II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

     

     

    DEĊIŻJONIJIET

     

     

    Kummissjoni

     

     

    2007/508/KE

     

    *

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2006 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 22/06 (ex N 615/05) li l-Italja qed tippjana biex timplimenta għal rifużjonijiet ta’ taxxa fuq emulsjonijiet taż-żejt bl-ilma (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 5805)  ( 1 )

    22

     

     

    2007/509/KE

     

    *

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar għajnuna mill-istat C 3/2005 (ex N 592/2004 (ex PL 51/2004)) li l-Polonja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Fabryka Samochodow Osobowych S.A. ex. DAEWOO — FSO Motor S.A.) (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 6628)  ( 1 )

    30

     

     

    2007/510/KE

     

    *

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/784/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Franza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3419)

    47

     


     

    (1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

    MT

    L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

    It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


    I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

    REGOLAMENTI

    19.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 187/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 845/2007

    tat-18 ta’ Lulju 2007

    li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

    (2)

    Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


    ANNESS

    tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    (EUR/100 kg)

    Kodiċi NM

    Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

    Valur fiss ta' l-importazzjoni

    0702 00 00

    MK

    52,4

    TR

    106,7

    ZZ

    79,6

    0707 00 05

    MK

    68,1

    TR

    146,1

    ZZ

    107,1

    0709 90 70

    TR

    86,5

    ZZ

    86,5

    0805 50 10

    AR

    64,5

    UY

    55,7

    ZA

    59,1

    ZZ

    59,8

    0808 10 80

    AR

    89,7

    BR

    96,8

    CL

    85,8

    CN

    86,7

    NZ

    105,7

    US

    89,1

    UY

    60,7

    ZA

    92,4

    ZZ

    88,4

    0808 20 50

    AR

    90,1

    CL

    83,1

    NZ

    144,9

    ZA

    102,6

    ZZ

    105,2

    0809 10 00

    TR

    179,1

    ZZ

    179,1

    0809 20 95

    TR

    286,2

    US

    344,7

    ZZ

    315,5

    0809 30 10 , 0809 30 90

    TR

    152,4

    ZZ

    152,4

    0809 40 05

    IL

    141,3

    ZZ

    141,3


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


    19.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 187/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 846/2007

    tat-18 ta’ Lulju 2007

    li jiffissa l-koeffiċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2007/08

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u partikolarment Artikolu 4(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, għandu jiġi stabbilit billi jiġu kkalkolati l-prezzijiet reġistrati f'kull Stat Membru b'koeffiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-majjali f'kull Stat Membru.

    (2)

    Dawn il-koeffiċjenti għandhom jiġu ddeterminati fuq in-numru ta’ majjali magħduda fil-bidu ta’ Diċembru ta’ kull sena skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta’ statistika li trid tkun imwettqa dwar il-produzzjoni tal-majjal (2).

    (3)

    Fuq il-bażi tar-riżultati taċ-ċensiment ta’ Diċembru 2006, il-koeffiċjenti ta’ kalkolu ġodda għandhom jiġu stabbiliti għas-sena tas-suq 2007/08 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1201/2006 għandu jiġi mħassar (3).

    (4)

    Billi s-sena tas-suq 2007/08 tibda fl-1 ta’ Lulju 2007, dan ir-Regolament għandu jiġi applikat minn din id-data.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-koeffiċjenti mniżżla fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru. 2759/75 għandhom ikunu kif speċifikati fl-Anness mar-Regolament preżenti.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru 1201/2006 qiegħed b'hekk jitħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu japplika fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p.2).

    (2)  ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (3)  ĠU L 218, 9.8.2006, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1977/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 87).


    ANNESS

    Il-koefiċċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2007/08

    Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75

    Il-Belġju

    3,9  %

    Il-Bulgarija

    0,6  %

    Ir-Repubblika Ċeka

    1,7  %

    Id-Danimarka

    8,4  %

    Il-Ġermanja

    16,5  %

    L-Estonja

    0,2  %

    Il-Greċja

    0,6  %

    Spanja

    16,1  %

    Franza

    9,3  %

    L-Irlanda

    1,1  %

    L-Italja

    5,7  %

    Ċipru

    0,3  %

    Il-Latvja

    0,3  %

    Il-Litwanja

    0,7  %

    Il-Lussemburgu

    0,1  %

    L-Ungerija

    2,5  %

    Malta

    0,1  %

    L-Olanda

    6,9  %

    L-Awstrija

    1,9  %

    Il-Polonja

    11,6  %

    Il-Portugall

    1,4  %

    Ir-Rumanija

    4,2  %

    Is-Slovenja

    0,4  %

    Is-Slovakkja

    0,7  %

    Il-Finlandja

    0,9  %

    L-Iżvezja

    1,0  %

    Ir-Renju Unit

    2,9  %


    19.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 187/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 847/2007

    tat-18 ta’ Lulju 2007

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu (1),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni.

    (2)

    Skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 jinħtieġu miżuri ta’ implimentazzjoni biex tiġi ddeterminata d-data li trid tiġi pprovduta għat-tħejjija ta’ l-istatistika ddefinita fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħha.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-data li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni kif stipulat fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tkun kif hemm speċifikat fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquín ALMUNIA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


    ANNESS I

    MODULU 1: L-INTRAPRIŻI U S-SOĊJETÀ TA’ L-INFORMAZZJONI

    1.   IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TA GĦHOM

    (a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2008, magħżula mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 huma dawn li ġejjin:

    Is-sistemi ta’ ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi;

    L-użu ta’ l-Internet u netwerks elettroniċi oħrajn mill-intrapriżi;

    Il-proċessi e-Commerce u e-Business;

    b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta ma’ l-intrapriżi:

    Sistemi ta’ ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

    L-użu tal-kompjuter

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    (Mhux obbligatorju) Il-perċentwali ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuters ta’ l-anqas darba fil-ġimgħa.

    L-użu ta’ netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN)

    L-użu ta’ homepage interna (intranet)

    L-eżistenza ta’ extranet

    L-użu ta’ applikazzjonijiet dedikati għall-impjegati biex ikollhom aċċes għas-servizzi tar-riżorsi umani (eż. isibu postijiet tax-xogħol battala, jitolbu l-frank annwali, jaraw jew iniżżlu l-karti tas-salarju, jew servizzi oħrajn)

    (Mhux obbligatorju) Il-grad ta’ titjib permezz ta’ proġetti ICT: riorganizzazzjoni u semplifikazzjoni tar-rutini tax-xogħol

    (Mhux obbligatorju) Il-grad ta’ titjib permezz ta’ proġetti ICT: il-ħruġ ta’ riżorsi

    (Mhux obbligatorju) Il-grad ta’ titjib permezz ta’ proġetti ICT: iktar qligħ għall-intrapriża

    (Mhux obbligatorju) Il-grad ta’ titjib permezz ta’ proġetti ICT: żvilupp ta’ prodotti u servizzi ġodda

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN):

    L-użu ta’ aċċess bla wajers għan-netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN)

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw l-intranet:

    (Mhux obbligatorju) L-użu ta’ l-intranet għal tqassim: politika ġenerali jew strateġija ta’ l-intrapriża

    (Mhux obbligatorju) L-użu ta’ l-intranet għal tqassim: aħbarijiet ta’ kuljum jew ittri bl-aħbarijiet interni tal-kumpannija

    (Mhux obbligatorju) L-użu ta’ l-intranet għal tqassim: dokumenti ta’ ħidma/ġurnata b’ġurnata (eż. għal laqgħa)

    (Mhux obbligatorju) L-użu ta’ l-intranet għal tqassim: manwali, gwidi jew materjal ta’ taħriġ

    (Mhux obbligatorju) L-użu ta’ l-intranet għal tqassim: katalogi tal-prodotti jew tas-servizzi

    L-użu ta’ l-Internet u netwerks elettroniċi oħrajn mill-intrapriżi

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    Aċċess għall-Internet

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-Internet:

    Perċentwali ta’ persuni impjegati li jużaw kompjuters mqabbda mal-World Wide Web ta’ l-anqas darba fil-ġimgħa

    Konnessjoni ma’ l-Internet: Modem tradizzjonali jew ISDN

    Konnessjoni ma’ l-Internet: DSL

    Konnessjoni ma’ l-Internet: Konnessjoni fissa oħra ma’ l-Internet

    Konnessjoni ma’ l-Internet: Konnessjoni mowbajl

    Użu ta’ l-Internet bħala konsumatur għal servizzi bankarji u finanzjarji

    Użu ta’ l-Internet għal taħriġ u edukazzjoni

    Użu ta’ l-Internet f’interazzjoni ma’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel

    Użu ta’ websajt

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li interaġixxew ma’ awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel:

    Użu ta’ l-Internet għal ksib ta’ tagħrif minn websajts ta’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel

    Użu ta’ l-Internet għal ksib ta’ formoli mill-websajts ta’ l-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel

    Użu ta’ l-Internet biex jintbagħtu lura l-formoli mimlija lill-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel

    Użu ta’ l-Internet għat-trattament ta’ proċedura amministrattiva kollha b’mod elettroniku mingħajr ma jinħtieġ iktar xogħol fuq karti, fis-sena kalendarja ta’ qabel

    Użu ta’ l-Internet biex jintbagħtu l-proposti f’sistema elettronika ta’ l-offerti (kuntratti pubbliċi b’mod elettroniku), fis-sena kalendarja ta’ qabel

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom websajt:

    Provvista tal-faċilità li ġejja: katalgi tal-prodotti u listi tal-prezzijiet

    Provvista tal-faċilità li ġejja: possibilità għall-viżitaturi biex jippersonalizzaw jew jiddisinjaw il-prodotti

    Provvista tal-faċilità li ġejja: faċilità biex tordna, tirriżerva jew tibbukkja onlajn

    Provvista tal-faċilità li ġejja: ħlas onlajn

    Provvista tal-faċilità li ġejja: kontenut personalizzat għal viżitaturi regolari/repetuti

    Provvista tal-faċilità li ġejja: riklamar ta’ postijiet tax-xogħol battala jew applikazzjoni għal xogħol onlajn

    Proċessi e-Commerce u e-Business

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

    Użu ta’ skambju awtomatizzat ta’ data (ADE) definit bħala skambju ta’ messaġġi (eż. ordnijiet, fatturi, tranżazzjonijiet ta’ ħlas jew deskrizzjoni ta’ prodotti) permezz ta’ l-Internet jew netwerks oħra bil-kompjuter f’format maqbul li jippermetti l-ipproċessar awtomatiku tiegħu (eż. XML, EDIFACT eċċ.) mingħajr ma l-messaġġ individwali jkun ittajpjat manwalment.

    Tqassim elettroniku ta’ tagħrif dwar il-ġestjoni tal-katina tal-provvista mal-konsumaturi u l-fornituri

    Tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet tal-bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-ġestjoni tal-livelli ta’ l-inventarju

    Tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet tal-bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-kontijiet

    Tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet tal-bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-ġestjoni tas-servizzi u l-produzzjoni

    Tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet tal-bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-ġestjoni tad-distribuzzjoni

    Tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ xiri li ntbagħtu (elettronikament jew le) bil-ġestjoni tal-livelli ta’ l-inventarju

    Tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet tal-bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-kontijiet

    L-użu ta’ pakkett ta’ softwer ERP biex jitqassam tagħrif dwar il-bejgħ u/jew xirjiet ma’ oqsma funzjonali interni (per eżempju, il-finanzi, l-ippjanar, il-kummerċjalizzazzjoni, eċċ.)

    L-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni tat-tagħrif dwar il-klijenti (l-hekk imsejjaħ CRM) biex jaqbad, jaħżen u jagħmel għad-dispożizzjoni ta’ funzjonijiet oħrajn tan-negozju t-tagħrif dwar il-klijenti tagħha

    Użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni ta’ tagħrif dwar il-klijenti (l-hekk imsejħa CRM) biex l-analiżi ta’ dan it-tagħrif dwar il-klijenti għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni (jitfasslu l-prezzijiet, issir il-promozzjoni tal-bejgħ, jingħtażlu l-kanali ta’ distribuzzjoni, eċċ.)

    Użu ta’ esplojtazzjoni ħielsa jew b’sors miftuħ, bħal (jiġifieri bil-kodiċi tas-sors disponibbli, l-ebda spiża ta’ drittijiet ta’ l-awtur, u l-possibilità biex timmodifika u/jew tqassamha (mill-ġdid)

    Użu ta’ firma diġitali fi kwalunkwe messaġġ mibgħut, jiġifieri metodi ta’ kodifikazzjoni li jiżguraw l-awtentiċità u l-integrità tal-messaġġ (marbut unikament ma’ u kapaċi jidentifika l-firmatarju u fejn kwalunkwe bidla fil-messaġġ ikun individwabbli)

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw skambju awtomatizzat tad-data:

    Użu ta’ ADE biex: Jintbagħtu l-ordnijiet lill-fornituri

    Użu ta’ ADE biex: Jiġu rċevuti fatturi elettroniċi

    Użu ta’ ADE biex: Jiġu rċevuti ordnijiet mill-klijenti

    Użu ta’ ADE biex: Jintbagħtu fatturi elettroniċi

    Użu ta’ ADE biex: Jintbagħat jew jiġi rċevut tagħrif dwar il-prodott

    Użu ta’ ADE biex: Jintbagħtu jew jiġu rċevuti dokumenti tat-trasport

    Użu ta’ ADE biex: Jintbagħtu struzzjonijiet ta’ ħlas lill-istituzzjonijiet finanzjarji

    Użu ta’ ADE biex: Tintbagħat jew tiġi rċevuta data lil/minn awtoritajiet pubbliċi

    (Mhux obbligatorju) Użu tal-format ADE: EDIFACT jew standards simili

    (Mhux obbligatorju) Użu tal-format ADE: Standards ibbażati fuq l-XML

    (Mhux obbligatorju) Użu tal-format ADE: standards proprejetarji maqbula bejn l-intapriża u organizzazzjonijiet oħrajn

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters u ma jużawx skambju awtomatizzat tad-data:

    (Mhux obbligatorju) Ostakli għall-ADE: L-ebda interess fl-użu ta’ skambju awtomatizzat tad-data minħabba nuqqas ta’ rilevanza għan-negozju

    (Mhux obbligatorju) Ostakli għall-ADE: Nuqqas ta’ għarfien espert fi ħdan il-kumpannija għall-implimentazzjoni tagħha

    (Mhux obbligatorju) Ostakli għall-ADE: Redditu fuq l-investiment baxx wisq jew mhux ċar

    (Mhux obbligatorju) Ostakli għall-ADE: Nuqqas ta’ soluzzjonijiet ta’ softwer adatti għas-settur/daqs speċifiku ta’ l-intrapriża

    (Mhux obbligatorju) Ostakli għall-ADE: Diffikultà fil-qbil ta’ standards komuni mas-sħab tan-negozju

    (Mhux obbligatorju) Ostakli għall-ADE: Inċertezza dwar l-istat legali tal-messaġġi skambjati

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jaqsmu tagħrif dwar il-ġestjoni tal-katina tal-provvista mal-konsumaturi u l-fornituri:

    Skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar il-livelli ta’ l-inventarju, il-pjanijiet ta’ produzzjoni jew it-tbassir tad-domanda

    (Mhux obbligatorju) Skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar it-tbassir tad-domanda

    (Mhux obbligatorju) Skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar il-livelli ta’ l-inventarju

    (Mhux obbligatorju) Skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar il-pjanijiet ta’ produzzjoni

    Skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar il-progress tal-konsenji

    Skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar il-livelli ta’ l-inventarju, il-pjanijiet ta’ produzzjoni jew it-tbassir tad-domanda

    (Mhux obbligatorju) Skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar it-tbassir tad-domanda

    (Mhux obbligatorju) Skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar il-livelli ta’ l-inventarju

    (Mhux obbligatorju) Skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar il-pjanijiet ta’ produzzjoni

    Skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar il-progress tal-konsenji

    Skambju ta’ tagħrif mal-fornituri jew mal-klijenti permezz ta’ websajts

    Skambju ta’ tagħrif mal-fornituri jew mal-klijenti permezz ta’ skambju awtomatizzat ta’ data

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:

    Irċevew ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fis-sena kalendarja ta’ qabel

    Bagħtu ordnijiet għal prodotti jew servizzi permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fis-sena kalendarja ta’ qabel

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:

    Perċentwali tal-fatturat totali li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel

    (Mhux obbligatorju) Perċentwali tal-bejgħ e-commerce li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja ta’ qabel

    (Mhux obbligatorju) Perċentwali tal-bejgħ e-commerce li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ skambju ta’ data minn fuq l-Internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel

    (Mhux obbligatorju) Perċentwali tal-bejgħ e-commerce li jirriżulta minn ordnijiet li jaslu permezz ta’ skambju awtomatizzat ta’ data minn netwerks oħrajn tal-kompjuter, fis-sena kalendarja ta’ qabel

    Użu ta’ protokolli sikuri (SSL/TLS) fir-riċeviment ta’ l-ordnijiet bl-Internet

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li bagħtu ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima J tan-NACE Rev. 1.1:

    Perċentwali tal-valur tax-xiri totali li jirriżulta minn ordnijiet magħmula permezz tal-kompjuter, fi klassijiet ta’ perċentwali, fis-sena kalendarja ta’ qabel ([0;1[, [1;5[, [5;10[, [10;25[, [25;100])

    2.   KOPERTURA

    Il-karatteristiċi definiti fl-intestaturi 1(b) ta’ dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-intrapriżi kklassifikati fl-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, tad-daqs ta’ intrapriża li ġej u bl-ambitu ġeografiku li ġej.

    (a)   Attività ekonomika: intrapriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE-Rev. 1.1:

    Kategorija NACE

    Deskrizzjoni

    Taqsima D

    “Manifattura”

    Taqsima F

    “Bini”

    Taqsima Ġ

    “Bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi motorizzati, muturi u oġġetti personali u tad-dar”

    Gruppi 55.1 u 55.2

    “Lukandi” u “Siti għall-kampeġġ u servizzi oħra ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir”

    Taqsima I

    “Trasport, ħażna u komunikazzjoni”

    Klassi 65.12

    “Intermedjazzjoni monetarja oħra”

    Klassi 65.22

    “Għoti ta’ kredtu ieħor”

    Klassi 66.01

    “Assigurazzjoni fuq il-Ħajja”

    Klassi 66.03

    “Assigurazzjoni Mhux fuq il-Ħajja”

    Taqsima K

    “Bejgħ ta’ proprjetà, kiri u attivitajiet ta’ negozju”

    Gruppi 92.1 u 92.2

    “Attivitajiet ċinematografiċi u ta’ vidjo” u “Attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni”

    Intrapriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE-Rev. 1.1 għandhom jiġu koperti b’mod mhux obbligatorju:

    Kategorija NACE

    Deskrizzjoni

    Taqsima E

    “Provvista ta’ l-elettriku, gass u ilma”

    Gruppi 55.3, 55.4 u 55.5

    “Ristoranti”, “Barijiet” u “Kantins u catering

    Gruppi 92.3 sa 92.7 inklussiv

    “Attivitajiet ta’ rikreazzjoni, kulturali u sportivi”, għajr għal “Attivitajiet ċinematografiċi u ta’ vidjo” u “Attivitajiet tar-radju u tat-televiżjoni”

    Diviżjoni 93

    “Attivitajiet ta’ servizz oħrajn”

    Klassijiet 67.12, 67.13, 67.2

    “Attivitajiet awżiljarji għall-intermedjazzjoni finanzjarja”, għajr għal “Amministrazzjoni ta’ swieq finanzjarji”

    (b)   Daqs ta’ l-intrapriża: intrapriżi b’10 persuni impjegati jew aktar; Intrapriżi b’anqas minn 10 persuni impjegati għandhom jiġu koperti b’mod mhux obbligatorju;

    (ċ)   Ambitu ġeografiku: intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru.

    3.   PERJODI TA’ REFERENZA

    Il-perjodu ta’ referenza hija s-sena 2007 għall-karatteristiċi li jirreferu għas-sena kalendarja ta’ qabel. Il-perjodu ta’ referenza huwa Jannar 2008 għall-karatteristiċi l-oħra.

    4.   TQASSIM

    Is-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness għandhom jiġu pprovduti b’mod separat bit-tqassim li ġej.

    (a)   Tqassim ta’ l-attività ekonomika: skond l-aggregati NACE Rev. 1.1 li ġejjin. (Il-karatteristiċi għandhom jiġu provduti għad-Diviżjoni 22 b’mod mhux obbligatorju.)

    Aggregazzjoni NACE

     

    DA + DB + DĊ + DD + DE

     

    DF + DG + DH

     

    DI + DJ

     

    DK + DL + DM + DN

     

    40 + 41 (mhux obbligatorju)

     

    45

     

    50

     

    51

     

    52

     

    55.1 + 55.2

     

    55.3 + 55.4 + 55.5 (mhux obbligatorju)

     

    60 + 61 + 62 + 63

     

    64

     

    65.12 + 65.22

     

    66.01 + 66.03

     

    72

     

    70 + 71 + 73 + 74

     

    92.1 + 92.2

     

    92.3 sa 92.7 (mhux obbligatorju)

     

    93 (mhux obbligatorju)

     

    22 (mhux obbligatorju)

     

    67.12 + 67.13 + 67.2 (mhux obbligatorju)

    (b)   Tqassim tal-klassi tad-daqs: Id-data għandha titqassam skond il-klassijiet tad-daqs li ġejjin ta’ l-għadd ta’ persuni impjegati.

    Klassi tad-Daqs

     

    Anqas minn 10 persuni impjegati (mhux obbligatorju)

     

    Anqas minn 5 persuni impjegati (mhux obbligatorju)

     

    5 sa 9 persuni impjegati (mhux obbligatorju)

     

    10 persuni impjegati jew aktar

     

    10 sa 49 persuna impjegata

     

    50 sa 249 persuna impjegata

     

    250 persuna impjegata jew aktar

    (ċ)   Tqassim ġeografiku: Id-data għandha titqassam skond il-gruppi reġjonali li ġejjin:

    Grupp Reġjonali

     

    Reġjuni ta’ Konverġenza (inklużi reġjuni ta’ tneħħija gradwali)

     

    Kompetittività Reġjonali u reġjuni ta’ l-Impjiegi (inklużi reġjuni ta’ inklużjoni gradwali)

    5.   PERJODIĊITÀ

    Id-data għandha tiġi provduta darba għas-sena 2008.

    6.   SKADENZI

    (a)   Id-data aggregata, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2008. Sa dak in-nhar, il-ġabra ta’ data għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet pprovduti mill-Eurostat.

    (b)   Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandhom jintbagħtu lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2008. Il-metadata għandha tkun skond il-mudell użat għar-rapporti provduti mill-Eurostat.

    (c)   Ir-rapport dwar il-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat sal-5 ta’ Novembru 2008. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovduti mill-Eurostat.


    ANNESS II

    MODULU 2: INDIVIDWI, DJAR U S-SOĊJETÀ TA’ L-INFORMAZZJONI

    1.   IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM

    (a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2008, magħżula mil-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma dawn li ġejjin:

    aċċess u użu tas-sistemi ta’ l-ICT minn individwi u/jew fid-djar,

    użu ta’ l-Internet għal finijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar,

    (mhux obbligatorju) kompetenza fl-ICT,

    ostakli għall-użu ta’ l-ICT u l-Internet.

    (b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:

    Aċċess u użu tas-sistemi ta’ l-ICT minn individwi u/jew fid-djar

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għad-djar kollha:

    aċċess għal kompjuter id-dar,

    aċċess għall-Internet id-dar, sew jekk jintuża sew jekk le.

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għal djar b’aċċess għall-Internet id-dar:

    strumenti użati għall-aċċess għall-Internet mid-dar: desktop-kompjuter,

    strumenti użati għall-aċċess għall-Internet mid-dar: kompjuter portabbli (laptop),

    strumenti użati għall-aċċess għall-Internet mid-dar: strumenti mobbli oħrajn,

    (mhux obbligatorju) strumenti użati għall-aċċess għall-Internet mid-dar: permezz ta’ mowbajl li jista’ jaqbad ma’ l-Internet,

    (mhux obbligatorju) strumenti użati għall-aċċess għall-Internet mid-dar: permezz ta’ kompjuter handheld,

    strumenti użati għall-aċċess għall-Internet mid-dar: sett tat-TV bi strument speċifiku għall-Internet,

    strumenti użati għall-aċċess għall-Internet mid-dar: console għal-logħob,

    strumenti użati għall-aċċess għall-Internet mid-dar: mhux magħruf,

    tip ta’ konnessjoni użata għall-aċċess għall-Internet mid-dar: modem jew ISDN,

    tip ta’ konnessjoni użata għall-aċċess għall-Internet mid-dar: DSL (eż. ADSL, SHDSL, eċċ.),

    tip ta’ konnessjoni użata għall-aċċess għall-Internet mid-dar: konnessjoni broadband oħra (eż. kejbil, UMTS, eċċ).

    tip ta’ konnessjoni użata għall-aċċess għall-Internet mid-dar: mowbajl fuq in-narrowband (GPRS, eċċ.).

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:

    l-aktar użu reċenti tal-kompjuter (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma uża kompjuter),

    użu ta’ mowbajl.

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur:

    frekwenza medja ta’ użu tal-kompjuter (kuljum jew kważi kuljum; ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); ta’ l-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar),

    fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar,

    fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr id-dar),

    fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tat-tagħlim,

    fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ħaddieħor,

    fejn intuża l-kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur: xi mkien ieħor (eż f’librerija pubblika, lukanda, ajruport, Internet café, eċċ).

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li użaw mowbajl:

    Użu tal-mowbajl f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat ritratti jew biċċiet tal-vidjow,

    użu tal-mowbajl f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed itella’ ritratti jew biċċiet tal-vidjow mit-telefowns tiegħu għal websajts,

    użu tal-mowbajl f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jirċievi servizzi ta’ tagħrif bil-ħlas ta’ abbonament (pereżempju aħbarijiet, tbassir tat-temp, riżultati sportivi eċċ.),

    użu tal-mowbajl f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibbrawżja l-Internet,

    użu tal-mowbajl f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra l-emails,

    użu tal-mowbajl f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel u/jew jara t-TV jew vidjow,

    użu tal-mowbajl f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iħallas għal oġġetti jew servizzi (minflok bi flus jew karta ta’ kreditu),

    użu tal-mowbajl fl-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għal navigazzjoni personali (biex issib post jew indirizz), użu ta’ servizzi ta’ li jikkunsidraw il-lokalizzazzjoni (eż. biex tirċievi tagħrif dwar vjaġġar, xiri u avvenimenti fil-qrib),

    użu ta’ ħlas minn qabel,

    użu ta’ ħlas wara.

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li użaw mowbajl u ħlas wara:

    (mhux obbligatorju) ħlas ta’ rata fissa għall-aċċess għall-Internet permezz tal-mowbajl tiegħek.

    Użu ta’ l-Internet għal finijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:

    l-aktar użu reċenti ta’ l-Internet (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma uża l-Internet).

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li diġà jkunu użaw l-Internet:

    l-aktar attività ta’ kummerċ bl-Internet reċenti għal użu privat (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma sar xiri jew ordni).

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:

    frekwenza medja ta’ użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); ta’ l-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar),

    fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar,

    fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr id-dar),

    fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tat-tagħlim,

    fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ħaddieħor,

    fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: xi mkien ieħor,

    (mhux obbligatorju) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: librerija pubblika,

    (mhux obbligatorju) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: uffiċċju tal-posta,

    (mhux obbligatorju) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: uffiċċju pubbliku, muniċipju jew aġenzija tal-gvern,

    (mhux obbligatorju) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: għaqda tal-komunità jew volontarja,

    (mhux obbligatorju) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: Internet café,

    (mhux obbligatorju) fejn intuża l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: hotspot (f’lukanda, ajruport, postijiet pubbliċi eċċ.),

    użu ta’ strumenti mobbli biex taqbad ma’ l-Internet: mowbajl permezz tal-GPRS,

    użu ta’ strumenti mobbli biex taqbad ma’ l-Internet: mowbajl permezz tal-UMTS (3G),

    użu ta’ strumenti mobbli biex taqbad ma’ l-Internet: kompjuter ta’ l-id (palmtop, PDA),

    użu ta’ strumenti mobbli biex taqbad ma’ l-Internet: kompjuter portabbli (laptop) permezz ta’ konnessjoni bla wajers mhux mid-dar jew mix-xogħol,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat u/jew jirċievi l-emails,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed isib tagħrif dwar oġġetti u servizzi,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta ma’ l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel softwer (ħlief softwer tal-logħob),

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet onlajn,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex xogħol jew jibgħat applikazzjoni għal xogħol,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar is-saħħa,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-użu ta’ servizzi bankarji fuq l-Internet,

    (mhux obbligatorju) użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-bejgħ ta’ prodotti jew servizzi, eż. permezz ta’ irkanti,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar offerti edukattivi, ta’ taħriġ jew ta’ korsijiet,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jagħmel kors onlajn (fi kwalunkwe suġġett),

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jikkonsulta l-Internet għall-fini ta’ tagħlim,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iċempel minn fuq l-Internet,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għal telefonati viżivi (permezz ta’ webcam) minn fuq l-Internet, użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat messaġġi fuq chat sites, newsgroups jew forum ta’ diskussjoni onlajn,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għal messaġġi istantanji (komunikazzjoni fil-ħin attwali b’tipi oħra ta’ test ittajpjat),

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-qari ta’ weblogs jew bloggati,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed joħloq jew iżomm il-weblog jew il-bloggati tiegħu,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jisma’ r-radju u/jew jara t-televixin fuq il-web,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel u/jew jisma’ l-mużika (ħlief permezz ta’ radju fuq il-web),

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel u/jew jara l-films (ħlief permezz ta’ TV fuq il-web),

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-użu ta’ skambju ta’ fajls peer-to-peer għat-tpartit ta’ films, mużika, u fajls viżivi,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed juża servizzi podcast biex jirċievi awtomatikament fajls awdjo jew viżivi li jinteressawh,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel il-logħob tal-kompjuter jew l-aġġornamenti tagħhom,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jilgħab logħob permezz ta’ netwerk ma’ oħrajn,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed itella’ kontenut maħluq minnu stess (test, stampi, ritratti, vidjows, mużika eċċ.) għal kwalunkwe websajt biex jitqassam,

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed juża feeds ta’ l-aħbarijiet ibbażati fuq il-brawżer (eż RSS) għall-qari ta’ kontenut ġdid f’websajts,

    ħlas ta’ kontenut awdjoviżiv onlajn f’dawn l-aħħar tliet xhur,

    l-użu ta’ l-Internet għall-qari ta’ aħbarijiet onlajn ħa post il-qari ta’ aħbarijiet stampati, gazzetti, rivisti (ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn),

    l-użu ta’ l-Internet għat-tniżżil ta’ fajls mużikali ħa post ix-xiri ta’ CDS (ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn),

    l-użu ta’ l-Internet għat-tniżżil ta’ films u vidjos ħa post ix-xiri/kiri ta’ DVDS (ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn),

    l-użu ta’ l-Internet biex wieħed jisma’ radju fuq il-web ħa post is-smigħ ta’ radju normali (ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn),

    l-użu ta’ l-Internet għal kuntatti oħrajn ħa post kuntatti personali ma’ l-amministrazzjonijiet u s-servizzi pubbliċi (ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn).

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex jaqraw jew iniżżlu aħbarijiet, gazzetti u rivisti ta’ l-aħbarijiet onlajn:

    użu ta’ l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti jew rivisti ta’ l-aħbarijiet onlajn li l-individwu jkun abbona għalihom biex jirċivihom regolarment.

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex iċemplu minn fuq l-Internet u/jew jagħmlu telefonati viżivi (permezz ta’ webcam) minn fuq l-Internet:

    it-telefonati bl-internet ħadu post it-telefonati bil-mowbajl (ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn),

    it-telefonati bl-internet ħadu post it-telefown b’linja fissa (ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn),

    it-telefonati bl-internet ħadu post l-użu ta’ l-emails (ħafna; sa ċertu punt; lanqas xejn),

    it-telefonati bl-Internet ma ħallew l-ebda effett fuq mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għal individwi li użaw l-Internet fl-aħħar tliet xhur biex iniżżlu u/jew jisimgħu l-mużika u/jew iniżżlu u/jew jaraw films, films qosra jew fajls viżivi u/jew jużaw skambju ta’ fajls peer-to-peer għat-tpartit ta’ films, mużika fajls viżivi u/jew jużaw servizzi podcast biex jirċievu awtomatikament fajls awdjo jew viżivi li jinteressawhom:

    frekwenza medja ta’ tniżżil ta’ mużika u/jew films f’dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); ta’ l-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar; mhux applikabbli (sema' l-mużika u/jew ra films biss).

     

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li ma ħallsux għal kontenut awdjoviżiv onlajn f’dawn l-aħħar tliet xhur:

    kienu jħallsu kieku ma kienx hemm kontenut disponibbli b’xejn,

    kienu jħallsu kieku kien hemm dritt għal skambju ta’ kontenut protett mil-liġi,

    kienu jħallsu kieku kien hemm metodi ta’ ħlas iktar konvenjenti,

    kienu jħallsu kieku l-prezzijiet kienu iktar vantaġġjużi,

    kienu jħallsu kieku l-kontenut imħallas kellu kwalità aħjar mis-servizz b’xejn,

    kienu jħallsu kieku kien hemm firxa usa’ ta’ għażliet u/jew il-kontenut kien disponibbli b’inqas diffikultà,

    ma kienu jħallsu għall-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, imma għal raġunijiet oħrajn (eż. biex jappoġġaw xogħol l-artisti eċċ.),

    mhumiex lesti jħallsu, u xejn mhu se jikkonvinċihom iħallsu.

     

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-Internet għal attivitajiet kummerċjali fuq l-Internet għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jordna l-ikel jew il-merċa fl-aħħar tnax-il xahar,

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jordna oġġetti tad-dar fl-aħħar tnax-il xahar,

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jordna films jew mużika fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rrapurtat separatament: jekk ġiex ikkunsinjat onlajn),

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jordna kotba, rivisti, gazzetti jew materjal ta’ tagħlim elettroniku fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rrapurtat separatament: jekk ġiex ikkunsinjat onlajn),

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jordna ħwejjeġ jew oġġetti sportivi fl-aħħar tnax-il xahar,

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jordna softwer tal-kompjuter jew aġġornamenti tas-softwer fl-aħħar 12-il xahar (irid jiġi rraportat separatament: jekk ġiex ikkunsinjat onlajn),

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jordna ħardwer tal-kompjuter fl-aħħar tnax-il xahar,

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jordna tagħmir elettroniku (inkl. kameras) fl-aħħar tnax-il xahar,

    użu ta’ l-Internet għax-xiri ta’ ishma, servizzi finanzjarji jew assigurazzjonijiet fl-aħħar tnax-il xahar,

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jibbukkja akkomodazzjoni għal vjaġġ jew btala fl-aħħar tnax-il xahar,

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jordna biljetti għal avvenimenti fl-aħħar tnax-il xahar,

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jieħu sehem f’lotteriji jew jilgħab l-imħatri fl-aħħar tnax-il xahar,

    użu ta’ l-Internet biex wieħed jordna oġġetti jew servizzi oħrajn fl-aħħar tnax-il xahar,

    oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa nazzjonali,

    oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa minn pajjiżi oħrajn ta’ l-UE,

    oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa mill-bqija tad-dinja,

    oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar: il-pajjiżi ta’ l-oriġini tal-bejjiegħa mhux magħruf.

    Kompetenza fl-ICT

    Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter:

    (mhux obbligatorju) l-aktar kors ta’ taħriġ reċenti ta’ mill-inqas tliet sigħat dwar kwalunkwe aspett ta’ l-użu tal-kompjuter (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; bejn sena u tliet snin ilu; aktar minn tliet snin ilu; qatt ma segwew kors wieħed).

    Xkiel għall-użu ta’ l-ICT u l-Internet

    Karatteristiċi li jridu jinġabru għal djar mingħajr aċċess għall-Internet mid-dar:

    raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: aċċess għall-Internet minn x’imkien ieħor,

    raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: ma jridux l-Internet (minħabba l-kontenut dannuż, eċċ.),

    raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: ma għandhomx bżonn l-Internet (minħabba li mhux utli, mhux interessanti, eċċ.),

    raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż tat-tagħmir huma għoljin wisq,

    raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ispejjeż għall-aċċess huma għoljin wisq (telefown, eċċ.),

    raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: nuqqas ta’ ħiliet,

    raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: tħassib dwar sigurtà jew privatezza,

    raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: diżabilità fiżika,

    raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-Internet mid-dar: l-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, iżda raġunijiet oħrajn.

    2.   KOPERTURA

    (a)   L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw id-djar huma djar li fihom ta’ l-anqas membru wieħed fil-grupp b’età bejn is-16 u -74.

    (b)   L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw l-individwi huma l-individwi b’età bejn is-16 u -74.

    (ċ)   L-ambitu ġeografiku għandu jkopri djar u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju ta’ l-Istat Membru.

    3.   PERIJODU TA’ REFERENZA

    Il-perjodu ewlieni ta’ referenza għall-istatistika li trid tinġabar huwa l-ewwel kwart ta’ l-2008.

    4.   TQASSIM

    (a)   Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mad-djar, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:

    ir-reġjun ta’ residenza (irid jinġabar skond il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1),

    (mhux obbligatorju) ir-reġjun ta’ residenza skond il-klassifikazzjoni NUTS2,

    lok ġeografiku: għajxien f’Reġjuni ta’ Konverġenza (inklużi reġjuni ta’ tneħħija gradwali); għajxien f’Kompetittività Reġjonali u Reġjuni ta’ Impjiegi (inklużi reġjuni ta’ inklużjoni gradwali),

    grad ta’ urbanizzazzjoni: għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa,

    tip ta’ familja: għadd ta’ membri fil-familja (irid jinġabar separatament: għadd ta’ tfal taħt is-16),

    dħul nett fix-xhar tal-familja (irid jinġabar bħala valur jew bl-użu tal-kwartili).

    (b)   Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu ma’ l-individwi, għandhom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:

    ir-reġjun ta’ residenza (irid jinġabar skond il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1),

    (mhux obbligatorju) ir-reġjun ta’ residenza skond il-klassifikazzjoni NUTS2,

    lok ġeografiku: għajxien f’Reġjuni ta’ Konverġenza (inklużi reġjuni ta’ tneħħija gradwali); għajxien f’Reġjuni ta’ Impjiegi u Kompetittività Reġjonali (inklużi reġjuni ta’ tneħħija gradwali),

    grad ta’ urbanizzazzjoni: għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għajxien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa,

    sess: raġel; mara,

    età (irid jinġabar bħala valur jew bl-użu tal-gruppi ta’ l-età): taħt is-16 (mhux obbligatorju); minn 16 sa 24; minn 25 sa 34; minn 35 sa 44; minn 45 sa 54; minn 55 sa 64; minn 65 sa 74; ’il fuq minn 74 (mhux obligatorju),

    l-ogħla livell ta’ edukazzjoni mitmum skond il-Klassifikazzjoni ta’ l-Istandards Internazzjonali tal-Livelli Edukattivi (ISCED 97): baxx (ISCED 0, 1 jew 2); medju (ISCED 3 jew 4); għoli (ISCED 5 jew 6),

    sitwazzjoni ta’ l-impjieg: impjegat jew jaħdem għal rasu inklużi dawk ħaddiema tal-familja; qiegħed; studenti li mhumiex fil-forza tax-xogħol; oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol,

    impjieg skond il-Klassifikazzjoni ta’ l-Istandards Internazzjonali ta’ l-Impjiegi (ISCO-88/ISCO-08): ħaddiema ta’ l-idejn, ħaddiema mhux ta’ l-idejn; ħaddiema ta’ l-ICT, ħaddiema mhux ta’ l-ICT.

    5.   PERJODIĊITÀ

    Id-data għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2008.

    6.   SKADENZI GĦAT-TRASMISSJONI TAR-RIŻULTATI

    (a)   Id-data aggregata, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2008. Sa dakinho, il-ġabra ta’ data għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.

    (b)   Il-metadata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2008. Il-metadata għandha tkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovduti mill-Eurostat.

    (ċ)   Ir-rapport tal-kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2008. Ir-rapport tal-kwalità għandu jkun skond il-mudell użat għar-rapporti pprovdut mill-Eurostat.


    19.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 187/20


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 848/2007

    tat-18 ta’ Lulju 2007

    dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Lulju 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

    (2)

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Lulju 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007 għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

    (3)

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Lulju 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Marzu 2008, huma stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

    (3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


    ANNESS

    Nru tal-grupp

    Numru tas-serje

    Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.10.2007-31.12.2007

    (f %)

    Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.1.2008-31.3.2008

    (f kg)

    1

    09.4211

    2,800279

    2

    09.4212

     (1)

    55 566 000

    4

    09.4214

    31,987978

    5

    09.4215

    58,665286

    6

    09.4216

     (2)

    3 179 763

    7

    09.4217

    17,474248

    8

    09.4218

     (2)

    5 323 600


    (1)  Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

    (2)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


    II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

    DEĊIŻJONIJIET

    Kummissjoni

    19.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 187/22


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta’ Diċembru 2006

    dwar l-Għajnuna mill-Istat C 22/06 (ex N 615/05) li l-Italja qed tippjana biex timplimenta għal rifużjonijiet ta’ taxxa fuq emulsjonijiet taż-żejt bl-ilma

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 5805)

    (Il-verżjoni Taljana biss hi awtentika.)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/508/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) ta’ dan,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) ta’ dan,

    Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom skond dawk id-dispożizzjoni(jiet) (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

    Billi:

    I.   PROĊEDURA

    (1)

    Bl-ittra datata l-5 ta’ Marzu 2005, reġistrata bħala riċevuta fit-13 ta’ Diċembru 2005 u supplimentata bl-ittra datata d-9 ta’ Jannar 2006, reġistrata bħala riċevuta fit-12 ta’ Jannar 2006, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżura msemmija hawn fuq skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. Wara talba mill-Kummissjoni datata s-6 ta’ Marzu 2006, l-awtoritajiet Taljani ipprovdew tagħrif addizzjonali b’ittra datata s-6 ta’ April 2006.

    (2)

    Bl-ittra datata s-7 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni għarrfet lill-Italja li kienet iddeċidiet sabiex tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat ta’ KE fir-rigward tal-miżura.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tibda l-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni seħjet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom.

    (4)

    Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-partijiet interessati. Għaddiethom lill-Italja, li ingħatat l-opportunità li tirreaġixxi; il-kummenti tagħha waslu bl-ittri datati t-13 ta’ Settembru 2006 u d-29 ta’ Settembru 2006.

    II.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

    (5)

    Fuels bl-emulsjoni huma taħlita ta’ madwar 15 % ilma u 85 % żejt tal-fuel jew nafta. Għandhom inqas impatt fuq l-ambjent mill-fuels konvenzjonali. Studji riċenti (3) juru li ż-żieda ta’ l-ilma mal-fuels twassal għal kwalità aħjar ta’ kombustjoni f’termini ta’ emissjonijiet. Il-vaporizzazzjoni ta’ l-ilma waqt il-proċess ta’ kombustjoni żżid il-firxa ta’ fuel li tirriżulta f’iżjed spazju ta’ kuntatt bejn il-fuel u l-arja. Dan inaqqas l-emissjonijiet tal-partikolati ta’ PM b’59 %. Il-vaporizzazzjoni ta’ l-ilma tnaqqas ukoll it-temperatura ta’ kombustjoni, b’hekk tnaqqas il-formazzjoni ta’ ossidi ta’ nitroġenu (NOx) b’6 %. Il-proċess effiċjenti ta’ kombustjoni jnaqqas il-monossidu tal-karbonju (CO) bi 32 % (4).

    (6)

    Madanakollu, il-produzzjoni u l-ħażna ta’ l-emulsjonijiet huma għalja u għalhekk il-prezz għat-taħlita finali hu ogħla mill-prezz tas-suq għal fossil fuels. L-emulsjonijiet għandhom kontenut ta’ enerġija ta’ 10 % inqas mill-fuel konvenzjonali. L-użu ta’ emulsjonijiet jikkawża spejjeż operattivi addizzjonali, per eżempju, l-ispejjeż ta’ l-ipproċessar mill-ġdid f’perjodi li jwaqqaf iż-żewġ komponenti milli jisseparaw, it-tindif ta’ tankijiet u l-ħtieġa għal sistemi ta’ ċirkolazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti.

    (7)

    L-emulsjonijiet ġew adottati fl-Italja għat-trasport pubbliku, il-ġbir ta’ skart u t-trasport ta’ prodotti (madwar 9 000 vettura) minn aktar minn 80 muniċipalità (5). L-emulsjonijiet jintużaw ukoll għall-iskop ta’ tisħin fi djar privati (madwar 100 dar) u bini pubbliku bħal mużewijiet, skejjel u universitajiet (madwar 300 bini msaħħan).

    (8)

    L-emulsjonijiet li jinsabu fis-suq Taljan huma prinċipalment ibbażati fuq taħlitiet ta’ nafta/ilma b’kontenut baxx ta’ kubrit u jintużaw għat-trapsort u għat-tisħin. Fl-2005 l-emulsjonijiet użati għat-trasport kienu kollha bbażati fuq iż-nafta, filwaqt li l-emulsjonijiet użati għat-tisħin kienu bbażati jew fuq iż-nafta jew fuq fuel tqil b’kontenut baxx ta’ kubrit. Emulsjonijiet oħra ta’ żejt karburanti tqil imsemmija fin-notifika - b’kontenut ta’ kubrit għoli jew baxx għall-użu industrijali u kontenut għoli ta’ kubrit għat-tisħin – ma kinux fis-suq fl-2005. Meta mqabbel mal-konsum ta’ fuels konvenzjonali, il-konsum ta’ emulsjonijiet fl-Italja hu pjuttost marġinali. Il-volumi ikkunsmati f’tunellati ta’ emulsjonijiet u ta’ fuels konvenzjonali fl-2005 kienu kif ġej:

     

    Emulsjonijiet

    Fuels konvenzjonali

    Nafta għat-trasport

    79 359

    24,5 miljun

    Nafta għat-tisħin

    12 574

    2,9 miljun

    Żejt karburanti għat-tisħin

    12 498

    151 000

    (9)

    Fil-Komunità l-emulsjonijiet jintużaw prinċipalment fl-Italja. Madanakollu, l-użu ta’ din it-teknoloġija fit-trasport pubbliku tinsab f’fażi sperimentali f’ċerti Stati Membri, bħal Franza, ir-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka.

    (10)

    Il-miżura għandha l-għan li tippromwovi l-użu ta’ fuels ta’ emulsjoni billi tiżgura li jkunu disponibbli bi prezz raġjonevoli. L-għajnuna tikkumpensa d-differenza fl-ispiża bejn il-fuels konvenzjonali u l-emulsjonijiet. B’dan il-mod, tindirizza l-falliment fis-suq, jiġifieri li l-benefiċċji ambjentali ta’ l-emulsjonijiet mhumiex riflessi fil-prezz tas-suq tal-fuels konvenzjonali.

    (11)

    Il-miżura għandha tapplika għal sena: mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2006. Il-baġit ippjanat huwa ta’ EUR 8.9 miljun. Il-benefiċjarji ta’ l-iskema jkunu bejn 11 u 50 produttur ta’ emulsjonijiet.

    (12)

    L-Artikolu 18(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirristruttura l-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija u elettriċità (“Direttiva tat-taxxa dwar l-Enerġija”) (6), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-punt 8 fl-Anness II tiegħu, ippermettew lill-Italja sabiex tapplika dazju mnaqqas għal emulsjonijiet ta’ ilma mħallta ma’ nafta jew żejt karburanti sa tmiem l-2005. L-Italja nnotifikat il-miżura għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2006, u għas-sena 2006 l-Italja fi ħsiebha tapplika l-iskema billi tuża d-dispożizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija.

    (13)

    Meta mqabbla mar-rata normali għal fossil fuels li tapplika fl-Italja, il-vantaġġi tal-miżura f’termini ta’ rati mnaqqsa huma kif ġej (it-tnaqqis jingħata kollu għal kull litru ta’ l-emulsjoni ta’ nafta u għal kull kilogramm ta’ żejt karburanti tqil in kwistjoni):

    Emulsjonijiet

    Rata normali

    Tnaqqis

    Rata mnaqqsa

    Livell minimu ta’ taxxa ta’ ETD (*)

    Ilma/nafta, użati bħala fuel għal vetturi fit-trasport

    403 EUR

    146,3 EUR

    256,7 EUR

    302 EUR

    Ilma/nafta, użati għat-tisħin

    403,2 EUR

    158 EUR

    245,2 EUR

    21 EUR

    Ilma/żejt karburanti tqil b’livell baxx ta’ kubrit, użati għat-tisħin

    64,2 EUR

    34,7 EUR

    29,5 EUR

    15 EUR

    In-notifika ssemmi wkoll rati ta’ taxxa mnaqqsa għal emulsjonijiet li ma jinsabux fis-suq bħal emulsjonijiet ta’ ilma/żejt karburanti tqil għall-użu industrijali b’kontenut għoli u baxx ta’ kubrit (EUR 41.6 u EUR 20.8 rispettivament) u emulsjoni ta’ żejt karburanti tqil b’livelli għoli ta’ kubrit għall-użu ta’ tisħin (EUR 99.3).

    (14)

    Fl-ittra tagħha tas-6 ta’ Marzu 2006, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani sabiex jissospendu l-għoti ta’ l-għajnuna taħt l-iskema kurrenti sar-rkupru ta’ kwalunkwe għajnuna inkompatibbli mill-kumpaniji li huma soġġetti għal deċiżjoni ta’ għajnuna mill-Istat negattiva, u b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/128/KE tal-11 ta’ Mejju 1999 dwar l-għajnuna mogħtija mill-Italja sabiex tippromwovi l-impjiegi (ĠU L 42, 15.2.2000, p. 1), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/CE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa u self privileġġjat favur utilitajiet pubbliċi fl-Italja (7), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat stabbilita mill-Italja li tipprevedi miżuri urġenti sabiex jassistu l-impjiegi (8), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/315/KE ta’ l-20 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iskema ta’ għajnuna implimentata mill-Italja għal kumpaniji li jinvestu f’muniċipalitajiet effettwati serjament minn diżastri naturali fl-2002 (9).

    III.   BAŻI SABIEX TINBEDA L-PROĊEDURA TA’ L-ARTIKOLU 88(2)

    (15)

    Fil-każ ta’ emulsjonijiet ta’ nafta użati bħala fuel għall-vetturi l-Italja tapplika rata minima ta’ taxxa ta’ EUR 302 biss għall-parti mit-taħlita li hija fossil fuel. Għalhekk it-taxxa finali għall-emulsjoni hija ta’ EUR 256.7. Il-Kummissjoni iddubitat dwar jekk l-eżenzjoni ta’ taxxa għal emulsjonijiet użati bħala fuel għall-vetturi ikkonformatx mal-livell ta’ tassazzjoni applikabbli taħt id-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija u li ma effettwatx il-kundizzjonijiet kummerċjali jew ħolqot distorsjoni tal-kompetizzjoni sa punt kuntrarju għall-interess komuni.

    (16)

    Barra minn hekk, l-awtoritajiet Taljani irrifjutaw li jimpenjaw irwieħhom sabiex jissospendu l-għoti ta’ għajnuna ġdida taħt l-iskema ta’ bħalissa lil kumpaniji li ma għamlux rifużjoni ta’ l-għajnuna inkompatibbli skond id-deċiżjoni ta’ rkupru preċedenti. Għalhekk kien impossibbli għall-Kummissjoni li tqis id-distorsjoni akkumulata li rriżultat mill-għajnuna l-antika u dik il-ġdida.

    IV.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

    (17)

    Il-partijiet interessati li ġejjin ressqu l-kummenti tagħhom fuq l-inizjazzjoni tal-proċedura: l-Unione Petrolifera fit-3 ta’ Awwissu 2006 u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifattura taż-Żejt ta’ Emulsjoni (EEFMA) fis-7 ta’ Awwissu 2006.

    (18)

    L-EEFMA saħqet li ż-żjut ta’ emulsjoni huma l-uniċi żjut li jnaqqsu, simultanjament, l-ossidu ta’ nitroġenu, l-emissjonijiet ta’ partikolati u diossidu tal-karbonju ta’ makni bid-diesel mingħajr il-ħtieġa ta’ kwalunkwi modifiki tekniċi.

    (19)

    L-EEFMA elaborat fid-dettall dwar il-kwistjoni li ż-żieda ta’ l-ilma fin-nafta tibdel il-karatteristiċi tal-fuel. Il-preżenza ta’ l-ilma tagħti lill-emulsjoni dehra li tixbah lill-ħalib f’temperatura normali, filwaqt li n-nafta tkun ċara u trasparenti. Il-karatteristika li tiddistingwi l-emulsjoni hi l-istabbilità tagħha biċ-ċentrifugazzjoni. L-intervall ta’ densità ta’ l-emulsjoni, 842-870 kg/m3 hu konsiderevolment ogħla minn dak tan-nafta li hu ta’ 820-845 kg/m3. L-istess japplika għall-intervall ta’ viskożità f’40 °C. Il-qawwa kalorifika medja tan-nafta hi ta’ 10 500 kcal/kg, filwaqt li dik ta’ l-emulsjonijiet hija ta’ 9 300 kcal/kg. Din id-differenza tispjega l-għaliex il-konsum medju ta’ l-emulsjoni għal kull medda ta’ km hu ogħla minn dak tan-nafta.

    (20)

    L-Unjoni tal-Petroleum indikat li l-benefiċjarji ta’ l-għajnuna mill-Istat in kwistjoni m’humiex benefiċjarji ta’ għajnuna li tqieset bħala illegali skond id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 14.

    V.   KUMMENTI MILL-ITALJA

    (21)

    L-Italja ressqet il-kummenti tagħha fil-11 ta’ Lulju 2006 u ikkummentat fuq l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi b’ittri datati t-13 ta’ Settembru 2006 u t-28 ta’ Settembru 2006.

    (22)

    L-Italja ddeskriviet il-karattru speċifiku ta’ l-emulsjonijiet fid-dettall. B’mod partikolari, l-Italja indikat li, minħabba l-istruttura fiżika tagħhom, l-emulsjonijiet għandhom jitqiesu bħala magħmula minn żewġ partijiet: waħda “attiva”, magħmula minn idrokarbonji (diesel jew żejt karburanti) u bħala tali, bil-kapaċità li tipproduċi enerġija wara l-karburazzjoni jew kombustjoni; l-oħra kompletament “passiva”, magħmula minn ilma, li hu presenti għall-iskop tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet inkwinanti meta mqabbla ma’ diesel jew żejt karburanti użati fil-kundizzjoni pura tagħhom. L-ilma preżenti fl-emulsjonijiet jassorbi wkoll l-enerġija waqt il-proċess ta’ tisħin u jiġi trasformat fi fwar. Tali emulsjonijiet huma għalhekk prodotti b’karatteristiċi speċifiċi li huma differenti mill-prodotti ta’ petroleum tradizzjonali.

    (23)

    L-Italja saħqet li l-ilma hu preżenti biss b’mod temporanju fit-tħejjija għall-iskop tat-titjib fil-kombustjoni bi tnaqqis konsegwenti fl-emissjonijiet inkwinanti u benefiċċji ambjentali.

    (24)

    L-awtoritajiet Taljani irreferew għall-kummenti mressqa mill-Unione Petrolifera lill-Kummissjoni dwar il-kwistjoni tal-benefiċjarji ta’ l-għajnuna. Fil-kunsiderazzjoni ta’ dawn il-kummenti, l-awtoritajiet Taljani impenjaw irwieħhom sabiex jissospendu l-ħlas ta’ għajnuna jekk il-benefiċjarju tkun kumpanija li għadha ma għamlitx rifużjoni jew ma’ ħallsitx f’kont imblukkat kwalunkwe għajnuna illegali jew inkompatibbli li ngħatat fuq il-bażi ta’ waħda mill-miżuri ta’ għajnuna msemmija mill-Kummissjoni.

    VI.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

    (25)

    L-Italja nnotifikat il-miżura lill-Kummissjoni u d-dħul tagħha fis-seħħ hu soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, għalhekk l-Italja ikkonformat ma’ l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 88(3) tat-Trattat ta’ KE. Billi l-Italja nnotifikat l-għajnna għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2006, din l-evalwazzjoni tirrigwarda biss dan il-perjodu u hi mingħajr preġudizzju għall-miżura applikata mill-Italja fl-imgħoddi.

    L-eżistenza ta’ għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat ta’ KE

    (26)

    Skond l-Artikolu 87 tat-Trattat ta’ KE, l-Għajnuna mill-Istat hi (a) kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi Statali (b) li toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni (ċ) billi tiffavorixxi ċerti impriżi, (d) sakemm teffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    (27)

    L-għan ta’ din il-miżura hu li tikkompensa lill-produtturi ta’ emulsjonijiet għal parti mill-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħhom; il-miżura għalhekk tiffavorixxi ċerti impriżi u l-produzzjoni ta’ ċerti prodotti. It-tnaqqis ta’ dazju jingħata minn riżorsi ta’ l-Istat għax bit-tnaqqis tal-piż tat-taxxa fuq il-prodotti l-Istat jitlef il-qligħ.

    (28)

    Il-miżura hija selettiva għaliex il-produzzjoni ta’ emulsjonijiet titlob għarfien u tagħmir speċifiku u l-emulsjonijiet jinbiegħu lil numru limitat ta’ konsumaturi. Għalhekk, l-ispiża tad-dħul fis-suq ta’ l-emulsjonijiet hija waħda għolja. It-tnaqqis fir-rati ta’ taxxa għal emulsjonijiet jagħti vantaġġ biss lil numru limitat ta’ produtturi ta’ emulsjonijiet.

    (29)

    B’konsegwenza ta’ rifużjonijiet ta’ taxxa, il-prezzijiet għal emulsjonijiet jistgħu jitnaqqsu għal livell li jkun kompetittiv mal-fossil fuels. Billi l-emulsjonijiet iservu ta’ sostitut għall-fossil fuels, dan il-vantaġġ jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern ta’ l-UE. Billi l-fuels huma kummerċjabbli internazzjonalment, il-miżura probabbilment teffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri u għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat ta’ KE.

    Eżenzjoni taħt l-Artikolu 87 (3)(ċ) tat-Trattat tal-KE

    (30)

    L-Artikolu 87 (3)(ċ) tat-Trattat tal-KE jipprovdi eżenzjoni mir-regola ġenerali ta’ inkompatibilità mas-suq komuni kif stabbilit fil-paragrafu () ta’ dak l-Artikolu għal għajnuna sabiex ikun faċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma teffettwax b’mod ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali sa punt kuntrarju għall-interess komuni.

    (31)

    Il-miżuri ta’ għajnuna proposta huma mfassla sabiex itejbu l-użu ta’ fuels li jħarsu l-ambjent sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet inkwinanti, inklużi l-partikolati, u jnaqqsu ftit l-emissjonijiet ta’ gass b’effett-serra. Il-Kummissjoni tinnota li t-tnaqqis ta’ dawn il-gassijiet u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet inkwinanti kienu inkoraġġiti sa mill-1985 b’għadd ta’ miżuri Komunitarji (10), bl-aktar ħarsa riċenti tkun l-Istrateġija Tematika fuq l-Inwkinazzjoni ta’ l-Arja (11). L-għanijiet ta’ l-iskema preżenti huma konformi mal-politika ta’ l-UE f’dan is-settur.

    (32)

    Il-fuels ta’ emulsjoni mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu fid-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta’ elettriċità prodotta minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu fis-suq intern ta’ l-elettriċità (12) u mhumiex meqjusa bħala biofuels mid-Direttiva 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2003 dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ biofuels jew fuels oħra li jiġġeddu għat-trasport (13). Madanakollu, l-użu ta’ fuels ta’ emulsjoni jirriżulta fi tnaqqis ta’ inkwinament u emissjonijiet ta’ gass b’effett serra. Il-miżura għalhekk fiha benefiċċju ambjentali ċar. Dan kien ikkonfermat ukoll mill-programm Auto-Oil II (14). Il-Kummissjoni tfakkar li fuels ta’ emulsjoni urew li jirriżultaw fi tnaqqis ta’ 59 % f’partikolati, 6 % tnaqqis f’ossidi ta’ nitroġenu (NOx) u 32 % tnaqqis fil-monossidu tal-karbonju (CO) (tnaqqis attwali jiddependi fuq il-proporzjon ta’ ilma-diesel). Testijiet u studji oħra rrappurtaw tnaqqis minuri fl-emissjonijiet ta’ gass b’effett-serra. Dawn il-benefiċċji huma konformi bis-sħiħ mal-politika ambjentali tal-Komunità.

    (33)

    Skond is-sezzjoni E.3 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ta’ l-ambjent (15) (il-Linji Gwida dwar il-Ħarsien ta’ l-Ambjent), l-għajnuna għall-operat għall-produzzjoni ta’ enerġija li tiġġedded tkun normalment permissibbli. Il-Kummissjoni hi tal-fehma li tali għajnuna tikkwalifika għal trattament speċjali minħabba d-diffikultajiet li dawn is-sorsi kultant iltaqgħu magħhom sabiex jikkompetu b’mod effettiv mas-sorsi konvenzjonali.

    (34)

    Il-Punt 6 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent jiddefinixxi l-enerġija li tiġġedded bl-istess mod bħad-Direttiva 2001/77/KE. Kif spjegat hawn fuq, l-emulsjonijiet ma jaqgħux f’din id-definizzjoni. Għar-raġunijiet li ġejjin, madanakollu, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna notifikata tista’ tkun evalwata b’analoġija mal-punt E.3.3. tal-Linji Gwida Dwar l-Għajnuna Ambjentali:

    Kif spjegat fil-paragrafu 31 hawn fuq, l-iskema hi konformi ma’ l-għanijiet tal-politika Komunitarja u żżid mat-titjib ta’ l-ambjent.

    L-emulsjonijiet jiffaċċjaw diffikultajiet simili għal dawk ta’ fuels derivati minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu (per eżempju biofuels) biex jikkompetu b’mod effettiv ma’ fuel minn sorsi konvenzjonali: Jiġifieri spejjeż (tal-bidu) ta’ produzzjoni għaljin, nuqqas ta’ infrastruttura ta’ akkomodazzjoni fil-katina ta’ distribuzzjoni u nuqqas ta’ utenti b’sistemi ta’ kombustjoni adattati kif xieraq fil-vetturi tagħhom.

    Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward ta’ fuels konvenzjonali tkun relattivament limitata meta titqies il-pożizzjoni b’saħħitha li għad għandhom il-fuels konvenzjonali fis-suq u meta jitqies l-għadd limitat ta’ utenti ta’ emulsjonijiet.

    Id-distorsjonijiet ta’ kundizzjonijiet ta’ kummerċ fir-rigward ta’ fuels konvenzjonali jkunu limitati wkoll minħabba ħtiġijiet speċifiċi ta’ trasport u ħażna ta’ l-emulsjonijiet, per eżempju l-ħtieġa għal ipproċessari mill-ġdid f’perjodi.

    L-Italja se tressaq rapporti ta’ sorveljanza li jippermettu lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-applikazzjoni ta’ l-iskema.

    (35)

    Skond il-punt 56 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna għall-Ambjent, l-għajnuna ta’ operat għall-produzzjoni ta’ enerġija li tiġġedded tista’ tkun permessa. Il-Punt 56 tal-Linji Gwida dwar l-Ambjent jipprevedi għajnuna sabiex tkun koperta d-differenza bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu (fil-każ preżenti, l-emulsjonijiet) u l-prezz fis-suq ta’ dik l-enerġija. Dan jimplika li l-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ emulsjonijiet, wara li titqies l-għajnuna, m’għandhomx jikkumpensaw iżżejjed, jiġifieri m’għandhomx ikunu inqas mill-prezz tas-suq ta’ enerġija komparabbli miksuba minn għejun ta’ enerġija fossili li għaliha ma tkun ingħatat l-ebda għajnuna.

    (36)

    L-Italja ipprovdiet kalkoli tan-nefqa ta’ produzzjoni bbażati fuq id-data għall-2006. Il-fattur ewlieni li jiddetermina l-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ emulsjonijiet hu l-prezz tal-materja prima (per eżempju surfattant u anti-freeze) li jiġu miżjuda mal-fossil fuels u l-ilma. Spejjeż oħra huma dawk ta’ loġistika bħal ħażna f’tankijiet speċjali u trasport fi trakkijiet apposta. Flimkien ma’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni tqies ukoll li, minħabba l-valur inqas ta’ enerġija ta’ emulsjonijiet meta mqabbla ma’ fossil fuels, il-konsum ta’ emulsjonijiet hu stmat li huwa 10 % ogħla. Barra minn hekk, l-użu ta’ emulsjonijiet iżid spejjeż operattivi addizzjonali fuq il-konsumaturi (per eżempju t-tindif ta’ tankijiet u sistemi ta’ ċirkolazzjoni mill-ġdid). Il-kalkoli ta’ l-ispejjeż totali tal-produzzjoni ta’ emulsjonijiet jinkludu qligħ ġust ta’ 5 %. Il-prezz tas-suq ta’ fossil fuels rappurtat mill-Italja għal tqabbil ma’ emulsjonijiet ta’ nafta hu medja tal-prezzijiet ta’ nafta fl-ewwel ħmistax-il jum ta’ Marzu 2006 (16).

    (37)

    Mit-tabella t’hawn taħt, li hi bbażata fuq l-informazzjoni ipprovduta mill-Italja, jidher ċar li l-għajnuna tippermetti lill-produtturi sabiex ibiegħu l-emulsjonijiet bi prezz suffiċjenti sabiex jikkompeti ma’ fossil fuels.

    (38)

    Sabiex tevita l-kumpens żejjed fil-perjodu sħiħ ta’ l-iskema, l-Italja impenjat ruħha li tissorvelja tibdil fil-prezzijiet ta’ fossil fuels u nefqiet ta’ produzzjoni ta’ emulsjonijiet kull sitt xhur. Fejn id-differenza bejn l-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ emulsjonijiet u l-prezz ta’ referenza ta’ fossil fuels taqbeż il-valur tat-tnaqqis, l-Italja taġġusta r-rifużjoni tat-taxxa sabiex tevita l-kumpens żejjed.

     

    Emulsjonijiet ta’ ilma bi:

    Nafta, użata fit-trasport

    nafta, użata għat-tisħin

    fuel tqil b’livell baxx ta’ kubrit użat għat-tisħin

    Materja prima:

    A)

    Fossil fuel

    387

    387

    362

    B)

    Ilma dejonizzat

    0,5

    0,5

    0,5

    Ċ)

    Surfattant u amortizzazzjoni ta’ riċerka

    62

    62

    14,5

    D)

    Antifreeze

    8

    8

     

    E)

    Cetane improver

    3,5

    3,5

     

    F)

    Batteriċida

    1

    1

     

    Spejjeż loġistiċi:

    G)

    Ħażna f’tankijiet

    6

    6

    6

    H)

    Trasport f’tankijiet speċjali

    4

    4

    4

    I)

    Spejjeż oħra (straordinarji)

    1

    1

    1

    J)

    Spejjeż ta’ produzzjoni

    10

    10

    10

    K)

    Spejjeż totali: Total minn A sa J

    483

    483

    398

    L)

    Marġini ta’ profitt: 5 % ta’ K

    24,15

    24,15

    19,9

    M)

    Total, esklużi t-taxxi K + L

    507,15

    507,15

    417,9

    N)

    Dazju ta’ l-emulsjoni

    256

    245

    29,5

    O)

    Fattur ta’ aġġustament tal-kontenut enerġetiku: 10 % de (M + N)

    76,31

    75,21

    44,74

    P)

    Spejjeż operattivi addizzjonali

    10

    10

    10

    R)

    Prezz aħħari ta’ emulsjonijiet eskluża l-VAT: (M + N + O + P)

    849,46

    837,36

    502,14

    S)

    Prezz aħħari ta’ fossil fuels eskluża l-VAT (**):

    843

    831

    490

    Differenza (R – S) (***)

    6,46

    6,36

    12,14

    (39)

    Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna hi ristretta sabiex tkopri d-differenza bejn l-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-enerġija minn għejun ta’ enerġija li jiġġeddu u l-prezz tas-suq ta’ dik l-enerġija u li m’hemm l-ebda kumpens żejjed fit-tifsira tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Ambjentali.

    (40)

    Billi l-miżura tirrigwarda rifużjoni ta’ dazju għal prodott ta’ enerġija, il-Kummissjoni evalwatha wkoll fir-rigward tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija.

    (41)

    Id-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija tistabbilixxi livelli minimi ta’ tassazzjoni għal prodotti ta’ enerġija. Sa fejn jirrigwarda t-taħlitiet ta’ fuel, il-livell minimi huma applikabbli għall-prodotti finali. Sabiex ikunu implimentati politiki xierqa għal ċirkostanzi nazzjonali, id-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija tippermetti lill-Istati Membri sabiex japplikaw eżenzjonijiet u rifużjonijiet ta’ taxxa meta ma jkunux ta’ dannu għall-operat xieraq tas-suq intern u ma jirriżultawx f’distorsjoni tal-kompetizzjoni.

    (42)

    Fil-prinċipju, l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija jippermetti lill-Istati Membri sabiex inaqqsu r-rati ta’ taxxa ta’ prodotti ta’ fuel finali mir-rata normali għal l ivell mhux inqas mil-livell minimu ta’ tassazzjoni f’ċerti każijiet, per eżempju meta jkun hemm titjib fil-kwalità tal-fuels. L-Artikolu 16 jippermetti lill-Istati Membri sabiex japplikaw eżenzjoni jew rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni għall-parti li tiġġedded u dik ta’ ilma tat-taħlita.

    (43)

    Sabiex ikun applikat l-Artikolu 5 bħala ġustifikazzjoni għar-rifużjonijiet ta’ taxxa, l-emulsjonijiet għandhom ikunu fuels ta’ kwalità mtejba meta mqabbla ma’ fossil fuels korrispondenti. It-tagħrif ipprovdut mill-Italja u l-kummenti tal-partijiet terzi juru b’mod ċar li ż-żieda ta’ l-ilma ma’ fossil fuels tibdel il-karatteristiċi fiżiċi tagħhom u ġġib benefiċċji ambjentali.

    (44)

    Wara li jiżdied l-ilma, il-fuel jinbidel fid-dehra, id-densità, il-viskożità u l-valur kaloriku tiegħu. Il-preżenza ta’ l-ilma ttejjeb il-kwalità ta’ kombustjoni u tirriżulta f’emissjonijiet inqas inkwinanti ta’ partikolati PM, ossidi ta’ nitroġenu u diossidu tal-karbonju. Għalhekk l-emulsjonijiet jistgħu jkunu trattati bħala titjib fil-kwalità ta’ fossil fuels bħala tali. L-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 għall-emulsjonijiet jippermetti t-tnaqqis tar-rata ta’ dazju għal-livell minimu speċifikat fid-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija.

    (45)

    Fil-każ ta’ emulsjonijiet ta’ nafta użata bħala fuel għall-vetturi, l-Italja tuża l-Artikolu 16 u, filwaqt li tibda mil-livell minimu Komunitarju ta’ tassazzjoni ta’ EUR 302, tagħmel eżenzjoni fuq il-parti ta’ l-ilma fit-taħlita. Għalhekk it-taxxa finali għal dawn l-emulsjonijiet hija 15 % inqas mir-rata minima ta’ taxxa u tammonta għal EUR 256.7.

    (46)

    Il-Kummissjoni sabet li, fil-każ partikolari ta’ l-emulsjonijiet, dan l-approċċ hu ġustifikat bl-Artikolu 5 u l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija, meqjusa b’mod konġunt. Iż-żieda ta’ l-ilma f’fossil fuels tirriżulta fi prodott fiżikament differenti, bi kwalità mtejba ta’ kombustjoni u benefiċċji ambjentali konsegwenti. Dan iġib l-applikazzjoni ta’ l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva. Simultanjament, il-prodott finali fih 15 % ilma, li hu eliġibbli għal koċessjonijiet fuq taxxa skond l-Artikolu 16.

    (47)

    Għar-raġunijiet t’hawn fuq, it-tnaqqis f’tassazzjoni għall-emulsjonijiet propost mill-Italja hu konformi mad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija.

    (48)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat il-problema ta’ l-akkumulazzjoni potenzjali ta’ distorsjoni li tiġi mill-għajnuna taħt l-iskema ta’ tnaqqis tad-dazju u distorsjonijiet oħra li ġejjin minn għajnuna oħra illegali u inkompatibbli, b’mod partikolari taħt l-iskemi msemmija fil-paragrafu 14, li li għadha ma ngħatatilhiex rifużjoni. Skond id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Mejju 1997 (17), il-kompatibilità ta’ għajnuna ġdida tista’ tiddependi fuq l-eżistenza ta’ kwalunkwe għajnuna illegali preċedenti li ma ġietx imħallsa lura, ladarba l-effett kumulattiv ta’ l-għajnuna jista’ joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq komuni sa punt sinifikattiv.

    (49)

    Il-Kummissjoni tinnota li, f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tad-deċiżjoni fuq Deggendorf, l-awtoritajiet Taljani irreferew għall-kummenti mressqa lill-Kummissjoni mill-Unione Petrolifera, li stqarru li: “il-benefiċjarji ta’ l-għajnuna in kwistjoni huma differenti mill-benefiċjarji ta’ l-hekk imsejħa għajnuna illegali”. Fil-kunsiderazzjoni ta’ dawn il-kummenti, l-awtoritajiet Taljani impenjaw irwieħhom sabiex jissospendu l-ħlas ta’ għajnuna jekk il-benefiċjarju tkun kumpanija li għadha ma għamlitx rifużjoni jew ma’ ħallsitx f’kont imblukkat kwalunkwe għajnuna illegali jew inkompatibbli li waslet fuq il-bażi ta’ waħda mill-miżuri ta’ għajnuna msemmija mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura.

    (50)

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll li waqt il-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE ma rċeviet l-ebda kumment minn partijiet terzi li l-għajnuna proposta tista’ teffettwa l-kundizzjonijiet ta’ kummerċ u toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni sa punt kuntrarju għall-interess komuni.

    VII.   KONKLUŻJONIJIET

    (51)

    Fuq il-bażi ta dak li ntqal qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura hi konformi mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna Ambjentali applikati b’analoġija u d-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija. Barra minn hekk, l-Italja impenjat ruħha sabiex tissospendi l-għoti ta’ għajnuna ġdida taħt l-iskema ta’ bħalissa lil kumpaniji li ma għamlux rifużjoni ta’ l-għajnuna inkompatibbli skond id-deċiżjoni ta’ rkupru preċedenti relevanti. Il-miżura għalhekk tista’ titqies bħala waħda kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-miżura li l-Italja qed tippjana sabiex timplimenta għal rifużjonijiet ta’ taxxa fuq emulsjonijiet għall-2006, li jammontaw għal EUR 8.9 miljun, hi kompatibbli mas-suq komuni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat.

    L-implimentazzjoni tal-miżura hi awtorizzata skond dan.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Italja.

    Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Diċcembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Neelie KROES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU C 157, 6.7.2006, p. 8.

    (2)  Ara n-nota 1 t’isfel.

    (3)  Studji mwettqa minn Laboratori ENI Tecnologie u ċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta ta’ l-Unjoni Ewropea f’Ispra (per eżempju, riċerka mwettqa fl-Azzjoni 2113 – Karatterizzazzjoni u Inventarji ta’ l-Emissjonijiet).

    (4)  Tnaqqis attwali jiddependi fuq il-proporzjon ta’ petrol-diesel.

    (5)  Inklużi bliet kbar bħal Milan, Ruma, Napli, Turin u Genoa.

    (6)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

    (*)  ETD – Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija

    (7)  ĠU L 77, 24.3.2003, p. 21.

    (8)  ĠU L 352, 27.11.2004, p. 10.

    (9)  ĠU L 100, 20.4.2005, p. 46.

    (10)  Fost l-oħrajn, il-White Paper ta’ l-1997 dwar enerġiji li jiġġeddu (COM(1997) 599 finali, 26.11.1997), il-Green paper tal-Kummissjoni dwar is-sikurezza tal-forniment ta’ enerġija fl-Unjoni Ewropea (COM(2000) 769, 29.11.2000), u l-komunikat tal-Kummissjoni dwar fuels alternattivi għal trasport fit-triq u dwar sett ta’ miżuri sabiex ikun promoss l-użu ta’ biofuels (COM(2001) 547, 7.11.2001).

    (11)  COM(2005)446.

    (12)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.

    (13)  ĠU L 123, 17.5.2003, p. 42.

    (14)  Ara r-rapport finali dwar il-Programm imħejji għad-DĠ Enerġija dwar il-website li ġejja: http://ec.europa.eu/energy/oil/fuels/doc/alternative_fuels_en.pdf.

    (15)  ĠU C 37, 3.2.2001, p. 3.

    (16)  Għal tqabbil ma’ emulsjonijiet ta’ żejt karburanti tqil intuża prezz medju tas-suq mistħarreġ mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Milan.

    (**)  Din tirreferi għall-prezz medju għad-Diesel b’kubrit baxx Platt fl-ewwel 15-il jum ta’ Marzu 2006 + EUR 25/1 000 litru li jikkorrispondu għal medja tad-differenza bejn il-prezz extra-network u ta’ Platt. Tqies li d-densità tan-nafta hi ta’ 0 845 kg/l. Għal żejt tqil għat-tisħin il-prezz jirreferi għall-prezz medju tas-suq mistħarreġ mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Milan.

    (***)  Jekk id-differenza tkun pożittiva, il-livell ta’ għajnuna jkun permissibbli. Jekk id-differenza tkun negattiva, il-livell ta’ għajnuna jkun għoli wisq u jirriżulta f’kumpens żejjed.

    (17)  Il-Każ C-355/95P Textilwerke Deggendorf GmbG (TWD) v l-Kummissjoni [1997] ECR I-2549, paragrafi 25-27.


    19.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 187/30


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006

    dwar għajnuna mill-istat C 3/2005 (ex N 592/2004 (ex PL 51/2004)) li l-Polonja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Fabryka Samochodow Osobowych S.A. ex. DAEWOO — FSO Motor S.A.)

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 6628)

    (Il-verżjoni Pollakka biss hija awtentika)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2007/509/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 88(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

    Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti (1) tagħhom skond id-dispożizzjonijiet hawn fuq iċċitati,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    (1)

    L-għajnuna mogħtija lil DAEWOO-FSO MOTOR S.A., li bidlet isimha għal Fabryka Samochodów Osobowych S.A. (iktar ‘il quddiem “FSO” jew “il-benefiċjarja”), ġiet innotifikata lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra datata 30 ta’ April 2004 bħala għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni. B’ittra tad-19 ta’ Mejju 2004, il-Kummissjoni talbet lill-Polonja sabiex tissottometti ċerti dokumenti li kienu neqsin. Dawn ġew mogħtija fit-18 ta’ Ġunju 2004. Il-Kummissjoni talbet iżjed informazzjoni permezz ta’ ittra tat-2 ta’ Awwissu 2004, li l-Polonja wieġbet permezz ta’ ittra reġistrata fit-13 ta’ Settembru 2004; u b’ittra tas-6 ta’ Ottubru 2004, li l-Polonja wieġbet fit-3 ta’ Novembru 2004. Saret laqgħa fid-9 ta’ Novembru 2004.

    (2)

    Fil-5 ta’ Jannar 2005, l-awtoritajiet Pollakki aċċettaw li l-Kummissjoni kienet ser tittratta n-notifika tat-30 ta’ April 2004 ukoll bħala notifika taħt l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat tal-KE fil-każ ta’ kwalunkwe miżuri li jinstabu li jikkostitwixxu għajnuna ġdida.

    (3)

    Permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Jannar 2005, il-Kummissjoni nfurmat lill-Polonja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta’ l-għajnuna li ma kinitx ingħatat qabel l-adeżjoni u li kienet tikkostitwixxi għajnuna ġdida. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ April 2005 (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu kummenti dwar il-miżuri. L-ebda parti terza ma ssottomettiet kummenti.

    (4)

    F’ittra tat-28 ta’ Frar 2005, li ġiet irreġistrata fl-1 ta’ Marzu 2005, l-awtoritajiet Pollakki talbu estensjoni tal-perjodu ta’ żmien sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-ftuħ ta’ proċedura formali ta’ investigazzjoni. It-tweġiba parzjali tal-Polonja ġiet sottomessa permezz ta’ ittra ta’ l-1 ta’ April 2005, li ġiet irreġistrata fl-4 ta’ April 2005. Fl-istess ittra, il-Polonja talbet estensjoni tal-perjodu ta’ żmien għall-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex il-pjan ta’ ristrutturar jiġi aġġornat sal-15 ta’ April 2005. Fl-ittra tagħhom tas-27 ta’ April 2005, irreġistrata fid-29 ta’ April 2005, l-awtoritajiet Pollakki reġgħu talbu estensjoni tat-terminu ta’ żmien għall-għoti ta’ informazzjoni supplimentari sat-13 ta’ Mejju 2005. Din ġiet sottomessa permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Mejju 2005 u rreġistrata fit-2 ta’ Ġunju 2005 u kienet tinkludi verżjoni aġġornata tal-pjan ta’ ristrutturar. Ġew sottomessi kummenti addizzjonali permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Ġunju 2005 u rreġistrata fl-14 ta’ Ġunju 2005.

    (5)

    B’ittra ta’ l-4 ta’ Awwissu 2005 li ġiet irreġistrata fit-8 ta’ Awwissu 2005, il-Polonja nfurmat lill-Kummissjoni li kien irnexxielha ssib investitur ġdid għal FSO. B’ittra tat-28 ta’ Settembru 2005 li ġiet irreġistrata fid-29 ta’ Settembru 2005, l-awtoritajiet Pollakki nfurmaw lill-Kummissjoni li pjan aġġornat għar-ristrutturar, li jinkludi d-deskrizzjoni tal-mudelli prodotti, kien ser jiġi ppreżentat f’Novembru 2005. B’ittra tas-16 ta’ Novembru 2005 li ġiet irreġistrata l-għada, il-Polonja ssottomettiet il-verżjoni Ingliża tal-valutazzjoni ta’ l-ishma ta’ FSO. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni supplimentari fit-12 ta’ Diċembru 2005. L-awtoritajiet Pollakki ssottomettew aktar informazzjoni b’ittra tal-15 ta’ Diċembru 2005, li ġiet irreġistrata fid-19 ta’ Diċembru 2005, li fiha ġie sottomess l-aġġornament tal-pjan ta’ ristrutturar li kien ġie mħabbar. Fl-istess ittra, il-Polonja nfurmat lill-Kummissjoni li kienet se tipprovdi iżjed informazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin. Fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Jannar 2006, li ġiet irreġistrata fil-5 ta’ Jannar 2006, il-Polonja ssottomettiet tweġiba parzjali għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2005 u talbet differiment sat-23 ta’ Jannar 2006 sabiex tipprovdi l-informazzjoni li kien fadal. B’ittra tas-26 ta’ Jannar 2006, li ġiet irreġistrata fit-30 ta’ Jannar 2006, il-Polonja ssottomettiet parti mill-informazzjoni addizzjonali u talbet estensjoni tat-terminu taż-żmien sas-6 ta’ Frar 2006. B’ittra ta’ l-14 ta’ Frar 2006 li ġiet irreġistrata fil-15 ta’ Frar 2006, il-Polonja pprovdiet il-punti neqsin fit-tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2005.

    (6)

    Fil-21 ta’ Frar 2006, fi Brussell, saret laqgħa bejn uffiċjali tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Pollakki, il-maniġment ta’ FSO u l-investitur AvtoZAZ. Wara l-laqgħa, fit-8 ta’ Marzu 2006, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-Polonja. It-tweġiba tal-Polonja ntbagħtet b’ittra tas-6 ta’ April 2006, li ġiet irreġistrata l-għada. Il-Kummissjoni, b’ittra lill-Polonja tas-27 ta’ April 2006, akkordat estensjoni tat-terminu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-verżjoni finali tal-pjan ta’ ristrutturar sa l-20 ta’ Mejju 2006. L-informazzjoni ġiet sottomessa mill-awtoritajiet Pollakki b’ittra tat-22 ta’ Mejju 2006, li ġiet irreġistrata l-għada.

    (7)

    B’ittra tat-28 ta’ Ġunju 2006 u tad-29 ta’ Ġunju 2006, li t-tnejn ġew irreġistrati l-għada, l-awtoritajiet Pollakki infurmaw lill-Kummissjoni li kien għadu kemm ġie ffirmat mill-FSO ftehim għall-għoti ta’ liċenzja għall-produzzjoni ta’ mudell ta’ karrozza ġdida. Fid-29 ta’ Ġunju 2006, saret laqgħa ma’ l-awtoritajiet Pollakki.

    (8)

    Il-Kummissjoni, permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Lulju 2006, talbet iżjed informazzjoni, li l-awtoritajiet Pollakki pprovdew b’ittra tad-19 ta’ Lulju 2006 u tas-27 ta’ Lulju 2006.

    (9)

    L-awtoritajiet Pollakki ssottomettew informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Awwissu 2006 u waqt il-laqgħa tal-31 ta’ Awwissu 2006.

    (10)

    B’ittra tas-6 ta’ Settembru 2006, il-Kummissjoni talbet iżjed informazzjoni, li ngħatat b’ittra tat-3 ta’ Ottubru 2006, li ġiet irreġistrata l-għada. Il-Polonja infurmat lill-Kummissjoni li kienet se tipprovdi aktar informazzjoni fl-għaxart ijiem ta’ xogħol li kien imiss.

    (11)

    Il-Polonja ssottomettiet informazzjoni addizzjonali b’ittra tas-17 ta’ Ottubru 2006, li ġiet irreġistrata fid-19 ta’ Ottubru 2006. F’din l-ittra, l-awtoritajiet Pollakki talbu laqgħa mas-servizzi tal-Kummissjoni. Din il-laqgħa saret fi Brussell fis-7 ta’ Novembru 2006. L-awtoritajiet Pollakki, wara din il-laqgħa, bagħtu ittra fis-17 ta’ Novembru 2006.

    2.   DESKRIZZJONI

    2.1.   Il-Benefiċjarja ta’ l-għajnuna

    (12)

    FSO hija produttriċi Pollakka tal-karrozzi. L-impjant tal-produzzjoni ewlieni tal-kumpanija jinsab f’Varsavja, żona megħjuna skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE. Tipproduċi karrozzi tal-passiġġieri, spare parts u aċċessorji. Mill-aħħar tad-disgħinijiet, is-sors ewlieni tad-dħul tagħha kien il-produzzjoni ta’ vetturi tal-marka Daewoo Matiz u Lanos. FSO S.A. tikkontrolla 18-il sussidjarja (is-servizz, il-produzzjoni tal-komponenti, il-bejgħ) li niżlu minn […] (*) fl-1999.

    (13)

    Il-predeċessura ta’ FSO kienet tinsab fil-Polonja sa mill-ħamsinijiet u kienet waħda mill-akbar żewġ produtturi tal-karrozzi Pollakki. Fl-1996 ġie konkluż ftehim ta’ impriża konġunta bejn Daewoo Motor Corporation Ltd. (“DMC”) u l-Ministeru ta’ l-Industrija u l-Kummerċ. Daewoo akkwistat 70 % ta’ l-entità li kienet għadha kemm ġiet imwaqqfa DAEWOO-FSO MOTOR S.A. Madwar 25 % tal-kumpanija kienet il-proprjetà tat-Teżor ta’ l-Istat u l-bqija kienet ta’ l-azzjonisti minoritarji. Minn dakinhar, l-isem tal-kumpanija nbidel għal Fabryka Samochodów Osobowych (“FSO”).

    2.2.   Id-diffikultajiet u l-isforzi sabiex jinstab investitur strateġiku

    (14)

    Id-diffikultajiet ta’ FSO jirriżultaw l-aktar mill-falliment ta’ l-akbar azzjonist tagħha – DMC – fl-2000. Dan wassal għat-tnaqqis fit-talba tal-vetturi bil-marka Daewoo minħabba l-inċertezza tal-klijenti dwar id-destin ta’ FSO, id-disponibbiltà ta’ l-ispare parts u s-servizzi tat-tiswija. Minn barra dan, fil-bidu ta’ dan id-deċennju, FSO soffriet tnaqqis kbir fil-bejgħ ta’ vetturi ġodda fil-Polonja minħabba żieda sinifikanti fl-importazzjoni fil-Polonja ta’ vetturi użati mill-Punent ta’ l-Ewropa. Fl-aħħarnett, matul is-snin, iż-żewġ mudelli prodotti, peress li ma ġewx rinovati bħala mudelli kompetittivi, saru inqas attraenti fis-suq ta’ l-UE. B’konsegwenza ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-bejgħ ta’ FSO niżel minn 189 000 karrozza (li minnhom 179 000 inbiegħu fil-Polonja) fl-1999 għal 47 000 fl-2001. FSO soffriet telf nett fl-2000, l-2001 u l-2002 li kien jammonta għal PLN 2.1 biljun (EUR 540 miljun (3)), PLN 1.1 biljun (EUR 282 miljun) u PLN 425 miljun (EUR 109 miljun) rispettivament. Fl-aħħar snin, il-maġġoranza kbira tal-karrozzi prodotti kienu Lanos li ġew esportati lejn l-Ukraina [f’kittijiet għall-immuntar] u mmuntati u mibjugħa minn AvtoZAZ li kienet bdiet kooperazzjoni kummerċjali ma’ FSO fl-2000. Il-bejgħ totali baqa’ f’livell baxx ħafna u l-kumpanija kompliet tirreġistra telf fl-operat.

    Tabella 1.

     

    1999

    2000

    2001

    2002

    2003

    2004

    2005

    Bejgħ Totali (1) (1 000 karrozza inklużi l-kittijiet għall-immuntar)

    189

    121

    47

    30

    35

    43

    47

    (15)

    Xi partijiet (notevolment l-isem tad-ditta u xi impjanti ta’ produzzjoni Ażjatiċi) tal-kumpannija falluta DMC, iżda mhux FSO, inxtraw minn General Motors u tqegħdu f’sussidjarja ġdida msejħa GM DAT, li tfisser General Motors Daewoo Auto & Technology.

    (16)

    FSO ilha tfittex investitur strateġiku sa minn meta bdew il-problemi. Fi Frar 2004, ikkuntattjat l-akbar 29 kumpanija tal-karrozzi u bagħtitilhom memorandum li fih preżentat lilha nnifisha bħala opportunità attraenti għall-investiment. [Xi] kumpaniji, AvtoZAZ, […], [esprimew] fi prinċipju l-interess tagħhom li jinvestu f’FSO. L-AvtoZAZ, il-konsumatur ewlieni ta’ FSO, esprima interess konkret f’kooperazzjoni usa’ ma’ FSO. Il-gvern Pollakk beda negozjati eskussivi ma’ AvtoZAZ għall-bejgħ ta’ FSO.

    (17)

    AvtoZAZ hija l-akbar produttriċi tal-karrozzi ġewwa l-Ukraina. Din il-kumpanija tarma karrozzi ta’ diversi marki, fosthom ZAZ (il-marka tagħha stess), Daewoo, VAZ (marka tal-kumpanija Russa Lada) u Opel (4). Hija l-proprjetà ta’ UKRAVTO, li hija s-sid ta’ l-ikbar netwerk tad-distribuzzjoni tal-karrozzi u tal-pompi tal-petrol fl-Ukraina. UKRAVTO tiddistribwixxi diversi marki fosthom ZAZ, Daewoo, Chevrolet, VAZ u Opel.

    (18)

    Fil-25 ta’ Ġunju 2004, ġiet iffirmata Ittra ta’ Intenzjoni bejn it-Teżor ta’ l-Istat, AvtoZAZ u FSO. Il-Kunsill tal-Ministri approva, permezz ta’ riżoluzzjoni tad-9 ta’ Novembru 2004, il-bejgħ ta’ l-ishma ta’ FSO li kienu l-proprjetà tat-Teżor ta’ l-Istat. FSO u t-Teżor ta’ l-Istat qablu li jaħtru lil KPMG bħala konsulent indipendenti sabiex jagħmel valutazzjoni tal-kumpanija. Ġew applikati l-metodu ta’ l-ispejjeż (il-valur fuq il-kotba ta’ l-assi u r-responsabbiltajiet, b’korrezzjoni fejn kien neċessarju) u l-metodu tal-likwidazzjoni (il-valur fis-suq tal-bejgħ furzat ta’ l-assi ta’ FSO wara li jitnaqqas il-passiv). Fiż-żewġ każijiet, il-valur ta’ l-ishma ta’ FSO kien fin-negattiv. Fl-istess ħin, it-Teżor ta’ l-Istat għażel it-tieni konsulent indipendenti (PriceWaterhouseCoopers) sabiex iwettaq l-istima tiegħu. Dan ikkonferma l-ewwel stima.

    (19)

    Il-ftehim tal-bejgħ ma’ AvtoZAZ (5) ġie iffirmat fit-30 ta’ Ġunju 2005 għall-prezz totali ta’ PLN 100. Skond dan il-ftehim, AvtoZAZ trid jimplimenta l-pjan kummerċjali nnegozjat mat-Teżor ta’ l-Istat. Dan ikopri l-perjodu 2005 – […] u jippjana t-tnedija tal-produzzjoni ta’ mudell ta’ karrozza ġdid, iż-żieda fil-volum ta’ produzzjoni u ż-żamma ta’ livell minimu ta’ impjiegi. Il-ftehim jindika li l-għajnuna mill-Istat, li hemm fil-pjan ta’ ristrutturar li ġie nnotifikat lill-Kummissjoni, se tingħata mill-gvern Pollakk, jekk din tiġi approvata mill-Kummissjoni. Ix-xerrej jiddikjara li l-għoti ta’ l-għajnuna mill-Istat lil FSO kienet waħda mill-kundizzjonaijiet għad-deċiżjoni tiegħu li jixtri l-ishma tal-kumpanija.

    (20)

    Sadanittant, AvtoZAZ xtrat (bi skont) minn […] li kienu kredituri ta’ FSO, 100 % tal-pretensjonijiet pendenti kontra FSO, li kienu jirrappreżentaw ammont nominali ta’ kważi […].

    2.3.   Is-swieq (6)

    (21)

    Fl-1999, il-bejgħ ta’ vetturi ġodda fil-Polonja kien jammonta għal 640 000 u s-sehem tas-suq ta’ FSO kien 28 %, u b’hekk, dak iż-żmien, kienet il-produttriċi tal-karrozzi ewlenija fil-Polonja. Fl-2003, in-numru tal-karrozzi mibjugħa ġewwa l-Polonja niżel għal 358 000 u s-sehem tas-suq ta’ FSO ma kienx aktar minn 2.2 % (inqas minn 8 000 karrozzi mibjugħa). Fl-2004, FSO biegħet biss 3 500 karrozza fil-Polonja. Il-kompetituri ewlenin ta’ FSO fil-Polonja (u fl-Ewropa) huma Fiat, Skoda, Renault, Toyota, Opel, Peugeot, Ford, Volkswagen u Citroen. Fis-suq Pollakk, il-proporzjon tal-bejgħ tal-vetturi importati żdied minn 25 % fl-1998 għal 75 % fl-2003.

    (22)

    Meta wieħed iqis l-Unjoni Ewropea, il-kapaċità ta’ produzzjoni fl-2004 (25 Stat Membru) kienet ta’ 20.8 miljun karrozza, waqt li l-volum tal-produzzjoni kien biss ta’ 14.5 miljun karrozza. B’rata ta’ użu tal-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 70 %, l-industrija għalhekk qegħda tbati minn kapaċitajiet żejda importanti. Waqt li l-livell tal-bejgħ ta’ FSO fl-1999 kien jikkorrispondi għall-sehem fis-suq ta’ l-UE ta’ iżjed minn 1 %, il-produzzjoni ta’ FSO fl-2004 kienet tirrappreżenta sehem fis-suq ta’ inqas minn 0.5 %.

    (23)

    Sa mill-2003, il-parti l-kbira tal-produzzjoni ta’ FSO tinxtara minn AvtoZAZ u tinbiegħ fis-suq ta’ l-Ukraina. Il-bejgħ ta’ karrozzi ġodda fl-Ukraina żdied b’rata mgħaġġla f’dawn l-aħħar snin. Mill-2001 sa l-2005 żdied minn 65 000 għal 265 000. F’dan il-pajjiż, il-karrozzi Daewoo prodotti minn FSO qegħdin jaffrontaw kompetizzjoni minn dawn id-ditti: VAZ (Lada), ZAZ, Chevrolet u mudelli oħra tad-Daewoo mhux prodotti minn FSO. Skoda, Opel, Toyota, Mitsubishi, Nissan, Renault u VW huma preżenti f’dan is-suq iżda għandhom ishma tas-suq iżjed limitati.

    (24)

    FSO tippjana wkoll li tesporta parti mill-produzzjoni tagħha lejn […]. Il-bejgħ tal-karrozzi fl-[…] kien ta’ madwar 1.6 miljun karrozza fl-2005. Il-marki domestiċi għandhom 72.5 % tas-sehem tas-suq waqt li l-karrozzi impurtati jkopru 27.5 % tal-bejgħ. Il-kwalità baxxa u d-disinn qadim tal-marki tal-karrozzi […] iżda wasslu għall-żieda permanenti fl-importazzjonijiet. Barra minn hekk, il-manifatturi tal-karrozzi barranin qegħdin jibnu faċilitajiet fil- […]. Xi 40 % tal-kumpaniji tal-karrozzi tal-punent diġà stabbilew fabbriki fiż-żona u 16 % oħra qegħdin jippjanaw li jagħmlu dan.

    2.4.   Il-pjan ta’ ristrutturar

    (25)

    Kif jidher f’Tabella 2, il-meniġment beda l-attivitajiet ta’ ristrutturar ta’ FSO S.A. u s-sussidjarji tagħha hekk kif is-sitwazzjoni marret għall-agħar fl-2000, wara l-falliment ta’ DMC. Il-forza tax-xogħol ta’ FSO reġgħet ġiet imnaqqsa bi 2 222 ħaddiem bejn Jannar 2001 u Settembru 2003. Il-pjan ta’ ristrutturar innotifikat lill-Kummissjoni f’April 2004 (il-“pjan ta’ ristrutturar inizjali”) li nbeda fl-aħħar ta’ l-2003, u li għandu jitlesta fl-2007, jippjana tnaqqis addizzjonali ta’ 1 100 impjegat fin-numru tal-ħaddiema ta’ FSO S.A., u b’hekk dawk impjegati fit-tul għandhom ikunu madwar 2 000 ħaddiem. Minn dakinhar dan ġie implimentat fil-maġġorparti tiegħu. Il-forza tax-xogħol niżlet għal 2 200 persuna fl-aħħar ta’ l-2005. Sadanittant, l-awtoritajiet Pollakki ħabbru li l-livell ta’ l-aħħar jikkorrispondi għall-għan ġdid għal perjodu ta’ żmien twil. Is-sussidjarji kkontrollati minn FSO ġew ukoll ristrutturati kompletament matul dawn is-snin u l-forza tax-xogħol ġiet imnaqqsa b’mod konsiderevoli.

    Tabella 2 (7)

    Il-Forza tax-xogħol fl-aħħar tas-sena

     

    1999

    2000

    2001

    2002

    2003

    2004

    2005

    FSO S.A.

    8 769

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    2 236

    Servizz, komponenti, u sussidjarji oħra

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Il-bejgħ tas-sussidjarji

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Total

    FSO S.A. + Sussidjarji

    19 099

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    6 534

    (26)

    Il-pjan inizjali ta’ ristrutturar, li ġie nnotifikat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ April 2004, kien ibbażat fuq il-kundizzjoni li qabel l-2006 jinstab investitur strateġiku għal FSO. Peress li l-mument tad-dħul ta’ l-investitur ma kienx ċar meta ġie ppreparat il-pjan ta’ ristrutturar, inizjalment kien jinkludi żewġ varjanti alternattivi. Matul l-2004, meta d-dħul ta’ investitur potenzjali sar iżjed ċar, FSO ikkonfermat l-ewwel varjant ta’ ristrutturar, avolja d-dati mmirati kellhom jiġu ttardjati xi ftit. Inkludiet il-miżuri li ġejjin:

    Estensjoni tad-drittijiet għall-produzzjoni ta’ Matiz u Lanos sa l-aħħar ta’ l-2006 (il-ftehim għall-għoti ta’ liċenzja ġie effettivament iffirmat mal-GM DAT f’April 2004),

    Id-dħul ta’ AvtoZAZ bħala investitur strateġiku qabel ma’ jkunu għaddew l-ewwel tliet xhur ta’ l-2005 (qabel l-aħħar ta’ l-2004),

    Il-produzzjoni ta’ mudell modifikat ta’ Lanos mill-2005 ‘l quddiem (li qabel ma kinitx ġiet imsemmija),

    L-iżvilupp ta’ żewġ mudelli ġodda tagħha stess, u l-produzzjoni għandha tibda mill-2007 (qabel 2005/2006).

    (27)

    Fil-pjan inizjali ta’ ristrutturar, FSO ippjanat li fit-tul tipproduċi [bejn 130 000 u 170 000] karrozza. Bi qbil ma’ l-għan ta’ produzzjoni fit-tul tagħha, ippjanat li tillimita b’terz il-kapaċità ta’ produzzjoni eżistenti jiġifieri minn [200 000-230 000] vettura kull sena – fuq il-bażi ta’ żewġ xiftijiet u 250 ġurnata ta’ xogħol – għal [140 000-170 000]. Mill-2001, din il-kapaċità eżistenti intużat b’mod limitat (inqas minn 25 %). Wara r-ristrutturar, huwa stmat mill-awtoritajiet Pollakki li l-punt fejn FSO ma tagħmilx telf huwa ta’ [100 000-150 000] karrozza (8).

    (28)

    Fis-sottomissjonijiet suċċessivi tagħhom, l-awtoritajiet Pollakki nfurmaw lill-Kummissjoni dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-pjan inizjali ta’ ristrutturar u li l-għanijiet intermedjarji tal-bejgħ ma kinux intlaħqu.

    (29)

    Fl-2005, il-pjan ta’ ristrutturar ġie mmodifikat fis-sens li FSO ma kinitx qegħda tippjana iżjed li tiżviluppa l-mudelli ġodda tagħha stess, iżda minflok kienet se tipproduċi mudell eżistenti ta’ manifattur kbir tal-karrozzi, imsejjaħ “entità li tagħti l-liċenzja”, li m’għandiex tiġi mħawwda ma’ “l-investitur”, AvtoZAZ. Il-komponenti kollha għall-produzzjoni tagħhom għalhekk ikunu diġà disponibbli u l-ispejjeż ta’ l-investiment ikunu limitati għall-aġġustamenti teknoloġiċi għal-linji ta’ produzzjoni eżistenti ta’ FSO, sabiex jippermettu l-produzzjoni tal-mudell il-ġdid. FSO, għalhekk, sabiex tikseb dan il-pjan ġdid, kellha bżonn tattira entità li tagħti l-liċenzji.

    (30)

    Il-Kummissjoni tosserva li din il-modifika fil-pjan ta’ ristrutturar – li minbarra investitur tattira wkoll entità li tagħti liċenzja – saret neċessarja peress li FSO ma rnexxilhiex tattira manifattur kbir tal-karrozzi bħala investitur, li miegħu FSO setgħet tiżviluppa mudell ġdid, kif inkluż fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali. L-investitur – AvtoZAZ – ma żviluppax mudelli tiegħu stess li huma kompetittivi fis-suq ta’ l-UE.

    (31)

    Wara li ġie mmodifikat skond l-iżvilupp tan-negozjati ma’ l-investitur, il-pjan ta’ ristrutturar mbagħad ġie modifikat skond l-iżvilupp tan-negozjati ma’ entitajiet potenzjali li jagħtu l-liċenzji.

    (32)

    Fil-verżjoni tal-pjan ta’ ristrutturar bid-data ta’ Novembru 2005, l-awtoritajiet Pollakki ndikaw li kienet se tiġi mwaqqfa sussidjarja ġdida ta’ FSO […].

    (33)

    Fl-[…] 2006, FSO u l-azzjonista tagħha UkrAvto ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim ma’ GM DAT għall-produzzjoni ta’ mudell ġdid minn FSO.

    (34)

    Fl-aħħarnett, fl-[…] 2006, FSO u UkrAvto kkonkludew […] ftehim ma’ GM DAT għall-produzzjoni u l-[…] tal-mudell […] (Chevrolet Aveo). GM kienet qiegħda tfittex kapaċitajiet ġodda fl-[…] għall-produzzjoni ta’ dan il-mudell. Skond it-termini tal-kuntratt, FSO tista’ timmanifattura u timmonta dan il-mudell sal- […]. Tista’ tbiegħu sal-[…] fi […].

    (35)

    Fl-istess ħin, FSO iffirmat estensjoni ma’ GM DAT li kienet tmur lil hinn mill-[…] tal-ftehim eżistenti ta’ l-għoti tal-liċenzja għall-produzzjoni ta’ Daewoo Lanos. Skond il-kuntratt il-ġdid, FSO tista’ tipproduċi dan il-mudell sa […] u tbiegħu sa […]. Peress li l-bejgħ tal-Lanos […] żdied fl-2005 u fl-2006, FSO beħsiebha tipproduċi dan il-mudell qadim fi kwantitajiet sostanzjali sakemm tibda l-produzzjoni tal-[…] fl-aħħar tal-[…].

    (36)

    Fis-sottomissjonijiet ta’ informazzjoni riċenti tagħhom, l-awtoritajiet Pollakki ndikaw li FSO, b’kuntrarju ta’ dak li kien ġie imħabbar qabel, tippjana li fit-tul tbiegħ [130 000 – 170 000] karrozza, b’mod partikolari wara l-2008. Parti minn din il-produzzjoni għandha tinbiegħ fil-[…]. Ħafna mill-parti li jkun fadal ser tinbiegh fl-[…].

    (37)

    Fl-aħħarnett, fil-każ tar-ristrutturar finanzjarju, li hija parti mill-pjan ta’ ristrutturar, mill-2003 ttieħdu u ġew implimentati miżuri sabiex jitnaqqas id-dejn tal-kumpanija. L-ewwel, fit-22 ta’ Settembru 2003, ġie ffirmat ftehim bejn il-kredituri ewlenin ta’ FSO, jiġifieri DMC, it-Teżor ta’ l-Istat u l-[…] istituzzjonijiet finanzjarji (fosthom […] il-banek Pollakki). Il-ftehim stabbilixxa r-rati tal-kambju tal-pretensjonijiet ta’ DMC u tat-Teżor ta’ l-Istat f’ishma ta’ FSO bl-istess rata ta’ kambju. Din il-bidla saret minn dakinhar. L-istituzzjonijiet finanzjarji […] kellhom jaħfru l-maġġoranza tal-pretensjonijiet tagħhom kontra FSO. Kif ġie indikat minn dakinhar, il-banek […] biegħu (bi skont) lill-investitur il-pretensjonijiet li kien fadlilhom kontra FSO. Diġà ġew maħfura iżjed minn PLN […] miljun […]. Minbarra dan il-ftehim mal-kredituri l-kbar tagħha, FSO ippreżentat rikors fil-qorti fis-17 ta’ Settembru 2003 sabiex tibda proċeduri ta’ arranġament, li kellhom x’jaqsmu mal-kredituri ż-żgħar ta’ FSO. Dawn il-proċeduri sadanittant ġew konklużi.

    Tabella 3.

    Ir-ristrutturar tal-passiv

    Partita

    Passiv

    (PLN ‘000)

    Interessi

    (PLN ‘000)

    Totali

    (PLN ‘000)

    Mibdula f’ishma

    (PLN ‘000)

    Maħfura

    (PLN ‘000)

    DMC

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Teżor ta’ l-Istat

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Proċeduri ta’ Arranġament

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    […] istituzzjonijiet finanzjarji

    […]

    […]

    […]

    […]

    […]

    Total

    4 193 892

    873 849

    5 067 741

    3 547 475

    1 188 500

    L-ammont tal-passiv fis-self ġie kkwotat bi qbil mal-ftehim (meta titqies ir-rata tal-kambju tal-USD fid-data tal-Ftehim jiġifieri 3.94 PLN/USD).

    […]

    2.5.   Il-miżuri ta’ għajnuna

    (38)

    Fid-deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li diġà kienu ttieħdu diversi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna ta’ ristrutturar qabel l-adeżjoni, fl-aħħar tliet xhur ta’ l-2003 u fl-ewwel erba’ xhur ta’ l-2004. Dawn il-miżuri, għalhekk, mhumiex soġġetti għal din il-proċedura ta’ investigazzjoni li tikkonċerna biss il-miżuri ta’ għajnuna ppjanati li jingħataw qabel l-adeżjoni. L-għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni iżda trid tittieħed f’kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà, b’mod partikolari meta ssir evalwazzjoni li l-għajnuna qegħda tingħata skond il-minimu neċessarju.

    (39)

    L-ikbar parti ta’ l-għajnuna mogħtija wara l-adeżjoni tieħu l-forma ta’ […] % garanzija mill-Istat fuq is-self futur għall-investiment lil […]. Is-self mill-bank se jiġi indikat f’dollari Amerikani u f’ammont ta’ USD […] miljun (EUR […] miljun (9)). Il-garanzija għalhekk tesponi lill-Istat għall-pagamenti potenzjali li jammontaw għal USD 83 miljun (EUR 66 miljun) (10) It-tieni miżura importanti hija l-maħfra mill-Ministeru tal-Finanzi tal-pretensjonijiet kontra FSO li jammontaw għal PLN 34 860 000 (EUR 9 miljun).

    (40)

    Il-miżuri differenti huma mniżżla fit-tabella li jmiss, fuq il-bażi tas-sottomissjoni tat-3 ta’ Jannar 2006 mill-awtoritajiet Pollakki (11):

    Tabella 4:

    “Għajnuna mill-Istat wara l-adeżjoni”

    Nru

    L-Awtorità li tagħti l-għajnuna

    mill-Istat/It-tip ta’ passiv

    It-tip ta’ għajnuna mill-Istat

    Miżura f’valur nominali

    (1 000 USD)

    1

    Il-Ministeru tal-Finanzi

    Garanziji u Rahan fuq il-kreditu għall-investiment

    83 000


    Nru

    L-Awtorità li tagħti l-għajnuna

    mill-Istat/It-tip ta’ passiv

    It-tip ta’ għajnuna mill-Istat

    L-ammont ta’ dejn maħfur jew pospost/miżuri f’valur nominali

    (1 000 PLN)

    2

    L-Uffiċċju tat-Taxxa Varsavja Praga

    Maħfra

    34 860

    3

    L-Istitut ta’ l-Assigurazzjoni Soċjali

    Maħfra

    1 586

    4

    Il-Fond ta’ l-Istat għar-Riabilitazzjoni ta’ Persuni b’Disabilità

    Ħlasijiet lil PFRON

    Maħfra, Posponiment f’5 ħlasijiet ta’ kull tliet xhur L-ewwel ħlas: 30 ta’ Ġunju 2005

    467

    382

    5

    Il-Fond ta’ l-Istat għar-Riabilitazzjoni ta’ Persuni b’Disabilità

    Ħlasijiet lil PFRON

    Maħfra, Posponiment f’6 ħlasijiet ta’ kull tliet xhur L-ewwel ħlas ikun dovut fl-1 ta’ Jannar 2006

    375

    375

    6

    Il-Belt ta’ Varsavja Taxxa fuq il-proprjetà

    Posponiment għal 12-il ħlas ta’ kull xahar

    L-ewwel ħlas ikun dovut fit-2 ta’ Jannar 2006

    5 836

    7

    Il-Belt ta’ Varsavja

    Id-Distrett ta’ Białołęka

    Ħlas għal ċens perpetwu ta’ l-art

    Posponiment tal-ħlas sal- fil-31 ta’ Diċembru 2005.

    376

    8

    L-Uffiċċji Muniċipali tal-Belt ta’ Varsavja

    Ħlas għaċ-ċens perpetwu ta’ l-art

    Posponiment tal-ħlas sal- fil-31 ta’ Diċembru 2005.

    2 022

    9

    L-Uffiċċju Starost tad-Distrett f’Ełk

    Ħlas għaċ-ċens perpetwu ta’ l-art

    Posponiment tal-ħlas sal- fil-31 ta’ Diċembru 2005.

    56

    10

    L-Uffiċċju tal-Belt ta’ Elk

    Taxxa fuq il-proprjetà

    Posponiment għal 12-il ħlas ta’ kull xahar responsabbiltajiet għall-April, Mejju 2004

    L-ewwel ħlas ikun dovut fil-31 ta’ Diċembru 2004

    54

    11

    L-Uffiċċju tal-Belt ta’ Elk

    Taxxa fuq il-proprjetà

    Posponiment għal 12-il ħlas ta’ kull xahar

    L-I ħlas għandu jkun dovut fit-30 ta’ Ġunju 2005

    323

    12

    L-Uffiċċju tal-Belt ta’ Kożuchów

    Taxxa fuq il-proprjetà

    Posponiment għal 12-il ħlas ta’ kull xahar

    L-ewwel ħlas ikun dovut fl-1 ta’ Jannar 2005

    458

    13

    Gvernatur Provinċjali ta’ Mazowiecki

    Ħlas għaċ-ċens perpetwu ta’ l-art

    Maħfra tad-dejn għall-2004

    2 419

    14

    Il-Belt ta’ Varsavja

    Ħlas għaċ-ċens perpetwu ta’ l-art

    Maħfra tad-dejn għall-2004

    397

    15

    L-Uffiċċju Starost tad-Distrett f’ Opole

    Ħlas għaċ-ċens perpetwu ta’ l-art

    Posponiment tal-ħlas sal- fil-31 ta’ Diċembru 2004.

    79

    16

    L-Uffiċċju Starost tad-Distrett f’ Opole

    Ħlas għaċ-ċens perpetwu ta’ l-art

    Posponiment tal-ħlas sal- fil-31 ta’ Diċembru 2005.

    79

    17

    L-Uffiċċju Starost tad-Distrett f’Nysa

    Ħlas għaċ-ċens perpetwu ta’ l-art

    Posponiment tal-ħlas sal- fil-31 ta’ Diċembru 2004.

    89

    18

    L-Uffiċċju Starost tad-Distrett f’Nysa

    Ħlas għaċ-ċens perpetwu ta’ l-art

    Posponiment tal-ħlas sal- fil-31 ta’ Diċembru 2005.

    81

    19

    L-Uffiċċju tal-Belt ta’ Nysa

    Taxxa fuq il-proprjetà

    Maħfra, Posponiment tal-ħlasijiet li jitħallsu f’16-il ħlas ta’ kull tliet xhur

    341

    341

    20

    It-tieni Uffiċċju tat-Taxxa Mazowiecki f’Varsavja

    Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet tal-liġi ċivili

    Maħfra

    1 103

    21

    It-tieni Uffiċċju tat-Taxxa Mazowiecki f’Varsavja

    Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet tal-liġi ċivili

    Maħfra

    671

    22

    It-tieni Uffiċċju tad-Dwana f’Varsavja

    Dwana

    Posponiment tal-ħlasijiet għal Mejju, Ġunju 2004 sa Diċembru 2004

    1 050

    23

    It-tieni Uffiċċju tad-Dwana f’Varsavja

    Dwana

    Posponiment tal-ħlasijiet għal-Lulju, Awwissu 2004 sa Jannar 2005

    1 000

    24

    Fond Nazzjonali għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent u l-Ġestjoni ta’ l-Ilma/Fond Provinċjali għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent u t-Teżor ta’ l-Istat

    għall-Maniġment ta’ l-Ilma

    Sussidju jew self preferenzjali sabiex jiġu ffinanzjati l-ispejjez għall-implimentazzjoni u l-ħidma, sa l-aħħar ta’ l-2008, ta’ sistema sabiex jiġu riċiklati l-vetturi u l-ispejjeż sabiex isir adattament għar-rekwiżiti legali fl-iskop tal-protezzjoni ambjentali.

    7 170

     

     

    TOTAL f’PLN (linji 2-24)

    61 990

    (41)

    Il-miżuri ta’ għajnuna li ġew innotifikati jammontaw għall-USD 83 miljun (EUR 66 miljun) u PLN 62 miljun (EUR 16 miljun). Bir-rata tal-kambju ta’ l-20 ta’ Ottubru 2006, il-miżuri totali ta’ għajnuna għalhekk jammontaw għal EUR 82 miljun jew PLN 318 miljun.

    (42)

    Numru importanti ta’ miżuri ta’ għajnuna għalhekk huma fil-forma ta’ rinunzji jew posponimenti tal-pretensjonijiet eżistenti ta’ l-Istat kontra FSO. Peress li skond l-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni, il-ħlas ta’ dawn il-pretensjonijiet minn FSO kien għadu ma sarx, FSO kienet diġà bbenefikat mis-sospensjoni tar-rifużjoni ta’ dan il-passiv. B’riżultat ta’ dan, jista’ jitqies li dawn il-miżuri kienu diġà ġew parzjalment implimentati.

    2.6.   Il-bażi sabiex tinbeda l-proċedura

    (43)

    Fid-deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni indikat li l-kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna l-ġdida kienet se tiġi evalwata fuq il-bażi tal-linji gwida applikabbli ta’ salvataġġ u ristrutturar. Il-Linji Gwida attwali tal-Komunità dwar l-għajnuna li jagħti l-istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-kumpaniji li jkunu f’diffikultà (12) (“il-linji gwida għall-2004”) daħlu fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2004. Għall-miżuri nnotifikati qabel din id-data, japplikaw il-linji gwida preċedenti ta’ salvataġġ u ristrutturar ta’ l-1999 (13) (“il-linji gwida”). Peress li l-miżuri ġew innotifikati fid-29 ta’ April 2004, japplikaw il-linji gwida ta’ l-1999. Il-Kummissjoni għalhekk għamlet stima inizjali ta’ l-għajnuna (l-ġdida) notifikata fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti f’dawn il-linji gwida.

    (44)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet, l-ewwelnett, li FSO, minħabba t-telf u t-tnaqqis fil-bejgħ li għaddiet minnu fis-snin preċedenti, kienet tikkwalifika bħala kumpanija f’diffikultà skond it-taqsima 2.1 tal-linji gwida.

    (45)

    Fir-rigward tar-restawr tal-vijabilità, il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar ċerti aspetti tal-pjan. Element wieħed ta’ dan it-tħassib kellu x’jaqsam man-nuqqas ta’ ċarezza fil-livell ta’ produzzjoni ppjanat. Il-Kummissjoni rrimarkat ukoll li ma kellhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-pjan aġġornat ta’ ristrutturar, li skond l-awtoritajiet Pollakki kien ġie nnegozjat ma’ l-investitur. Ta’ importanza wkoll kienet l-indikazzjoni tal-Kummissjoni li ma kinitx irċeviet mingħand l-awtoritajiet Pollakki servej tas-suq. Indikat li dan ta’ l-aħħar ikollu jinkludi stima tal-kapaċità totali ta’ produzzjoni u t-talba fuq il-livell tal-komunità, u kellu jikkonkludi jekk hemmx eċċess tal-kapaċità fis-suq.

    (46)

    Biex jiġi evitat li l-kompetizzjoni tiġi affettwata b’mod eċċessiv, il-Kummissjoni ndikat li ma setgħetx tieħu pożizzjoni finali, għaliex, fl-ewwel lok, l-awtoritajiet Pollakki ma kinux ipprovdew indikazzjonijiet jekk hemmx produzzjoni żejda fis-suq li fih topera FSO. Fit-tieni lok, il-Polonja ma kinitx indikat miżuri potenzjali li FSO u/jew l-investitur kienu qegħdin jippjanaw li jaddottaw li kienu jmorru lil hinn mit-tnaqqis tal-kapaċità, li diġà kien ġie meqjus fil-pjan ta’ ristrutturar bħala neċessarju sabiex tinkiseb vijabilità, u li setgħu jitqiesu bħala miżuri ta’ kumpens.

    (47)

    Fil-każ tal-limitazzjoni ta’ l-għajnuna għall-minimu neċessarju, il-Kummissjoni talbet iżjed dettalji dwar il-miżuri li huma meqjusa bħala l-kontribut tagħha stess, kif ukoll dettalji dwar l-ispejjeż għar-ristrutturar. Il-Kummissjoni esprimiet ukoll tħassib dwar jekk l-għajnuna kinitx ġiet illimitata għal minimu neċessarju peress li l-kundizzjonalità ta’ ċerti miżuri ta’ għajnuna kienu jindikaw li dawn ma kinux assolutament neċessarji.

    (48)

    Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni nnutat li l-ftehim għar-ristrutturar tad-dejn li sar mal-kredituri pubbliċi fit-22 ta’ Settembru 2003 seta’ jinkludi l-għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni. Din l-għajnuna potenzjali, anke jekk il-kumpatibbiltà tagħha ma tistax tiġi evalwata u ma tistax tiġi rkuprata, trid xorta waħda tittieħed f’kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni ta’ l-għajnuna ġdida.

    3.   IR-REAZZJONIJIET TAL-POLONJA

    (49)

    Fir-rigward tal-figuri kontradittorji dwar il-livelli ppjanati ta’ produzzjoni fis-snin 2005 u 2006, l-awtoritajiet Pollakki spjegaw, fl-ittra tagħhom tat-13 ta’ Ġunju 2005, li minħabba d-dewmien fid-dħul ta’ l-investitur fil-kumpanija, il-figuri kienu ġew imnaqqsa fil-verżjonijiet suċċessivi tal-pjan ta’ ristrutturar. Huma indikaw li punt fejn ma jsirx telf, stmat għal madwar [100 000 – 150 000] karrozza, għandu jintlaħaq fi […]. Fl-ittra tagħhom tat-22 ta’ Mejju 2006, l-awtoritajiet Pollakki pprovdew l-previżjonijiet tal-bejgħ għas-snin 2008 sa 2010. Fid-dokumenti sottomessi waqt il-laqgħa tal-31 ta’ Awwissu 2006, l-awtoritajiet Pollakki ħabbru l-previżjonijiet għas-snin 2006 sa l-2008, li kkonfermaw il-figuri preċedenti.

    Tabella 5.

    Il-previżjonijiet tal-produzzjoni

    (1 000 karrozza)

    2006

    2007

    2008

    2009

    2010

    Ittra tat-22 ta’ Mejju 2006 (14)

     

     

    […]

    […]

    [> 200]

    Dokument tal-31 ta’ Awwissu 2006 (Previżjonijiet tal-produzzjoni li jinkludu l-kittijiet għall-immuntar)

    [< 100]

    […]

    […]

     

     

    (50)

    Fl-ittra tagħhom tat-3 ta’ Ottubru 2006, l-awtoritajiet Pollakki ssottomettew previżjoni miżjuda b’mod sostanzjali għas-snin 2008 sa -2010. Skond dawn ta’ l-aħħar, il-produzzjoni annwali għandha tkun (‘il fuq minn 250 000] karrozza matul dan il-perjodu.

    (51)

    Kif ġiet mitluba tagħmel fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Polonja ssottomettiet il-verżjoni aġġornata tal-pjan ta’ ristrutturar fil-31 ta’ Mejju 2005. Il-Polonja, minn dakinhar, reġgħet issottomettiet verżjonijiet aktar ġodda. Il-pjan ta’ ristrutturar jinkludi deskrizzjonijiet tas-swieq li fihom taħdem FSO. Kif diġà ġie indikat qabel, juri li hemm kapaċitajiet żejda konsiderevoli fl-UE.

    (52)

    Fir-rigward tal-proposti għal miżuri ta’ kumpens, il-Polonja tindika li, l-ewwel, FSO b’mod intenzjonali tippjana li tillimita l-produzzjoni u l-bejgħ tagħha għal-livell ta’ [140 000 - 170 000] karrozza sa l-2008, minkejja li għandha l-kapaċità li tipproduċi [200 000 - 230 000] karrozza u l-possibiltajiet reali li tikseb iżjed bejgħ minn [140 000 - 170 000] karrozza. Minn barra dan, FSO illimitat wkoll in-netwerk tal-bejgħ tagħha billi naqset in-numru tal-ħwienet li jbiegħu l-karrozzi minn […] fl-2003 għal […] fl-2006. Il-kumpanija llikwidat ukoll żewġt iħwienet. It-tielet, il-kumpanija tillimita n-numru tal-pajjiżi li lejhom tesporta l-prodotti tagħha.

    (53)

    Fir-rigward tal-limitazzjoni ta’ l-għajnuna għall-minimu neċessarju, l-awtoritajiet Pollakki pprovdew diversi dokumenti dwar l-ammonti kkunsidrati bħala l-kontribuzzjoni tagħhom stess.

    (54)

    Fl-aħħarnett, il-Polonja pprovdiet kopja tal-ftehim għar-ristrutturar tad-dejn tat-22 ta’ Settembru 2003.

    4.   L-ISTIMA TA’ L-GĦAJNUNA

    4.1.   L-eżistenza ta’ l-għajnuna

    (55)

    L-awtoritajiet Pollakki ma jikkontestawx li l-miżuri mniżżla f’Tabella 4 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, kif ġie konkluż fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

    (56)

    Minbarra l-miżuri mniżżla f’Tabella 4, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni esprimiet tħassib li l-ftehim għar-ristrutturar tad-dejn mal-kredituri pubbliċi, tat-22 ta’ Settembru 2003, seta’ jkun fih għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni. Infatti, il-Kummissjoni nnutat li l-istituzzjonijiet finanzjarji aċċettaw rinunzja parzjali tal-pretensjonijiet tagħhom kontra FSO bil-kundizzjoni biss li t-tnaqqis li jirriżulta minn din ir-rinunzja jiġi aċċettat mill-awtorità Pollakka tat-taxxa bħala spiża li tkun tnaqqas id-dħul taxxabbli. Il-Kummissjoni għalhekk indikat li l-Istat seta’ aċċetta konċessjoni iżjed importanti mill-partijiet privati għall-ftehim. L-awtoritajiet Pollakki pprovdew kopja tal-ftehim tat-22 ta’ Settembru 2003. Il-Kummissjoni tosserva li l-bidla tad-dejn li ġiet aċċettata mit-Teżor ta’ l-Istat issir taħt l-istess kundizzjonijiet tal-bidla tad-dejn minn DMC, li hija kumpanija tas-settur privat. Barra minn hekk, l-ammont hekk mibdul mid-DMC huwa ħafna ikbar mill-ammont mibdul mit-Teżor ta’ l-Istat. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tikkonkludi li din l-operazzjoni tirrispetta l-prinċipju tal-kreditur ta’ l-ekonomija tas-suq u ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat.

    (57)

    Anke jekk id-dubji fuq dan is-suġġett ma ġewx espressi fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura, peress li t-tranżazzjoni saret wara, il-Kummissjoni vverifikat jekk il-bejgħ ta’ l-interessi f’FSO li sar mill-Istat lil AvtoZAZ għall-[…] prezz ta’ PLN 100 fit-30 ta’ Ġunju 2005 kienx fih għajnuna favur ix-xerrej, u indirettament, favur FSO. Il-Kummissjoni analizzat ir-rapport ta’ evalwazzjoni magħmul mill-KPMG. Id-ditta ta’ konsultazzjoni tosserva li l-kumpanija tirreġistra telf kbir u li ma hemm l-ebda talba għall-prodotti tagħha. Għalhekk, il-metodu ta’ l-influss tal-flus kontanti skontati (discounted cash flows method) ma jistax jiġi applikat sew. Il-metodu ta’ l-ispejjeż u l-metodu tal-likwidazzjoni biss jistgħu jiġu applikati. Iż-żewġ metodi jikkonkludu li l-valur ta’ FSO huwa […]. PriceWaterhouseCoopers (“PWC”) fil-maġġorparti taqbel mal-konklużjonijiet tal-KPMG. Il-Kummissjoni ma sabitx żbalji evidenti f’dawn ir-rapporti u tikkonkludi li l-avvenimenti li seħħew bejn id-data ta’ l-evalwazzjoni mill-KPMG u d-data tat-tranżazzjoni ma jwasslux sabiex il-prezz ta’ l-ishma jsir […]. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li din it-tranżazzjoni ma tinkludiex element ta’ għajnuna.

    (58)

    B’konklużjoni, il-miżuri mniżżla f’Tabella 4 biss jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat soġġett għad-deċiżjoni attwali.

    4.2.   Il-kwantifikazzjoni ta’ l-għajnuna

    (59)

    Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri mniżżla f’Tabella 4 ma kinux ingħataw qabel l-adeżjoni tal-Polonja fl-UE fl-1 ta’ Mejju 2004. Il-Kummissjoni, iżda, tosserva li fil-kuntratt għall-bejgħ ta’ l-ishma ta’ FSO, konkluż fit-30 ta’ Ġunju 2005 bejn il-gvern u AvtoZAZ, il-kapitolu dwar l-għajnuna mill-Istat (Artikolu 9) jindika li “Il-korpi relevanti ta’ l-amministrazzjoni pubblika, kemm-il darba jirċievu deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea li tirrikonoxxi l-għajnuna ppjanata mill-Istat bħala li hija konformi mas-suq komuni, beħsiebhom jagħtu lill-Kumpanija […] għajnuna mill-Istat għar-ristrutturar. Din l-assistenza se tingħata skond it-termini pprovduti fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ FSO li bħalissa qiegħed jiġi rivedut mill-Kummissjoni Ewropea f’każ numru K 3/2005. […] Ix-Xerrej jiddikjara li l-għoti ta’ għajnuna mill-istat lill-kumpanija, li hemm referenza għalih fi klawsola 1 hawn fuq, kien wieħed mill-kundizzjonijiet għad-deċiżjoni tiegħu li jinvesti billi jixtri l-Ishma tal-Kumpanija. […] Id-dikjarazzjonijiet tal-korpi relevanti ta’ l-amministrazzjoni pubblika dwar l-intenzjoni li tingħata għajnuna mill-istat lill-Kumpanija, li għaliha saret referenza fil-klawsola 1 hawn fuq, huma nklużi fl-Anness Numru 6 ta’ dan il-kuntratt”. Il-Kummissjoni tikkonkludi, minn dak li ntqal hawn fuq, li fit-30 ta’ Ġunju 2005, kien hemm impenn mill-Istat, li kien jorbot legalment, u li kien soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni, sabiex jagħti l-għajnuna li ġiet innotifikata.

    (60)

    Il-Kummissjoni tosserva li fit-30 ta’ Ġunju 2005, u f’dati preċedenti, ma kienx ċert jekk FSO kinitx se terġa’ ssir vijabbli. Dan ġie konfermat mir-rapporti ta’ evalwazzjoni ta’ KPMG u PWC msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li l-kumpanija ma kellha l-ebda persuna li tagħti l-liċenzja għall-produzzjoni ta’ mudell ġdid. Il-kumpanija ma kinitx taf x’kienet se tipproduċi fil-futur. Il-kuntratt għall-[…] ġie ffirmat biss fl-2006. Il-ftehim għall-għoti tal-liċenzja li kien jeżisti dak iż-żmien ma’ GM DAT għall-produzzjoni ta’ Lanos skada […]. Il-livell tal-produzzjoni tal-Lanos kien baxx u ma kienx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż.

    (61)

    Fil-każ ta’ l-ammont preċiż ta’ l-għajnuna inkluż fil-garanzija ta’ l-Istat li tkopri s-self għall-investiment […], l-awtoritajiet Pollakki ma’ ssottomettewx il-kalkolu tal-fattur tar-riskju li permezz tiegħu tista’ tiġi kkalkolata l-garanzija. Sa Ottubru 2006, l-awtoritajiet Pollakki dejjem indikaw li din il-garanzija kienet neċessarja, peress li l-kumpanija ma setgħetx tikseb il-finanzjament mis-suq minħabba l-esperjenzi ħżiena u t-telf li kienu għamlu l-banek mis-self preċedenti tagħhom lil FSO. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li, kif ġie indikat, l-impenn sabiex tingħata l-garanzija ittieħed fi żmien meta r-riskju ta’ falliment kien kbir. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna inkluża fil-garanzija ta’ l-Istat tista’ tammonta ghal 100 % ta’ l-ammont tal-garanzija. Fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni li saret wara fuq il-kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna, iżda, il-Kummissjoni m’għandhiex bżonn tikkwantifika l-ammont preċiż ta’ l-għajnuna inkluż f’din il-garanzija.

    (62)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Pollakki, fis-sottomissjoni tagħhom tas-17 ta’ Ottubru 2006, issuġġerew li f’dik id-data, il-kumpanija tkun tista’ tikseb self mis-suq. B’riżultat ta’ dan, il-Polonja titlob li tikkwantifika l-għajnuna nkluża fil-garanzija fuq il-bażi tat-tnaqqis tar-rata ta’ interess miksub bis-saħħa tal-garanzija. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din it-talba. Infatti, f’dak il-mument, l-Istat kien diġà impenja ruħu li jagħti l-garanzija (u miżuri oħra ta’ għajnuna) u l-ammont ta’ għajnuna jrid jiġi evalwat mhux iżjed tard minn meta l-Istat jagħti l-impenn irrevokabbli li jagħti l-miżuri ta’ sostenn. Is-self kollu li jingħata mis-suq wara dik id-data, jiġi affetwat mill-għajnuna li se tingħata mill-Istat. Is-suq jieħu f’kunsiderazzjoni l-effett pożittiv dirett (u dak indirett, bħas-sejba ta’ investitur, li sar possibbli minħabba l-wegħda ta’ għajnuna) ta’ l-għajnuna fuq il-kumpanija. B’riżultat ta’ dan, il-prezz tal-finanzjament li jiġi offrut wara ma jistax jintuża bħala bażi sabiex tigi evalwata l-kwantità ta’ għajnuna fil-miżuri kuntrattwali li ġew imwegħda qabel. Minn barra dan, l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Pollakki dwar ir-rieda tal-banek li jagħtu self mhix konklusiva u ma tagħtix provi li kwalunkwe bank kien verament lest li jagħti self ta’ l-ammont in kwistjoni lil FSO mingħajr l-għajnuna mill-istat. L-awtoritajiet Pollakki eventwalment ikkonfermaw […] fl-ittra tagħhom tas-17 ta’ Novembru 2006.

    (63)

    Fil-każ ta’ l-għajnuna permezz tad-differiment tat-taxxa dovuta u tar-responsabbiltajiet tas-sigurtà soċjali ta’ FSO, din hija ekwivalenti għas-self lill-kumpanija. Kif ġie ndikat, dan it-tibdil fil-pjanijiet sar f’perjodu li fih ir-riskju ta’ falliment kien għoli. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-element ta’ l-għajnuna f’dawn il-posponimenti seta’ jammonta għall-ammont sħiħ li jkun ġie pospost. Fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni li saret wara dwar il-kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna, m’hemmx għalfejn li l-Kummissjoni tikkwantifika l-ammont preċiż ta’ għajnuna inkluża f’dan it-tibdil fil-pjanijiet.

    (64)

    B’konklużjoni, l-ammont massimu ta’ għajnuna mogħtija wara l-adeżjoni, evalwat fid-deċiżjoni attwali huwa ta’ USD 83 miljun (EUR 66 miljun) u PLN 62 miljun (EUR 16 miljun). Bir-rata tal-kambju ta’ l-20 ta’ Ottubru 2006, l-għajnuna massima għalhekk tammonta għal EUR 82 miljun jew PLN 318 miljun.

    (65)

    Fl-aħħarnett, fir-rigward ta’ l-ammont tal-għajnuna li jinsab fil-miżuri mogħtija qabel l-adeżjoni, il-Kummissjoni tosserva li xi wħud mill-miżuri kienu wkoll differimenti tat-taxxa u tad-dejn tas-sigurtà soċjali. Fuq il-bażi ta’ l-istess raġunament li deher qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ammont massimu ta’ għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni huwa t-total tal-valur nominali tal-miżuri, jiġifieri PLN 201 miljun (EUR 51 miljun). Mhux neċessarju li l-Kummissjoni tikkwantifika b’mod preċiż l-ammont ta’ għajnuna inkluż f’dawn il-miżuri.

    4.3.   Il-bażi legali għall-evalwazzjoni

    (66)

    Kif diġà ġie indikat fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura, l-għajnuna attwali hija evalwata fuq il-bażi tal-linji gwida tal-Komunità ta’ l-1999 (u mhux ta’ l-2004) dwar l-għajnuna li jagħti l-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-kumpaniji li jinsabu f’diffikultà. Il-Kummissjoni tikkonsidra li għajnuna għar-ristrutturar hija kompatibbli meta kull waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-linji gwida tiġi sodisfatta (15).

    4.4.   L-eliġibbiltà tal-kumpanija

    (67)

    Kif ġie indikat fid-deċiżjoni sabiex tibda l-proċedura, il-Kummissjoni tikkunsidra li FSO qegħda f’diffikultà u hija eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar. Kif ġie kkonfermat mill-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Pollakki, mingħajr l-għajnuna, il-kumpanija ma kinitx tkun kapaċi tattira azzjonist u entità li tagħti l-liċenzja, li kienu indispensabbli sabiex ma tfallix. Minn barra dan, mingħajr il-garanzija mill-Istat, il-banek sallum ikunu għadhom ma tawx self għall-investiment lil FSO, li huwa indispensabbli għall-produzzjoni ta’ mudell ġdid, u b’konsegwenza, sabiex il-kumpanija ma tfallix.

    (68)

    Il-Kummissjoni vverifikat ukoll jekk […], li jista’ jkun il-benefiċjarju ta’ self għall-investiment garantit, huwiex eligibbli. L-awtoritajiet Pollakki assiguraw li […] - jew kwalunkwe isem ieħor li jingħata – jkun sussidjarja ta’ FSO u jkun jidher fid-dikjarazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-grupp ta’ FSO. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Polonja, jista’ jiġi konkluż li l-ħolqien ta’ […] ma kienx jikkostitwixxi l-ħolqien ta’ kumpanija ġdida fis-sens tal-linji gwida. Peress li hija parti essenzjali tat-taqsima ekonomika li qegħda f’diffikulta, […] hija eligibbli għall-għajnuna ta’ ristrutturar.

    4.5.   Ir-restawr tal-vijabilità

    (69)

    Il-linji gwida jindikaw li “l-pjan ta’ ristrutturar, li għandu jkun qasir kemm jista’ jkun, għandu jirrestawra l-vijabilità fit-tul tal-kumpanija f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi dwar il-futur tal-kundizzjonijiet ta’ ħidma. […] It-titjib fil-vijabilità għandu jirriżulta l-aktar minn miżuri interni […]”

    (70)

    Kif ġie dikjarat qabel, FSO fil-futur se topera bħala produttriċi indipendenti tal-karrozzi, fis-sens li l-mudelli prodotti, immuntati u mibjugħa mid-ditta ma jiġux żviluppati fil-grupp li għalih tappartjeni (16). Għalhekk jeħtieġ li l-kumpanija tikseb ftehim għall-għoti tal-liċenzja minn manifatturi kbar tal-karrozzi li jiżviluppaw il-mudelli tagħhom stess. Dawn il-kumpaniji jistgħu jipproduċu l-mudelli tagħhom fl-impjanti tagħhom stess jew f’kumpaniji indipendenti bħal FSO. Minn dan jirriżulta li, meta tkun qegħda tipprova tikseb ftehim għall-għoti tal-liċenzja, FSO se tkun f’kompetizzjoni ma’ l-impjanti ta’ produzzjoni eżistenti tal-manifattur ikkonċernat kif ukoll ma’ produtturi indipendenti oħra. FSO jista’ jirnexxielha tikseb ftehim għall-għoti tal-liċenzja b’mod regolari u li tiġġenera profitti mill-produzzjoni tal-mudelli konċernati jekk hija tkun produttriċi ta’ fiduċja u tkun effiċjenti u jkollha bażi ta’ spejjeż baxxa.

    (71)

    Il-Kummissjoni tosserva li l-pjan ta’ ristrutturar għandu l-għan li jwettaq il-kundizzjoni ta’ l-aħħar.

    (72)

    Fil-qasam operattiv, il-kumpanija implimentat pjan ta’ ristrutturar li kien iwassal fit-tul li kellu x’jaqsam ma’ FSO u mas-sussidjarji. Uħud mill-problemi identifikati minn FSO kienu numru eċċessiv ta’ oqsma u ta’ livelli ta’ maniġment, kif ukoll struttura organizzattiva mhux adattata. FSO ddeċidiet li tnaqqas in-numru ta’ oqsma u li tgħaqqad uħud minnhom, li tnaqqas in-numru ta’ livelli ta’ maniġment u li tnaqqas in-numru ta’ pożizzjonijiet maniġerjali. Immodifikat ukoll il-funzjoni tal-mappa tad-distribuzzjoni billi kkonċentrat xi funzjonijiet u eliminat dawk żejda. B’mod ġenerali, peress li l-livell operattiv ma kienx jikkorrispondi għall-operazzjonijiet u għall-volumi proprja ta’ produzzjoni, il-kumpanija naqqset b’mod kbir il-ħaddiema tagħha, kif jidher f’Tabella 2. Il-kumpanija rristrutturat is-sussidjarji tas-servizz tagħha, is-sussidjarji tagħha li huma attivi fil-produzzjoni tal-komponenti, kif ukoll fis-sussidjarji tal-bejgħ tagħha.

    (73)

    Mill-aspett finanzjarju, il-kumpanija kienet mimlija dejn li hija ma setgħetx trodd lura minħabba t-telf sostanzjali li kienet ġarrbet mis-sena 2000. Kif jidher f’Tabella 3, iżda, il-kumpanija nnegozjat mal-kredituri tagħha, li aċċettaw, jew li jbiddlu l-pretensjonijiet tagħhom f’ishma jew li jirrinunzjaw għall-maġġorparti tagħhom.

    (74)

    Id-deskrizzjoni preċedenti turi li, kif mitluba mil-linji gwida, il-kumpanija diġà ħadet miżuri interni importanti mill-aspetti operattivi u finanzjarji sabiex terġa’ tikseb il-kompetittività tagħha. Il-perjodu ta’ ristrutturar, iżda, se jkun lest biss meta FSO tkun għamlet l-investimenti neċessarji għall-produzzjoni tal-mudell ġdid u tkun reġgħet kisbet volum ta’ produzzjoni li jkun jiġġenera profitt raġonevoli. B’konsegwenza ta’ dan, fuq il-bażi ta’ l-ippjanar attwali, il-perjodu ta’ ristrutturar għandu jitqies bħala li jispiċċa fi […].

    (75)

    Minbarra r-ristrutturar intern, li jagħmel lil FSO produttriċi iżjed effiċjenti, il-kumpanija, mill-2005, tibbenefika wkoll minn azzjonist ġdid - AvtoZAZ. Fil-fatt, dan jagħti lil FSO aċċess privileġġat għan-netwerk ta’ distribuzzjoni ta’ UkrAvto sabiex tbiegħ il-prodotti tagħha.

    (76)

    Il-Kummissjoni osservat li l-pjan ta’ ristrutturar mhuwiex ħieles mir-riskji u l-inċertezzi. Fl-ewwel lokm FSO ikollha fuq bażi regolari tagħmel offerti għall-ftehim għall-għoti tal-liċenzja li jrid ikollhom suċċess sabiex ikollha mudell x’tipproduċi. Fit-tieni lok, FSO tkun tiddependi fuq is-suċċess kummerċjali tal-vettura jew taż-żewġ vetturi prodotti, li ma jistax jiġi ggarantit. It-tielet, FSO jkollha tiġġenera biżżejjed marġini ta’ profitt bil-produzzjoni tal-mudelli kkonċernati. Minħabba l-intensità tal-kompetizzjoni fis-suq tal-karrozzi, li jidher mil-livell baxx ta’ profitt li jsir mill-produtturi ta’ vetturi ta’ massa, sabiex jinkiseb profitt ikun neċessarju li jsir titjib permanenti fl-effiċjenza u li jiġu kkontrollati l-ispejjeż. Dawn ir-riskji kollha huma parti mill-pjan ta’ ristrutturar u jistgħu, fil-każ li jimmaterjalizzaw, ma jitqisux bħala “ċirkostanzi mhux prevedibbli” fit-tifsira tal-paragrafu 48 tal-linji gwida.

    (77)

    Minħabba r-ristrutturar operattiv u finanzjarju li diġà kien inkiseb, iżda, l-appoġġ ta’ l-azzjonist ġdid u tal-[…] ftehim iffirmat mal-GM DAT fl-[…] 2006 għall-produzzjoni tal-[…], il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm probabbiltà biżżejjed li l-pjan ta’ ristrutturar fit-tul jippermetti lil FSO sabiex terġa’ tikseb il-vijabilità tagħha.

    4.6.   Għandha tiġi evitata d-distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni

    (78)

    Kif ġie indikat, l-industrija tal-karrozzi ta’ l-UE qegħda tbati minn kapaċitajiet żejda u qiegħed jiġi mħabbar b’mod regolari tnaqqis fin-numru tal-ħaddiema. F’dan il-kuntest, il-ħruġ tal-kumpaniji mis-suq huwa riżultat normali fis-suq. L-għajnuna li qegħda tiġi eżaminata bħalissa tfixkel din il-funzjoni u titfa’ l-piż ta’ l-aġġustament fuq produtturi oħrajn. Dawn il-kompetituri jaffrontaw kompetitur ieħor meta mqabbla mas-sitwazzjoni li fiha ma jkunx hemm l-għajnuna mill-istat li ssalva FSO mill-falliment. Sabiex jiġi evalwat id-daqs tad-distorsjoni li tirriżulta minħabba din l-għajnuna, huwa għalhekk neċessarju li wieħed janalizza f’liema suq topera FSO u min huma l-kompetituri tagħha.

    (79)

    Il-Kummissjoni tosserva li FSO hija attiva f’żewġt iswieq. L-ewwel nett, FSO tikkompeti sabiex tikseb il-liċenzji jew l-ordinijiet sabiex tipproduċi l-karrozzi minn manifatturi kbar eżistenti ta’ karrozzi. F’dan il-kuntest, FSO qegħda f’kompetizzjoni ma’ l-impjanti ta’ produzzjoni eżistenti – jew li huma proprjeta’ tal-manifattur kbir ikkonċernat jew li huma indipendenti – li jistgħu wkoll jipproduċu dawn il-karrozzi jew li jkun interessati li jibnuhom. Il-Kummissjoni, f’dawn l-aħħar snin, osservat li l-manifatturi kbar tal-karrozzi li huma attivi fl-UE, regolarment iqegħdu f’kompetizzjoni diversi impjanti li jinsabu f’żona ġeografika speċifika, ġeneralment fl-Ewropa (17), għall-produzzjoni ta’ mudelli speċifiċi. Minħabba din l-għajnuna, FSO tista’ ssalva mill-falliment u tista’ tikkompeti għal din il-produzzjoni għad-detriment ta’ impjanti ta’ produzzjoni oħra li jinsabu fiż-żona. Jista’ jkun li din it-tip ta’ distorsjoni forsi diġà seħħet meta FSO ngħatat il-ftehim għall-għoti tal-liċenzja […] minn GM DAT. Il-mudell […] seta’ teoretikament jiġi prodott f’impjant Ewropew ieħor. Jekk wieħed iwarrab dan il-kuntratt partikolari, il-Kummissjoni tista’, peress li FSO se tikkompeti għal ftehim għall-għoti tal-liċenzja oħra fil-futur, tassumi b’mod raġonevoli li, it-tip ta’ distorsjoni li għadha kemm ġiet deskritta se sseħħ fil-futur, għad-detriment ta’ impjanti oħra li jinsabu ġewwa l-UE. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva li t-tip ta’ karrozza li FSO beħsiebha tipproduċi bħalissa qiegħed jiġi prodott minn diversi impjanti fl-UE. Din id-distorsjoni tista’ tagħmel ħsara serja lill-impjant ta’ produzzjoni li jkun kiseb il-ftehim għall-għoti tal-liċenzja li kieku FSO ħarġet mis-suq. Il-produzzjoni ta’ mudell ta’ karrozza spiss tfisser xogħol għal mijiet (jew anke eluf) ta’ persuni matul is-snin. Il-ġid ta’ l-Istat Membru, li fih tkun tinsab il-kumpanija li l-offerta tagħha ma tkunx ġiet aċċettata, għalhekk jiġi affettwat b’mod serju bil-preżenza ta’ FSO.

    (80)

    It-tieni, il-mudell prodott minn FSO, se jkun f’kompetizzjoni ma’ mudelli oħrajn u se jieħu parti mis-suq mingħandhom. Il-mudelli li jikkompetu se jitilfu l-bejgħ meta mqabbla mas-sitwazzjoni li fiha ma jkunx hemm FSO. Din it-tip ta’ distorsjoni se taffwetta b’mod negattiv lill-manifatturi tal-karrozzi u l-impjanti tal-produzzjoni tagħhom li jipproduċu l-mudelli li jikkompetu magħhom. Li kieku FSO kellha toħroġ mis-suq, il-produzzjoni tal-mudelli li FSO aktarx tipproduċi kienu jingħataw lil impjanti ta’ produzzjoni oħra. Il-Kummissjoni tosserva iżda, li jekk FSO tingħata l-kuntratt, dan ikun ifisser li hija produttriċi irħas. Għalhekk, fis-suq jiġu offruti karrozzi irħas milli f’sitwazzjoni kieku FSO għalqet (18). Barra minn hekk, huwa ġeneralment rikonoxxut li ż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni disponibbli fis-suq għandha t-tendenza li tnaqqas il-prezz tal-prodott ikkonċernat. Il-prezzijiet iżjed baxxi tal-karrozzi, għalhekk, qegħdin jagħmlu ħsara lill-kompetituri. Il-Kummissjoni tosserva li, skond il-previżjonijiet inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar, il-produzzjoni fit-tul ta’ FSO se tirrappreżenta bejn il-l u t-2 % tal-produzzjoni tal-karrozzi ġewwa l-UE. Kif ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet Pollakki, iżda, il-karrozzi prodotti minn FSO se jkunu l-aktar f’kompetizzjoni mal-mudelli tal-karrozzi li huma ta’ daqs u prezz simili. Għalhekk, is-sehem tas-suq fuq dik is-sezzjoni partikolari ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “negliġibbli” fit-tifsira tal-paragrafu 36 tal-linji gwida.

    (81)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi mill-analiżi preċedenti li l-kompetituri ta’ FSO – l-impjanti ta’ produzzjoni li jagħmlu offerti għall-kostruzzjoni ta’ l-istess mudell, l-impjanti ta’ produzzjoni li jipproduċu l-mudelli li jikkompetu magħhom, il-manifatturi tal-karrozzi li jipproduċu mudelli kompetituri – se jiġu affettwati b’mod negattiv mill-għajnuna li se tippermetti li FSO tkompli f’suq li qiegħed ibati minn kapaċità żejda. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkalkula li huma neċessarji miżuri sabiex tiġi llimitata d-distorsjoni li tinħoloq mill-għajnuna. Meta tkun qegħda tiddeċiedi fuq il-livell ta’ dawn il-miżuri, il-Kummissjoni tieħu f’kunsiderazzjoni l-fatturi ta’ mitigazzjoni, li l-kumpanija tinsab f’żona megħjuna u li s-sehem tas-suq huwa limitat.

    (82)

    Waqt il-proċeduri, l-awtoritajiet Pollakki pproponew diversi miżuri ta’ kumpens. L-ewwel l-awtoritajiet Pollakki ndikaw li FSO illimitat n-netwerk tal-bejgħ tagħha billi naqqset in-numru tal-ħwienet. Il-Kummissjoni iżda tosserva li, peress li l-bejgħ fil-Polonja naqas ħafna u xi ħwienet jew għandhom responsabbiltajiet li misshom diġà tħallsu vis-à-vis FSO jew kienu fallew, din ir-razzjonalizzazzjoni kienet neċesarja għar-raġunijiet ta’ vijabilità u sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-bejgħ. Minn barra dan, uħud minn dawn il-ħwienet ma kinux ikkontrollati minn FSO u kienet id-deċiżjoni tas-sid li ma jbiegħx iżjed il-karrozzi ta’ FSO u li jbiegħ marki oħrajn. Din il-miżura, għalhekk, mhijiex sforz addizzjonali ta’ FSO u ma tnaqqasx il-preżenza tal-kumpanija fis-swieq li tmur lil hinn minn dak li huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ vijabilità. Għalhekk, ma jistax jiġi aċċettat bħala miżura ta’ kumpens.

    (83)

    L-awtoritajiet Pollakki pproponew ukoll li FSO tillimita b’mod “volontarju” n-numru ta’ pajjiżi li lejhom tesporta l-produzzjoni tagħha. Il-Kummissjoni iżda tinnota li FSO mhijiex se tipproduċi l-mudelli tagħha stess iżda se tipproduċi fuq il-bażi tal-ftehim għall-għoti tal-liċenzja. Kuntratt bħal dan jillimita l-pajjiżi li fihom tista’ tinbiegħ il-produzzjoni. Għalhekk, din il-limitazzjoni hija parti integrali tal-pjan kummerċjali u mhijiex konċessjoni minn FSO, li ma għandha l-ebda kontroll fuqha. Minn barra dan, il-previżjonijiet tal-bejgħ għal dawn il-pajjiżi ma ġewx imsaħħa b’biżżejjed elementi.

    (84)

    L-awtoritajiet Pollakki pproponew li jżarmaw xi apparat fil-linji ta’ produzzjoni ta’ FSO. Dan l-apparat, iżda, xorta jrid jiġi sostitwit sabiex jiġi prodott mudell ġdid.

    (85)

    Fl-aħħarnett, il-Polonja ndikat li l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ FSO hija ta’ [200 000 – 230 000] karrozza kull sena, fuq il-bażi ta’ żewġ xiftijiet, ipproponiet li tillimita l-kapaċità ta’ produzzjoni għal [140 000 – 170 000] karrozza kull sena sa l-2008. Il-Kummissjoni tosserva li dan jikkorrispondi għal livell ta’ produzzjoni previst minn FSO għall-2008 (ara tabella 5) (19). Għalhekk, din il-miżura ma kinitx se tkun ta’ piż fuq il-kumpanija.

    (86)

    Bħala konklużjoni, il-miżuri kollha proposti mill-awtoritajiet Pollakki ma jirrappreżentawx il-konċessjonijiet magħmula minn FSO. Ma jnaqqsux il-preżenza fis-suq ta’ FSO iżjed minn dak li jitqies bħala ġġustifikat minħabba n-neċessità li tiġi rrestrawrata l-vijabilità. Ma jistgħux jikkompensaw għad-distorsjoni li tirriżulta minħabba l-għajnuna. Għandha tiġi evitata għalhekk id-distorsjoni mhux neċessarja tal-kompetizzjoni. Peress li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri huma neċessarji sabiex tiġi llimitata d-distorsjoni fil-kompetizzjoni, iddeċidiet li tagħmel il-kumpatibbiltà ta’ l-għajnuna soġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet:

    (1)

    Il-produzzjoni annwali tal-karrozzi tal-passiġġieri, inklużi t-tipi kollha tal-kittijiet għall-immuntar, tigi llimitata għal 150 000 karrozza sa l-aħħar ta’ Frar 2011 (20), […];

    (2)

    Il-bejgħ annwali fl-UE (21), tal-karrozzi tal-passiġġieri manifatturati, jiġi llimitat għal 107 000 karrozza sa l-aħħar ta’ Frar 2011 (22);

    (3)

    Dawn iż-żewġ kundizzjonijiet japplikaw għal FSO, għas-sussidjarji preżenti u futuri kollha tagħha, u għal kwalunkwe kumpanija kkontrollata mill-azzjonist ta’ FSO safejn dan jopera l-ishma (eż impjanti, linji ta’ produzzjoni) li bħalissa huma l-proprjetà ta’ FSO jew tas-sussidjarji tagħha.

    (87)

    Il-Kummissjoni tqis li din il-kundizzjoni hija xierqa sabiex tnaqqas id-distorsjoni fil-kompetizzjoni li tirriżulta minħabba l-għajnuna. Fuq il-bażi tal-previżjonijiet tal-produzzjoni provduti mill-awtoritajiet Pollakki, din kienet se tikkostitwixxi limitu fuq il-kumpanija għal sentejn biss jew għall-massimu ta’ tliet snin u xahrejn (23). Bħala konsegwenza, waqt dan il-perjodu din il-kundizzjoni se ġġiegħel lill-kumpanija sabiex tipproduċi u tbiegħ ftit karrozzi. Dawn il-limitazzjonijiet ifissru wkoll li l-kumpanija ma tkunx tista’ tagħmel offerti għall-ftehim għall-għoti ta’ liċenzja addizzjonali li jkun jeħtieġ produzzjoni waqt dan il-perjodu.

    (88)

    Billi l-livell ta’ produzzjoni jiġi ddisinjat (dewmien, livell) b’tali mod li l-effett restrittiv jiġi llimitat għal żewġ – jew għall-massimu ta’ tliet snin u xahrejn, il-Kummissjoni tieħu f’kunsiderazzjoni l-istat tar-reġjun li fih tkun il-kumpanija u s-sehem tas-suq limitat tagħha.

    4.7.   L-Għajnuna tiġi llimitata għall-minimu neċessarju

    (89)

    Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni fil-fond, il-Kummissjoni esprimiet tħassib dwar jekk kinitx neċessarja l-għajnuna kollha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni osservat li l-għoti ta’ ċerti miżuri sar bil-kundizzjoni li jinsab investitur. B’riżultat ta’ dan, l-għajnuna kienet tidher bħala mod sabiex jiġi attirat investitur u mhux li kienet se tiġi llimitata għal dak li l-kumpanija verament kienet teħtieġ sabiex ma tfallix. L-investigazzjoni fil-fond warrbet dawn id-dubji. Infatti l-Kummissjoni tosserva li mingħajr l-appoġġ ta’ investitur u ta’ dak li jagħti l-liċenzja, il-kumpanija waħedha ma kinitx teħles mill-falliment. Infatti, FSO ma kellha l-ebda mudell x’tipproduċi u ma kellhiex il-kapaċità li tiżviluppa mudell kompletament ġdid. Minn barra dan, in-nuqqas ta’ interess muri mid-29 l-akbar manifatturi tal-karrozzi wara l-kuntatti magħmula minn FSO fi Frar 2004 juri li l-kumpanija kienet f’sitwazzjoni diffiċli ħafna u li anke bl-għajnuna ma kinitx tirrappreżenta kumpanija li kienet tidher vijabbli u li kienet tagħmel il-qligħ. Fuq il-bażi ta’ dak li diġà ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-fatt li parti mill-għajnuna saret bil-kundizzjoni li jinstab investitur ma kienx ifisser li din l-għajnuna kienet taqbeż il-minimu neċessarju sabiex FSO terġa’ tikseb il-vijabilità.

    (90)

    Sabiex jiġi evalwat jekk l-għajnuna hijiex limitata għall-minimu neċessarju, il-Kummissjoni analizzat liema partijiet kienu diġà jappoġġaw u dawk li kienu se jappoġġaw l-ispejjeż tar-ristrutturar. Dawn ta’ l-aħħar għandhom x’jaqsmu l-aktar ma’ l-ispejjeż ta’ ristrutturar tal-passiv tal-kumpanija. Il-kumpanija kienet teħtieġ ukoll garanzija għall-ammont iżgħar sabiex tikseb is-self għall-investiment li jkun jiffinanzja l-modernizzazzjoni tal-linja ta’ produzzjoni li kienet neċessarja sabiex jiġi prodott il-mudell ġdid.

    (91)

    Kif ġie indikat qabel (ara Tabella 3), ġie iffirmat ftehim f’Settembru 2003 bejn FSO u l-kredituri ewlenin tagħha. F’dan il-kuntest, DMC ikkapitalizzat il-pretensjonijiet tagħha kontra FSO li kienu jammontaw għall-PLN [2 – 3] biljun (**)[…]. It-Teżor ta’ l-Istat għamlet l-istess għall-ammont ta’ PLN [400 – 800] miljun […]. Kif ġie indikat fil-paragrafu 0, il-Kummissjoni tqis din il-bidla bħala ħielsa mill-għajnuna. F’dan il-ftehim ta’ Settembru 2003, il-banek privati ntrabtu li jirrinunzjaw għall-pretensjonijiet tagħhom kontra FSO li kienu jammontaw għall-PLN [0.7 – 1.2] biljun […], u iżjed min-nofs ta’ dan l-impenn kien diġà ġie implimentat. Ġew ristrutturati wkoll pretensjonijiet iżgħar kontra FSO u b’hekk ġew maħfura PLN [120 – 230] miljun […] oħra. Il-bidla tad-dejn u r-rinunzji jnaqqsu direttament l-ammont ta’ għajnuna li tkun neċessarja sabiex il-kumpanija ma tfallix. Infatti, kieku dawn il-kredituri ma aċċettawx il-bidliet u r-rinunzji tal-pretensjonijiet tagħhom, il-ħlas lura ta’ dan il-passiv kien ikun dovut immedjatament u kienet tkun neċessarja għajnuna addizzjonali sabiex jiġu mħallsa lura u b’hekk jiġi evitat il-falliment ta’ FSO. B’kollox, jekk ma titqiesx l-bidla tad-dejn mit-Teżor ta’ l-Istat, il-kontribuzzjoni magħmula mill-kredituri privati ta’ FSO jammonta għall-PLN [2.8 – 4.4] biljun […].

    (92)

    Minbarra l-kontribuzzjoni li għadha kemm ġiet deskritta, il-Polonja indikat li f’dawn l-aħħar snin AvtoZAZ iffinanzjat minn qabel l-ordnijiet tagħha lil FSO, li kienu jirrapprezżentaw kważi l-produzzjoni kollha tal-kumpanija Pollakka. Dawn il-finanzjamenti minn qabel ippermettew lil FSO, li ma kellha l-ebda likwidità disponibbli sabiex tiffinanzja l-produzzjoni (eż tixtri l-inputs) tal-karrozzi ordnati. Dawn l-ordnijiet imħallsa minn qabel ippermettew lill-kumpanija sabiex topera f’dawn l-aħħar snin. Dawn it-tipi ta’ finanzjamenti minn qabel mhumiex prattika komuni fl-industrija tal-karrozzi, speċjalment fil-każ ta’ kumpanija li tkun f’diffikultà. Jista’ jiġi konkluż li AvtoZAZ, permezz ta’ dan il-ħlas minn qabel lil FSO kkontribwixxiet għall-finanzjament tal-kumpanija waqt din il-fażi ta’ ristrutturar. Dan il-kontribut privat huwa sinjal li s-suq jemmen fil-vijabilità tal-kumpanija. Skond l-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Pollakki, l-ammont tal-ħlas magħmul minn qabel mogħti minn AvtoZAZ, f’ċerti perjodi kien jammonta għall-USD [10 – 50] miljun […].

    (93)

    Kif ġie indikat, bir-rata tal-kambju ta’ l-20 ta’ Ottubru 2006, l-ammont massimu ta’ għajnuna li se tingħata wara l-adeżjoni huwa ta’ EUR 82 miljun jew PLN 318 miljun. Meta kienet qegħda tevalwa jekk l-għajnuna kinitx qegħda tiġi llimitata għall-minimu neċessarju, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll l-għajnuna mogħtija qabel l-adeżjoni fil-qafas ta’ l-istess ristrutturar. Kif ġie indikat qabel, il-Kummissjoni tqis li l-ammont massimu ta’ għajnuna mogħtija fil-perjodu ta’ tliet xhur qabel l-adeżjoni huwa ta’ PLN 201 miljun (EUR 51 miljun). Il-massimu ta’ l-għajnuna totali tar-ristrutturazzjjoni għalhekk jammonta għal PLN 519 miljun (EUR 133 miljun). Mill-konsiderazzjonijiet preċedenti, jista’ jiġi konkluż li l-kontribuzzjonijiet mis-settur privat ikopru iżjed minn 85 % ta’ l-ispejjeż ta’ ristrutturar, u l-għajnuna inqas minn 15 %. Anke jekk il-bidla tad-dejn (mingħajr għajnuna) mill-Istat ġiet meqjusa bħala spiża tar-ristrutturar, il-kontribuzzjoni mis-settur privat tammonta għal iżjed minn tliet kwarti ta’ l-ispejjeż għar-ristrutturar. Il-Kummissjoni tqis il-kontribuzzjoni mill-kredituri privati bħala importanti.

    (94)

    Fuq il-bażi ta’ dak ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju.

    4.8.   Il-prinċipju “Darba waħda, l-aħħar darba”

    (95)

    Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Pollakki, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpanija ma rċevitx għajnuna ta’ ristrutturar f’dawn l-aħħar għaxar snin. Waqt ir-ristrutturar attwali, il-miżuri ta’ l-ewwel għajnuna ngħataw fl-aħħar tliet xhur ta’ l-2003. Din il-kundizzjoni għalhekk qegħda tiġi rispettata.

    5.   KONKLUŻJONI

    (96)

    Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna li ġiet innotifikata hija kumpatibbli mas-suq komuni jekk jiġu rispettati ċerti kundizzjonijiet.

    ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-miżuri ta’ għajnuna mniżżla f’Tabella 3, li wħud minnhom diġà ġew implimentati jew parzjalment jew b’mod sħiħ mill-Polonja, u li wħud minnhom għadhom ma ġewx implimentati mill-Polonja, favur Fabryka Samochodow Osobowych huma kompatibbli mas-suq komuni, soġġett għall-obbligi u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

    Artikolu 2

    1.   Il-pjan tar-ristrutturar ta’ FSO, inkluż ir-ristrutturar tar-responsabbiltajiet ta’ FSO, iridu jiġu implimentati b’mod sħiħ.

    2.   Il-produzzjoni annwali tal-karrozzi tal-passiġġieri, inkluż it-tipi kollha tal-kittijiet għall-immuntar, għandha tiġi limitata għall-150 000 karrozza sa l-aħħar ta’ Frar 2011. Dan il-limitu japplika għal kull sena kalendarja. Il-produzzjoni trid tiġi llimitata għall-25 000 karrozza fl-ewwel xahrejn ta’ l-2011.

    3.   Il-bejgħ annwali fl-UE (inklużi l-Istati Memrbi ġodda hekk kif jidħlu fl-UE) tal-karrozzi tal-passiġġieri prodotti jrid jiġi limitat għall-107 000 karrozza sa l-aħħar ta’ Frar 2011. Dan il-limitu japplika għal kull sena kalendarja. Il-bejgħ fl-UE għandu jiġi llimitat għal 17 833 karrozza fl-ewwel xahrejn ta’ l-2011.

    4.   Iż-żewġ kundizzjonijiet preċedenti japplikaw għal FSO, għas-sussidjarji preżenti u futuri tagħha u għal kwalunkwe kumpanija kkontrollata mill-azzjonist ta’ FSO in kwantu juża l-assi produttivi (eż impjanti, linji ta’ produzzjoni) li bħalissa huma l-proprjetà ta’ FSO jew tas-sussidjarji tagħha.

    5.   Sabiex tiġi ssorveljata l-konformità mal-kundizzjonijiet preċedenti kollha, il-Polonja se tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport ta’ kull nofs sena fuq l-istat tal-progress tar-ristrutturar ta’ FSO. Fil-każ tal-produzzjoni u l-limitazzjonijiet tal-bejgħ, il-Polonja trid tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti annwali, li jintbagħtu l-iżjed tard fl-aħħar ta’ Jannar u li jagħtu informazzjoni dwar il-figuri tal-produzzjoni u tal-bejgħ tas-sena kalendarja preċedenti. L-aħħar rapport se jintbagħat qabel l-aħħar ta’ Marzu 2011 u se jkopri l-produzzjoni u l-bejgħ fl-ewwel xahrejn ta’ l-2011.

    Artikolu 3

    Il-Polonja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu sabiex tikkonforma magħha.

    Artikolu 4

    Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Neelie KROES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU C 100/02, 26.4.2005, p. 2.

    (2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

    (*)  Informazzjoni kunfidenzjali

    (3)  Għall-għanijiet ta’ informazzjoni biss, l-ammonti kollha provduti mill-awtoritajiet Pollakki fi Zloty Pollakki (PLN) ġew mibdula f’Euro (EUR) bir-rata tal-kambju ta’ l-20 ta’ Ottubru 2006 ta’ 1 EUR = 3.89 PLN

    (1)  

    Sors:

    “Company Presentation, Fabryka Samonochodów Osobowych S.A., Warsaw 2006” (“Il-Preżentazzjoni tal-Kumpanija, Fabryka Samonochodów Osobowych S.A., Varsavja 2006”), sottomess mill-awtoritajiet Pollakki fil-31 ta’ Awwissu 2006

    (4)  Skond l-istqarrija għall-istampa ta’ l-10 ta’ Jannar 2006, ippubblikata fuq il-website tiegħu (www.ukravto.ua), ZAZ ipproduċa 148 163 vetturi fl-2005. Fosthom hemm, 10 190 mudell “Travria”, 6 224“Travria Pick-Up”, 20 864“Slavuta”, 21 379“Sens”, 9 107“Lanos T-150”, 697 “Opel Astra-H”, 1 915“Opel CKD”, 6 179“VAZ-21093”, 14 459“VAZ-21099”, u 57 149 vetturi oħra.

    (5)  Formalment, il-kuntratt bejn it-Teżor ta’ l-Istat tar-Repubblika tal-Polonja u Zakrytoje Akcjonernoje Obszczestwo z Inostrannoj Inwesticjej “Zaporozskij Awtomobilestroitelnyj Zawod” bil-kwartieri ġenerali tiegħu f’Zaporozhye, l-Ukraina.

    (6)  L-informazzjoni użata f’din it-taqsima ttieħdet mis-sottomissjonijiet ta’ l-awtoritajiet Pollakki.

    (7)  Sors: sottomissjoni ta’ l-awtoritajiet Pollakki tat-30 ta’ Awwissu 2006.

    (8)  Ittra ta’ l-awtoritajiet Pollakki tat-13 ta’ Ġunju 2005.

    (9)  L-ammonti kollha provduti mill-awtoritajiet Pollakki f’dollari Ammerikani (USD) ġew mibdula f’ Ewro (EUR) bl-użu tar-rata tal-kambju ta’ l-20 ta’ Ottubru 2006 ta’ 1 EUR = 1.26 USD

    (10)  L-awtoritajiet Pollakki, fl-ittra tagħhom tat-3 ta’ Jannar 2006 infurmaw lill-Kummissjoni dwar it-tnaqqis li kien sar fil-garanzija ppjanata. Il-miżuri ta’ għajnuna, immniżla fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni, ġew ibbażati fuq in-notifika tat-30 ta’ April 2004. Din ta’ l-aħħar kien fiha pjan għall-garanzija ta’ USD 162.5 million.

    (11)  Miżuri 22 u 23 tneħħew mis-sottomissjoni ta’ l-informazzjoni tat-3 ta’ Jannar 2006. Dawn iżda ġew ippreżentati fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2005. Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dettalji dwar it-tneħħija tagħhom, iddeċidiet li teħodhom f’kunsiderazzjoni.

    (12)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

    (13)  ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.

    (14)  Dawn il-previżjonijiet kienu jittrattaw il-mudell […], li għalih il-ftehim […] ġie konkluż formalment biss fil-[…].

    (15)  Ġie kkonfermat fis-sentenza tal-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza ta’ l-14 ta’ Jannar 2004 fil-Każ T-17/03 Schmitz-Gotha Fahrzeugwerke GmbH Paragrafu 44 u 45

    (44)

    Punt 3.2.2 tal-Linji Gwida, li jistabbilixxi dan ir-rekwiżit jistabbilixxi, b’mod partikolari, li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni jrid jissodisfa tliet kundizzjonijiet materjali. Huwa essenzjali li, l-ewwel, irodd lura l-vijabilità tad-ditta benefiċjarja fi żmien raġonevoli u fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi (punt 3.2.2(i)); it-tieni, li jevita li jaffettwa l-kompetizzjoni, meta dawn ma jkunx neċessarju, (punt 3.2.2(ii)); u, it-tielet, li jkun f’proporzjon ma’ l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-ristrutturazzjoni (punt 3.2.2(iii)).

    (45)

    Peress li dawk il-kundizzjonijiet huma akkumulattivi, il-Kummissjoni trid tiddikjara li pjan ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni mhuwiex kompatibbli, anke jekk waħda minn dawk il-kundizzjonijiet ma tkunx ġiet sodisfatta (Każ T-171/02 Regione autonoma della Sardegna v Commission [2005] II-0000, paragrafu 128; f’dan il-każ ara wkoll, France v Commission, imsemmi hawn fuq, paragrafi 49 u 50).

    (16)  Fl-ittra tagħhom tas-6 ta’ April 2006, l-awtoritajiet Pollakki jindikaw li “Bħala regola, l-għoti ta’ liċenzja għandu konnessjoni mill-qrib ma’ iżjed kooperazzjoni bejn dak li jagħti l-liċenzja u d-detentur tal-liċenzja. Dan jinvolvi l-għoti ta’ ħila esperta, ta’ teknoloġija ta’ manifattura, l-għoti ta’ appoġġ tekniku, l-iżvilupp ta’ proċessi ta’ riċerka u żvilupp, il-kontroll tal-kwalità iżda wkoll miżuri konġunti li għadhom l-għan li jidentifikaw il-produzzjoni tal-komponenti u tal-muntaġġ. Jekk id-detentur tal-liċenzja jkollu suċċess fl-implimentazzjoni tat-termini u tal-kundizzjonijiet tal-ftehim ta’ l-għoti tal-liċenzja wara jistgħu jiġi mibdija proġetti konġunti […]”. Minn dak li ġie ddikjarat qabel, huwa ċar li fit-tul, FSO tistenna li tkun involuta iżjed fil-fond fl-iżvilupp tal-prodotti ġodda. Dan iżda jikkonċerna l-futur fil-bogħod ħafna u jissupponi numru ta’ kundizzjonijiet li t-twettiq sħiħ tagħhom huwa ipotetiku f’dan il-perjodu. Il-Kummissjoni għalhekk se tibbaża l-analiżi tagħha fuq il-premessa li l-FSO tibqa’ produttriċi indipendenti.

    (17)  Il-produzzjoni fl-UE biex taqdi s-suq Ewropew tippermetti li jiġu evitati l-ħlasijiet tad-dwana u tillimita l-ispejjeż tat-trasport. Għalhekk, il-manifatturi l-kbar tal-karrozzi jqisu l-impjanti ta’ produzzjoni ġewwa l-UE bħala iżjed xierqa – li għalhekk qegħdin f’kompetizzjoni ikbar bejniethom – mill-impjanti ta’ produzzjoni li qegħdin ġewwa u barra l-UE.

    (18)  Fil-fatt, huwa probabbli li l-kompetizzjoni qawwija ġġiegħel lill-manifatturi l-kbar tal-karozzi li jipproduċu l-karozzi tagħhom għan FSO sabiex inaqqsu l-prezzijiet peress li jkollhom inqas spejjeż.

    (19)  Fuq il-bażi tal-previżjonijiet riveduti sottomessi fit-3 ta’ Ottubru 2006, din il-miżura se tiġi limitata għall-2008 biss.

    (20)  Il-produzzjoni trid tiġi limitata għal 25 000 karozza fl-ewwel xahrejn ta’ l-2011.

    (21)  Inklużi l-Istati Membri ġodda jekk kif jidħlu fl-UE.

    (22)  Il-bejgħ fl-UE għandu jiġi limitat għal 17 833 karozza fl-ewwel xahrejn ta’ l-2011.

    (23)  Dan l-effett ta’ restrizzjoni jiġi limitat għal sentejn u xahrejn meta jintużaw il-previżjonijiet għall-produzzjoni kif stabbiliti f’Tabella 5. Jekk jintużaw il-previżjonjiet miżjuda inklużi fl-ittra tat-3 ta’ Ottubru 2006, l-effett ta’ restrizzjoni jiġi limitat għal tliet snin u xahrejn.

    (**)  Żball klerikali – għandha tkun “biljun”.


    19.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 187/47


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta’ Lulju 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/784/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Franza

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3419)

    (It-test Franċiż biss huwa awtentiku)

    (2007/510/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jistabbilixxi l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/784/KE (2), tawtorizza tliet metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fi Franza.

    (2)

    Il-Gvern Franċiż talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza żewġ metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali u ppreżenta r-riżultati tal-provi ta’ dissezzjoni tiegħu fit-tieni parti tal-protokoll li hemm ipprovdut għalih fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 ta’ l-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal (3).

    (3)

    L-eżaminazzjoni ta’ din it-talba wriet li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi ta’ gradazzjoni huma mwettqa.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-punti (d) u (e) li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2006/784/KE:

    “(d)

    l-apparat ‘Autofom’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fir-4 Parti ta’ l-Anness;

    (e)

    l-apparat ‘UltraFom 300’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fil-5 Parti ta’ l-Anness.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).

    (2)  ĠU L 318, 17.11.2006, p. 27.

    (3)  ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1197/2006 (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 6).


    ANNESS

    Ir-4 u l-5 Parti ta’ taħt għandhom jingħaddu ma’ l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/784/KE:

    “Ir-4 PARTI

    AUTOFOM

    1.

    Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal issir permezz ta’ apparat magħruf bħala ‘Autofom’.

    2.

    L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il transducer ultrasoniku taż-2 MHz (SFK Technology, K2KG), b’distanza operattiva bejn it-transducers ta’ 25 mm.

    Id-dejta ultrasonika għandha tinkludi kejl ta’ ħxuna tax-xaħam u tal-muskoli tad-dahar.

    Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu mibdula fi stimi tal-perċentwal tal-laħam dgħif bl-użu tal-kompjuter.

    3.

    Il-kontenut tal-laħam tad-dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ 23 punt ta’ kejl skond il-formula li ġejja:

    Ŷ

    =

    69,4808 – 0,09178*X0 – 0,08778*X7 – 0,02047*X9 – 0,06525*X19 – 0,03135*X21 – 0,01352*X26 – 0,01257*X29 + 0,00660*X31 + 0,00726*X36 – 0,11207*X48 – 0,31733*X60 – 0,12530*X64 – 0,03016*X83 – 0,28903*X88 – 0,15229*X91 – 0,03713*X92 + 0,09666*X100 – 0,08611*X101 + 0,01797*X113 + 0,03736*X115 + 0,03356*X116 + 0,01313*X121 + 0,01547*X123

    fejn

    Ŷ

    =

    il-perċentwal stmat tal-laħam dgħif fil-karkassa,

    X0, X7 … X123 huma l-varjabbli mkejla bl-Autofom.

    4.

    Il-punti ta’ kejl u l-metodu statistiku huma deskritti f’Parti II tal-protokoll ippreżentat lill-Kummissjoni minn Franza skond l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.

    Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn il-45 u l-125 kg.

    Il-5 PARTI

    ULTRAFOM 300

    1.

    Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal issir permezz ta’ apparat magħruf bħala ‘UltraFom 300’.

    2.

    L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda ultrasonika ta’ 3.5 MHz (SFK Technology 3.5 64LA), ta’ 5 ċm tul, mgħammra b’64 transducer ultrasoniku. Is-sinjal ultrasoniku għandu jkun iddiġitizzat, irrekordjat u analizzat permezz ta’ mikroproċessur.

    Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu mibdula fi stimi tal-perċentwal tal-laħam dgħif bl-UltraFom innifsu.

    3.

    Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

    Ŷ = 66,49 – 0,891 G + 0,104 M

    fejn

    Ŷ

    =

    il-perċentwal ta’ stima tal-laħam dgħif fil-karkassa,

    G

    =

    il-ħxuna tax-xaħam (inkluża l-ġilda) bejn it-tieni u t-tielet kustilja mill-aħħar, 7 ċm lil hinn min-nofs tad-dahar, bi trajettorja perpendikulari mal-ġilda (f’millimetri),

    M

    =

    il-ħxuna tal-muskolu bejn it-tieni u t-tielet kustilja mill-aħħar, 7 ċm lil hinn min-nofs tad-dahar, bi trajettorja perpendikulari mal-ġilda (f’millimetri).

    Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn il-45 u l-125 kg.”


    Top